EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017PC0276

Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi tqal tal-merkanzija għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi, fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tassazzjoni fuq il-vetturi

COM/2017/0276 final - 2017/0115 (CNS)

Brussell, 31.5.2017

COM(2017) 276 final

2017/0115(CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi tqal tal-merkanzija għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi, fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tassazzjoni fuq il-vetturi

{SWD(2017) 180 final}
{SWD(2017) 181 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Sistema tat-trasport effiċjenti u affidabbli hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u hija settur ewlieni tal-ekonomija. Filwaqt li t-trasport bit-triq għandu l-aktar rwol importanti fis-sistema tat-trasport intern, huwa sors ta’ għadd ta’ sfidi soċjoekonomiċi u ambjentali (eż it-tibdil fil-klima, it-tniġġis tal-arja, l-istorbju, il-konġestjoni). L-ipprezzar tat-toroq abbażi tad-distanza jista’ jaqdi rwol ċentrali bħala inċentiv għal operazzjonijiet aktar nodfa u aktar effiċjenti, u d-disinn koerenti tiegħu huwa kruċjali biex jiġu żgurati t-trattament ġust tal-utenti tat-triq u l-finanzjament tal-infrastruttura sostenibbli.

Id-Direttiva 1999/62/KE 1 (“id-Direttiva dwar l-Eurovignette”) tipprovdi qafas legali dettaljat għall-ħlasijiet imġarrba minn vetturi tqal tal-merkanzija (HGVs) għall-użu ta’ ċerti toroq. Id-Direttiva għandha l-għan li telimina d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-impriżi tat-trasport permezz ta’ armonizzazzjoni pass pass tat-taxxi fuq il-vetturi u l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ġusti ta’ impożizzjoni ta' tariffi għall-infrastruttura. Tistabbilixxi livelli minimi ta’ taxxi fuq l-HGVs u tispeċifika r-regoli dettaljati tal-pedaġġi għall-użu tal-infrastruttura, inkluż il-varjazzjoni tal-pedaġġi skont il-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi.

Min-natura tagħhom, it-taxxi annwali fuq il-vetturi huma ħlasijiet marbuta mal-fatt li l-vettura tkun irreġistrata f’isem il-kontribwent matul perjodu partikolari u, bħala tali ma jirriflettux xi użu partikolari ta’ infrastruttura. Għal raġunijiet simili, it-taxxi fuq il-vetturi mhumiex effettivi bħala inċentiv għal operazzjonijiet aktar nodfa u aktar effiċjenti, jew għat-tnaqqis tal-konġestjoni. Il-pedaġġi, min-naħa l-oħra, huma marbuta direttament mal-użu tat-toroq, u huma aktar xierqa, b’mod konsiderevoli, għall-ilħiq ta’ dawn l-għanijiet.

L-applikazzjoni ta’ taxxi fuq il-vetturi tirrappreżenta spiża li sa issa l-industrija se jkollha ġġarrab fi kwalunkwe każ, anki jekk l-Istati Membri jimponu pedaġġi. Għalhekk, it-taxxi fuq il-vetturi jistgħu jaġixxu bħala ostaklu għall-introduzzjoni ta’ pedaġġi.

Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw aktar lok biex inaqqsu t-taxxi fuq il-vetturi, jiġifieri permezz ta’ tnaqqis tar-rati minimi stipulati fid-Direttiva 1999/62/KE. Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn operaturi tat-trasport stabbiliti fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li dan it-tnaqqis ikun wieħed gradwali.

L-inizjattiva tagħti kontribut għall-Programm tal-UE dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) billi ttaffi l-piż assoċjat mat-taxxi minimi fuq l-HGVs.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta' politika

Din il-proposta qed tiġi ppreżentata flimkien ma’ proposta oħra maħsuba biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 1999/62/KE, b’rabta mal-ħlasijiet għall-użu tat-triq u l-ħlasijiet fuq l-utenti, biex b’hekk jiġu ssodisfati aħjar ċerti għanijiet ta’ dik id-Direttiva. B’mod partikolari, din il-proposta tal-aħħar tippromwovi l-applikazzjoni ta’ pedaġġi, jiġifieri forma ta’ tariffa għall-użu tat-triq relatata mad-distanza vvjaġġata.

Din il-proposta hija bbażata fuq l-istess għan fundamentali, jiġifieri l-emendar tal-Kapitolu II tad-Direttiva b’rabta mat-taxxi fuq il-vetturi tqal tal-merkanzija. L-emenda proposta tikkonsisti fi tnaqqis gradwali tar-rati minimi għal żero, li għandu jseħħ f’ħames passi meħuda tul perjodu ta’ ħames snin konsekuttivi, b’kull pass minnhom jirrappreżenta 20 % tar-rati minimi attwali. L-intenzjoni hija li jiġi previst inċentiv biex jintużaw tariffi għall-użu tat-triq abbażi tad-distanza, jiġifieri l-applikazzjoni ta’ pedaġġi.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

L-inizjattiva hija parti mill-isforz tal-Kummissjoni mmirat lejn il-ħolqien ta’ Unjoni tal-Enerġija, u minn serje ta’ proposti relatati mat-trasport b’emissjonijiet baxxi 2 , inkluża r-reviżjoni tar-Regolamenti dwar l-emissjonijiet ta’ CO2 għall-karozzi u għall-vannijiet, proposti għaċ-ċertifikazzjoni u għall-monitoraġġ/għar-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn trakkijiet u minn xarabanks u inizjattivi relatati fil-qasam tat-trasport bit-triq, b’mod partikolari b’rabta mar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi interoperabbli ta’ pedaġġ elettroniku u r-regoli dwar is-suq intern għat-trasport tal-merkanzija bit-triq u s-servizzi tal-xarabanks u tal-kowċis.

It-tibdiliet proposti huma konformi mal-miri stabbiliti bil-White Paper tal-2011 dwar it-trasport 3 , li sejħet għal tranżizzjoni lejn l-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” kif ukoll tal-prinċipju “l-utent iħallas” sabiex jiġi żgurat trasport u finanzjament tal-infrastruttura aktar sostenibbli.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażijiet ġuridiċi għad-Direttiva 1999/62/KE huma l-Artikoli 71 u 93 tat-Trattat tal-KE (issa l-Artikoli 91 u 113).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva milquta minn din il-proposta jirrigwardaw it-taxxi fuq il-vetturi tqal tal-merkanzija, qasam li għalih japplika l-Artikolu 113 tat-TFUE.

Sa fejn huma kkonċernati l-emendi ta’ dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva, dawn jaqgħu taħt l-Artikolu 91(1) tat-TFUE u huma indirizzati fil-proposta separata msemmija hawn fuq.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

L-UE tikkondividi mal-Istati Membri l-kompetenza tal-irregolar fil-qasam tat-trasport skont l-Artikolu 4(2)(g) tat-TFUE u fil-qasam tas-suq intern skont l-Artikolu 4(2)(a) tat-TFUE. Madankollu, tnaqqis gradwali tar-rati minimi stabbiliti mill-Unjoni jista’ jiġi implimentat biss mill-Unjoni nnifisha.

Mingħajr l-intervent tal-Unjoni, l-Istati Membri jibqgħu jkunu obbligati li japplikaw taxxa minima fuq il-vetturi anki jekk ikunu introduċew jew għandhom il-ħsieb li jintroduċu strument iktar xieraq biex jiġu rkuprati l-ispejjeż tal-infrastruttura, li hija relatata direttament mal-użu individwali tal-infrastuttura. Dan l-obbligu ma jippermettilhomx jikkumpensaw lis-settur tat-trasport tal-merkanzija bl-istess proporzjon, permezz ta’ tnaqqis fit-taxxi fuq il-vetturi, għal spejjeż potenzjalment akbar b’rabta mal-introduzzjoni ta’ strument ta’ dan it-tip fir-rigward tal-HGVs.

Proporzjonalità

Il-miżura proposta tagħti kontribut biss għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti, b’mod partikolari l-applikazzjoni konsistenti tal-prinċipji ta’ “min iniġġes iħallas” u “l-utent iħallas”, u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dan l-għan.

L-emenda mmirata tal-Kapitolu II hija meħtieġa sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jnaqqsu b’mod gradwali t-taxxi fuq il-vetturi tqal tal-merkanzija.

Għażla tal-istrument

Peress li l-att legali li jrid jiġi emendat huwa Direttiva, fil-prinċipju jenħtieġ li l-att emendatorju jieħu l-istess forma.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Il-Kummissjoni ppubblikat l-evalwazzjoni tagħha tad-Direttiva 1999/62/KE fl-2013 4 . L-evalwazzjoni esterna “Evalwazzjoni tal-implimentazzjoni u tal-effetti tal-politika tal-UE dwar il-pedaġġi għall-użu tal-infrastruttura mill-1995” ġiet ippubblikata f’Jannar 2014 5 . Dawn l-evalwazzjonijiet identifikaw diversi problemi b’rabta mat-tariffi għall-użu tat-triq li jridu jitħallsu minn vetturi tqal tal-merkanzija skont il-qafas leġiżlattiv attwali. Dawk il-problemi jiġu indirizzati kollha permezz ta’ proposta parallela għall-emendar tal-Kapitolu III tad-Direttiva, filwaqt li din l-inizjattiva tiffoka biss fuq l-iffaċilitar tal-applikazzjoni ta’ tariffi abbażi tad-distanza.

Filwaqt li 24 Stat Membru implimentaw xi forma ta’ tariffi għall-użu tat-triq u billi kien hemm it-tendenza li jużaw pedaġġ abbażi tad-distanza tul in-netwerk kollu, din it-tranżizzjoni żviluppat bil-mod u hemm inkonsistenzi persistenti fl-Unjoni kollha. L-evalwazzjoni identifikat differenzi kbar fil-politiki dwar it-tariffi għall-użu tat-triq u kkonkludiet li n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fit-tip ta’ tariffi (vignettes abbażi tal-ħin jew pedaġġi abbażi tad-distanza) u t-tip ta’ teknoloġiji għall-ġbir tat-tariffi li jintużaw iwasslu għal piż amministrattiv u għal spejjeż addizzjonali kemm għall-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll għall-utenti.

Fl-2013 il-Kummissjoni ppubblikat sommarju ta’ miżuri, inklużi t-taxxi fuq il-vetturi, li jinternalizzaw jew inaqqsu l-esternalitajiet tat-trasport 6 .

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-konsultazzjonijiet li saru mal-partijiet ikkonċernati kienu konformi mal-istandards minimi għall-konsultazzjoni tal-partijiet interessati stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2002 (COM(2002) 704 final).

Intużaw metodi ta’ konsultazzjoni miftuħa u mmirati flimkien ma' diversi għodod ta’ konsultazzjoni.

1)    Ġiet organizzata konsultazzjoni pubblika standard miftuħa onlajn ta’ 12-il ġimgħa permezz tas-sit web “Il-Vuċi Tiegħek fl-Ewropa”, li kienet ibbażata fuq kwestjonarji.

Il-konsultazzjoni pubblika miftuħa saret bejn it-8 ta’ Lulju u l-5 ta’ Ottubru, u ġew aċċettati wkoll kontribuzzjonijiet li waslu tard. Il-kwestjonarji kienu bbażati fuq il-kwistjonijiet li ġew identifikati mill-evalwazzjoni, u inkludew mistoqsijiet dwar kemm huwa ġust l-ipprezzar tat-toroq (taxxi u tariffi).

Il-Kummissjoni rċeviet 135 tweġiba għall-kwestjonarji, kif ukoll 48 dokument addizzjonali. It-tweġibiet koprew firxa wiesgħa ta’ gruppi ta’ partijiet ikkonċernati, inklużi impriżi tat-trasport (42 %), konsumaturi/ċittadini (14 %), awtoritajiet pubbliċi (13 %), l-industrija tal-kostruzzjoni (7 %), assoċjazzjonijiet tat-trasport pubbliku (4 %) u fornituri ta’ servizzi/soluzzjonijiet marbuta mal-pedaġġ (4 %).

2)    Matul il-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt saret konsultazzjoni mmirata ma’ partijiet ikkonċernati u speċjalisti speċifiċi, li involviet:

a)    serje ta’ seminars tematiċi mal-partijiet ikkonċernati u mal-Istati Membri li ġew organizzati mill-Kummissjoni matul ix-xhur ta’ Settembru u Ottubru 2015.

b)    Konferenza dwar l-inizjattivi għat-toroq li saret fid-19 ta’ April 2016.

c)    21 intervista ma’ partijiet ikkonċernati magħżula abbażi ta’ ħtiġijiet speċifiċi b’rabta mad-dejta, li twettqu mill-kuntrattur li ħejja l-istudju ta’ appoġġ tal-valutazzjoni tal-impatt.

Sommarju tal-input li wasal u l-użu tar-riżultati

Il-biċċa l-kbira ta’ dawk li wieġbu għall-konsultazzjoni pubblika miftuħa kienu tal-fehma li sistemi differenti tat-taxxa u tat-tariffi jistgħu joħolqu distorsjoni fis-suq, u b’hekk urew l-appoġġ tagħhom għall-armonizzazzjoni tal-UE.

Uħud mill-partijiet ikkonċernati kienu tal-opinjoni li l-impożizzjoni ta’ taxxi fuq il-vetturi, fuq naħa waħda, u ta' tariffi għall-użu tat-toroq min-naħa l-oħra, jammontaw għal piż doppju. Il-partijiet ikkonċernati kienu tal-fehma li armonizzazzjoni fl-UE kollha tat-tariffi għall-użu tat-triq tkun soluzzjoni ideali, peress li toħloq kompetizzjoni ġusta minflok tiffavorixxi kumpaniji stabbiliti f’pajjiżi fejn it-taxxi huma aktar baxxi.

Ħafna mill-partijiet ikkonċernati li ġew intervistati enfasizzaw ukoll li jenħtieġ li kwalunkwe żieda fil-ħlasijiet għall-użu tat-triq tiġi kkumpensata permezz ta’ tnaqqis f’taxxi oħrajn relatati mat-trasport.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Id-definizzjoni tal-problema kienet ibbażata fuq evalwazzjonijiet li għamlu użu, b’mod parzjali, ta’ għarfien espert estern (Evalwazzjoni tal-implimentazzjoni u tal-effetti tal-politika tal-UE dwar it-tariffi għall-użu tal-infrastruttura mill-1995, Aġġornament tal-Gwida dwar l-ispejjeż esterni tat-trasport 7 ), u kienet kumplementata b’riċerka addizzjonali.

Barra minn hekk, fl-2012 twettaq studju li ta ħarsa lejn il-miżuri biex jiġu internalizzati l-ispejjeż esterni fit-trasport 8 .

Kuntrattur estern għen bi studju ta’ appoġġ għall-Valutazzjoni tal-Impatt 9 , li ġie konkluż f’April 2017.

Valutazzjoni tal-impatt

L-inizjattiva hija appoġġata minn Valutazzjoni tal-Impatt, li ngħatat opinjoni pożittiva b’riżervi mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju. Il-kummenti ġew ikkunsidrati fil-valutazzjoni tal-impatt reveduta, u fl-Anness I tar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt ġew inklużi spjegazzjonijiet dwar l-adattamenti. Tqiesu erba’ għażliet ta’ politika li jirriflettu livell dejjem ogħla ta’ intervent regolatorju, li jsegwu lil xulxin (l-ewwel għażla ta’ politika sar-raba’ għażla ta’ politika) u li huma msejsa waħda fuq l-oħra. Il-miżuri relatati mat-tassazzjoni ġew analizzati flimkien ma’ dawk relatati mat-tariffi għall-użu tat-triq.

L-ewwel għażla ta’ politika (PO1) tinkludi bidliet leġiżlattivi biex jiġu aġġornati biss uħud mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u biex il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jiġi estiż għall-xarabanks u għall-kowċis, kif ukoll għall-vannijiet, għall-minibuses u għall-karozzi tal-passiġġieri sabiex jiġu indirizzati l-problemi kollha li ġew identifikati. Il-bidliet marbuta mal-aġġornament tar-rekwiżiti tal-Kapitolu III tad-Direttiva (il-pedaġġi u l-ħlasijiet fuq l-utenti). Il-Kapitolu II ma kienx jiġi affettwat mill-bidliet.

It-tieni għażla ta’ politika tinkludi l-eliminazzjoni b’mod gradwali ta’ tariffi abbażi tal-ħin għall-vetturi heavy duty bl-għan li jiġu indirizzati l-problemi relatati mal-emissjonijiet ta’ CO2 u mas-sustanzi niġġiesa permezz ta’ użu akbar ta’ impożizzjoni ta' tariffi abbażi tad-distanza.

It-tielet għażla ta’ politika (bil-varjanti a u b) tinkludi miżuri addizzjonali għall-vetturi ħfief, li jindirizzaw il-konġestjoni interurbana (il-varjanti a u b tat-tielet għażla ta’ politika), kif ukoll l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa mill-vetturi kollha (il-varjant b biss tat-tielet għażla ta’ politika).

Fl-aħħar nett, ir-raba’ għażla ta’ politika kieku twassal biex l-impożizzjoni ta' tariffi għall-ispejjeż esterni jsir obbligatorju għall-vetturi heavy duty, u telimina b’mod gradwali, għall-vetturi kollha, il-possibbiltà li wieħed jirrikorri għal tariffi abbażi tal-ħin, b’mod li tibqa’ disponibbli biss l-impożizzjoni ta' tariffi abbażi tad-distanza.

It-tieni, it-tielet u r-raba’ għażla inkludew ukoll il-possibbiltà li t-taxxa annwali fuq il-vetturi għall-vetturi tqal tal-merkanzija titnaqqas għal taħt il-livelli minimi attwali stabbiliti bid-Direttiva f’każ li għalihom tiġi applikata l-impożizzjoni ta' tariffi abbażi tad-distanza fl-Istat Membru partikolari. Il-valutazzjoni tal-impatt sabet li, skont l-għażliet tal-Istati Membri anki f’dak li jirrigwarda l-użu ta’ tariffi għall-użu tat-triq abbażi tad-distanza, il-possibbiltà li titnaqqas it-taxxa fuq il-vetturi tista’ twassal għal tnaqqis ta’ madwar EUR 2 biljun mill-piż fuq l-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (meta mqabbel mal-ammont ta’ kważi EUR 3 biljun li bħalissa qed jitħallas f’taxxi fuq l-HGVs).

Il-valutazzjoni tal-impatt, li kieku kellha tiġi preżunta sostituzzjoni tal-iskemi ta’ impożizzjoni ta' tariffi attwali abbażi tal-ħin bi skemi abbażi tad-distanza fit-tieni, fit-tielet u fir-raba’ għażla ta’ politika (fejn l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jimponu ebda tariffa), uriet b’mod ċar li r-raba’ għażla ta’ politika kienet l-aktar waħda effettiva, allavolja l-benefiċċji tagħha tkun tista’ trendihom biss jekk jitħallsu l-ogħla spejjeż. L-ewwel għażla ta’ politika tista’ tagħti kontribut biss għall-ilħiq b’mod limitat ħafna tal-għanijiet, għalkemm dan tkun tista’ tagħmlu prattikament mingħajr ebda spiża. It-tieni u t-tielet għażla ta’ politika kienu aktar ibbilanċjati fl-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tagħhom, u kieku kienu jiksbu dawk ir-riżultati bi spiża raġonevoli.

Il-valutazzjoni tal-impatt identifikat il-varjant b tat-tielet għażla ta’ politika, jiġifieri l-varjant li jinkludi l-varjazzjoni tat-tariffi għall-vetturi ħfief skont l-emissjonijiet tagħhom ta’ CO2 u l-emissjonijiet tagħhom ta’ sustanzi niġġiesa, bħala l-għażla preferuta, possibbilment b’żieda tal-ħtieġa ta’ impożizzjoni ta' tariffi għall-ispejjeż esterni fuq tal-inqas parti min-network għall-vetturi heavy duty, u b’żieda wkoll tal-ħtieġa li l-impożizzjoni ta' tariffi attwali abbażi tal-ħin għall-vetturi ħfief titneħħa b’mod gradwali tul perjodu xieraq biżżejjed. Dawn huma l-miżuri li nżammu f’din il-proposta attwali, li b’hekk tinsab bejn il-varjant b tat-tielet għażla ta’ politika u r-raba’ għażla ta’ politika, iżda tqarreb aktar lejn ir-raba’ għażla ta’ politika.

Il-varjant b tat-tielet għażla ta’ politika u r-raba’ għażla ta’ politika kieku jnaqqsu l-ispejjeż tal-konġestjoni b’bejn 2,5 % u 6 %, jew b’bejn EUR 9 biljun u EUR 22 biljun, jipprovdu dħul addizzjonali minn ħlasijiet għall-użu tat-triq ta’ bejn EUR 10 biljun u EUR 63 biljun fis-sena u jgħinu biex l-investiment fit-toroq jiżdied b’bejn 25 % u 260 % meta mqabbel max-xenarju bażi.

Kieku jnaqqsu l-ammont ta’ emissjonijiet ta’ CO2, ta’ NOx u ta’ materja partikolata mit-trasport bit-triq b’mod sinifikanti. Dan kieku jwassal għal impatt pożittiv fuq is-saħħa pubblika li jkun proporzjonat mat-tnaqqis fit-tniġġis tal-arja, u sal-2030 jirriżulta fi ffrankar ta’ bejn EUR 370 miljun u EUR 1,56 biljun fi spejjeż b’rabta mat-tniġġis tal-arja u l-aċċidenti, espressi bħala valur attwali.

Il-varjant b tat-tielet għażla ta’ politika u r-raba’ għażla ta’ politika jippermettu li jiġu ġġenerati bejn 62 000 u 152 000 impjieg ġdid f’każ li anki biss 30 % tad-dħul addizzjonali mill-ħlasijiet għall-użu tat-triq jiġu investiti fil-manutenzjoni tat-toroq. Barra minn hekk, l-għażliet kollha kieku jagħtu kontribut għat-trattament ugwali taċ-ċittadini tal-UE billi jnaqqsu bin-nofs il-prezz tal-vignettes għal perjodi qosra.

Il-varjanti a u b tat-tielet għażla ta’ politika kieku jżidu l-ispejjeż tat-trasport tal-merkanzija b’1,1 %, filwaqt li ma jwasslu għal ebda bidla fl-ispejjeż tat-trasport tal-passiġġieri. Ir-raba’ għażla ta’ politika tista’ twassal għal żieda fl-ispejjeż tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija b’bejn 1,3 % u 2,0 fil-mija, skont l-użu reali tal-impożizzjoni ta' tariffi abbażi tad-distanza mill-Istati Membri (li magħhom jistgħu jiġu potenzjalment inklużi dawk li bħalissa ma jimponux ħlasijiet għal ċerti kategoriji ta’ vetturi). L-awtoritajiet se jkollhom iġarrbu l-ispejjeż għall-iskjerament ta’ sistemi ta’ pedaġġ ġodda jew għall-espansjoni tas-sistemi eżistenti, li huwa mistenni li għall-Istati Membri kkonċernati b’kollox jammontaw għal bejn EUR 2 biljun u EUR 3,7 biljun sal-2030. L-estensjoni tat-tariffi għall-użu tat-triq għal partijiet ġodda tan-netwerk u għal gruppi ġodda ta’ utenti kieku jżidu l-ispejjeż ta’ konformità għall-utenti tat-toroq b’bejn EUR 198 miljun u EUR 850 miljun fis-sena mill-2025 ’il quddiem.

L-impatti fuq l-SMEs, li magħhom jingħadd ukoll is-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, jiġu limitati minħabba li t-tariffi għall-użu tat-toroq jirrappreżentaw biss perċentwal żgħir tal-ispejjeż totali tat-trasport. Kwalunkwe żieda fl-ispejjeż tista’ tingħadda lill-klijenti, jew inkella tiġi kkumpensata bi tnaqqis fit-taxxa li jista’ jsir permezz tal-emendar tal-Kapitolu II tad-Direttiva.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Il-proposta tippermetti lill-Istati Membri jnaqqsu, b’mod gradwali, it-taxxi annwali applikati għall-vetturi tqal tal-merkanzija b’piż mgħobbi massimu permissibbli ta’ aktar minn 12-il tunnellata. Din il-bidla, flimkien mal-eliminazzjoni b’mod gradwali proposta ta’ sistemi tal-impożizzjoni ta' tariffi abbażi tal-ħin, tista’ tiżgura tranżizzjoni mingħajr problemi minn sistema ta’ taxxi u tariffi b’rata fissa għal sistema ta’ impożizzjoni ta' tariffi abbażi tal-użu li tkun aktar progressiva, proporzjonata u adattabbli.

It-tnaqqis fit-taxxa fuq il-vetturi li titħallas għall-użu ta’ HGVs minn operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (li kollha huma SMEs u, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, mikroimpriżi) jista’ jservi ta’ kumpens għat-tariffi għall-użu tat-toroq li potenzjalment jistgħu jiżdiedu b’rabta mal-applikazzjoni ta’ skemi abbażi tad-distanza.

Bħala tali, l-inizjattiva jista’ jkollha impatt pożittiv fuq il-kompetittività tal-industrija tat-trasport tal-merkanzija bit-triq billi tnaqqas l-ispejjeż tas-sjieda għall-operaturi fl-Istati Membri li jiddeċiedu li jnaqqsu t-taxxa fuq il-vetturi. Jekk, wara perjodu tranżizzjonali, Stat Membru jagħżel li jiffissa t-taxxa għal ammont ta’ EUR 0, dan kieku jnaqqas ukoll il-piż regolatorju u amministrattiv.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Ir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt jinkludi lista ta’ seba’ indikaturi ewlenin li se jintużaw għall-monitoraġġ tal-progress b’rabta mal-għanijiet ta’ politika ewlenin: l-evoluzzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi heavy duty; il-qagħda tal-infrastruttura tat-toroq li tintuża b’pedaġġ; il-proporzjonalità tal-ispejjeż soċjali, u l-kopertura tagħhom mit-tariffi għall-użu tat-toroq; u l-livell ta’ konġestjoni fin-netwerk interurban fl-UE.

Sabiex jiġi vvalutat l-impatt tal-leġiżlazzjoni, ikun jeħtieġ li ssir evalwazzjoni metikoluża ladarba l-bidliet kollha jiġu introdotti b’mod gradwali. Il-perjodu ta’ ħames snin wara l-applikazzjoni bis-sħiħ tal-qafas il-ġdid kieku jkun perjodu ta’ żmien xieraq għal evalwazzjoni ta’ dan it-tip. L-effetti ta’ passi intermedji jistgħu jiġu evalwati qabel.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-Direttivi)

Meta jitqies il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta, u l-fatt li din temenda biss id-Direttiva 1999/62/KE, li ġiet trasposta bis-sħiħ mill-Istati Membri kollha, ma jidhirx li huwa ġustifikat jew proporzjonat li jkunu rikjesti dokumenti ta’ spjegazzjoni.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta fiha l-elementi li ġejjin:

Kapitolu II – Titolu

It-titolu tal-Kapitolu II huwa aġġustat biex jirrifletti li l-fatt li l-vetturi tqal tal-merkanzija biss huma kkonċernati mid-dispożizzjonijiet tal-kapitolu wara l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva, skont l-emendar parallel tad-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva.

Artikolu 3 – Kamp ta’ applikazzjoni tat-taxxi fuq il-vetturi

L-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 hija modifikata b’mod li tirreferi b’mod korrett għall-Artikolu 1(a) tad-Direttiva modifikata fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

Anness I

Qed jiġi propost li l-Anness I jiġi sottodiviż f’għadd ta’ tabelli suċċessivi li jirriflettu t-tnaqqis gradwali tar-rati minimi tul perjodu ta’ ħames snin. L-ewwel tabella tikkorrispondi għat-termini attwali tal-Anness I, filwaqt li l-ħames tabelli l-oħra jinkludu ċifri korrispondenti, li kull darba jonqsu b’20 % meta mqabbel mar-rati attwali, fejn applikabbli 10 .

2017/0115 (CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi tqal tal-merkanzija għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi, fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tassazzjoni fuq il-vetturi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew 11 ,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 12 ,

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)Fil-White Paper tagħha tat-28 ta’ Marzu 2011 13 il-Kummissjoni stabbiliet mira biex tqarreb aktar lejn l-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipji ta’ “min iniġġes iħallas” u “l-utent iħallas”, biex jiġi ġġenerat dħul u biex jiġi żgurat il-finanzjament għal investimenti futuri fit-trasport.

(2)Min-natura tagħhom, it-taxxi annwali fuq il-vetturi huma ħlasijiet unilaterali marbuta mal-fatt li l-vettura tkun irreġistrata f’isem il-kontribwent matul perjodu partikolari u, bħala tali ma jirriflettux xi użu partikolari ta’ infrastruttura. Għal raġunijiet simili, it-taxxi fuq il-vetturi mhumiex effettivi bħala inċentiv għal operazzjonijiet aktar nodfa u aktar effiċjenti, jew għat-tnaqqis tal-konġestjoni.

(3)Billi huma marbuta direttament mal-użu tat-toroq, il-pedaġġi huma aktar xierqa għall-ilħiq ta’ dawn l-għanijiet, u dan b’mod konsiderevoli. Skont l-Artikolu 7k tad-Direttiva 1999/62/KE, l-Istati Membri li jintroduċu ħlasijiet għall-użu tat-triq li jistgħu jipprovdu kumpens xieraq lill-operaturi nazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq.

(4)L-applikazzjoni ta’ taxxi fuq il-vetturi tirrappreżenta spiża li sa issa l-industrija se jkollha ġġarrab fi kwalunkwe każ, anki jekk l-Istati Membri jimponu pedaġġi. Għalhekk, it-taxxi fuq il-vetturi jistgħu jaġixxu bħala ostaklu għall-introduzzjoni ta’ pedaġġi.

(5)Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw aktar lok biex inaqqsu t-taxxi fuq il-vetturi, jiġifieri permezz ta’ tnaqqis tar-rati minimi stipulati fid-Direttiva 1999/62/KE. Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn operaturi tat-trasport stabbiliti fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li dan it-tnaqqis ikun wieħed gradwali.

(6)Għaldaqstant jenħtieġ li d-Direttiva 1999/62/KE tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 1999/62/KE hija emendata kif ġej:

(1)It-titolu tal-Kapitolu II jinbidel b’dan li ġej:

“Tassazzjoni fuq il-vetturi għall-vetturi tqal tal-merkanzija”;

(2)fl-Artikolu 3(1), il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

“It-taxxi fuq il-vetturi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1 huma kif ġej”;

(3)L-Anness I huwa emendat skont kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn . Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1) Id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi, ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42-50.
(2) KUMM(2016)501 finali: Strateġija Ewropea għal Mobbiltà b’Emissjonijiet Baxxi
(3) KUMM(2011)144 finali: Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti.
(4) Evalwazzjoni ex post tad-Direttiva 1999/62/KE, kif emendata, dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi, SWD(2013) 1 final
(5) http://ec.europa.eu/smart-regulation/evaluation/search/download.do?documentId=10296156
(6) SWD(2013) 269 final, Rapport skont l-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 1999/62/KE
(7) Ricardo-AEA et al (2014), Update of the Handbook on External Costs of Transport: http://ec.europa.eu/transport/themes/sustainable/studies/sustainable_en
(8)

   CE Delft et al., 2012, “An inventory of measures for internalising external costs in transport”,  http://ec.europa.eu/transport/themes/sustainable/studies/sustainable_en  

(9) Ricardo et al. (2017), Support Study for the Impact Assessment Accompanying the Revision of Directive 1999/62/EC.
(10) Naturalment, mhux qed jiġi propost li jiġu emendati r-rati minimi, li bħalissa huma ffissati għal EUR 0.
(11) ĠU C , , p. .
(12) ĠU C , , p. .
(13) Il-White Paper tat-28 ta’ Marzu 2011 “Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti” (KUMM(2011) 144 finali).
Top

Brussell, 31.5.2017

COM(2017) 276 final

ANNESS

tal-

Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi, fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tassazzjoni fuq il-vetturi

{SWD(2017) 180 final}
{SWD(2017) 181 final}


ANNESS

tal-

Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi, fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tassazzjoni fuq il-vetturi

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)    It-titolu jinbidel b’dan li ġej:

“Tabella A: RATI MINIMI TA’ TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA SAL-31 TA’ DIĊEMBRU [...]” [għandha tiddaħħal is-sena tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva];

(b) jiżdiedu t-tabelli li ġejjin:

“Tabella B: RATI MINIMI TA’ TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA’ JANNAR [...] [għandha tiddaħħal is-sena wara dik li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva]

Vetturi bil-mutur

Numru ta’ fusien u piż mgħobbi gross massimu permissibbli

(f’tunnellati)

Rata minima ta’ taxxa

(f’euro fis-sena)

Mhux inqas minn

Inqas minn

Fus(ien) tas-sewqan mgħammra b'sospensjoni tal-arja jew b’sistema ekwivalenti rikonoxxuta 1

Sistemi oħra ta’ sospensjoni għall-fus(ien) tas-sewqan

Żewġ fusien

12

13

0

25

13

14

25

69

14

15

69

97

15

18

97

219

Tliet fusien

15

17

25

43

17

19

43

89

19

21

89

115

21

23

115

178

23

25

178

276

25

26

178

276

Erba’ fusien

23

25

115

117

25

27

117

182

27

29

182

290

29

31

290

430

31

32

290

430

KOMBINAZZJONIJIET TA’ VETTURI (VETTURI ARTIKOLATI U FERROVIJI TAL-ART)

Numru ta’ fusien u piż mgħobbi gross massimu permissibbli

(f’tunnellati)

Rata minima ta’ taxxa

(f’euro fis-sena)

Mhux inqas minn

Inqas minn

Fus(ien) tas-sewqan mgħammra b'sospensjoni tal-arja jew b’sistema ekwivalenti rikonoxxuta 2

Sistemi oħra ta’ sospensjoni għall-fus(ien) tas-sewqan

2 + 1 fusien

12

14

0

0

14

16

0

0

16

18

0

0

18

20

0

26

20

22

26

60

22

23

60

78

23

25

78

140

25

28

140

246

2 + 2 fusien

23

25

24

56

25

26

56

92

26

28

92

135

28

29

135

163

29

31

163

268

31

33

268

372

33

36

372

565

36

38

372

565

2 + 3 fusien

36

38

296

412

38

40

412

560

3 + 2 fusien

36

38

262

363

38

40

363

502

40

44

502

743

3 + 3 fusien

36

38

149

180

38

40

180

269

40

44

269

428

   

Tabella C: RATI MINIMI TA’ TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA’ JANNAR […] [għandha tiddaħħal it-tieni sena wara dik li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva]

Vetturi bil-mutur

Numru ta’ fusien u piż mgħobbi gross massimu permissibbli

(f’tunnellati)

Rata minima ta’ taxxa

(f’euro fis-sena)

Mhux inqas minn

Inqas minn

Fus(ien) tas-sewqan mgħammra b'sospensjoni tal-arja jew b’sistema ekwivalenti rikonoxxuta 3

Sistemi oħra ta’ sospensjoni għall-fus(ien) tas-sewqan

Żewġ fusien

12

13

0

19

13

14

19

52

14

15

52

73

15

18

73

164

Tliet fusien

15

17

19

32

17

19

32

67

19

21

67

86

21

23

86

133

23

25

133

207

25

26

133

207

Erba’ fusien

23

25

86

88

25

27

88

137

27

29

137

217

29

31

217

322

31

32

217

322

KOMBINAZZJONIJIET TA’ VETTURI (VETTURI ARTIKOLATI U FERROVIJI TAL-ART)

Numru ta’ fusien u piż mgħobbi gross massimu permissibbli

(f’tunnellati)

Rata minima ta’ taxxa

(f’euro fis-sena)

Mhux inqas minn

Inqas minn

Fus(ien) tas-sewqan mgħammra b'sospensjoni tal-arja jew b’sistema ekwivalenti rikonoxxuta 4

Sistemi oħra ta’ sospensjoni għall-fus(ien) tas-sewqan

2 + 1 fusien

12

14

0

0

14

16

0

0

16

18

0

0

18

20

0

19

20

22

19

45

22

23

45

58

23

25

58

105

25

28

105

184

2 + 2 fusien

23

25

18

42

25

26

42

69

26

28

69

101

28

29

101

122

29

31

122

201

31

33

201

279

33

36

279

424

36

38

279

424

2 + 3 fusien

36

38

222

309

38

40

309

420

3 + 2 fusien

36

38

196

272

38

40

272

377

40

44

377

557

3 + 3 fusien

36

38

112

135

38

40

135

202

40

44

202

321



Tabella D: RATI MINIMI TA’ TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA’ JANNAR […] [għandha tiddaħħal it-tielet sena wara dik li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva]

Vetturi bil-mutur

Numru ta’ fusien u piż mgħobbi gross massimu permissibbli

(f’tunnellati)

Rata minima ta’ taxxa

(f’euro fis-sena)

Mhux inqas minn

Inqas minn

Fus(ien) tas-sewqan mgħammra b'sospensjoni tal-arja jew b’sistema ekwivalenti rikonoxxuta 5

Sistemi oħra ta’ sospensjoni għall-fus(ien) tas-sewqan

Żewġ fusien

12

13

0

12

13

14

12

34

14

15

34

48

15

18

48

110

Tliet fusien

15

17

12

22

17

19

22

44

19

21

44

58

21

23

58

89

23

25

89

138

25

26

89

138

Erba’ fusien

23

25

58

58

25

27

58

91

27

29

91

145

29

31

145

215

31

32

145

215

KOMBINAZZJONIJIET TA’ VETTURI (VETTURI ARTIKOLATI U FERROVIJI TAL-ART)

Numru ta’ fusien u piż mgħobbi gross massimu permissibbli

(f’tunnellati)

Rata minima ta’ taxxa

(f’euro fis-sena)

Mhux inqas minn

Inqas minn

Fus(ien) tas-sewqan mgħammra b'sospensjoni tal-arja jew b’sistema ekwivalenti rikonoxxuta 6

Sistemi oħra ta’ sospensjoni għall-fus(ien) tas-sewqan

2 + 1 fusien

12

14

0

0

14

16

0

0

16

18

0

0

18

20

0

13

20

22

13

30

22

23

30

39

23

25

39

70

25

28

70

123

2 + 2 fusien

23

25

12

28

25

26

28

46

26

28

46

68

28

29

68

82

29

31

82

134

31

33

134

186

33

36

186

282

36

38

186

282

2 + 3 fusien

36

38

148

206

38

40

206

280

3 + 2 fusien

36

38

131

182

38

40

182

251

40

44

251

372

3 + 3 fusien

36

38

74

90

38

40

90

134

40

44

134

214



Tabella E: RATI MINIMI TA’ TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA’ JANNAR […] [għandha tiddaħħal ir-raba’ sena wara dik li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva]

Vetturi bil-mutur

Numru ta’ fusien u piż mgħobbi gross massimu permissibbli

(f’tunnellati)

Rata minima ta’ taxxa

(f’euro fis-sena)

Mhux inqas minn

Inqas minn

Fus(ien) tas-sewqan mgħammra b'sospensjoni tal-arja jew b’sistema ekwivalenti rikonoxxuta 7

Sistemi oħra ta’ sospensjoni għall-fus(ien) tas-sewqan

Żewġ fusien

12

13

0

0

13

14

0

17

14

15

17

24

15

18

24

55

Tliet fusien

15

17

0

0

17

19

0

22

19

21

22

29

21

23

29

44

23

25

44

69

25

26

44

69

Erba’ fusien

23

25

29

29

25

27

29

46

27

29

46

72

29

31

72

107

31

32

72

107

KOMBINAZZJONIJIET TA’ VETTURI (VETTURI ARTIKOLATI U FERROVIJI TAL-ART)

Numru ta’ fusien u piż mgħobbi gross massimu permissibbli

(f’tunnellati)

Rata minima ta’ taxxa

(f’euro fis-sena)

Mhux inqas minn

Inqas minn

Fus(ien) tas-sewqan mgħammra b'sospensjoni tal-arja jew b’sistema ekwivalenti rikonoxxuta 8

Sistemi oħra ta’ sospensjoni għall-fus(ien) tas-sewqan

2 + 1 fusien

12

14

0

0

14

16

0

0

16

18

0

0

18

20

0

0

20

22

0

15

22

23

15

19

23

25

19

35

25

28

35

61

2 + 2 fusien

23

25

0

14

25

26

14

23

26

28

23

34

28

29

34

41

29

31

41

67

31

33

67

93

33

36

93

141

36

38

93

141

2 + 3 fusien

36

38

74

103

38

40

103

140

3 + 2 fusien

36

38

65

91

38

40

91

126

40

44

126

186

3 + 3 fusien

36

38

37

45

38

40

45

67

40

44

67

107



Tabella F: RATI MINIMI TA’ TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA’ JANNAR […] [għandha tiddaħħal il-ħames sena wara dik li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva]

Vetturi bil-mutur

Numru ta’ fusien u piż mgħobbi gross massimu permissibbli

(f’tunnellati)

Rata minima ta’ taxxa

(f’euro fis-sena)

Mhux inqas minn

Inqas minn

Fus(ien) tas-sewqan mgħammra b'sospensjoni tal-arja jew b’sistema ekwivalenti rikonoxxuta 9

Sistemi oħra ta’ sospensjoni għall-fus(ien) tas-sewqan

Żewġ fusien

12

13

0

0

13

14

0

0

14

15

0

0

15

18

0

0

Tliet fusien

15

17

0

0

17

19

0

0

19

21

0

0

21

23

0

0

23

25

0

0

25

26

0

0

Erba’ fusien

23

25

0

0

25

27

0

0

27

29

0

0

29

31

0

0

31

32

0

0

KOMBINAZZJONIJIET TA’ VETTURI (VETTURI ARTIKOLATI U FERROVIJI TAL-ART)

Numru ta’ fusien u piż mgħobbi gross massimu permissibbli

(f’tunnellati)

Rata minima ta’ taxxa

(f’euro fis-sena)

Mhux inqas minn

Inqas minn

Fus(ien) tas-sewqan mgħammra b'sospensjoni tal-arja jew b’sistema ekwivalenti rikonoxxuta 10

Sistemi oħra ta’ sospensjoni għall-fus(ien) tas-sewqan

2 + 1 fusien

12

14

0

0

14

16

0

0

16

18

0

0

18

20

0

0

20

22

0

0

22

23

0

0

23

25

0

0

25

28

0

0

2 + 2 fusien

23

25

0

0

25

26

0

0

26

28

0

0

28

29

0

0

29

31

0

0

31

33

0

0

33

36

0

0

36

38

0

0

2 + 3 fusien

36

38

0

0

38

40

0

0

3 + 2 fusien

36

38

0

0

38

40

0

0

40

44

0

0

3 + 3 fusien

36

38

0

0

38

40

0

0

40

44

0

0

(1) Sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti skont id-definizzjoni fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).
(2) Sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti skont id-definizzjoni fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).
(3) Sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti skont id-definizzjoni fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).
(4) Sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti skont id-definizzjoni fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).
(5) Sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti skont id-definizzjoni fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).
(6) Sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti skont id-definizzjoni fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).
(7) Sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti skont id-definizzjoni fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).
(8) Sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti skont id-definizzjoni fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).
(9) Sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti skont id-definizzjoni fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).
(10) Sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti skont id-definizzjoni fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).
Top