EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0750

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż

COM/2016/0750 final - 2016/0392 (COD)

Brussell, 1.12.2016

COM(2016) 750 final

2016/0392(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

L-għan ta’ din il-proposta tal-Kummissjoni huwa li tallinja r-Regolament (KE) Nru 110/2008 mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Prinċipalment taqsam id-dispożizzjonijiet adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament f’atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni.

Il-qafas legali eżistenti tal-UE għal xorb spirituż jippermetti ċ-ċirkolazzjoni libera ta’ oġġetti fis-suq uniku billi jistabbilixxi definizzjonijiet tal-prodotti, regoli dwar it-tikkettar u dispożizzjonijiet relatati mal-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi għal xorb spirituż. Għalhekk, ma għandux jiġi mibdul.

Għal din ir-raġuni, minbarra l-allinjament mat-TFUE, il-proposta tintroduċi biss ftit emendi tekniċi żgħar, biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u l-leġiżlazzjoni ssir konformi ma’ strumenti legali ġodda tal-UE. Saru bidliet fl-istruttura u fil-formulazzjoni bl-għan esklussiv li r-regolamenti jiġu ssimplifikati u biex tittejjeb il-leġibbiltà tagħhom, b’konformità mal-aġenda tal-Kummissjoni għal “regolamentazzjoni aħjar”.

Dawn il-bidliet fil-formulazzjoni u l-istruttura, u l-ftit emendi tekniċi, ma jaffettwawx is-sustanza tal-liġi, li tibqa’ l-istess bħal fir-Regolament (KE) Nru 110/2008. Għal din ir-raġuni, ebda valutazzjoni tal-impatt ma kienet meqjusa neċessarja.

L-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi ta’ xorb spirituż ġew ikkonsultati. It-tħassib prinċipali tagħhom ġie kkunsidrat.

Din l-inizjattiva mhijiex inkluża fl-aġenda tal-programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni (REFIT). Madankollu, il-proposta ġiet abbozzata wara li tqiesu l-aspettattivi tas-simplifikazzjoni tar-regolamentazzjoni tal-Istati Membri u tal-partijiet ikkonċernati filwaqt li tqiesu wkoll il-prinċipji ta’ gwida għal regolamentazzjoni aħjar.

Minħabba l-importanza u l-kumplessità tas-settur tax-xorb spirituż, huwa xieraq li r-Regolament dwar ix-xorb spirituż jinżamm għall-miżuri speċifiċi dwar id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tax-xorb spirituż li jmorru lil hinn mir-regoli ġenerali previsti fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, 1 filwaqt li tinżamm il-konsistenza ma’ dawn ir-regoli ġenerali. Ir-Regolament dwar ix-xorb spirituż għandu jibqa’ jikkonċentra fuq id-definizzjonijiet tax-xorb spirituż, ikklassifikat f’kategoriji, u jibqa’ jikkontribwixxi għall-ogħla livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur u għall-prevenzjoni ta’ prattiki qarrieqa.

Għandu jiġi nnotat ukoll li r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel 2 aġġorna u armonizza r-regoli dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti (DOP), tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (PĠI) u tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti (STG.) Il-proċeduri għall-ġestjoni ta’ DOP, PĠI u STG (applikazzjoni, emenda, reġistrazzjoni, oppożizzjoni, kanċellazzjoni) ġew riveduti u ssimplifikati kompletament. Sabiex il-proċeduri għall-ġestjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tax-xorb spirituż ikunu aktar omoġenji ma’ dawk fis-seħħ għall-prodotti tal-ikel, l-abbozz ta' proposta li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 110/2008 jinkludi l-modifika tal-Kapitolu III dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

Il-proposta ma tibdilx l-ispeċifiċità tal-iskema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tax-xorb spirituż.

Fir-rigward tal-proċeduri, il-proposta tinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar l-applikazzjonijiet konġunti u l-oppożizzjonijiet, li huma simili għal dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 3 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 4 . L-inklużjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tagħmel il-proposta konsistenti u kompleta. F’każ li r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ikun jeħtieġ li jiġi rivedut, għandu jiġi segwit l-istess approċċ.

Finalment, xi wħud mill-elementi attwalment inklużi fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2013 5 li jirrigwardaw id-definizzjonijiet u r-regoli relatati ma’ termini komposti u allużjonijiet, mhumiex meqjusa essenzjali u għalhekk iddaħħlu fil-proposta bħala parti mill-att bażiku.

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 114(1) tat-TFUE, b’differenza mir-Regolament (KE) Nru 110/2008 li huwa bbażat biss fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (TKE) (attwament l-Artikolu 114 tat-TFUE). Iż-żieda tal-Artikolu 43(2) tat-TFUE tirrifletti l-fatt li l-alkoħol etiliku użat fil-produzzjoni ta’ xorb spirituż u ta’ xarbiet alkoħoliċi oħrajn għandu jkun ta’ oriġini agrikola, li jiżgura wkoll il-kummerċ ta' prodotti agrikoli bażiċi. Din ir-rabta qawwija mas-settur agrikolu hija enfasizzata fil-qafas regolatorju ġdid.

Il-proposta tallinja l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar ix-xorb spirituż mat-TFUE. Barra minn hekk, tinkludi aġġustamenti tekniċi żgħar ta’ din il-leġiżlazzjoni u tissostitwixxi l-proċeduri eżistenti għall-ġestjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tax-xorb spirituż, permezz ta’ proċeduri ġodda bbażati fuq proċeduri aktar eżawrjenti u ttestjati sew għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.

L-objettivi ta’ din il-proposta ma jistgħux jinkisbu permezz ta’ azzjonijiet li jitwettqu mill-Istati Membri waħedhom.

Madankollu, l-Istati Membri, skont l-Artikolu 291 tat-TFUE, huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-iskema definita mil-leġiżlatur. Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li r-regoli dwar ix-xorb spirituż jiġu applikati b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha sabiex:

jiġu pprevenuti l-prattiki qarrieqa;

tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumaturi; u

tiġi evitata l-kompetizzjoni inġusta.

Il-leġiżlatur għalhekk jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li timplimenta miżuri, skont l-Artikolu 291(2) tat-TFUE, speċifikament rigward:

l-applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar ix-xorb spirituż;

ir-regoli proċedurali dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi;

kontrolli u verifiki li jridu jitwettqu mill-Istati Membri; u

l-iskambju ta’ informazzjoni meħtieġ bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Din il-proposta timmira lejn l-objettivi stabbiliti bl-aktar mod effiċjenti u sodisfaċenti filwaqt li tippermetti l-akbar possibbiltà għal deċiżjonijiet fuq livell nazzjonali.

3.L-EVALWAZZJONI, IL-KONSULTAZZJONI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Jeżisti kunsens fost il-produtturi ta’ xorb spirituż li għandu jinżamm il-qafas legali eżistenti għax-xorb spirituż.

Għal din ir-raġuni, il-proposta tistabbilixxi biss is-setgħat tal-Kummissjoni biex tadotta atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni, filwaqt li tintroduċi xi aġġustamenti tekniċi u xi bidliet fil-formulazzjoni u l-istruttura li jissimplifikaw u jiċċaraw l-abbozzar ta’ dawn id-dispożizzjonijiet mingħajr ma tibdel is-sustanza tiegħu. Ir-rappreżentanti tas-settur tax-xorb spirituż ġew ikkonsultati fil-kuntest ta' laqgħat tal-Grupp ta’ Djalogu Ċivili, li fihom il-Kummissjoni ġabret informazzjoni, opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet mingħand l-esperti tax-xorb spirituż.

Fir-rigward tat-taqsima dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi, kull ma tagħmel hu li żżid il-konformità tal-proċeduri ta’ reġistrazzjoni ma’ dawk applikabbli għal oġġetti tal-ikel oħra bla ma taffettwa l-ispeċifiċità tal-iskema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għal xorb spirituż.

Għalhekk, l-għan u l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament eżistenti se jibqgħu l-istess.

Għal dawn ir-raġunijiet, ġie meqjus li ma kienx meħtieġ li ssir valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta.

4.L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-UE.

2016/0392 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43(2) u 114(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, 6

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, 7

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, 8

Billi:

(1)Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 ta xhieda li rnexxielu jirregola s-settur tax-xorb spirituż. Madankollu, fid-dawl tal-esperjenzi reċenti u tal-innovazzjoni teknoloġika, huwa neċessarju li jiġu aġġornati r-regoli dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż u li jiġu riveduti l-modalitajiet għar-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż.

(2)Sabiex jiġu allinjati s-setgħat konferiti lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”), aktar emendi għal dak ir-Regolament huma meħtieġa.

(3)Il-miżuri applikabbli għax-xorb spirituż għandhom jikkontribwixxu sabiex jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, u jikkontribwixxu lejn il-prevenzjoni ta' prattika qarrieqa u l-kisba ta' trasparenza fis-suq u ta' kompetizzjoni ġusta. Dawn se jissalvagwardjaw l-isem li x-xorb spirituż tal-Unjoni kiseb fi ħdanha u fis-suq dinji billi jibqgħu jitqiesu l-metodi tradizzjonali użati fil-produzzjoni tax-xorb spirituż kif ukoll iż-żieda fit-talba għall-protezzjoni tal-konsumatur u għall-informazzjoni. L-innovazzjoni teknoloġika għandha tiġi kkunsidrata wkoll fir-rigward tax-xorb spirituż fejn tali innovazzjoni sservi sabiex tittejjeb il-kwalità, mingħajr ma taffettwa l-karattru tradizzjonali tax-xorb spirituż ikkonċernat. Il-produzzjoni tax-xorb spirituż hija marbuta mill-qrib mas-settur agrikolu. Minbarra li tirrappreżenta suq ewlieni għall-agrikoltura fl-Unjoni, din ir-rabta hija determinanti għall-kwalità u r-reputazzjoni ta’ xorb spirituż prodott fl-Unjoni. Għalhekk, din ir-rabta qawwija mas-settur agrikolu għandha tkun enfasizzata mill-qafas regolatorju.

(4)Sabiex jiġi żgurat approċċ aktar uniformi fil-leġiżlazzjoni dwar ix-xorb spirituż, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi kriterji ċari definiti għad-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż kif ukoll għall-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi. Dan għandu jistipula wkoll regoli dwar l-użu tal-alkoħol etiliku distillat ta' oriġini agrikola fil-produzzjoni ta' xarbiet alkoħoliċi  u għall-użu tad-denominazzjonijiet tal-bejgħ ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel.

(5)Fl-interess tal-konsumaturi, dan ir-Regolament għandu japplika għax-xorb spirituż kollu mqiegħed fis-suq tal-Unjoni, sew jekk prodott fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi. Sabiex tinżamm u titjieb ir-reputazzjoni li x-xorb spirituż prodott fl-Unjoni kiseb fis-suq dinji, ir-regoli stipulati f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għal xorb spirituż prodott fl-Unjoni għall-esportazzjoni.

(6)Sabiex jiġu ssodisfati l-aspettattivi tal-konsumatur u jkun hemm konformità mal-metodi tradizzjonali, l-alkoħol etiliku użat fil-produzzjoni ta’ xorb spirituż u ta’ xarbiet alkoħoliċi oħrajn għandu jkun esklussivament ta’ oriġini agrikola. Dan għandu jiżgura wkoll il-kummerċ ta' prodotti agrikoli bażiċi.

(7)Dan ir-Regolament għandu jkompli jikkonċentra fuq id-definizzjonijiet ta’ xorb spirituż ikklassifikat f’kategoriji billi jitqiesu l-prattiki ta’ kwalità tradizzjonali. Dan ir-Regolament għandu wkoll jistipula regoli speċifiċi għal ċertu xorb spirituż li mhux inkluż fil-lista ta’ kategoriji.

(8)Għandu jiġi ċċarat li kategorija ġdida tista' tiġi miżjuda biss jekk xi xorb spirituż ikollu sehem sinifikanti tas-suq f'almenu Stat Membru wieħed. Barra minn hekk, l-isem magħżul għall-kategorija l-ġdida għandu jkun jew isem użat estensivament jew, fejn dan mhux possibbli, isem ta' natura deskrittiva, b'mod partikolari, b'referenza għall-materja prima użata għall-produzzjoni tax-xorb spirituż.

(9)Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 japplika wkoll għax-xorb spirituż. Madankollu, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli addizzjonali dwar aromatizzanti li jkunu applikabbli biss għal xorb spirituż.

(10)Minħabba l-importanza u l-kumplessità tas-settur tax-xorb spirituż, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar tax-xorb spirituż, partikolarment għall-użu ta’ denominazzjonijiet tal-bejgħ, indikazzjonijiet ġeografiċi, termini komposti u allużjonijiet.

(11)Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 11 għandu japplika għall-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, għajr meta previst xorta oħra f’dan ir-Regolament.

(12)Sabiex jiġi żgurat l-użu uniformi ta’ termini komposti u allużjonijiet fl-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar l-użu tagħhom għall-fini tal-preżentazzjoni ta’ xorb spirituż u oġġetti tal-ikel oħra.

(13)Sabiex il-konsumaturi jingħataw informazzjoni adegwata, għandhom jiġu dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż li jikkwalifikaw għal taħlitiet ta’ xorb spirituż.

(14)Filwaqt li huwa importanti li jiġi żgurat li ġeneralment il-perjodu jew l-età ta' maturazzjoni jispeċifikaw biss il-komponent alkoħoliku l-inqas matur, għandu jkun possibbli li tiġi stipulata deroga, permezz ta’ atti delegati, biex jitqiesu l-proċessi ta' invekkjament tradizzjonali fl-Istati Membri.

(15)F'xi każijiet, l-operaturi tan-negozji tal-ikel jistgħu jkunu meħtieġa jew jistgħu jkunu jixtiequ jindikaw l-oriġini tax-xorb spirituż sabiex jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumaturi għall-kwalitajiet tal-prodott tagħhom. Indikazzjonijiet bħal dawn dwar l-oriġini għandhom ukoll jikkonformaw ma’ kriterji armonizzati. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini jew il-post ta’ provenjenza fil-preżentazzjoni u fit-tikketti ta’ xorb spirituż.

(16)L-użu ta’ kapsuli abbażi ta’ ċomb biex jiksu l-mezzi tal-għeluq ta’ kontenituri mimlijin bix-xorb spirituż għandu jiġi pprojbit, sabiex jiġi evitat kull riskju ta’ kontaminazzjoni, b’mod partikolari permezz ta’ kuntatt aċċidentali ma’ kapsuli bħal dawn, u ta’ tniġġis ambjentali minn skart b’kontenut ta’ ċomb minn dawn il-kapsuli.

(17)Rigward il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, huwa importanti li jiġi kkunsidrat kif xieraq il-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali Relatati mal-Kummerċ (“il-Ftehim TRIPS”), u b’mod partikolari l-Artikoli 22 u 23 tiegħu, u l-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (“il-Ftehim GATT”) li ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE 12 . 

(18)Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 ma japplikax għax-xorb spirituż. Regoli dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż għandhom għalhekk jiġu stabbiliti. L-indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jiġu reġistrati mill-Kummissjoni, billi x-xorb spirituż jiġi identifikat bħala oriġinarju ta' territorju ta' pajjiż, jew ta' reġjun jew lokalità f'dak it-territorju, fejn xi kwalità, reputazzjoni jew karatteristika partikolari oħra tax-xarba spirituża tkun essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha.

(19)Proċeduri għar-reġistrazzjoni, il-modifika u l-kanċellazzjoni possibbli ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni jew ta’ pajjiż terz skont il-Ftehim TRIPS għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jiġi rikonoxxut b’mod awtomatiku l-istatus ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti eżistenti tal-Unjoni. Sabiex ir-regoli proċedurali dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi jsiru konsistenti fis-setturi kollha kkonċernati, dawn il-proċeduri għal xorb spirituż għandhom ikunu bbażati fuq il-proċeduri aktar eżawrjenti u ttestjati sew għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 filwaqt li jitqiesu l-ispeċifitajiet tax-xorb spirituż. Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri tar-reġistrazzjoni u biex jiġi żgurat li l-informazzjoni għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-konsumaturi tkun elettronikament disponibbli għandu jiġi stabbilit reġistru elettroniku tal-indikazzjonijiet ġeografiċi.

(20)L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, u l-Kummissjoni għandha tkun tista’ tissorvelja u tivverifika tali konformità. Għalhekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jaqsmu l-informazzjoni rilevanti bejniethom.

(21)Fl-applikazzjoni ta' politika ta' kwalità, u sabiex ikunu aġevolati livell għoli fil-kwalità tax-xorb spirituż u d-diversità f'dan is-settur, l-Istati Membri għandhom jitħallew jadottaw regoli dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tax-xorb spirituż prodott fit-territorju tagħhom li jkunu aktar stretti minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(22)Sabiex jitqiesu d-domandi li dejjem jevolvu tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku, l-iżviluppi fl-istandards rilevanti internazzjonali u l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, il-proċessi ta’ invekkjament tradizzjonali, u f’każijiet eċċezzjonali, il-liġi tal-pajjiż terz importatur, u sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, is-setgħa biex l-atti jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi jew tad-derogi mid-definizzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti dwar il-kategoriji ta’ xorb spirituż u regoli speċifiċi dwar xi wħud minnhom imsemmija taħt il-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament, it-tikkettar u l-preżentazzjoni msemmija taħt il-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament u l-kontrolli u l-iskambju ta’ informazzjoni msemmija taħt il-Kapitolu IV ta’ dan ir-Regolament.

(23)Sabiex ikun hemm reazzjoni rapida għall-iżviluppi teknoloġiċi li jirrigwardjaw ix-xorb spirituż kopert minn dan ir-Regolament li għalih ma jeżistux kategorija u speċifikazzjonijiet tekniċi bl-għan li jiġu protetti l-konsumaturi u l-interessi ekonomiċi tal-produtturi u jiġu unifikati r-rekwiżiti tal-produzzjoni u tal-kwalità partikulari għal dak ix-xorb spirituż, is-setgħa biex l-atti jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward taż-żieda, suġġetta għal ċerti kundizzjonijiet, ta’ kategoriji ġodda ta’ xorb spirituż ma’ dawk elenkati rispettivament fil-Parti I u l-Parti II tal-Anness ta’ dan ir-Regolament u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu.

(24)Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 14 . B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(25)Bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni.

(26)Is-setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mat-tikkettar u l-preżentazzjoni msemmija taħt il-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, mal-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija taħt il-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament u mal-kontrolli u l-iskambju ta’ informazzjoni msemmija fil-Kapitolu IV ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 .

(27)It-tranżizzjoni mir-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 110/2008 għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament tista’ toħloq diffikultajiet li mhumiex ittrattati f’dan ir-Regolament. Sabiex jittieħdu l-miżuri meħtieġa f’dan ir-rigward, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni.

(28)Sabiex jiġu protetti l-interessi leġittimi tal-produtturi u tal-partijiet interessati kkonċernati biex jibbenefikaw mill-pubbliċità mogħtija lil dokumenti uniċi taħt il-qafas legali l-ġdid, għandu jsir possibbli li dokumenti uniċi dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 jiġu ppubblikati fuq talba tal-Istati Membri kkonċernati. 

(29)Sabiex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni bla xkiel mir-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 110/2008 għar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jibda japplika minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Il-kummerċjalizzazzjoni tal-ħażniet eżistenti għandha tkun permessa wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, sakemm jiġu eżawriti dawn il-ħażniet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, ORIĠINI AGRIKOLA TAL-ALKOĦOL ETILIKU U DISTILLATI U KLASSIFIKAZZJONI TAX-XORB SPIRITUŻ

Artikolu 1

Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, kif ukoll dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-użu ta' alkoħol etiliku jew distillati ta' oriġini agrikola fil-produzzjoni ta' xarbiet alkoħoliċi u għall-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra.

2.Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 imqiegħda fis-suq tal-Unjoni sew jekk prodotti fl-Unjoni jew f’pajjiżi terzi, kif ukoll għal dawk prodotti fl-Unjoni għall-esportazzjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(1)“xarba spirituża” tfisser xarba alkolħolika li tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)hija intenzjonata għall-konsum mill-bniedem;

(b)ikollha kwalitajiet organolettiċi partikolari;

(c)ikollha qawwa alkoħolika minima ta’ 15 % vol., apparti minn xorb spirituż tal-kategorija 42 tal-Parti I tal-Anness II;

(d)tkun ġiet prodotta:

(i)jew direttament bl-użu ta’ kwalunkwe wieħed mill-metodi li ġejjin:

distillazzjoni, biż-żieda ta', jew mingħajr, aromatizzanti, ta' prodotti fermentati b'mod naturali,

il-maċerazzjoni jew proċessar simili ta' materjali minn pjanti fl-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillati ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż jew taħlitiet tiegħu fis-sens ta' dan ir-Regolament,

iż-żieda ma’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, distillati ta’ oriġini agrikola jew xorb spirituż ta’ xi wieħed minn dan li ġej:

aromatizzanti,

kuluri,

zokkrijiet jew prodotti dolċifikanti oħra,

prodotti agrikoli oħra,

oġġetti tal-ikel; jew

(ii)billi jiġi miżjud ma' xarba spirituża xi wieħed minn dawn li ġejjin:

xorb spirituż ieħor,

alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola,

distillati ta’ oriġini agrikola,

oġġetti tal-ikel oħra;

(e)ma taqax fi ħdan il-kodiċi NM 2203, 2204, 2205, 2206 u 2207;

(2)    “denominazzjoni tal-bejgħ” tfisser l-isem li bih tinbiegħ xarba spirituża;

(3)“taħlita” tfisser xarba spirituża elenkata fil-Parti I tal-Anness II jew li tikkorrespondi ma' indikazzjoni ġeografika mħallta ma’ xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)xorb spirituż ieħor li ma jappartjenix għall-istess kategorija elenkata fil-Parti I tal-Anness II;

(b)distillati ta’ oriġini agrikola;

(4)    “terminu kompost” tfisser il-kombinazzjoni tat-termini ta’ denominazzjoni tal-bejgħ ta’ xarba spirituża prevista fil-Parti I tal-Anness II jew it-termini ta’ indikazzjoni ġeografika, li tiddeskrivi xarba spirituża, minn fejn l-alkoħol kollu tal-prodott finali joriġina, b’xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)l-isem ta’ prodott tal-ikel wieħed jew aktar ħlief dawk użati għall-produzzjoni ta’ dik ix-xarba spirituża skont l-Anness II, jew aġġettivi li joħorġu minn dawk l-ismijiet;

(b)it-terminu “likur”;

(5)“allużjoni” tfisser referenza diretta jew indiretta għal xarba spirituża waħda jew aktar elenkata fil-Parti I tal-Anness II jew indikazzjonijiet ġeografiċi, għajr ir-referenza f’terminu kompost jew lista ta’ ingredjenti msemmija fl-Artikolu 8(6);

(6)“indikazzjoni ġeografika” tfisser indikazzoni li tidentifika xarba spirituża oriġinarja ta' territorju ta' pajjiż, jew ta' reġjun jew lokalità f'dak it-territorju, fejn xi kwalità, reputazzjoni jew karatteristika partikolari oħra tax-xarba spirituża tkun essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha;

(7)“Speċifikazzjoni tal-prodott” tfisser fajl mehmuż mal-applikazzjoni għall-protezzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika li jistipula l-ispeċifikazzjonijiet li xorb spirituż għandu jkun konformi magħhom;

(8)“preżentazzjoni” tfisser it-termini użati fuq it-tikkettar u fuq l-imballaġġ, inkluż fir-reklamar u l-promozzjoni tal-bejgħ, fi stampi jew simili, kif ukoll fuq il-kontenitur, inkluż il-flixkun u l-għeluq;

(9)“tikkettar” tfisser kwalunkwe kelma, partikolarità, trademarks, isem ta’ ditta, tpinġija jew simbolu relatati max-xarba sprituża u mqegħdin fuq kwalunkwe imballaġġ, dokument, avviż, tikketta, anell jew kullar li jakkumpanja jew jirriferi għal tali xarba spirituża;

(10)“tikketta” tfisser kwalunkwe tabella, ditta, marka, stampa jew materjal deskrittiv ieħor miktub, stampat, stensiljat, immarkat, ibbuzzat 'il barra jew imprimat fuq l-imballaġġ jew il-kontenitur tal-ikel, jew mehmuż miegħu;

(11)“isem li sar ġeneriku” tfisser l-isem ta' xarba spirituża li, minkejja li tkun relatata ma' post jew reġjun fejn dan il-prodott kien oriġinarjament prodott jew kummerċjalizzat, sar l-isem komuni ta' xarba spirituża fl-Unjoni.

2.Id-definizzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness I għandhom japplikaw ukoll.

Artikolu 3

Oriġini tal-alkoħol etiliku u distillati użati f’xorb alkoħoliku

1.L-alkoħol użat fil-produzzjoni tax-xarbiet alkoħoliċi u sabiex jiddilwixxi jew iħoll il-kuluri, l-aromatizzanti jew kwalunkwe addittiv awtorizzat ieħor użat fil-preparazzjoni ta' xorb alkoħoliku għandu jkun alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

2.Id-distillati użati fil-produzzjoni tax-xarbiet alkoħoliċi u sabiex jiddilwixxi jew iħoll il-kuluri, l-aromatizzanti jew kwalunkwe addittiv awtorizzat ieħor użat fil-preparazzjoni ta' xorb alkoħoliku għandhom ikunu esklussivament ta' oriġini agrikola.

Artikolu 4

Il-klassifikazzjoni ta' xorb spirituż

1.Mingħajr ħsara għar-regoli speċifiċi stabbiliti għal kull waħda mill-kategoriji ta’ xorb spirituż 1 sa 14 tal-Parti I tal-Anness II, ix-xorb spirituż ta’ dawk il-kategoriji għandu:

(a)jiġi prodott permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika u d-distillazzjoni miksuba esklussivament mill-materja prima prevista fil-kategorija rilevanti;

(b)ma jkollux żieda ta' alkoħol kif definit fil-punt (4) tal-Anness I, sew jekk dilwit jew le;

(c)ikun fih aromatizzanti, kif definit mill-punt (8) tal-Anness I;

(d)ikun fih karamella miżjuda biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur;

(e)jiġi dolċifikat biss skont il-punt (3) tal-Anness I u sabiex tiġi mirquma t-togħma finali tal-prodott.

2.Mingħajr ħsara għar-regoli speċifiċi stabbiliti għal kull waħda mill-kategoriji ta’ xorb spirituż tal-kategoriji 15 sa 47 tal-Parti I tal-Anness II, ix-xorb spirituż ta’ dawk il-kategoriji jista’:

(a)jinkiseb minn kwalunkwe materja prima agrikola elenkata fl-Anness I tat-Trattat;

(b)ikollu żieda ta' alkoħol kif definit fil-punt (4) tal-Anness I;

(c)ikun fih aromatizzanti kif definit fil-punt (8) tal-Anness I;

(d)ikun fih koloranti kif definit fil-punt (14) tal-Anness I;

(e)jiġi dolċifikat sabiex jikkorrispondi għall-karatteristiċi partikolari ta' prodott u skont il-punt (3) tal-Anness I u b'kont meħud tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Istati Membri.

3.Mingħajr ħsara għar-regoli speċifiċi stabbiliti fil-Parti II tal-Anness II, xorb spirituż ieħor li ma jikkonformax mar-regoli speċifiċi stabbiliti għal kull waħda mill-kategoriji elenkati fil-Parti I tal-Anness II jista':

(a)jinkiseb minn kwalunkwe materja prima agrikola elenkata fl-Anness I tat-Trattat jew minn oġġett tal-ikel adattat għall-konsum mill-bniedem, jew mit-tnejn;

(b)ikollu żieda ta' alkoħol kif definit fil-punt (4) tal-Anness I;

(c)ikun fih aromatizzanti kif definit fil-punt (8) tal-Anness I;

(d)ikun fih koloranti, kif definit fil-punt (13) tal-Anness I;

(e)jiġi dolċifikat sabiex jikkorrispondi għall-karatteristiċi partikolari ta' prodott u skont il-punt (3) tal-Anness I.

Artikolu 5

Setgħat delegati

1.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar:

(a)l-emenda tad-definizzjonijiet tekniċi previsti fl-Anness I;

(b)l-emenda tar-rekwiżiti tal-kategoriji ta’ xorb spirituż prevista fil-Parti I tal-Anness II u r-regoli speċifiċi dwar ċertu xorb spirituż elenkat fil-Parti II tal-Anness II.

L-atti delegati msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu limitati sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet dimostrattivi li jirriżultaw minn domandi evolventi tal-konsumaturi, progress teknoloġiku fl-istandards internazzjonali jew ħtiġijiet għal innovazzjoni tal-prodott;

2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar iż-żieda ta’ kategoriji ġodda ta’ xorb spirituż fl-Anness II.

Kategorija ġdida tista’ tiġi miżjuda b’dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)    il-kummerċjalizzazzjoni ta' xarba spirituża b'isem partikolari u b'mod konformi mal-ispeċifikazzjonijiet teknikiċi uniformi huwa ekonomikament u teknikament meħtieġa biex tipproteġi l-interessi tal-konsumaturi u l-produtturi;

(b)    ix-xorb spirituż għandu sehem sinifikanti tas-suq f'almenu Stat Membru wieħed;

(c)    l-isem magħżul għall-kategorija l-ġdida għandu jkun jew isem użat estensivament jew    fejn dan mhux possibbli, isem ta' natura deskrittiva, b'mod partikolari, b'referenza għall-materja prima użata għall-produzzjoni tax-xorb spirituż;

(d)    l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kategorija l-ġdida għandhom jiġu stabbiliti u bbażati fuq evalwazzjoni ta’ parametri eżistenti tal-kwalità u tal-produzzjoni użati fis-suq tal-Unjoni. Meta jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur għandha tipi rispettata, kif ukoll għandhom jitqiesu dawk l-istandards internazzjonali rilevanti. Dawn għandhom jiżguraw il-kompetizzjoni ġusta fost il-produtturi tal-Unjoni kif ukoll ir-reputazzjoni għolja tax-xorb spirituż tal-Unjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha, fil-każijiet eċċezzjonali meta l-liġi tal-pajjiż terz importatur teħtieġ hekk, tingħata wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 43, dwar derogi mir-rekwiżiti ta’ definizzjonijiet tekniċi previsti fl-Anness I, mir-rekwiżiti stabbiliti fil-kategoriji ta’ xorb spirituż previsti fil-Parti I tal-Anness II u mir-regoli speċifiċi dwar ċertu xorb spirituż elenkat fil-Parti II tal-Anness II.

KAPITOLU II

IL-PREŻENTAZZJONI U T-TIKKETTAR TA' XORB SPIRITUŻ U L-UŻU TAL-ISMIJIET TA' XORB SPIRITUŻ FIL-PREŻENTAZZJONI U T-TIKKETTAR TA' OĠĠETTI TAL-IKEL OĦRA

Artikolu 6

It-tikkettar

Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Denominazzjoni tal-bejgħ

Ix-xorb spirituż għandu jkollu denominazzjonijiet tal-bejgħ fil-preżentazzjoni u t-tikkettar tiegħu.

Artikolu 8

Regoli ġenerali dwar id-denominazzjonijiet tal-bejgħ

1.Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ ta’ xorb spirituż li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti għall-kategoriji ta’ xorb spirituż elenkati fil-Parti I tal-Anness II għandhom ikunu l-ismijiet tal-kategoriji rilevanti għajr jekk denominazzjonijiet tal-bejgħ oħra huma previsti f’dawk il-kategoriji.

2.Id-denominazzjoni tal-bejgħ ta’ xorb spirituż li ma jikkonformax mar-rekwiżiti li ġew stabbiliti għall-kategoriji ta’ xorb spirituż elenkati fil-Parti I tal-Anness II għandha tkun “xorb spirituż”.

3.Meta xarba spirituża tissodisfa r-rekwiżiti ta’ aktar minn kategorija waħda ta’ xorb spirituż tal-kategoriji 15 sa 47 tal-Parti I tal-Anness II, din tista’ tinbiegħ taħt waħda jew aktar mid-denominazzjonijiet tal-bejgħ rilevanti previsti f’dawk il-kategoriji.

4.Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ m’għandhomx jiġu sostitwiti jew modifikati. Dawn jistgħu jkunu biss:

(a)supplimentati jew sostitwiti b'indikazzjoni ġeografika msemmija fil-Kapitolu III, jew supplimentati skont dispożizzjonijiet nazzjonali minn indikazzjoni ġeografika oħra sakemm dan ma jqarraq bil-konsumatur; jew

(b)sostitwiti b’terminu kompost li jinkludi l-kelma "likur" sakemm il-prodott finali jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-kategorija 32 tal-Parti I tal-Anness II.

Jekk denominazzjoni tal-bejgħ tiġi supplimentata jew sostitwita skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-indikazzjoni ġeografika msemmija f’dak il-punt tista' tiġi supplimentata biss jew:

(a)b'termini li diġà kienu jintużaw fl-20 ta' Frar 2008 għal indikazzjonijiet ġeografiċi eżistenti fis-sens tal-Artikolu 34(1); jew

(b)b’termini indikati fl-ispeċifikazzjoni rilevanti tal-prodott.

5.Mingħajr ħsara għall-paragrafu 6 u l-Artikoli 9 u 10, id-denominazzjonijiet tal-bejgħ imsemmija fil-paragrafu 1 jew l-indikazzjonijiet ġeografiċi m’għandhomx jintużaw fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar ta’ xorb li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-kategoriji rilevanti elenkati fil-Parti I tal-Anness II jew relatati mal-indikazzjonijiet ġeografiċi rilevanti, inkluż billi jiġu assoċjati kelmiet jew frażijiet bħal "bħal", "tip", "stil", "magħmul", "togħma" jew kwalunkwe termini simili oħra ma’ dawk id-denominazzjonijiet tal-bejgħ jew indikazzjonijiet ġeografiċi.

Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ imsemmija fil-paragrafu 1 supplimentati bit-terminu "togħma" jew kwalunkwe termini simili oħra jistgħu jintużaw biss biex jirreferu għal aromatizzanti li jimitaw xarba spirituża jew għall-użu tagħhom fil-produzzjoni ta’ oġġett tal-ikel għajr xarba. L-indikazzjonijiet ġeografiċi m’għandhomx jintużaw sabiex jiddeskrivu l-aromatizzanti.

6.Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu inklużi f’lista ta’ ingredjenti għal oġġetti tal-ikel sakemm il-lista tkun skont l-Artikoli 18 u 21 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

Artikolu 9

Termini komposti u allużjonijiet

1.Fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġett tal-ikel, l-użu ta’ denominazzjoni tal-bejgħ previst fil-kategoriji ta’ xorb spirituż elenkati fil-Parti I tal-Anness II jew ta’ indikazzjoni ġeografika f’terminu kompost jew allużjoni għal xi wieħed minnhom għandu jiġi awtorizzat jekk b’dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)l-alkoħol użat fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel joriġina esklussivament minn xorb spirituż imsemmi fit-terminu kompost jew fl-allużjoni(jiet), għajr għall-alkoħol etiliku li jista' jkun preżenti f’aromatizzanti użati għall-produzzjoni ta’ dan l-oġġett tal-ikel; u

(b)ix-xorb spirituż użat fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel ma jkunx ġie dilwit sempliċiment bl-ilma sabiex il-qawwa alkoħolika tkun anqas mill-qawwa minima prevista fil-kategorija rilevanti ta’ xorb spirituż elenkat fil-Parti I tal-Anness II.

2.It-terminu “xorb spirituż” ma għandux ikun parti minn terminu kompost li jiddeskrivi xarba alkolħolika.

3.Terminu kompost li jiddeskrivi xarba alkolħolika ma għandux jikkonsisti fil-kombinazzjoni tat-terminu "likur" mad-denominazzjonijiet tal-bejgħ previsti f’waħda mill-kategoriji 33 sa 41 tal-Parti I tal-Anness II.

4.It-terminu kompost li jiddeskrivi xarba alkolħolika għandu jidher b’karattri uniformi tal-istess tipa, daqs u kulur. Dan ma għandux jiġi interrott b’xi element testwali jew ta’ stampi li ma jifformawx parti minnu u ma għandux jidher f’daqs tat-tipa akbar minn dik tad-denominazzjoni tal-bejgħ.

5.L-allużjoni għal xi kategorija jew indikazzjoni ġeografika ta’ xorb spirituż, bħala preżentazzjoni ta’ oġġett tal-ikel, ma għandhiex tidher fl-istess linja bħad-denominazzjoni tal-bejgħ. Mingħajr ħsara għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3), għall-preżentazzjoni ta’ xorb alkoħoliku, l-allużjoni għandha tintwera b’font ta’ daqs iżgħar minn dawk użati għad-denominazzjoni tal-bejgħ u t-terminu kompost.

Artikolu 10

Preżentazzjoni u tikkettar ta' taħlitiet

1.Taħlita għandu jkollha d-denominazzjoni tal-bejgħ “xorb spirituż”.

Taħlita tista' turi, fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar tagħha, l-ismijiet elenkati fil-Parti I tal-Anness II jew indikazzjonijiet ġeografiċi li jikkorrispondu għax-xarbiet spiritużi li kienu użati fit-taħlita bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)dawk l-ismijiet jew indikazzjonijiet ġeografiċi jidhru esklussivament f’lista tal-ingredjenti alkoħoliċi kollha li jinsabu fit-taħlita, preċeduti bit-terminu “xarba spirituża mħallta”; u

(b)it-terminu “xarba spirituża mħallta” għandu jidher fl-istess kamp viżiv fejn wieħed jista’ jara d-denominazzjoni tal-bejgħ, b’karattri uniformi tal-istess tipa u kulur bħal dawk użati għad-denominazzjoni tal-bejgħ u b’karattri li mhumiex aktar minn nofs id-daqs ta’ dawk użati għad-denominazzjoni tal-bejgħ.

2.B’deroga mill-paragrafu 1, jekk taħlita tissodisfa r-rekwiżiti ta’ waħda mill-kategoriji tal-Anness II, it-taħlita għandha turi d-denominazzjoni tal-bejgħ prevista taħt il-kategorija rilevanti.

Fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar ta’ taħlita jistgħu juru l-ismijiet elenkati fil-Parti I tal-Anness II jew indikazzjonijiet ġeografiċi li jikkorrispondu max-xarbiet alkoħoliċi li kienu mħalltin, sakemm dawn l-ismijiet jidhru:

(a)esklussivament f’lista tal-ingredjenti alkoħoliċi kollha li jinsabu fit-taħlita; u

(b)fl-istess kamp viżiv tad-denominazzjoni tal-bejgħ mill-inqas darba.

3.Il-lista tal-ingredjenti alkoħoliċi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tindika, almenu darba, l-perċentwali bil-volum ta’ alkoħol pur li kull ingredjent alkoħoliku jirrappreżenta fil-kontenut ta’ alkoħol pur totali bil-volum tat-taħlita. L-ingredjenti alkoħoliċi għandhom jiġu elenkati f’ordni dixxendenti ta’ dak il-persentaġġ.

Il-lista ta' ingredjenti alkoħoliċi għandha tidher b’karattri uniformi tal-istess tipa u kulur bħal dawk użati għad-denominazzjoni tal-bejgħ u b’karattri li mhumiex aktar minn nofs id-daqs tal-karattri użati għad-denominazzjoni tal-bejgħ.

Artikolu 11

Regoli addizzjonali dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni

1.Meta l-preżentazzjoni jew it-tikkettar ta' xarba spirituża jindika l-materja prima użata fil-produzzjoni tal-alkoħol etiliku, kull tip ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola għandu jissemma f'ordni dixxendenti tal-kwantitajiet użati.

2.Il-preżentazzjoni jew it-tikkettar ta' xarba spirituża tista' tkun supplimentata bit-terminu “blend (taħlita), “blending” (taħlit) jew “blended” (imħallta) fil-każ biss fejn ix-xarba spirituża tkun ġiet suġġetta għal “blending”, kif definit fil-punt (6) tal-Anness I.

3.Il-perjodu jew l-età ta’ maturazzjoni jistgħu jkunu speċifikati fil-preżentazzjoni jew it-tikkettar tax-xarba spirituża, meta dawn jirreferu għall-komponent alkoħoliku l-aktar reċenti, sakemm ix-xarba spirituża tkun ġiet invekkjatataħt superviżjoni tal-awtoritajiet tat-taxxa ta’ Stat Membru jew superviżjoni li toffri garanziji ekwivalenti.

Artikolu 12

L-indikazzjoni tal-oriġini

1.Meta l-oriġini ta’ xarba spirituża tkun indikata, din għandha tikkorrispondi għall-pajjiż jew it-territorju ta’ oriġini skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 .

2.L-indikazzjoni tal-pajjiż jew it-territorju ta’ oriġini tal-ingredjenti m’għandhiex tkun meħtieġa għal xorb spirituż.

Artikolu 13

Il-lingwa użata għall-ismijiet ta’ xorb spirituż

It-termini bil-korsiv fl-Anness II u l-indikazzjonijiet ġeografiċi m'għandhomx ikunu tradotti, la fuq it-tikketta u lanqas fil-preżentazzjoni tax-xarba spirituża.

Artikolu 14

L-użu ta’ simbolu tal-Unjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi protetti

Is-simbolu tal-Unjoni għall-indikazzjoni ġeografika protetta jista’ jintuża għat-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ xorb spirituż.

Artikolu 15

Projbizzjoni ta' kapsuli jew fojl abbażi ta’ ċomb

M'għandux jinżamm xorb spirituż bil-ħsieb li jinbiegħ jew li jitqiegħed fis-suq f'kontenituri b'apparati ta' għeluq miksijin b'kapsuli jew fojl abbażi ta’ ċomb.

Artikolu 16

Setgħat delegati

1.Sabiex jitqiesu t-talbiet li dejjem jevolvu tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku, l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti u l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar:

(a)emendi tar-regoli fir-rigward tal-indikazzjonijiet fuq it-tikketta tax-xorb spirituż li jikkonċernaw it-termini komposti jew l-allużjonijiet;

(b)emendi tar-regoli fir-rigward tal-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ taħlitiet; u

(c)l-aġġornament u t-tlestija tal-metodi ta’ referenza tal-Unjoni għall-analiżi tax-xorb spirituż.

2.Sabiex jitqiesu l-proċessi ta’ invekkjament tradizzjonali fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 43 dwar derogi mill-Artikolu 11(3) rigward l-ispeċifikazzjoni tal-perjodu jew età tal-maturazzjoni fil-preżentazzjoni jew it-tikkettar ta’ xarba spirituża.

3. Fil-każijiet eċċezzjonali meta l-liġi tal-pajjiż terz importatur teħtieġ hekk, il-Kummissjoni għandha tingħata wkoll is-setgħa li tadotta atti ddelegati b’konformità mal-Artikolu 43 rigward derogi mid-dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar li hemm f’dan il-Kapitolu.

Artikolu 17

Setgħat ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta:

(a)regoli dwar il-modalitajiet għall-użu tas-simbolu tal-Unjoni, imsemmi fl-Artikolu 14, fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż;

(b)regoli dwar il-modalitajiet li jindikaw, meta jintużaw, il-pajjiż jew it-territorju ta’ oriġini fuq it-tikketta ta’ xorb spirituż.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

KAPITOLU III

INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI

Artikolu 18

Protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi

1. L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza xarba spirtuża prodotta skont l-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti.

2.L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u x-xorb spirituż li jużaw dawk l-ismijiet protetti b’konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom ikunu protetti minn:

(a)kwalunkwe użu kummerċjali dirett jew indirett ta' isem protett:

(i)minn prodotti komparabbli li mhumiex konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-isem protett; jew

(ii)meta tali użu jisfrutta r-reputazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika;

(b)kull użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott jew servizz ikunu indikati jew jekk l-isem protett ikun tradott jew akkumpanjat minn espressjoni bħal “stil”, “tip”, “metodu”, “kif prodott fi”, “imitazzjoni”, “togħma”, “bħal”’ jew xi espressjonijiet simili;

(c)kull indikazzjoni falza jew qarrieqa oħra fir-rigward tal-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq l-imballaġġ intern jew estern, il-materjal ta’ reklamar jew dokumenti relatati mal-prodott ikkonċernat, u l-imballaġġ tal-prodott f’kontenitur li x’aktarx jagħti impressjoni falza rigward l-oriġini tiegħu;

(d)kull prattika oħra li tista’ tqarraq bil-konsumatur fir-rigward tal-oriġini vera tal-prodott.

3.L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ma għandhomx isiru ġeneriċi fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 32(1).

4.L-Istati Membri għandhom jieħdu passi meħtieġa sabiex iwaqqfu l-użu illegali ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Artikolu 19

Speċifikazzjoni tal-prodott

Indikazzjoni ġeografika għandha tkun konformi ma’ speċifikazzjoni tal-prodott li għandu jkun fiha mill-inqas:

(a) l-isem li għandu jiġi protett bħala indikazzjoni ġeografika, kif jintuża, kemm jekk fil-kummerċ kif ukoll jekk fil-lingwaġġ komuni, u bil-lingwi biss li huma jew li kienu storikament użati biex jiddeskrivu l-prodott speċifiku fiż-żona ġeografika ddefinita;

(b) il-kategorija tax-xorb spirituż:

(c) deskrizzjoni tax-xarba spirituża, li tinkludi l-materja prima, jekk ikun xieraq, kif ukoll il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi jew organolettiċi prinċipali tal-prodott u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott imqabbla max-xorb spirituż tal-istess kategorija;

(d) id-definizzjoni taż-żona ġeografika delimitata fir-rigward tar-rabta msemmija fil-punt (f);

(e) deskrizzjoni tal-metodu kif jinkiseb ix-xorb spirituż u, fejn ikun xieraq, tal-metodi lokali awtentiċi u li ma jinbidlux kif ukoll informazzjoni dwar l-ippakkjar, jekk il-grupp applikant jiddetermina hekk u jagħti ġustifikazzjoni suffiċjenti speċifika għall-prodott għaliex l-imballaġġ ikun irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita biex tiġi salvagwardata l-kwalità, biex tkun żgurata l-oriġini jew ikun żgurat il-kontroll, b’kont meħud tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari dik dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-forniment liberu tas-servizzi;

(f) dettalji li jistabbilixxu r-rabta bejn kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra speċifika tax-xorb spirituż u ż-żona ġeografika msemmija fil-punt (d);

(g) l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet jew, jekk disponibbli, l-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 35 u l-kompiti speċifiċi tagħhom;

(h) kwalunkwe regola ta’ tikkettar speċifika għax-xarba spirituża inkwistjoni.

Artikolu 20

Kontenut tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni

1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika skont l-Artikolu 21((2) jew (5) għandha tinkludi mill-inqas:

(a) l-ismijiet u l-indirizzi tal-grupp applikant u tal-awtoritajiet jew, jekk disponibbli, il-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott;

(b) l-ispeċifikazzjoni tal-prodott prevista fl-Artikolu 19;

(c)    dokument uniku li jistabbilixxi dan li ġej:

(i) il-punti ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott: l-isem, deskrizzjoni tax-xarba spirituża, inklużi, fejn ikun xieraq, regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ u t-tikkettar, u definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika;

(ii) deskrizzjoni tar-rabta bejn ix-xarba spirituża u ż-żona ġeografika msemmija fil-punt (6) tal-Artikolu 2(1), inklużi, fejn ikun xieraq, l-elementi speċifiċi tad-deskrizzjoni tal-prodott jew tal-metodu tal-produzzjoni li jiġġustifikaw din ir-rabta.

Applikazzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 21(5), għandu jkun fiha wkoll prova li isem il-prodott huwa protett fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu.

2. Id-dossier ta’ applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 21(4) għandu jinkludi:

(a) l-isem u l-indirizz tal-grupp applikant;

(b)    id-dokument uniku msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(c) dikjarazzjoni mill-Istat Membru li huwa jqis li l-applikazzjoni mressqa mill-grupp applikant u li tikkwalifika għal deċiżjoni favorevoli tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet adottati b’mod konformi miegħu;

(d) ir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Artikolu 21

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ ismijiet

1. L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ ismijiet bħala indikazzjonijiet ġeografiċi taħt l-iskema prevista f’dan ir-Regolament jistgħu jiġu ppreżentati biss minn gruppi li jaħdmu bix-xorb spirituż li l-isem tiegħu għandu jiġi rreġistrat.

Fil-każ ta’ isem ta’ indikazzjoni ġeografika li jindika żona ġeografika transkonfinali, diversi gruppi minn Stati Membri differenti jew pajjiżi terzi jistgħu jippreżentaw applikazzjoni konġunta għal reġistrazzjoni.

Applikazzjoni konġunta għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru kkonċernat, jew minn grupp applikant f’pajjiż terz ikkonċernat, direttament jew permezz tal-awtoritajiet ta’ dak il-pajjiż terz. Din għandha tinkludi d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 20(2) mill-Istati Membri kkonċernati kollha. Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 20 għandhom jiġu ssodisfati fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kkonċernati kollha.

Fil-każ ta’ applikazzjonijiet konġunti, il-proċeduri ta’ oppożizzjoni nazzjonali relatati għandhom jitwettqu fl-Istati Membri kkonċernati kollha.

2. Meta l-applikazzjoni tkun relatata ma' żona ġeografika fi Stat Membru, l-applikazzjoni għandha tkun indirizzata lil dak l-Istat Membru.

L-Istat Membru għandu jiskrutinizza l-applikazzjoni b'mezzi xierqa sabiex jivverifika li hija ġustifikata u li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

3. Bħala parti mill-iskrutinju msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, l-Istat Membru għandu jagħti bidu għal proċedura ta’ oppożizzjoni nazzjonali li tiżgura l-pubblikazzjoni adegwata tal-applikazzjoni u li tipprovdi għal perjodu raġonevoli taż-żmien li matulu kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun stabbilita jew residenti fit-territorju tiegħu tkun tista’ tressaq oppożizzjoni għall-applikazzjoni.

L-Istat Membru għandu jeżamina l-ammissibbiltà tal-oppożizzjonijiet li jirċievi fid-dawl tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 25.

4. Jekk, wara li jivvaluta kwalunkwe oppożizzjoni li jkun irċieva, l-Istat Membru jqis li r-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu ġew issodisfati, huwa jista’ jieħu deċiżjoni favorevoli u jippreżenta dossier tal-applikazzjoni lill-Kummissjoni. F’tali każ huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-oppożizzjonijiet ammissibbli riċevuti minn persuna naturali jew ġuridika li tkun legalment ikkummerċjalizzat il-prodotti inkwistjoni, bl-użu tal-ismijiet ikkonċernati b’mod kontinwu għal mill-anqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. L-Istati Membri għandhom ukoll iżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar il-proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali li jistgħu jaffetwaw il-proċedura ta’ reġistrazzjoni.

L-Istat Membru għandu jiżgura li d-deċiżjoni favorevoli tiegħu tiġi ppubblikata u li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu jkollha l-opportunità li tagħmel appell.

L-Istat Membru għandu jiżgura li l-verżjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni favorevoli tiegħu tiġi ppubblikata, u għandu jipprovdi aċċess elettroniku għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

L-Istat Membru għandu jiżgura wkoll il-pubblikazzjoni adegwata tal-verżjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li dwarha l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha f’konformità mal-Artikolu 23(2).

5. Meta l-applikazzjoni tkun relatata ma’ żona ġeografika f’pajjiż terz, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni, jew direttament jew permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat.

6. Id-dokumenti msemmija f’dan l-Artikolu li jintbagħtu lill-Kummissjoni għandhom ikunu f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

Artikolu 22

Protezzjoni nazzjonali tranżitorja

1.    Stat Membru jista’, fuq bażi tranżitorja biss, jagħti protezzjoni lil isem taħt dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali, b’effett mid-data li fiha tkun tressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni.

2.    Tali protezzjoni nazzjonali għandha tieqaf fid-data li fiha jew tkun ittieħdet deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament jew l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata.

3.    Meta isem ma jkunx ġie reġistrat skont dan il-Kapitolu, ir-responsabbiltà għall-konsegwenzi ta’ tali protezzjoni nazzjonali għandha tkun biss tal-Istat Membru kkonċernat.

4.    Il-miżuri meħudin mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 għandhom ikollhom effett fil-livell nazzjonali biss, u m’għandu jkollhom l-ebda effett fuq il-kummerċ fl-Unjoni jew fuq dak internazzjonali.

Artikolu 23

Skrutinju mill-Kummissjoni u pubblikazzjoni għal oppożizzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tiskrutinja b’mezzi adatti kwalunkwe applikazzjoni li tirċievi skont l-Artikolu 21, sabiex tivverifika li din tkun iġġustifikata u li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. Dan l-iskrutinju m'għandux jieħu aktar minn perjodu ta' 12-il xahar. Fejn jinqabeż dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tindika bil-miktub lill-applikant ir-raġunijiet għad-dewmien.

Il-Kummissjoni għandha, għall-inqas kull xahar, tagħmel pubblika l-lista ta’ ismijiet li għalihom ġew ippreżentati lilha applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni, kif ukoll id-data tal-preżentazzjoni tagħhom.

2. Meta, abbażi tal-iskrutinju mwettaq skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu mhumiex issodisfati, hija għandha tippubblika, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, id-dokument uniku msemmi fil-punt (c) tal-artikolu 20(1) u r-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Artikolu 24

Proċedura ta' oppożizzjoni

1.Fi żmien tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u tkun stabbilita f’pajjiż terz jistgħu jippreżentaw notifika ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni.

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, li tkun stabbilita jew residenti fi Stat Membru ieħor għajr dak minn fejn tkun saret l-applikazzjoni, tista’ tippreżenta notifika ta’ oppożizzjoni lill-Istat Membru li fih tkun stabbilita fil-limiti ta’ perjodu taż-żmien li jippermetti li tiġi ppreżentata oppożizzjoni skont l-ewwel subparagrafu.

Notifika ta’ oppożizzjoni għandu jkun fiha dikjarazzjoni li l-applikazzjoni tista’ tikser il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

Notifika ta’ oppożizzjoni li ma jkunx fiha din id-dikjarazzjoni tkun nulla.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi n-notifika ta’ oppożizzjoni lill-awtorità jew korp li ppreżentaw l-applikazzjoni, mingħajr dewmien.

2. Jekk tiġi ppreżentata notifika ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni u tiġi segwita fi żmien xahrejn minn dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tivverifika l-ammissibbiltà ta’ din id-dikjarazzjonji motivata ta’ oppożizzjoni.

3. Fi żmien xahrejn wara li tirċievi dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni ammissibbli, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-awtorità jew persuna li ppreżentaw l-oppożizzjoni u lill-awtorità jew korp li ppreżentaw l-applikazzjoni sabiex jidħlu f’konsultazzjonijiet xierqa ma’ xulxin għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur. Din l-iskadenza għandha tibda mid-data meta l-istedina tkun ingħatat b’mezzi elettroniċi lill-partijiet interessati.

L-awtorità jew persuna li ppreżentaw l-oppożizzjoni u l-awtorità jew korp li ppreżentaw l-applikazzjoni għandhom jibdew dawn il-konsultazzjonijiet adegwati mingħajr dewmien żejjed. Dawn għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni rilevanti biex jivvalutaw jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tikkonformax mal-kundizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. Jekk ma jintlaħaqx ftehim, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta wkoll lill-Kummissjoni.

Meta l-partijiet interessati jilħqu ftehim, l-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz minn fejn ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-fatturi kollha li wasslu biex jintlaħaq il-ftehim, inkluż l-opinjonijiet tal-applikant u tal-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz jew ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi oħra li jkunu ppreżentaw oppożizzjoni.

Kemm jekk ikun intlaħaq ftehim kif ukoll jekk le, in-notifika lill-Kummissjoni għandha ssir fi żmien xahar minn tmiem il-konsultazzjonijiet.

Fi kwalunkwe waqt matul dawn it-tliet xhur, il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-applikant, testendi l-iskadenza għall-konsultazzjonijiet b’massimu ta’ tliet xhur.

4. Meta, wara li jsiru l-konsultazzjonijiet xierqa msemmija fil-paragrafu 3, id-dettalji ppubblikati skont l-Artikolu 23(2) ikunu ġew emendati b’mod sostanzjali, il-Kummissjoni għandha tirrepeti l-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 23.

5.In-notifika ta’ oppożizzjoni, id-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni u d-dokumenti relatati li jintbagħtu lill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafi 1 sa 4 għandhom ikunu f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

Artikolu 25

Raġunijiet għal oppożizzjoni

1. Dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 24(2) għandha tkun ammissibbli biss jekk tasal għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit f’dik id-dispożizzjoni u jekk turi li:

(a) il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (6) tal-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 19 ma jkunux ġew issodisfati;

(b)    ir-reġistrazzjoni tal-isem propost tmur kontra l-Artikolu 31 jew 32; jew

(c) ir-reġistrazzjoni tal-isem propost thedded l-eżistenza ta’ isem jew ta’ trademark li jkun kompletament jew parzjalment identiku jew l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu ilhom legalment fis-suq għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 23(2).

2. Ir-raġunijiet għall-oppożizzjoni għandhom jiġu vvalutati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 26

Perjodi tranżitorji għall-użu ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi

1. Bla ħsara għall-Artikolu 18, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu perjodu tranżitorju ta’ mhux aktar minn ħames snin biex jippermettu xorb spirituż li joriġina fi Stat Membru jew f’pajjiż terz li l-isem tiegħu jikser l-Artikolu 18(2) biex ikompli juża d-denominazzjoni li taħtha kien ikkumerċjalizzat, bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni ammissibbli ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 21(3) jew l-Artikolu 24 turi li r-reġistrazzjoni tal-isem ma theddidx l-eżistenza ta’:

(a) isem identiku għalkollox jew ta’ isem kompost, li terminu wieħed tiegħu ikun identiku għall-isem li għandu jiġi rreġistrat; jew

(b) ismijiet oħra simili għall-isem la għandu jiġi rreġistrat li jirreferu għal xorb spirituż li jkun ilu fis-suq legalment sa mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 23(2).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 33, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jestendu l-perjodu tranżitorju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew li jippermettu l-użu kontinwu għal f’każijiet debitament ġustifikati fejn jintwera li:

(a) id-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun ilha tintuża legalment b’mod konsistenti u ġust għal mill-inqas 25 sena qabel ma l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tkun ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni;

(b) l-iskop tal-użu tad-denominazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ma kienx, fl-ebda waqt, biex jinkiseb profitt mir-reputazzjoni tal-isem reġistrat u jintwera li l-konsumatur ma ġiex jew ma setax jiġi mqarraq fir-rigward tal-oriġini vera tal-prodott.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

3. Meta tintuża denominazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini għandha tidher fuq it-tikketta b’mod ċar u viżibbli.

Artikolu 27

Deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni

1. Meta, abbażi tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni mill-iskrutinju li jsir taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1), il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ma ġewx issodisfati, hija għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jirrifjutaw l-applikazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

2. Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi l-ebda notifika ta’ oppożizzjoni jew l-ebda dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni ammissibbli taħt l-Artikolu 24, hija għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(2), li jirreġistraw l-isem.

3. Jekk il-Kummissjoni tirċievi dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni ammissibbli, hija għandha, wara li jsiru l-konsultazzjonijiet adegwati msemmija fl-Artikolu 24(3), u b’kont meħud tar-riżultati tagħhom, jew:

(a) jekk ikun intlaħaq ftehim, tirreġistra l-isem permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(2), u, jekk ikun meħtieġ, temenda l-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 23(2) sakemm dawn l-emendi ma jkunux sostanzjali; jew

(b) jekk ma jintlaħaqx ftehim, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeċiedu dwar ir-reġistrazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

4. L-atti ta’ reġistrazzjoni u d-deċiżjonijiet dwar ir-rifjut għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-att ta’ reġistrazzjoni għandu jagħti l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 18 għall-indikazzjoni ġeografika.

Artikolu 28

Emenda fi speċifikazzjoni ta’ prodott

1. Grupp li jkollu interess leġittimu jista’ japplika għall-approvazzjoni ta’ emenda fi speċifikazzjoni ta’ prodott.

L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jagħtu raġunijiet għall-emendi mitlubin.

2.    L-emendi għandhom jiġu approvati mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab iż-żona ġeografika tal-prodott ikkonċernat.

Madankollu, meta l-applikazzjonijiet għal emenda jinvolvu emenda waħda jew aktar tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li jkunu relatati mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodott, jibdlu r-rabta msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 19, jinkludu bidla fl-isem, jew fi kwalunkwe parti tal-isem tax-xarba spirituża, jaffettwaw iż-żona ġeografika definita jew jirrappreżentaw żieda fir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ tal-prodott jew tal-materja prima tiegħu, l-Istat Membru għandu jippreżenta l-applikazzjoni għal emenda lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni u l-applikazzjoni għandha ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 21 sa 27.

3.    L-iskrutinju tal-applikazzjoni għandu jiffoka fuq l-emenda proposta.

Artikolu 29

Kanċellazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tikkanċella r-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika fil-każijiet li ġejjin:

(a)    meta ma tkunx żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott;

(b)    meta l-ebda prodott ma jitqiegħed fuq is-suq bl-indikazzjoni ġeografika għal mill-inqas seba’ snin.

Il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-produtturi tal-prodott ikkummerċjalizzat bl-isem irreġistrat, tikkanċella r-reġistrazzjoni korrispondenti. L-Artikoli 21, 23, 24 u 27 għandhom japplikaw għall-proċedura ta’ kanċellazzjoni.

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

Artikolu 30

Reġistru ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(2), li jistabbilixxu u jipprovdu għaż-żamma ta’ reġistru elettroniku aġġornat, li jkun aċċessibbli għall-pubbliku, tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż rikonoxxut f’din l-iskema. (“ir-Reġistru”).

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-forma u l-kontenut tar-Reġistru. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

L-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż prodott f'pajjiżi terzi li huwa protett fl-Unjoni skont ftehim internazzjonali li l-Unjoni hija parti kontraenti minnu, jistgħu jiddaħlu fir-Reġistru bħala indikazzjonijiet ġeografiċi.

Artikolu 31

Indikazzjonijiet ġeografiċi omonimi

1.Jekk isem li għalih tkun ippreżentata applikazzjoni jkun omonimu parzjali jew sħiħ ta’ isem diġà reġistrat skont dan ir-Regolament, l-isem għandu jiġi rreġistrat waqt li jittieħed kont dovut tal-użu lokali u tradizzjonali u ta' kwalunkwe riskju ta’ konfużjoni.

2. Isem omonimu li jqarraq bil-konsumatur biex dan jemmen li l-prodotti jkunu ġejjin minn territorju ieħor ma għandux jiġi rreġistrat anke jekk l-isem ikun eżatt fir-rigward tat-territorju, ir-reġjun jew il-post propju ta’ oriġini ta' dawk il-prodotti.

3.L-użu ta’ indikazzjoni ġeografika omonima rreġistrata għandu jkun soġġett għal kundizzjoni li jkun hemm distinzjoni ċara fil-prattika bejn l-omonimu rreġistrat sussegwentement u l-isem diġà rreġistrat, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li l-produtturi kkonċernati jiġu ttrattati b’mod ekwu u li l-konsumatur ma jiġix imqarraq.

Artikolu 32

Raġunijiet speċifiċi għal ċaħda tal-protezzjoni

1.Isem li jkun sar ġeneriku ma għandux ikun protett bħala indikazzjoni ġeografika.

Sabiex jiġi stabbilit jekk isem sarx ġeneriku jew le, għandha tingħata kunsiderazzjoni għall-fatturi kollha rilevanti, b’mod partikolari:

(a)is-sitwazzjoni eżistenti fl-Unjoni, b’mod partikolari fl-oqsma tal-konsum;

(b)il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali.

2.Isem m’għandux ikun protett bħala indikazzjoni ġeografika meta, fid-dawl tar-reputazzjoni u l-fama ta’ trademark, il-protezzjoni tista’ tqarraq bil-konsumatur fir-rigward tal-identità vera tax-xarba spirituża.

3.    Isem m’għandux ikun protett bħala indikazzjoni ġeografika jekk il-produzzjoni jew l-istadji tal-preparazzjoni li jkunu obbligatorji għall-kategorija rilevanti tax-xarba spirituża ma jsirux fiż-żona ġeografika rilevanti.

Artikolu 33

Relazzjoni bejn it-tademarks u l-indikazzjonijiet ġeografiċi

1. Ir-reġistrazzjoni ta' trademark li jkollha fiha jew tikkonsisti minn indikazzjoni ġeografika elenkata fir-Reġistru għandha tiġi miċħuda jew invalidata jekk l-użu tagħha jkun iwassal għal kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 18(2).

2.Trademark li l-użu tagħha jikkorrispondi għal waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 18(2) li saret applikazzjoni għaliha, ġiet reġistrata, jew ġiet stabbilita bl-użu, jekk dik il-possibbiltà hi prevista mil-leġislazzjoni konċernata, in bona fede fit-territorju tal-Unjoni, kemm jekk qabel id-data tal-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika fil-pajjiż ta' oriġini kif ukoll jekk qabel l-1 ta' Jannar 1996, tista' tibqa' tintuża minkejja r-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika, sakemm ma tkun teżisti l-ebda raġuni għall-invalidità jew ir-revoka tagħha skont id-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 18 .

Artikolu 34

Setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti eżistenti

1.Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, l-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż protetti skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008, għandhom ikunu protetti awtomatikament bħala indikazzjonijiet ġeografiċi skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha telenkahom fir-Reġistru.

2. Għal perjodu ta’ mhux aktar minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’, fuq l-inizjattiva tagħha stess, tikkanċella l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 110/2008 jekk dawn ma jkunux konformi mal-punt (6) tal-Artikolu 2(1). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

Artikolu 35

Verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

1.Fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fl-Unjoni, il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, qabel it-tqegħid tal-prodott fis-suq, għandha tiġi żgurata minn tal-anqas waħda minn dawn:

(a)l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 40(1); jew

(b)il-korp ta’ kontroll skont it-tifsira tal-punt 5 tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 19 li jopera bħala entità taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti.

Minkejja l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, l-ispejjeż ta' tali verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom jitħallsu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel li huma suġġetti għal dawk il-kontrolli.

2.Fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi f’pajjiż terz, il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, qabel it-tqegħid tal-prodott fis-suq, għandha tiġi żgurata minn tal-anqas waħda minn dawn:

(a)awtorità kompetenti pubblika nnominata mill-pajjiż terz; jew

(b)korp taċ-ċertifikazzjoni tal-prodott.

3.L-Istati Membri għandhhom jippubblikaw l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 u għandha taġġornahom b’mod regolari.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 2 u għandha taġġorna dik l-informazzjoni b’mod regolari.

4.Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-prodott imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu konformi mar-regoli u għandhom ikunu akkreditati skont l-istandard Ewropew ISO/IEC 17065:2012.

5.L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 li jivverfikaw il-konformità tal-indikazzjoni ġeografika protetta mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom ikunu oġġettivi u imparzjali. Huma għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa disponibbli sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom.

Artikolu 36

Sorveljanza tal-użu tal-isem fis-suq

1.L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli, abbażi ta’ analiżi tar-riskju, fir-rigward tal-użu tal-ismijiet reġistrati u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-suq u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji f’każ ta’ ksur tar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu.

2.L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontrolli tal-użu tal-isem fis-suq nominati f’konformità mal-Artikolu 40. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ismijiet u l-indirizzi ta’ dawk l-awtoritajiet.

Artikolu 37 

Proċedura u rekwiżiti, ippjanar u rappurtar tal-attivitajiet ta’ kontroll

1.Il-proċeduri u r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-verifiki previsti fl-Artikoli 35 u 36 ta’ dan ir-Regolament.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li attivitajiet ta’ kontroll tal-obbligi skont dan il-Kapitolu jkunu speċifikament inklużi f’taqsima separata fil-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali multiannwali f’konformità mal-Artikoli 41 sa 43 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

3.Ir-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 44(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandhom jinkludu, f’taqsima separata, l-informazzjoni msemmija f’dik id-dispożizzjoni dwar il-kontroll tal-obbligi stabbiliti b’dan ir-Regolament.

Artikolu 38

Setgħat delegati

1.Sabiex jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet tal-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar:

(a)il-kriterji addizzjonali għad-demarkazzjoni taż-żona ġeografika; u

(b)ir-restrizzjonijiet u d-derogi relatati mal-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata.

2.Sabiex ikunu żgurati l-kwalità u t-traċċabbiltà tal-prodotti, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 43, tagħmel dispożizzjoni dwar il-kundizzjonijiet li bihom l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tista’ tinkludi informazzjoni dwar l-imballaġġ kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 19 jew kwalunkwe regola speċifika ta’ tikkettar kif imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 19.

3.Sabiex ikunu żgurati d-drittijiet jew l-interessi leġittimi tal-produtturi jew tal-operaturi tan-negozji tal-ikel, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 43, tistipula:

(a)f’liema każijiet produttur uniku jista’ japplika għall-protezzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika;

(b)Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu segwiti fir-rigward tal-applikazzjoni għall-protezzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika, il-proċeduri nazzjonali preliminari, l-iskrutinju mill-Kummissjoni, il-proċedura ta’ oġġezzjoni u l-kanċellazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, inkluż fil-każijiet meta ż-żona ġeografika tkopri aktar minn pajjiż wieħed.

4. Sabiex ikun żgurat li l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jipprovdu informazzjoni rilevanti u konċiża, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43, li jistabbilixxu regoli li jillimitaw l-informazzjoni li tinsab fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, meta tali limitazzjoni tkun meħtieġa biex jiġu evitati applikazzjonijiet eċċessivament voluminużi għar-reġistrazzjoni.

5.Sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess amministrattiv ta’ applikazzjoni għal emenda, inkluż fejn l-emenda tkun tikkonsisti f’bidla temporanja tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji u fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi jew marbuta ma’ diżastri naturali jew kundizzjonijiet ta’ temp avversi rikonoxxuti formalment rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 43, biex jistabbilixxu kundizzjonijiet u rekwiżiti għall-proċedura dwar l-emendi li għandhom jiġu approvati kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-Kummissjoni.

6.Sabiex jiġi evitat l-użu illegali tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar l-azzjonijiet xierqa li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri f’dan ir-rigward.

7.Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-verifiki stipulati f’dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar il-miżuri neċessarji fir-rigward tan-notifika tal-operaturi tan-negozji tal-ikel lill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 39

Setgħat ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar:

(a)il-forma tal-ispeċifikazzjoni u l-miżuri dwar l-informazzjoni li għandha tingħata fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott fir-rigward tar-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-prodott finali;

(b) il-proċeduri, il-forma u l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, inkluż għal applikazzjonijet li jikkonċernaw aktar minn territorju nazzjonali wieħed

(c)il-proċeduri, il-forma u l-preżentazzjoni tal-oppożizzjonijiet;

(d) il-forma u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda;

(e)il-proċeduri u l-forma tal-proċess ta’ kanċellazzjoni, kif ukoll dwar il-preżentazzjoni tat-talbiet għal kanċellazzjoni;

(f)il-kontrolli u l-verifika li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri, inkluż l-ittestjar.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

KAPITOLU IV

KONTROLLI, SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI, LEĠIŻLAZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 40

Kontrolli tax-xorb spirituż

1.L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-kontrolli tax-xorb spirituż. Huma għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament u għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament u fejn ikun hemm bżonn għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta r-regoli dwar il-kontrolli amministrattivi u fiżiċi li jridu jitwettqu mill-Istati Membri fir-rigward tar-rispett tal-obbligi li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

Artikolu 41

Skambju ta' informazzjoni

1.L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar in-natura u t-tip ta' informazzjoni li għandha tiġi skambjata.

3.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-metodi ta’ skambju ta' informazzjoni.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

Artikolu 42

Leġiżlazzjoni tal-Istati Membri

1.Fl-applikazzjoni ta' politika ta' kwalità għax-xorb spirituż li jiġi prodott fit-territorju tagħhom u b'mod partikolari għall-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati fir-Reġistru jew għall-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli dwar il-produzzjoni, il-preżentazzjoni, u t-tikkettar aktar stretti minn dawk stipulati fl-Anness II sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni.

2.L-Istati Membri m'għandhomx jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-importazzjoni, il-bejgħ jew il-konsum ta' xorb spirituż li jkun konformi ma' dan ir-Regolament.

KAPITOLU V

delega ta' setgħat, dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni, revoka u emenda, dispożizzjonijiet tranżitorji u finali

TAQSIMA 1

DELEGA TA’ SETGĦAT U DISPOŻIZZJONIJIET TA' IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 43

Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa li jkunu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 5, 16, 38, 41 u 46(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.Id-delega ta’ setgħat imsemmija fl-Artikoli 5, 16, 38, 41 u 46(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħat speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' atti delegati diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5.Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikoli 5, 16, 38, 41, u 46(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinformaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 44

Proċedura tal-Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għax-Xorb Spirituż stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1576/89 20 . Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Taqsima 2

REVOKA, DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 45

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 huwa rrevokat.

Referenzi għar-Regolament (KE) Nru 110/2008, għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 46

Miżuri tranżitorji

1. Xorb spirituż li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u li jkun ġie prodott qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

2. Sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mir-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 110/2008 għal dawk stabbiliti b’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, fejn ikun xieraq, tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta miżuri biex temenda jew tidderoga minn dan ir-Regolament, sa tliet (3) snin wara d-data tal-applikazzjoni.

3. L-Artikoli 19 sa 23, 28 u 29 għandhom japplikaw għal applikazzjonijiet għal protezzjoni, applikazzjonijiet għal emendi u kanċellazzjonijiet ippreżentati wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni u applikazzjonijiet għal emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u għat-talbiet għal kanċellazzjoni li jkunu pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura ta’ oppożizzjoni msemmija fl-Artikoli 24 sa 26 għandhom japplikaw għall-proċeduri ta’ applikazzjoni għal protezzjoni, ta’ applikazzjoni għal emenda u ta’ talba għal kanċellazzjoni li d-dokument uniku, l-applikazzjoni għal emenda jew it-talba għal kanċellazzjoni tagħhom ma jkunux ġew ippubblikati fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandhom ikomplu japplikaw għall-proċeduri ta’ applikazzjoni għal protezzjoni, ta’ applikazzjoni għal emenda u ta’ talba għal kanċellazzjoni li d-dokument uniku, l-applikazzjoni għal emenda jew it-talba għal kanċellazzjoni tagħhom ikunu ġew ippubblikati fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

4.Fir-rigward ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta’ Stat Membru, tippubblika d-dokument uniku ppreżentat minn dan l-Istat Membru f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-pubblikazzjoni għandha tkun akkumpanjata bir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u m’għandhiex tiġi segwita bi proċedura ta’ oppożizzjoni

Artikolu 47

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn […]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.
(2) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(3) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-18 ta’ Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-istabbiliment ta’ simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti u fir-rigward ta’ ċerti regoli dwar il-ksib, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji oħrajn (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2013 tal-25 ta' Lulju 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż (ĠU L 201, 26.7.2013, p. 21).
(6) ĠU C […], […], p. […].
(7) ĠU C , , p. .
(8) ĠU C […], […], p. […].
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).
(13) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
(14) Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
(15) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(17) Id-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trademarks (ĠU L 299, 8.11.2008, p. 25).
(18) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trademark Komunitarja (ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1).
(19) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
(20) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizjoni u l-preżentazzjoni ta’ xorb spirituż (ĠU L 160, tat-12.6.1989, p. 1).
Top

Brussell, 1.12.2016

COM(2016) 750 final

ANNESSI

ta'

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż


ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET TEKNIĊI

Id-definizzjonijiet tekniċi, kif imsemmija fl-Artikolu 2(2), huma kif ġej:

(1)“alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola” tfisser likwidu alkoħoliku li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)    karatteristiċi organolettiċi: l-ebda togħma perċittibbli għajr dik tal-materja prima użata fil-produzzjoni tiegħu;

(b)qawwa alkoħolika minima skont il-volum: 96.0 %;

(c)livell massimu tar-residwi:

(i)aċidità totali, espressa fi grammi ta' aċidu aċetiku għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.: 1.5;

(ii)esteri espressi fi grammi ta' aċetat etiliku għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.: 1.3;

(iii)aldeidi espressi fi grammi ta' aċetaldeida għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.: 0.5;

(iv)alkoħols ogħla espressi fi grammi ta' metil2 propanol1 għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.: 0.5;

(v)metanol espress fi grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.: 30;

(vi)estratt niexef espress fi grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.: 1.5;

(vii)bażijiet volatili li fihom in-nitroġenu espressi fi grammi ta' nitroġenu għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.: 0.1;

(viii)furfural: imperċettibbli.

(2)“Distillat ta’ oriġini agrikola” tfisser likwidu alkoħoliku li jinkiseb permezz tad-distillazzjoni, wara l-fermentazzjoni alkoħolika ta’ prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat, li m’għandux il-proprjetajiet tal-alkoħol etiliku jew ta’ xarba spirituża, imma li xorta jżomm l-aroma u t-togħma tal-materja prima użata.

Fejn issir referenza għall-materja prima użata, id-distillat għandu jinkiseb esklussivament minn dik il-materja prima.

(3)“Dolċifikazzjoni” tfisser li jintuża wieħed jew aktar minn dawn il-prodotti li ġejjin fil-preparazzjoni tax-xorb spirituż:

(a)zokkor semiabjad, zokkor abjad, zokkor abjad ħafna, destrosju, fruttosju, xropp tal-glukożju, soluzzjoni taz-zokkor, soluzzjoni taz-zokkor invertit, xropp taz-zokkor invertit, kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE 1 ;

(b)għasir il-għeneb konċentrat qabel ma jeħmer imsoffi, għasir il-għeneb konċentrat qabel ma jeħmer, għasir il-għeneb frisk qabel ma jeħmer;

(c)zokkor maħruq, li huwa l-prodott miksub esklussivament mit-tisħin ikkontrollat tas-sukrożju mingħajr bażijiet, aċidi minerali jew addittivi kimiċi oħra;

(d)għasel kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE 2 ;

(e)ġulepp tal-ħarrub;

(f)kwalunkwe sustanzi karboidrati naturali oħrajn li għandhom effett simili għall-prodotti msemmija fil-punti minn (a) sa (e).

(4)“Żieda ta' alkoħol” tfisser iż-żieda ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew ta’ distillati ta' oriġini agrikola, jew tat-tnejn, ma' xorb spirituż.

(5)“Żieda ta’ ilma” tfisser żieda ta’ ilma li jista’ jkun distillat, dimineralizzat, ippermutat jew imħaffef fit-tħejjija ta’ xorb spirtuż. Din iż-żieda hija awtorizzata sakemm il-kwalità tal-ilma tkun konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE 3 u d-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 u jekk il-qawwa alkoħolika tax-xarba spirituża, wara ż-żieda, tkun għadha konformi mal-kundizzjonijiet dwar il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ipprovduta taħt il-kategorija rilevanti tax-xarba spirituża.

(6)"Taħlit" tfisser il-kombinazzjoni ta' żewġ xarbiet spiritużi jew aktar tal-istess kategorija, distinti minn xulxin biss permezz ta' differenzi żgħar fil-kompożizzjoni minħabba wieħed jew aktar mill-fatturi li ġejjin:

(a)il-metodu ta' preparazzjoni;

(b)l-imqatar li jintużaw;

(c)il-perjodu tal-maturazzjoni jew invekkjament;

(d)iż-żona ġeografika tal-produzzjoni.

Ix-xarba spirituża prodotta b'dan il-mod għandha tkun tal-istess kategorija tax-xarba spirituża bħax-xarbiet spiritużi oriġinali qabel il-blending.

(7)"Maturazzjoni jew invekkjament" tfisser il-proċess li ċerti reazzjonijiet jitħallew jiżviluppaw b'mod naturali f'kontenituri adatti, sabiex b'hekk ix-xarba spirituża konċernata tingħata kwalitajiet organolettiċi li qabel ma kellhiex.

(8)“Aromatizzanti” tfisser “aromatizzanti” kif definita fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(9)“Sustanza ta’ taħwir” tfisser “sustanza ta’ taħwir” kif definita fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(10)“Sustanza ta' taħwir naturali” tfisser “sustanza ta' taħwir naturali” kif definita fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(11)“Preparazzjoni ta' taħwir” tfisser “preparazzjoni ta' taħwir” kif definita fil-punt (d) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(12)“Aromatizzanti oħra” tfisser “aromatizzanti oħra” kif definita fil-punt (h) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(13)“Kuluri” tfisser "kuluri" kif definita fil-punt 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 .

(14)“Koloranti” tfisser li fil-preparazzjoni ta’ xarba spirituża jintuża kulur jew aktar kif jiddefinixxi il-punt 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(15)“Qawwa alkoħolika skont il-volum” tfisser il-proporzjon tal-volum ta' alkoħol pur preżenti fil-prodott konċernat f'20 C° għall-volum totali ta' dak il-prodott fl-istess temperatura.

(16)“Kontenut ta' sustanzi volatili” tfisser il-kwantità ta' sustanzi volatili għajr l-alkoħol etiliku u l-metanol li fiha x-xarba spirituża miksuba esklussivament bid-distillazzjoni, b'riżultat biss tad-distillazzjoni jew tar-ridistillazzjoni tal-materja prima użata.

(17)“Imballaġġ” tfisser it-tgeżwir protettiv, bħal kartun, kaxex, kontenituri u fliexken użati fit-trasport jew bejgħ ta’ xorb spirituż.



ANNESS II

PARTI I

Kategoriji ta' xorb spirituż

1. Rum

(a)Rum jista' jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)xarba spirituża prodotta permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika u d-distillazzjoni, mill-melassa jew il-ġulepp prodott waqt il-manifattura taz-zokkor tal-kannamieli jew mill-meraq tal-kannamieli nnifsu u distillat f'anqas minn 96 % vol. sabiex id-distillat ikollu l-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi li jistgħu jingħarfu tar-rum;

(ii)xarba spirituża prodotta esklussivament b'fermentazzjoni alkoħolika u distillazzjoni tal-meraq tal-kannamieli li għandu l-karatteristiċi aromatiċi speċifiċi għar-rum u kontenut ta' sustanzi volatili daqs jew iżjed minn 225 gramma għal kull ettolitru ta' alkolħol ta' 100 % volum. Din ix-xarba spirituża tista' titqiegħed fis-suq bil-kelma “agrikolu” sabiex tikkwalifika d-denominazzjoni tal-bejgħ “rum” akkumpanjata minn kwalunkwe waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati tad-Dipartimenti Franċiżi barra l-Pajjiż u r-Reġjun Awtonomu ta' Madeira.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tar-rum għandha tkun ta' 37.5 %.

(c)M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fil-punt (4) tal-Anness I, dilwit jew le.

(d)Ir-rum m'għandux ikun miżjud b'aromattizzanti.

(e)Ir-rum jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

(f)Il-kelma “traditionnel” tista' tissupplimenta kwalunkwe mill-indikazzjonijiet ġeografiċi rreġistrati għal din il-kategorija meta r-rum ikun prodott permezz ta' distillazzjoni ta' anqas minn 90 % vol., wara l-fermentazzjoni alkoħolika tal-materjali li jipproduċu l-alkoħol li joriġinaw esklussivament fil-post tal-produzzjoni kkunsidrat. Dan ir-rum għandu jkollu kontenut ta' sustanzi volatili li jlaħħaq jew jaqbeż il-225 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. ta' alkoħol u ma jridx ikun dolċifikat. L-użu tal-kelma “traditionnel” ma jimpedixxix l-użu tat-termini “mill-produzzjoni taz-zokkor” jew “agrikolu” li jistgħu jiżdiedu mad-denominazzjoni tal-bejgħ “rum” u mal-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fil-punt (a)(ii).

Din id-dispożizzjoni m'għandhiex taffettwa l-użu tal-kelma “traditionnel” għall-prodotti kollha li m'humiex koperti b'din il-kategorija, skont il-kriterji speċifiċi tagħhom.

2. Whisky jew Whiskey

(a)Il-Whisky jew whiskey huwa xarba spirituża prodotta esklussivament bit-twettiq tal-operazzjonijiet ta' produzzjoni kollha li ġejjin:

(i)distillazzjoni ta' maxx magħmul minn ċereali mmaltjati flimkien ma' żrieragħ integrali ta' ċereali oħra jew mingħajrhom li jkun ġie:

mibdul f'zokkor permezz tad-dijastasi tal-malt ta' ġo fih, b'enzimi naturali oħrajn jew mingħajrhom,

fermentat bl-azzjoni tal-ħmira,

(ii)distillazzjoni waħda jew aktar f'anqas minn 94,8 % vol., sabiex id-distillat ikollu l-aroma u t-togħma miġjuba mill-materja prima użata;

(iii)maturazzjoni tad-distillat finali għal tal-anqas tliet snin f'bittijat tal-injam li ma jesgħux aktar minn 700 litru.

Id-distillat finali, li miegħu jistgħu jiżdiedu biss l-ilma u l-karamella ordinarja (għall-kulur), għandu jżomm il-kulur, l-aroma u t-togħma miġjuba mill-proċess ta' produzzjoni msemmi fil-punti (i), (ii) u (iii).

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-whisky jew tal-whiskey għandha tkun ta' 40 %.

(c)M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fil-punt (54) tal-Anness I, dilwit jew le.

(d)Il-whisky jew whiskey m'għandux ikun miżjud b'sustanzi dolċifikanti jew aromatizzat, u lanqas m'għandu jkun fih addittivi għajr karamella ordinarja użata għall-kulur.

3. Spirtu taċ-ċereali

(a)L-ispirtu taċ-ċereali huwa xarba spirituża prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni ta' maxx fermentat ta' ċereali integrali u li jkollu karatteristiċi organolettiċi miġjuba mill-materja prima użata.

(b)Bl-eċċezzjoni tal-‘Korn’, il-qawwa alkoħolika minima bil-volum tal-ispirtu taċ-ċereali għandha tkun ta' 37 %.

(c)M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fil-punt (4) tal-Anness I, dilwit jew le.

(d)L-ispirtu taċ-ċereali m'għandux ikun aromatizzat.

(e)L-ispirtu taċ-ċereali jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

(f)Sabiex spirtu taċ-ċereali jkollu d-denominazzjoni tal-bejgħ “brandy taċ-ċereali”, dan għandu jkun ġie miksub permezz ta' distillazzjoni ta' anqas minn 95 % vol. minn maxx fermentat ta' ċereali integrali, u jippreżenta karatteristiċi organolettiċi miġjuba mill-materja prima użata.

4. Spirtu tal-inbid

(a)L-ispirtu tal-inbid tal-frott magħsur huwa xarba spirituża li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)hija prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni f'anqas minn 86 % vol. ta' nbid jew inbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni jew permezz tar-ridistillazzjoni ta' distillat tal-inbid f'anqas minn 86 % vol.;

(ii)fiha kwantità ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-125 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. ta' alkoħol;

(iii)fiha kontenut massimu ta' metanol ta' 200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-inbid għandha tkun ta' 37.5 %.

(c)M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fil-punt (4) tal-Anness I, dilwit jew le.

(d)L-ispirtu tal-inbid m'għandux ikun aromatizzat. Dan m'għandux jeskludi metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.

(e)L-ispirtu tal-inbid jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

(f)Meta spirtu tal-inbid ikun ġie mmaturat, jista' jibqa' jitqiegħed fis-suq bħala "spirtu tal-inbid" bil-kundizzjoni li jkun ġie mmaturat għal mill-inqas il-perjodu stipulat għax-xarba spirituża definita fil-kategorija 5.

5. Brandy jew Weinbrand

(a)Il-Brandy jew Weinbrand huwa xarba spirituża li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)hija prodotta mill-ispirtu tal-inbid sew jekk miżjuda b'distillat tal-inbid jew le, distillata f'inqas minn 94.8 % vol., bil-kundizzjoni li dak id-distillat tal-inbid ma jaqbiżx il-massimu ta' 50 % tal-kontenut alkoħoliku tal-prodott finali;

(ii)hija immaturata għal mhux anqas minn sena f'reċipjenti tar-ruvru jew għal mhux anqas minn sitt xhur f'bittijat tar-ruvru li jesgħu anqas minn 1 000 litru kull waħda;

(iii)fiha kwantità ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-125 gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol., u tkun miġjuba mid-distillazzjoni jew ir-ridistillazzjoni tal-materja prima użata;

(iv)fiha kontenut massimu ta' metanol ta' 200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-brandy jew tal-Weinbrand għandha tkun ta' 36 %.

(c)M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fil-punt (4) tal-Anness I, dilwit jew le.

(d)Il-Brandy jew Weinbrand m'għandux ikun aromatizzat. Dan m'għandux jeskludi metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.

(e)Il-Brandy jew Weinbrand jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

6. Karfa tal-għeneb magħsur jew spirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur

(a)Il-karfa tal-għeneb magħsur jew l-ispirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur hija xarba spirituża li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)hija prodotta esklussivament mill-karfa tal-għeneb magħsur fermentata u distillata, sew direttament permezz tal-fwar tal-ilma jew wara li jkun inżied l-ilma;

(ii)kwantità ta' residwu tal-fond tista' tiżdied mal-karfa tal-għeneb magħsur li ma taqbiżx il-25 kg ta' residwu tal-fond għal kull 100 kg ta' karfa tal-għeneb magħsur użat;

(iii)il-kwantità tal-alkoħol miksuba mir-residwu tal-fond m'għandhiex taqbeż il-35 % tal-kwantità totali tal-alkoħol fil-prodott finali;

(iv)id-distillazzjoni għandha titwettaq fil-preżenza tal-karfa tal-għeneb magħsur innifisha f'anqas minn 86 % vol.;

(v)ir-ridistillazzjoni hija awtorizzata fl-istess qawwa alkoħolika;

(vi)fiha kwantità ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-140 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. ta' alkoħol, u jkollha massimu ta' kontenut ta' metanol ta' 1 000 gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur jew tal-karfa tal-għeneb magħsur għandha tkun ta' 37.5 %.

(c)M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fil-punt (4) tal-Anness I, dilwit jew le.

(d)L-ispirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur jew il-karfa tal-għeneb magħsur m'għandhomx ikunu aromatizzati. Dan m'għandux jeskludi metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.

(e)Il-karfa tal-għeneb magħsur jew l-ispirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

7. Spirtu tal-karfa tal-frott magħsur

(a)L-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur hija xarba spirituża li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)tinkiseb esklussivament permezz tal-fermentazzjoni u d-distillazzjoni f'anqas minn 86 % vol. ta' karfa tal-frott magħsur għajr il-karfa tal-għeneb magħsur;

(ii)fiha kwantità minima ta' sustanzi volatili ta' 200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. ta' alkoħol;

(iii)il-kontenut massimu ta' metanol għandu jkun ta' 1 500 gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;

(iv)il-kontenut massimu ta' aċidu idroċijaniku għandu jkun ta' 7 grammi għal kull ettolitru ta' 100 % vol. ta' alkoħol fil-każ ta' spirtu tal-karfa tal-frott tal-għadma magħsur;

(v)ir-ridistillazzjoni mill-ġdid fl-istess qawwa alkoħolika skont il-punt (i) hija awtorizzata.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur għandha tkun ta' 37.5 %.

(c)M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fil-punt (4) tal-Anness I, dilwit jew le.

(d)L-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur m'għandux ikun aromatizzat.

(e)L-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

(f)Id-denominazzjoni tal-bejgħ għandha tikkonsisti mill-isem tal-frotta segwit bi “spirtu tal-karfa”. Jekk jintużaw karfiet ta' għadd ta' frott differenti, id-denominazzjoni tal-bejgħ għandha tkun “spirtu tal-karfa tal-frott”.

8. Spirtu taż-żbib jew raisin brandy

(a)L-ispirtu taż-żbib jew raisin brandy huwa xarba spirituża prodotta permezz tad-distillazzjoni tal-prodott miksub mill-fermentazzjoni alkoħolika tal-estratt ta' għeneb imnixxef tal-varjetajiet “Corinth Black” jew Moscatel tal-varjetajiet ta' Alessandrija, distillati f'anqas minn 94.5 % vol., sabiex id-distillat ikollu aroma u togħma miġjuba mill-materja prima użata.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu taż-żbib jew raisin brandy għandha tkun ta' 37.5 %.

(c)M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fil-punt (4) tal-Anness I, dilwit jew le.

(d)L-ispirtu taż-żbib jew raisin brandy m'għandux ikun aromatizzat.

(e)L-ispirtu taż-żbib jew raisin brandy jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

9. Spirtu tal-Frott

(a)L-ispirtu tal-frott magħsur huwa xarba spirituża li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)hija prodotta esklussivament permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika u d-distillazzjoni ta' frott imlaħħam jew must ta' tali frott, berries jew ħxejjex, bl-għadam jew mingħajru;

(ii)hija distillata f'anqas minn 86 % vol. sabiex id-distillat ikollu l-aroma u t-togħma miġjuba mill-materja prima distillata;

(iii)fiha kwantità ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. ta' alkoħol;

(iv)fil-każ ta' xorb spirituż tal-frott bl-għadma, ikollha kontenut ta' aċidu idroċjaniku li ma jaqbiżx is-7 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.

(b)Il-kontenut massimu ta' metanol tal-ispirtu tal-frott għandu jkun ta' 1 000 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol.

(i) Madankollu, fil-każ ta’ spirti tal-frott miksuba mill-frott jew berries imsemmija hawn taħt, il-kontenut massimu ta’ metanol għandu jkun ta’ 1 200 gramma għal kull ettolitru ta’ 100 % vol. alkoħol:

għanbaqar (Prunus domestica L.),

mirabella (Prunus domestica L. subsp. syriaca (Borkh.) Janch. ex Mansf.),

quetsch (Prunus domestica L.),

tuffieħ (Malus domestica Borkh.),

lanġas (Pyrus communis L.) għajr il-lanġas Williams (Pyrus communis L. cv ‘Williams’),

lampun (Rubus idaeus L.),

tut salvaġġ (Rubus fruticosus auct. aggr.),

berquq (Prunus armeniaca L.),

ħawħ (Prunus persica (L.) Batsch);

(ii)Fil-każ ta’ spirti tal-frott miksuba mill-frott jew berries imsemmija hawn taħt, il-kontenut massimu ta’ metanol għandu jkun ta’ 1 350 gramma għal kull ettolitru ta’ 100 % vol. alkoħol:

lanġas Williams (Pyrus communis L. cv ‘Williams’),

passolina ħamra (Ribes rubrum L.),

passolina sewda (Ribes nigrum L.),

rowanberries (Sorbus aucuparia L.),

frotta tas-sebuqa (Sambucus nigra L.),

sfarġel (Cydonia oblonga Mill.),

frott tal-ġnibru (Juniperus communis L. jew Juniperus oxicedrus L.).

(c)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-frott għandha tkun ta' 37.5 %.

(d)M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fil-punt (4) tal-Anness I, dilwit jew le.

(e)L-ispirtu tal-frott m'għandux ikun aromatizzat.

(f)Id-denominazzjoni tal-bejgħ ta' spirtu tal-frott għandha tkun "spirtu ta'" segwita mill-frotta, berry jew ħaxixa, bħal: spirtu taċ-ċirasa, li jista' jissejjaħ ukoll kirsch, spirtu tal-għanbaqar li jista' jissejjaħ ukoll slivovitz, spirtu tal-mirabella, tal-ħawħ, tat-tuffieħ, tal-lanġas, tal-berquq, tat-tin, taċ-ċitru jew tal-għeneb jew spirtu ta' frott ieħor.

Jista’ jissejaħ ukoll wasser, flimkien ma’ isem il-frotta.

Isem il-frotta jista' jissostitwixxi “spirtu ta'” segwit minn isem il-frotta fil-każ tal-frott jew berries li ġejjin:

mirabella (Prunus domestica L. subsp. syriaca (Borkh.) Janch. ex Mansf.),

għanbaqar (Prunus domestica L.),

quetsch (Prunus domestica L.),

frott tal-ubrjagola (Arbutus unedo L.),

tuffieħ tat-tip “Golden Delicious”.

Jekk ikun hemm ir-riskju li l-konsumatur finali ma jifhimx faċilment waħda minn dawk id-denominazzjonijiet tal-bejgħ li ma jinkludux il-kelma "spirtu", it-tikkettar u l-prezentazzjoni għandhom jinkludu l-kelma “spirtu”, possibbilment issupplimentata bi spjegazzjoni.

(g)L-isem Williams jista' jintuża biss għall-bejgħ ta' spirtu tal-lanġas prodott mil-lanġas tal-varjetà “Williams” biss.

(h)Kull meta żewġ frottiet, berries jew ħxejjex jew aktar jiġu distillati flimkien, il-prodott għandu jinbiegħ taħt l-isem “spirtu tal-frott” jew “spirtu tal-ħaxix”, skont il-każ. L-isem jista' jkun issupplimentat minn dak ta' kull frotta, berry jew ħaxixa, f'ordni li tonqos skont il-kwantità użata.

10. Spirtu tas-sidru jew spirtu tal-perry

(a)Spirtu tas-sidru u spirtu tal-perry huma xarbiet spiritużi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)ikunu prodotti esklussivament permezz tad-distillazzjoni tas-sidru jew tal-perry f'anqas minn 86 % vol. sabiex id-distillat ikollu l-aroma u t-togħma miġjuba mill-frott;

(ii)ikun fihom kwantità ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. ta' alkoħol;

(iii)ikun fihom kontenut massimu ta' metanol ta' 1 000 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tas-sidru u tal-spirtu tal-perry għandha tkun ta' 37.5 %.

(c)M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fil-punt (4) tal-Anness I, dilwit jew le.

(d)La l-ispirtu tas-sidru u lanqas l-ispirtu tal-perry m'għandu jkun aromatizzat.

(e)L-ispirtu tas-sidru u l-ispirtu tal-perry jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

11. Spirtu tal-għasel

(a)L-ispirtu tal-għasel huwa xarba spirituża li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)hija prodotta permezz tal-fermentazzjoni u d-distillazzjoni tal-maxx tal-għasel;

(ii)hija distillata f'inqas minn 86 % vol. sabiex id-distillat ikollu l-karatteristiċi organolettiċi miġjuba mill-materja prima użata.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-għasel għandha tkun ta' 35 % vol.

(c)M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fil-punt (4) tal-Anness I, dilwit jew le.

(d)L-ispirtu tal-għasel m'għandux ikun aromatizzat.

(e)L-ispirtu tal-għasel jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

(f)L-ispirtu tal-għasel jista' jiġi dolċifikat biss bl-għasel.

12. Hefebrand

(a)Il-Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond huwa xarba spirituża prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol. tar-residwu tal-fond tal-inbid jew ta' frott fermentat.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-Hefebrand jew tal-ispirtu tar-residwu tal-fond għandha tkun ta' 38 %.

(c)M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fil-punt (4) tal-Anness I, dilwit jew le.

(d)Il-Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond m'għandux ikun aromatizzat.

(e)Il-Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

(f)Id-denominazzjoni tal-bejgħ tal-Hefebrand jew tal-ispirtu tar-residwu tal-fond għandha tkun issupplimentata bl-isem tal-materja prima użata.

13. Bierbrand jew eau de vie de bière

(a)Il-Bierbrand jew l-eau de vie de bière huwa xarba spirituża miksuba permezz tad-distillazzjoni diretta taħt pressjoni normali ta' birra friska ta' qawwa alkoħolika skont il-volum ta' anqas minn 86 % b'tali mod li d-distillat miksub ikollu karatteristiċi organolettiċi li jidderivaw mill-birra.

(b)Il-qawwa alkoħolika mimima skont il-volum tal-Bierbrand jew tal-eau de vie de bière għandha tkun ta' 38 %.

(c)M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fil-punt (4) tal-Anness I, dilwit jew le.

(d)Il-Bierbrand jew l-eau de vie de bière m'għandux ikun aromatizzat.

(e)Il-Bierbrand jew l-eau de vie de bière jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.



14. Topinambur

(a)It-Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm huwa xarba spirituża prodotta permezz tal-fermentazzjoni u d-distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol. ta' tuberi tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm (Helianthus tuberosus L.).

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tat-topinambur jew tal-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm għandha tkun ta' 38 %.

(c)M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fil-punt (4) tal-Anness I, dilwit jew le.

(d)It-Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm m'għandux ikun aromatizzat.

(e)It-Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

15. Vodka

(a)Il-vodka hija xarba spirituża prodotta mill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola li tinkiseb wara fermentazzjoni bil-ħmira minn:

patata jew ċereali, jew it-tnejn li huma,

materji prima agrikoli oħra,

distillata jew imsoffija sabiex il-karatteristiċi organolettiċi tal-materja prima użata u tal-prodotti sekondarji fformati waqt il-fermentazzjoni jitnaqqsu b'mod selettiv.

Dan il-proċess jista' jiġi segwit b'ridistillazzjoni jew bi trattament permezz ta' assistenzi xierqa għall-ipproċessar, jew bit-tnejn li huma, inkluż it-trattament bil-karbonju attivat, sabiex ix-xarba tingħata karatteristiċi organolettiċi speċjali.

Il-livelli massimi tar-residwu tal-akoħol etiliku ta' oriġini agrikola għandhom jissodisfaw dawk stipulati fil-punt (1) tal-Anness I, għajr li l-kontenut ta' metanol għandu jkun ta' 10 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-vodka għandha tkun ta' 37.5 %.

(c)L-uniċi aromatizzanti li jistgħu jiżdiedu huma l-komposti tat-taħwir naturali preżenti fid-distillat miksub mill-materjali prima ffermentati. Barra minn hekk, il-prodott jista' jingħata karatteristiċi organolettiċi speċjali, sakemm ma jkunux it-togħma predominanti.

(d)Id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tal-vodka li mhix manifatturata esklussivament minn patata jew ċereali għandhom juru l-indikazzjoni “magħmula minn ...”, supplimentata bl-isem tal-materja prima utilizzata fil-produzzjoni tal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

16. Spirtu ta' (segwit minn isem il-frotta jew berry) miksub permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni

(a)L-ispirtu (segwit minn isem il-frotta) miksub permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni huwa xarba spirituża li tissodisfa il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)prodotta bil-maċerazzjoni ta' frott jew berries elenkati taħt il-punt (ii) kemm jekk fermentati parzjalment jew mhux fermentati biż-żieda possibbli ta' massimu ta' 20 litru ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew ta' spirtu jew ta' distillat miġjub mill-istess frott għal kull 100 kg ta' frott jew berries fermentat, segwita b'distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol.

(ii)miksuba mill-frott jew berries li ġejjin:

— tut salvaġġ (Rubus fruticosus auct. aggr.),

— frawli (Fragaria spp.),

— mirtill (Vaccinium myrtillus L.),

— lampun (Rubus idaeus L.),

— passolina ħamra (Ribes rubrum L.),

— passolina bajda (Ribes niveum Lindl.),

— passolina sewda (Ribes nigrum L.),

— pruna selvaġġa (Prunus spinosa L.),

— rowanberry (Sorbus aucuparia L.),

— frott taż-żorba (Sorbus domestica L.),

— frotta tal-ileks (Ilex aquifolium u Ilex cassine L.),

— checkerberry (Sorbus torminalis (L.) Crantz),

— frotta tas-sebuqa (Sambucus nigra L.),

— ribes (Ribes uva-crispa L. syn. Ribes grossularia),

— cranberry (Vaccinium L. għas-subġenus Oxycoccus),

— lingonberry (Vaccinium vitis-idaea L.),

— mirtill tal-pjanta għolja (Vaccinium corymbosum L.),

— pruna selvaġġa marina (Hippophae rhamnoides L.),

— rosehip (Rosa canina L.),

— frott l-għollieq tal-muntanji (Rubus chamaemorus L.),

— crowberry (Empetrum nigrum L.),

— brambla tal-Artiku (Rubus arcticus L.),

— mirtill(Myrtus communis L.),

— banana (Musa spp.),

— frotta tal-passjoni (Passiflora edulis Sims),

— ambarella (Spondias dulcis Sol. ex Parkinson),

— hog plum (Spondias mombin L.),

— ġewż (Juglans regia L.),

— ġellewż (Corylus avellana L)

— qastan (Castanea sativa L.),

— frott taċ-ċitru (Citrus spp. L.),

— bajtar tax-xewk (Opuntia ficus-indica).

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' Spirtu (segwit minn isem il-frotta jew berry) miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni għandha tkun ta' 37.5 %.

(c)L-ispirtu (segwit minn isem il-frotta jew berry), miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni m'għandux ikun aromatizzat.

(d)Rigward it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta' Spirtu (segwit minn isem il-frotta jew berry) miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni, il-kliem “miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni” għandhom jidhru fil-preżentazzjoni jew it-tikkettar b'tipa tal-istess font, daqs u lewn, u fuq l-istess kamp viżiv bħall-kliem “Spirtu ta' (segwit minn isem il-frotta jew berry)” u, fil-każ ta' fliexken, fuq it-tikketta ta' quddiem.

17. Geist (flimkien ma' isem il-frotta jew il-materja prima użata)

(a)Geist (flimkien ma' isem il-frotta jew il-materja prima użata) huwa xarba spirituża miksuba permezz tal-maċerazzjoni ta' frott u berries mhux fermentati elenkati fil-punt (a) (ii) tal-kategorija 16 jew ħxejjex, lewż, jew materjali ta' pjanti oħra bħal ħxejjex aromatiċi (herbs) jew petali tal-ward f'alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, segwita b'distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-Geist (flimkien ma' isem il-frotta jew il-materji prima użati) għandha tkun ta' 37.5 %.

(c)Il-Geist (flimkien ma' isem il-frotta jew il-materji prima użati) m'għandux ikun aromatizzat.

18. Spirtu tal-ġenzjana

(a)L-ispirtu tal-ġenzjana huwa xarba spirituża prodotta minn distillat tal-ġenzjana, li jinkiseb permezz tal-fermentazzjoni ta' għerq il-ġenzjana biż-żieda jew mingħajrha ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ġenzjana għandha tkun ta' 37.5 %.

(c)Il-ġenzjana m'għandhiex tkun aromatizzata.

19. Xorb spirituż bit-togħma tal-ġnibru

(a)Ix-xorb spirituż bit-togħma tal-ġnibru huwa xorb spirituż prodott billi tingħata t-togħma bil-frott tal-ġnibru (Juniperus communis L. jew Juniperus oxicedrus L.) lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew spirtu taċ-ċereali jew distillat taċ-ċereali, jew lil taħlita tagħhom.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tax-xorb spirituż bit-togħma tal-ġnibru għandha tkun ta' 30 %.

(c)Is-sustanzi ta’ taħwir, il-preparazzjonijiet ta’ taħwir, il-pjanti aromatiċi jew partijiet minn pjanti aromatiċi, jew kombinazzjoni tagħhom, jistgħu jintużaw bħala żieda, imma l-karatteristiċi organolettiċi tal-ġnibru jridu jkunu dixxernibbli, anki jekk xi kultant ikunu mdgħajfa.

(d)Xorb spirituż bit-togħma tal-ġnibru jista' jkollu d-denominazzjonijiet tal-bejgħ Wacholder jew genebra.

20. Gin

(a)Il-gin huwa xarba spirituża bit-togħma tal-ġnibru prodotta billi tingħata t-togħma tal-frott tal-ġnibru (Juniperus communis L.) lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola li jkun organolettikament adatt.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-gin għandha tkun ta' 37.5 %.

(c)Sustanzi ta’ taħwir jew preparazzjonijiet ta’ taħwir biss għandhom jintużaw għall-produzzjoni tal-gin sabiex it-togħma tkun prinċipalment tal-ġnibru.

(d)It-terminu “gin” jista’ jiġi ssupplimentat bit-terminu “dry” jekk ma jkunx fih dolċifikanti miżjudin aktar minn 0.1 gramma ta’ zokkor għal kull litru tal-prodott finali.

21. Gin distillat

(a)Il-gin distillat jista' jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)xarba spirituża bit-togħma tal-ġnibru prodotta esklussivament permezz tar-ridistillazzjoni b'mod organolettiku ta' alkoħol etiliku adatt ta' oriġini agrikola ta' kwalità xierqa b'qawwa alkoħolika inizjali ta' mhux anqas minn 96 % vol. f'imqatar tradizzjonali użati għall-gin, fil-preżenza ta' frott tal-ġnibru (Juniperus communis L.) u materjali botaniċi naturali oħrajn sakemm it-togħma tal-ġnibru tkun predominanti;

(ii)it-taħlit tal-prodott ta' tali distillazzjoni u l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola tal-istess kompożizzjoni, purità u qawwa alkoħolika; is-sustanzi ta’ taħwir jew il-preparazzjonijiet ta’ taħwir kif speċifikati fil-punt (c) tal-kategorija 20 jistgħu jintużaw ukoll sabiex jaromatizzaw il-ġinn iddistillat.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' gin distillat għandha tkun ta' 37.5 %.

(c)Il-gin miksub sempliċiment biż-żieda ta' essenzi jew aromatizzanti mal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola m'għandhux jikkwalifika għad-deskrizzjoni ta' gin distillat.

(d)It-terminu “gin distillat” jista’ jiġi ssupplimentat bit-terminu “dry” jekk ma jkunx fih dolċifikanti miżjudin aktar minn 0.1 gramma ta’ zokkor għal kull litru tal-prodott finali.

22. London Gin

(a)Il-London gin huwa tip ta' gin distillat:

(i)miksub minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, b'kontenut massimu ta' metanol ta' 5 grammi għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol, li t-togħma tiegħu tiġi introdotta esklussivament permezz tar-ridistillazzjoni f'imqatar tradizzjonali tal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola fil-preżenza tal-materjali naturali mill-pjanti kollha użati;

(ii)li d-distillat li jirriżulta minnu jkun fih tal-anqas volum ta' alkoħol ta' 70 %;

(iii)fejn jiżdied kwalunkwe alkoħol elitiku ta' oriġini agrikola dan għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (1) tal-Anness I, iżda b'kontenut massimu ta' metanol li ma jaqbiżx il-5 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % skont il-volum;

(iv)li ma fihx dolċifikanti miżjudin aktar minn 0.1 grammi ta' zokkor għal kull litru ta' prodott finali u lanqas koloranti;

(v)li ma fih ebda ingredjenti miżjudin għajr l-ilma.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-London gin għandha tkun ta' 37.5 %.

(c)It-terminu London gin jista' jkun issupplimentat bit-terminu "dry".

23. Xorb spirituż bit-togħma tal-ħlewwa

(a)Ix-xorb spirituż bit-togħma tal-ħlewwa huwa xorb spirituż prodott billi tingħata t-togħma tal-ħlewwa (Carum carvi L.) lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tax-xorb spirituż bit-togħma tal-ħlewwa għandha tkun ta' 30 %.

(c)Is-sustanzi ta’ taħwir jew il-preparazzjonijiet ta’ taħwir, jew it-tnejn li huma, jistgħu jintużaw addizzjonalment, imma jrid ikun hemm togħma predominanti ta’ ħlewwa.



24. Akvavit jew aquavit

(a)L-akvavit jew aquavit huwa xarba spirituża bit-togħma tal-ħlewwa jew taż-żerriegħa tax-xibt, jew tat-tnejn li huma, prodotta permezz tal-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola aromatizzata b’distillat ta’ pjanti jew ħwawar.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-akvavit jew aquavit għandha tkun ta' 37.5 %.

(c)Jistgħu jintużaw sustanzi ta’ taħwir naturali u preparazzjonijiet ta’ taħwir naturali, jew it-tnejn li huma, iżda t-togħma ta’ dawn ix-xarbiet għandha tibqa' attribbwili l-aktar għad-distillati tal-ħlewwa (Carum carvi L.) jew żerriegħet tax-xibt (Anethum graveolens L.), jew tat-tnejn li huma, filwaqt li l-użu taż-żjut tal-essenza huwa pprojbit.

(d)Is-sustanzi morri m'għandhomx jiddominaw it-togħma b'mod ovvju; il-kontenut tal-estratt niexef m'għandux ikun aktar minn 1.5 grammi għal kull 100 millilitru.

25. Xorb spirituż bit-togħma tal-aniżetta

(a)Ix-xorb spirituż bit-togħma tal-aniżetta huwa xorb spirituż prodott billi tingħata t-togħma lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola permezz ta' estratti naturali tal-anisi stellata (Illicium verum Hook f.), l-anisi (Pimpinella anisum L.), il-bużbież (Foeniculum vulgare Mill.), jew kwalunkwe pjanta oħra li fiha l-istess kostitwent aromatiku prinċipali, bl-użu ta' wieħed minn dawn il-proċessi li ġejjin jew il-kombinazzjoni tagħhom:

(i)maċerazzjoni jew distillazzjoni, jew it-tnejn li huma;

(ii)ridistillazzjoni tal-alkoħol fil-preżenza taż-żrieragħ jew partijiet oħra tal-pjanti speċifikati hawn fuq;

(iii)żieda ta' estratti distillati naturali ta' pjanti bit-togħma tal-aniżetta.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tax-xorb spirituż bit-togħma tal-aniżetta għandha tkun ta’ 15 %.

(c)Sustanzi ta’ taħwir naturali u preparazzjonijiet ta’ taħwir naturali biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija ta’ xorb tal-ispirtu spirituż bit-togħma tal-aniżetta.

(d)Estratti jew żrieragħ aromatiċi minn pjanti naturali oħrajn jistgħu jintużaw ukoll, iżda t-togħma tal-aniżetta trid tibqa' predominanti.

26. Pastis

(a)Il-pastis huwa xarba spirituża bit-togħma tal-aniżetta li fiha wkoll estratti naturali ta' għerq il-likorizja (Glycyrrhiza spp.), li jimplika l-preżenza tal-koloranti magħrufa bħala “chalcones” kif ukoll l-aċidu glikoċirriżiku, li l-livelli minimi u massimi tiegħu għandhom ikunu ta' 0.05 u 0.5 ta' gramma għal kull litru rispettivament.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-pastis għandha tkun ta' 40 %.

(c)Sustanzi ta’ taħwir naturali u preparazzjonijiet ta’ taħwir naturali biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal-pastis.

(d)Il-pastis fih anqas minn 100 gramma ta' zokkor għal kull litru, espressi bħala zokkor invertit, u għandu livell minimu u massimu ta' anetolu ta' 1.5 u 2 grammi għal kull litru rispettivament.

27. Pastis de Marseille

(a)Il-pastis de Marseille huwa pastis b'kontenut ta' anetolu ta' 2 grammi għal kull litru.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-pastis de Marseille għandha tkun ta' 45 %.

(c)Sustanzi ta’ taħwir naturali u preparazzjonijiet ta’ taħwir naturali biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal-pastis de Marseille.

28. Anis

(a)L-anis hija xarba spirituża bit-togħma tal-aniżetta li t-togħma karatteristika tagħha tiġi mill-anisi (Pimpinella anisum L.) jew l-anisi stellata (Illicium verum Hook f.) jew il-bużbież (Foeniculum vulgare Mill.), jew minn kombinazzjoni tagħhom.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-anis għandha tkun ta' 37 %.

(c)Sustanzi ta’ taħwir naturali u preparazzjonijiet ta’ taħwir naturali biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal-anis.

29. Anis distillat

(a)L-anis distillat huwa anis li fih alkoħol distillat fil-preżenza taż-żrieragħ imsemmijin fil-punt (a) tal-kategorija 28 u fil-każ ta' indikazzjonijiet ġeografiċi żrieragħ mastiċi u żrieragħ, pjanti jew frott aromatiċi oħrajn, bil-kundizzjoni li tali alkoħol jikkostitwixxi tal-anqas 20 % tal-qawwa alkoħolika tal-anis distillat.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-anis distillat għandha tkun ta' 35 %.

(c)Sustanzi ta’ taħwir naturali u preparazzjonijiet ta’ taħwir naturali biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal-anis distillat.

30. Xorb spirituż b'togħma morra jew bitter

(a)Ix-xorb spirituż b’togħma morra jew il-bitter fil-biċċa l-kbira huma xorb spirituż b’togħma morra prodotta billi l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola jitħawwar b’sustanzi ta’ taħwir.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' xorb spirituż b'togħma morra jew bitter għandha tkun ta' 15 %.

(c)Ix-xorb spirituż b'togħma morra jew il-bitter jista' jinbiegħ ukoll taħt l-ismijiet “amer” jew “bitter” flimkien ma' terminu ieħor jew mingħajru.

31. Vodka aromatizzata

(a)Il-vodka aromatizzata hija vodka li tkun ingħatat togħma predominanti differenti minn dik tal-materja prima.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-vodka aromatizzata, għandha tkun ta' 37.5 %,

(c)Il-vodka aromatizzata tista' tiġi dolċifikata, imħallta, mogħtija t-togħma, maturata jew ikkulurita.

(d)Il-vodka aromatizzata tista' tinbiegħ ukoll taħt l-isem ta' kwalunkwe togħma predominanti bil-kelma “vodka”.

32. Likur

(a)Il-likur huwa xarba spirituża:

(i)li għandha kontenut minimu ta' zokkor, espress bħala zokkor invertit, ta':

70 gramma għal kull litru fil-każ ta' likuri taċ-ċirasa li l-alkoħol etiliku tagħhom jikkonsisti esklussivament minn spirtu taċ-ċirasa,

80 gramma għal kull litru għall-ġenzjana jew likuri simili ppreparati bil-ġenzjana jew pjanti simili bħala l-unika sustanza aromatika,

100 gramma għal kull litru fil-każijiet l-oħrajn kollha;

(ii)prodotta bl-użu ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew distillat ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż wieħed jew aktar jew taħlita tagħhom, li jkun dolċifikat u miżjud b'togħma, prodott ta' oriġini agrikola jew oġġett tal-ikel wieħed jew aktar.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' likur għandha tkun ta' 15 %.

(c)Sustanzi ta’ taħwir u preparazzjonijiet ta’ taħwir jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal-likur. Madankollu, sustanzi ta’ taħwir naturali u preparazzjonijiet ta’ taħwir naturali biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal-likuri li ġejjin:

(i)likuri tal-frott:

passolina sewda,

ċirasa,

lampun,

ċawsli,

mirtill,

frott taċ-ċitru,

frott l-għollieq tal-muntanji ('cloudberry'),

frott l-għollieq tal-artiku (arctic bramble),

cranberry,

lingonberry,

pruna salvaġġa marina,

ananas;

(ii)likuri tal-pjanti:

nagħniegħ,

ġenzjana,

aniżetta,

ġenepi,

vulnerarja.

(d)It-termini komposti li ġejjin jistgħu jintużaw fil-preżentazzjoni ta' likuri prodotti fl-Unjoni fejn l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jintuża sabiex jirrifletti metodi ta' produzzjoni stabbiliti:

prune brandy (brandy tal-pruna),

orange brandy (brandy tal-larinġ),

apricot brandy (brandy tal-berquq),

cherry brandy (brandy taċ-ċirasa),

solbaerrom, imsejjaħ ukoll rum tal-passolina sewda.

Fir-rigward tal-ittikkettar u l-preżentazzjoni ta' dawk il-likuri, it-terminu kompost għandu jidher fuq it-tikkettar u fil-preżentazzjoni f'linja waħda b'tipa uniformi bl-istess font u lewn u l-kelma “likur” għandha tidher fil-qrib immedjat b'tipa li ma tkunx iċken minn dak il-font. Jekk l-alkoħol ma jkunx ġej mix-xarba spirituża indikata, l-oriġini tiegħu għandu jintwera fuq it-tikkettar fl-istess kamp viżwali bħat-terminu kompost u l-kelma “likur” billi jiġi ddikjarat it-tip ta' alkoħol agrikolu jew permezz tal-kliem “alkoħol agrikolu” preċedut kull darba minn “magħmul minn” jew “magħmul bl-użu ta'”.

33. Crème de (segwit minn isem ta' frotta jew tal-materja prima użata)

(a)Ix-xarbiet spiritużi magħrufin bħala Crème de (segwiti minn isem ta' frotta jew tal-materja prima użata), minbarra l-prodotti tal-ħalib, huma likuri b'kontenut minimu ta' zokkor ta' 250 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' Crème de (segwit minn isem ta' frotta jew tal-materja prima użata) għandha tkun ta' 15 %.

(c)Ir-regoli dwar is-sustanzi tat-taħwir u l-preparazzjonijiet ta’ taħwir għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 32 għandhom japplikaw għal din ix-xarba spirituża.

(d)Id-denominazzjoni tal-bejgħ tista' tiġi supplimentata bit-terminu “likur”.

34. Crème de cassis

(a)Il-Crème de cassis huwa likur tal-passolina sewda li fih kontenut minimu ta' 400 gramma zokkor kull litru espress bħala zokkor invertit.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-Crème de cassis għandha tkun ta' 15 %.

(c)Ir-regoli dwar is-sustanzi tat-taħwir u l-preparazzjonijiet ta’ taħwir għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 32 għandhom japplikaw għall-Crème de cassis.

(d)Id-denominazzjoni tal-bejgħ tista' tiġi supplimentata bit-terminu “likur”.

35. Guignolet

(a)Il-guignolet huwa likur miksub permezz tal-maċerazzjoni taċ-ċirasa f'alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-guignolet għandha tkun ta' 15 %.

(c)Ir-regoli dwar is-sustanzi tat-taħwir u l-preparazzjonijiet ta’ taħwir għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 32 għandhom japplikaw għall-guignolet.

(d)Id-denominazzjoni tal-bejgħ tista' tiġi supplimentata bit-terminu “likur”.

36. Punch au rhum

(a)Il-punch au rhum huwa likur li l-kontenut tal-alkoħol għalih hu pprovdut esklussivament mir-rum.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-punch au rhum għandha tkun ta' 15 %.

(c)Ir-regoli dwar is-sustanzi tat-taħwir u l-preparazzjonijiet ta’ taħwir għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 32 għandhom japplikaw għall-punch au rhum.

(d)Id-denominazzjoni tal-bejgħ tista' tiġi supplimentata bit-terminu “likur”.

37. Sloe gin

(a)Is-sloe gin (ġinn tal-pruna salvaġġa) huwa likur prodott permezz tal-maċerazzjoni ta' prun salvaġġ fil-gin bil-possibbiltà ta' żieda ta' prun salvaġġ magħsur.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tas-sloe gin għandha tkun ta' 25 %.

(c)Sustanzi ta’ taħwir naturali u preparazzjonijiet ta’ taħwir naturali biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tas-sloe gin.

(d)Id-denominazzjoni tal-bejgħ tista' tiġi supplimentata bit-terminu “likur”.

38. “Xorb spirituż mill-pruna salvaġġa jew Pacharán”

Ix-xorb spirituż mill-pruna salvaġġa jew Pacharán huwa xorb spirituż li:

(a) ikollu togħma qawwija ta' pruna salvaġġa u jsir bil-maċerazzjoni tal-pruna salvaġġa (Prunus spinosa) f'alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, biż-żieda ta' estratti naturali tal-ħlewwa jew distillati tal-ħlewwa, jew tat-tnejn li huma;

(b) ikollu qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' 25 %;

(c) għall-produzzjoni tiegħu mill-inqas ikunu ntużaw 125 g ta' pruna għal kull litru tal-prodott aħħari;

(d) il-kontenut taz-zokkor tiegħu, espress bħala zokkor invertit, ikun bejn 80 g u 250 g għal kull litru tal-prodott aħħari,

(e) il-karatteristiċi organolettiċi, il-lewn u t-togħma tiegħu jkunu ġejjin esklussivament mill-frotta użata u mill-ħlewwa.

It-terminu “Pacharán” jista' jintuża bħala denominazzjoni tal-bejgħ biss meta l-prodott ikun sar fi Spanja. Meta l-prodott isir xi mkien ieħor, it-terminu “Pacharán” jista' jintuża biss biex jissupplimenta d-denominazzjoni tal-bejgħ "Xorb spirituż mill-pruna salvaġġa", diment li magħha jiżdied il-kliem: "magħmul fi ..." u jissemma l-Istat Membru jew il-pajjiż terz tal-produzzjoni.

39. Sambuca

(a)Is-sambuca huwa likur bla kulur b’togħma tal-anisetta li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)ikun fih distillati tal-anisi (Pimpinella anisum L.), l-anisi stellata (Illicium verum L.) jew ħxejjex aromatiċi oħra;

(ii)ikollu kontenut minimu ta' zokkor ta' 370 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit;

(iii)ikollu kontenut ta' anetolu naturali ta' mhux anqas minn 1 gramma u mhux aktar minn 2 grammi kull litru.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tas-sambuca għandha tkun ta' 38 %.

(c)Ir-regoli dwar is-sustanzi tat-taħwir u l-preparazzjonijiet ta’ taħwir għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 32 għandhom japplikaw għas-sambuca.

(d)Id-denominazzjoni tal-bejgħ tista' tiġi supplimentata bit-terminu “likur”.

40. Maraschino, Marrasquino jew Maraskino

(a)Il-maraschino, marrasquino jew maraskino huwa likur bla lewn li togħmtu tiġi prinċipalment minn distillat taċ-ċirasa maraskina jew tal-prodott tal-maċerazzjoni taċ-ċirasa jew partijiet taċ-ċirasa f'alkoħol ta' oriġini agrikola b'kontenut minimu ta' zokkor ta' 250 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-maraschino, marrasquino jew maraskino għandha tkun ta' 24 %.

(c)Ir-regoli dwar is-sustanzi tat-taħwir u l-preparazzjonijiet ta’ taħwir għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 32 għandhom japplikaw għall-maraschino, marrasquino jew maraskino.

(d)Id-denominazzjoni tal-bejgħ tista' tiġi supplimentata bit-terminu “likur”.



41. Nocino

(a)In-nocino huwa likur li togħmtu tiġi prinċipalment permezz tal-maċerazzjoni jew id-distillazzjoni tal-ġewż aħdar (Juglans Regia L.) b'kontenut minimu ta' zokkor ta' 100 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tan-nocino għandha tkun ta' 30 %.

(c)Ir-regoli dwar is-sustanzi tat-taħwir u l-preparazzjonijiet ta’ taħwir għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 32 għandhom japplikaw għan-nocino.

(d)Id-denominazzjoni tal-bejgħ tista' tiġi supplimentata bit-terminu “likur”.

42. Likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat

(a)Il-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat huwa xarba spirituża, sew aromatizzat jew le, miksuba minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillat jew spirtu, jew taħlita tagħhom, li l-ingredjenti tiegħu huma l-isfar tal-bajd, l-abjad tal-bajd u iz-zokkor jew l-għasel ta' kwalità. Il-kontenut minimu ta' zokkor jew għasel għandu jkun ta' 150 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit. Il-kontenut minimu ta' isfar tal-bajd pur għandu jkun ta' 140 gramma għal kull litru tal-prodott finali.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat hija ta’ 14 %.

(c)Sustanzi ta’ taħwir u preparazzjonijiet ta’ taħwir biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat.

43. Likur bil-bajd

(a)Il-likur bil-bajd huwa xarba spirituża, sew aromatizzat jew le, miksuba minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillat jew xarba spirituża, jew taħlita tagħhom, li l-ingredjenti karatteristiċi tagħha huma l-isfar tal-bajd, l-abjad tal-bajd u z-zokkor jew l-għasel ta' kwalità. Il-kontenut minimu ta' zokkor jew għasel għandu jkun ta' 150 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit. Il-kontenut minimu ta' isfar tal-bajd għandu jkun ta' 70 gramma għal kull litru tal-prodott finali.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-likur bil-bajd għandha tkun ta' 15 %.

(c)Sustanzi ta’ taħwir naturali u preparazzjonijiet ta’ taħwir biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija ta' likur bil-bajd.

44. Mistrà

(a)Il-mistrà huwa xarba spirituża bla lewn mogħtija t-togħma bl-aniżetta jew bl-anetolu naturali li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)ikollha kontenut ta' anetolu ta' mhux anqas minn 1 gramma u mhux aktar minn 2 grammi kull litru;

(ii)jista' jkun fiha wkoll distillat ta' ħxejjex aromatiċi;

(iii)ma jkun fiha l-ebda zokkor miżjud.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-mistrà għandha tkun ta' 40 % u l-qawwa alkoħolika massima skont il-volum għandha tkun ta' 47 %.

(c)Sustanzi ta’ taħwir naturali u preparazzjonijiet ta’ taħwir naturali biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal-mistrà.



45. Väkevä glögi jew spritglögg

(a)Il-väkevä glögi jew spritglögg huwa xarba spirituża magħmula billi tingħata t-togħma lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola permezz tal-imsiemer tal-qronfol jew il-kannella, jew it-tnejn li huma, permezz ta’ wieħed minn dawn il-proċessi li ġejjin: Il-maċerazzjoni jew id-distillazzjoni, ir-ridistillazzjoni tal-alkoħol fil-preżenza tal-partijiet tal-pjanti msemmija hawn fuq, l-addizzjoni ta' sustanzi aromatizzanti naturali tal-imsiemer tal-qronfol jew il-kannella jew kombinazzjoni ta' dawn il-proċessi.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-väkevä glögi jew spritglögg għandha tkun ta' 15 %.

(c)Is-sustanzi ta’ taħwir, il-preparazzjonijiet ta’ taħwir jew ħwawar oħrajn jistgħu jintużaw ukoll, iżda t-togħma predominanti trid tkun dik tal-ħwawar speċifikati.

(d)Il-kontenut ta' nbid jew prodotti tal-inbid m'għandux ikun ta’ aktar minn 50 % tal-prodott finali.

46. Berenburg jew Beerenburg

(a)Il-Berenburg jew Beerenburg huwa xarba spirituża li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)hija prodotta bl-użu tal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola;

(ii)hija prodotta permezz tal-maċerazzjoni ta' frott jew pjanti jew partijiet minnhom;

(iii)    fiha bħala togħma speċifika d-distillat ta' għerq il-ġenzjana (Gentiana lutea L.), ta' frott il-ġnibru (Juniperus communis L.) u tal-weraq tar-rand (Laurus nobilis L.);

(iv)tvarja fil-lewn minn kannella ċar sa skur;

(v)tista' tiġi dolċifikata sa massimu ta' 20 gramma għal kull litru espressi bħala zokkor invertit.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-Berenburg jew Beerenburg għandha tkun ta' 30 %.

(c)Sustanzi ta’ taħwir naturali naturali u preparazzjonijiet ta’ taħwir biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal-Berenburg jew Beerenburg.

47. Nektar tal-għasel jew tal-mead

(a)In-nektar tal-għasel jew tal-mead huwa xarba spirituża prodotta billi tingħata t-togħma lit-taħlita ta' maxx tal-għasel fermentat u distillat tal-għasel jew alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, jew tat-tnejn li huma, li fiha mill-inqas 30 % vol. ta' maxx tal-għasel fermentat.

(b)Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tan-nektar tal-għasel jew tal-mead għandha tkun ta' 22 %.

(c)Sustanzi ta’ taħwir naturali u preparazzjonijiet ta’ taħwir naturali biss jistgħu jintużaw fil-preparazzjoni tan-nektar tal-għasel jew tal-mead bil-kundizzjoni li tippredomina t-togħma tal-għasel.

(d)In-nektar tal-għasel jew tal-mead jista' jiġi dolċifikat biss bl-għasel.

PARTI II

Regoli speċifiċi dwar ċertu xorb spirituż minbarra dawk elenkati fil-Parti I

1. Ir-Rum-Verschnitt huwa prodott fil-Ġermanja u jinkiseb billi jitħalltu r-rum u l-alkoħol, fejn proporzjon mimimu ta' 5 % tal-alkoħol fil-prodott finali jrid jiġi mir-rum. Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tar-Rum-Verschnitt għandha tkun ta' 37.5 %. Fir-rigward tat-tikkettar u l-preżentazzjoni, il-kelma Verschnitt trid tidher fil-preżentazzjoni jew it-tikkettar b'karattri tal-istess tipa, daqs u lewn, u fuq l-istess linja, tal-kelma “Rum” u, fil-każ tal-fliexken, fuq it-tikketta ta' quddiem. Id-denominazzjoni tal-bejgħ ta’ dan il-prodott għandha tkun “xorb spirituż”. Meta dan il-prodott jinbiegħ barra mill-Ġermanja, il-kompożizzjoni alkoħolika tiegħu trid tintwera fuq it-tikketta.

2. Is-Slivovice huwa prodott mir-Republika Ċeka u jinkiseb permezz taż-żieda mad-distillat tal-għanbaqar, qabel id-distillazzjoni aħħarija, ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, fejn proporzjon mimimu ta’ 70 % tal-alkoħol fil-prodott finali jrid tiġi minn mad-distillat tal-għanbaqar. Id-denominazzjoni tal-bejgħ ta’ dan il-prodott għandha tkun “xorb spirituż”. L-isem slivovice jista’ jiżdied jekk jidher fl-istess kamp viżiv fuq it-tikketta ta’ quddiem. Jekk is-slivovice jinbiegħ barra mir-Repubblika Ċeka, il-kompożizzjoni alkoħolika tiegħu trid tintwera fuq it-tikketta. Din id-dispożizzjoni hija bla preġudizzju għall-użu tal-isem slivovitz għal spirti tal-frott skont il-kategorija 9 tal-Parti I ta' dan l-Anness.

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li għandha x'taqsam ma' ċerti tipi ta' zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 53).
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).
(4) Id-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali (ĠU L 164, tat-26.6.2009, p. 45).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).
Top