EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017PC0733

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

COM/2017/0733 final - 2017/0325 (NLE)

Brussell, 4.12.2017

COM(2017) 733 final

2017/0325(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Ċertu prodotti jeħtieġu kwoti tariffarji awtonomi meta l-produzzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea ma tkunx tlaħħaq mal-ħtiġijiet tal-industriji li jużawhom fl-UE. Jenħtieġ li l-kwoti tariffarji tal-UE jinfetħu b’rati ta’ dazju żero jew imnaqqsa għall-volumi x-xierqa, mingħajr ma jfixklu s-swieq ta’ prodotti bħal dawn.

Fis-17 ta’ Diċembru 2013, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-UE għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali sabiex id-domanda tal-UE għall-prodotti inkwistjoni tkun tista’ tintlaħaq bl-iżjed kundizzjonijiet favorevoli.

Ir-Regolament jiġi aġġornat kull sitt xhur biex jakkomoda l-ħtiġijiet tal-industrija tal-UE. Il-Kummissjoni, assistita mill-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja (ETQG), irrieżaminat it-talbiet kollha għal dazji tal-kwoti tariffarji awtonomi li bagħtulha l-Istati Membri.

Wara dan ir-rieżami, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ftuħ tal-kwoti tariffarji awtonomi huwa ġġustifikat għal xi prodotti ġodda li bħalissa mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013. Fir-rigward ta’ xi prodotti oħra, jeħtieġ li tiżdied data tat-tmiem jew jiġi adattat il-volum tal-kwota inizjali.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta ma taffettwax lill-pajjiżi li għandhom ftehim ta’ kummerċ preferenzjali mal-UE, lill-pajjiżi kandidati jew lill-kandidati potenzjali għal ftehimiet preferenzjali mal-UE (eż. is-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi; ir-reġim ta’ kummerċ tal-grupp tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku; il-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles).

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta tikkonforma mal-politiki tal-UE dwar l-agrikoltura, il-kummerċ, l-impriżi, l-iżvilupp u r-relazzjonijiet esterni.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta hija l-Artikolu 31 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta hija parti mill-kompetenza esklużiva tal-UE. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-miżuri previsti jikkonformaw mal-prinċipji għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-operaturi involuti fil-kummerċ barrani, kif iddikjarat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi 1 . Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu l-objettivi li jridu jinkisbu skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).

Għażla tal-istrument

Skont l-Artikolu 31 tat-TFUE, “Id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni”. Għalhekk, l-istrument ix-xieraq huwa Regolament.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-iskema tal-kwoti tariffarji awtonomi kienet parti minn studju ta’ evalwazzjoni tal-2013 dwar is-sospensjonijiet tariffarji awtonomi. Dan għaliex iż-żewġ miżuri huma simili, għajr li l-kwoti jillimitaw il-volumi tal-importazzjonijiet. L-evalwazzjoni kkonkludiet li r-raġuni fundamentali għall-iskema għadha valida. L-iffrankar tal-kostijiet għan-negozji tal-UE li jimpurtaw oġġetti skont l-iskema jista’ jkun sinifikanti. Barra minn hekk, skont il-prodott, il-kumpanija u s-settur ikkonċernati, dan l-iffrankar jista’ jwassal għal benefiċċji usa’, pereżempju t-titjib fil-kompetittività, it-titjib fl-effiċjenza tal-metodi ta’ produzzjoni u l-ħolqien jew iż-żamma tal-impjiegi fl-UE. Id-dettalji tal-iffrankar ta’ dan ir-Regolament jistgħu jinstabu fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

L-ETQG, li jikkonsisti minn delegazzjonijiet mill-Istati Membri kollha u mit-Turkija, assista lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-proposta. Il-grupp iltaqa’ tliet darbiet qabel ma ntlaħaq qbil dwar it-tibdil f’din il-proposta.

Kull talba (ġdida, jew għal emenda) ġiet ivvalutata bir-reqqa. B’mod partikolari eżamina kull każ sabiex jiżgura li ma kinitx qed tikkawża xi ħsara lill-produtturi tal-UE u li kienet qed isaħħaħ u tikkonsolida l-kompetittività tal-produzzjoni tal-UE. Il-membri tal-ETQG wettqu l-valutazzjoni permezz ta’ diskussjonijiet, u l-Istati Membri kkonsultaw l-industriji, l-assoċjazzjonijiet, il-kmamar tal-kummerċ ikkonċernati u partijiet ikkonċernati oħra involuti.

Il-kwoti kollha elenkati kienu s-suġġett ta’ ftehimiet jew ta’ kompromessi milħuqa fid-diskussjonijiet tal-ETQG. Ma ssemma l-ebda riskju potenzjalment serju b’konsegwenzi irreversibbli.

Valutazzjoni tal-impatt

L-emenda proposta hija teknika u tikkonċerna biss il-kopertura tal-kwoti elenkati fl-Anness. Ir-Regolament jibqa’ l-istess bħar-Regolament eżistenti tal-Kunsill f’kull rigward. Għaldaqstant ma twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt għal din il-proposta.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta ma għandha l-ebda konsegwenza fuq id-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

Din il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul li jwassal għal ammont totali ta’ dazji doganali mhux miġbura ta’ madwar EUR 0,2 miljun kull sena. L-effett negattiv fuq ir-riżorsi proprji tradizzjonali tal-baġit huwa ta’ EUR 0,16 miljun kull sena (80 % ta’ EUR 0,2 miljun kull sena).

It-telf ta’ dħul f’riżorsi proprji tradizzjonali għandu jiġi kkumpensat bl-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) tal-Istati Membri abbażi tal-kontribuzzjonijiet għar-riżorsi.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Il-miżuri proposti huma ġestiti fil-qafas tat-TARIC (it-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea) u jiġu applikati mill-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri.

Barra minn hekk, l-iskema kollha ta’ sospensjonijiet u ta’ kwoti tariffarji awtonomi ġiet soġġetta għal studju ta’ evalwazzjoni li tlesta fil-bidu ta’ Diċembru 2013 ( http://ec.europa.eu/taxation_customs/common/publications/studies/index_en.htm ). L-evalwazzjoni kkonkludiet li r-raġuni fundamentali għall-iskema għadha valida u li jenħtieġ li l-iskema titkompla.

2017/0325 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Sabiex tiġi żgurata il-provvista suffiċjenti u mingħajr interruzzjoni ta’ ċerti prodotti li ma jiġux immanifatturati biżżejjed fl-Unjoni u sabiex jiġi evitat kull tfixkil fis-suq ta’ ċerti prodotti agrikoli u industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 2 . Il-prodotti li ma jaqbżux dawk il-kwoti tariffarji jistgħu jiġu importati fl-Unjoni b’rati ta’ dazju mnaqqsa jew żero.

(2)Minħabba r-raġunijiet indikati, jeħtieġ li b’effett mill-1 ta’ Jannar 2018, jinfetħu kwoti tariffarji b’rati ta’ dazju żero għal volum xieraq fir-rigward ta’ tnax-il prodott ġdid. Fil-każ ta’ ħames prodotti addizzjonali, jenħtieġ li jiżdiedu l-volumi tal-kwota, billi din żieda hija fl-interess tal-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni.

(3)Fil-każ ta’ prodott wieħed addizzjonali, jenħtieġ li l-volum tal-kwota jonqos peress li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-UE żdiedet.

(4)Fil-każ ta’ ħames prodotti, jenħtieġ li l-perjodu tal-kwota u l-volum tal-kwota jiġu adattati peress li nfetħu għal perjodu ta’ sitt xhur biss.

(5)Fil-każ ta’ prodott ieħor, jenħtieġ li d-deskrizzjoni tiegħu tiġi emendata.

(6)Fil-każ ta’ tnax-il prodott ieħor, jenħtieġ li l-kwota tariffarja awtonoma tal-Unjoni tingħalaq b’effett mill-1 ta’ Jannar 2018 peress li mhux iktar fl-interess tal-Unjoni li din tkompli tingħata minn dik id-data ’l quddiem.

(7)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 jiġi emendat skont dan.

(8)Sabiex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni fl-applikazzjoni tal-iskema tal-kwoti u biex jiġu ssodisfati l-linji gwida stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi (2011/C 363/2011) 3 , jenħtieġ li l-bidliet fir-rigward tal-kwoti għall-prodotti kkonċernati previsti f’dan ir-Regolament jidħlu fis-seħħ b’urġenza u japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2018,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2872, 09.2874, 09.2878, 09.2880, 09.2886, 09.2876, 09.2888, 09.2866, 09.2906, 09.2909, 09.2910 u 09.2932 stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jiddaħħlu skont l-ordni tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (NM) indikati fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013;

(2)    ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2929, 09.2704, 09.2842, 09.2844, 09.2671, 09.2846, 09.2723, 09.2848, 09.2870, 09.2662, 09.2850 u 09.2868 jinbidlu bir-ringieli stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(3)    ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2703, 09.2691, 09.2692, 09.2680, 09.2977, 09.2693, 09.2712, 09.2714, 09.2666, 09.2687, 09.2689 u 09.2669 għandhom jitħassru;

(4)    fin-noti, titħassar il-frażi “* Miżura ġdida li għadha kif iddaħħlet jew miżura bil-kundizzjonijiet mibdulin.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.    ISEM IL-PROPOSTA:

Ir-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

2.    LINJI BAĠITARJI

Il-Kapitolu u l-Artikolu: Il-Kapitolu 12 u l-Artikolu 120 – Dazji doganali u dazji oħra msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom.

Ammont ibbaġitjat għall-2018: EUR 22 844 000 000 (B 2018)

3.    IMPATT FINANZJARJU

   Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja

X    Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul. L-effett huwa kif ġej:

(miljuni ta’ EUR aġġustati ’l fuq għal pożizzjoni deċimali waħda)

Linja baġitarja

Dħul 4

Perjodu ta’ sitt xhur li jibda minn jj/xx/ssss

[Sena: it-tieni nofs tal-2017]

Artikolu 120

Impatt fuq ir-riżorsi proprji

01/01/2018

- 0,2

L-Anness I fih 12-il prodott ġdid. Id-dazji mhux miġbura li jikkorrispondu għal dawn il-kwoti, ikkalkulati abbażi tat-tbassir tal-Istat Membru li għamel it-talba għall-perjodu ta’ bejn l-2018 u l-2021, jammontaw għal EUR 7,9 miljun kull sena.

It-tneħħija ta’ 12-il prodott mill-Anness ta’ dan ir-Regolament tirrifletti l-introduzzjoni mill-ġdid tad-dazji doganali. Dan jirrappreżenta żieda ta’ EUR 7,7 miljun kull sena fil-ġbir tad-dazji.

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-impatt fuq it-telf ta’ dħul għall-baġit tal-UE li jirriżulta minn dan ir-Regolament huwa stmat li se jkun ta’ EUR 7,9 – 7,7 = EUR 0,2 miljun (ammont gross, inklużi l-kostijiet tal-ġbir) x 0,8 = EUR 0,16 miljun kull sena (ammont nett).

4.    MIŻURI KONTRA L-FRODI

Se jsiru kontrolli fuq l-użu aħħari ta’ wħud mill-prodotti koperti b’dan ir-Regolament tal-Kunsill skont l-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.

(1)    ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6.
(2)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 7/2010 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 319).
(3)    ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6.
(4)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji agrikoli, l-imposti fuq iz-zokkor, id-dazji doganali), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara li minnhom jitnaqqsu 20 % tal-kostijiet tal-ġbir.
Top

Brussell,4.12.2017

COM(2017) 733 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal Regolament tal-Kunsill

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali


ANNESS I

Fit-tabella tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu skont l-ordni tal-kodiċijiet NM indikati fit-tieni kolonna ta’ dik it-tabella:

Nru tal-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perjodu tal-kwota

L-ammont tal-kwota

Il-kwota tad-dazji (%)

‘09.2872

ex 2833 29 80

40

Sulfat taċ-ċesju (CAS RN 10294-54-9) f’forma solida jew bħala soluzzjoni milwiema li fiha piż skont il-piż ta’ iżjed minn 48 % ta’ sulfat taċ-ċesju iżda mhux iżjed minn 52 %

1.1-31.12

160 tunnellata

0 %

09.2874

ex 2924 29 70

87

Paracetamol (INN) (CAS RN 103-90-2)

1.1-31.12

20 000 tunnellata

0 %

09.2878

ex 2933 29 90

85

Enżalutammid INN (CAS RN 915087-33-1)

1.1-31.12

1 000 kg

0 %

09.2880

ex 2933 59 95

39

Ibrutinib (INN) (CAS RN 936563-96-1)

1.1-31.12

5 tunnellata

0 %

09.2886

ex 2934 99 90

51

Kanagliflożin (INN) (CAS RN 928672-86-0)

1.1-31.12

10 tunnellata

0 %

09.2876

ex 3811 29 00

55

Additivi li jikkonsistu fi prodotti tar-reazzjoni ta' difenilammina unoneni ramifikati bi:

użati għall-manifattura taż-żjut lubrifikanti

 (2)

1.1-31.12

900 tunnellata

0 %

09.2888

ex 3824 99 92

89

Taħlita ta’ ammini terzjarji tal-alkildimetil li fiha, skont il-piż:

1.1-31.12

16 000 tunnellata

0 %

09.2866

ex 7019 12 00

ex 7019 12 00

06

26

Stratifils (rovings/fibri) tal-ħġieġ-S:

għall-użu fil-manifattura tal-ajrunawtiċi

 (2)

1.1-31.12

1 000 tunnellata

0 %

09.2906

ex 7609 00 00

20

Fittings tal-aluminju f’għamla ta’ tubu jew pajp maħsuba biex jiġu mwaħħla mar-radjaturi tal-muturi

 (2)

1.1-31.12

3 000 000 biċċa

0 %

09.2909

ex 8481 80 85

40

Valv tal-egżost maħsub biex jintuża fil-manifattura ta’ sistemi tal-gass tal-egżost tal-muturi

 (2)

1.1-31.12

1 000 000 biċċa

0 %

09.2910

ex 8708 99 97

75

Brekit ta’ appoġġ tal-ħadid jew tal-azzar, b’toqob tal-immuntar, bi skorfini ta’ twaħħil jew mingħajrhom, maħsuba biex twaħħal il-gerboks mal-karozzerija għall-użu fil-manifattura ta’ oġġetti tal-Kapitolu 87

 (2)

1.1-31.12

200 000 biċċa

0 %

09.2932

ex 9027 10 90

20

Sensuri lambda maħsuba biex jiġu inkorporati b’mod permanenti f’sistemi tal-egżost tal-muturi

 (2)

1.1-31.12

1 000 000 biċċa

0 %’.

(2)

Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f’konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni  (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


ANNESS II

Fit-tabella tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013, ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2828, 09.2929, 09.2704, 09.2842, 09.2844, 09.2671, 09.2846, 09.2723, 09.2848, 09.2870, 09.2662, 09.2850 u 09.2868 jinbidlu b’dan li ġej:

Nru tal-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perjodu tal-kwota

L-ammont tal-kwota

Il-kwota tad-dazji (%)

‘09.2828

2712 20 90

Xema' bajda (tal-parafina) li fiha anqas minn 0,75 % żejt bil-piż

1.1-31.12

120 000 tunnellata

0 %

09.2929

2903 22 00

Trikloroetilen (CAS RN 79-01-6)

1.1-31.12

15 000 tunnellata

0 %

09.2704

ex 2909 49 80

20

2,2,2',2'- tetrakis(idrossimetil)-3,3'- ossidipropan-1-ol (CAS RN 126-58-9)

1.1-31.12

500 tunnellata

0 %

09.2842

2932 12 00

2-Furaldeide (furfuraldeide)

1.1-31.12

10 000 tunnellata

0 %

09.2844

ex 3824 99 92

71

Taħlitiet li fihom f’piż:

1.1-31.12

6 000 tunnellata

0 %

09.2671

ex 3905 99 90

81

Poli(butiral tal-vinil) (CAS RN 63148-65-2):

1.1-31.12

12 500 tunnellata

0 %

09.2846

ex 3907 40 00

25

Taħlita ta' polimeri ta' polikarbonat u poli(metilmetakrilat) b'kontenut ta' polikarbonat ta' 98,5 % skont il-piż, f'forma ta' gerbub jew bċejjeċ żgħar, bi trażmittanza luminuża ta' mhux anqas minn 88,5 %, imkejla bl-użu ta' kampjun għall-ittestjar ta' ħxuna ta' 4 mm b'tul tal-mewġa ta' λ = 400 nm (skont ISO 13468-2)

1.1-31.12

2 000 tunnellata

0 %

09.2723

ex 3911 90 19

10

Poly(oxy-1,4-phenylenesulfonyl-1,4-phenyleneoxy-4,4’-biphenylene)

1.1-31.12

3 500 tunnellata

0 %

09.2848

ex 5505 10 10

10

Fdal ta’ fibri sintetiċi (li jinkludi fibri li jibqgħu fil-moxt, fdal tal-ħjut u materjal "garnetted") ta’ najlon jew ta’ poliammidi oħra (PA6 u PA66)

1.1-31.12

10 000 tunnellata

0 %

09.2870

ex 7019 40 00

ex 7019 52 00

70

30

Drapp tal-fibra tal-ħġieġ E:

għall-użu esklussiv fil-manifattura ta’ prepregs u laminati miksija bir-ram

 (2)

1.1-31.12.2018

6 000 000 m

0 %

09.2662

ex 7410 21 00

55

Pjanċi:

1.1-31.12

80 000 m²

0 %

09.2850

ex 8414 90 00

70

Rota tal-kompressur ta’ liga tal-aluminju:

għall-użu fil-manifattura ta’ magni bil-kombustjoni

 (2)

1.1-31.12

5 900 000 biċċa

0 %

09.2868

ex 8714 10 90

60

Pistuni għal sistemi ta’ sospensjoni, b’dijametru ta’ mhux aktar minn 55 mm, tal-azzar sinterizzat

1.1-31.12

2 000 000 biċċa

0 %’.

(2)

Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f’konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni  (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

Top