IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 17.3.2016
COM(2016) 157 final
Pakkett tal-ekonomija ċirkolari
ANNESSI
tal-
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009
{SWD(2016) 64 final}
{SWD(2016) 65 final}
ANNESSI
tal-
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009
ANNESS I
Kategoriji tal-Funzjoni ta' Prodott ('PFC') ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE
Parti I
Għażla tal-Kategoriji ta' Funzjoni tal-Prodott
1.
Fertilizzant
A.
Fertilizzant organiku
I.
Fertilizzant organiku solidu
II.
Fertilizzant organiku likwidu
B.
Fertilizzant organominerali
I.
Fertilizzant organominerali solidu
II.
Fertilizzant organominerali likwidu
C.
Fertilizzant inorganiku
I.
Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti
a)
Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti solidu
i)
Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti solidi sempliċi
A)
Fertilizzant inorganiku tan-nitrat tal-ammonju, ta' makronutrijenti solidi sempliċi, b'kontenut għoli ta' nitroġenu
ii)
Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti solidi komposti
A)
Fertilizzant inorganiku tan-nitrat tal-ammonju, ta' makronutrijenti solidi komposti, b'kontenut għoli ta' nitroġenu
b)
Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti likwidi
i)
Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti likwidi sempliċi
ii)
Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti likwidi komposti
II.
Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti
a)
Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti sempliċi
b)
Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti kompost
2.
Materjal għat-trattament bil-ġir
3.
Tejjieb tal-ħamrija
A.
Tejjieb organiku tal-ħamrija
B.
Tejjieb inorganiku tal-ħamrija
4.
Materjal għat-tkabbir
5.
Addittiv agronomiku
A.
Inibitur
I.
Inibitur tan-nitrifikazzjoni
II.
Inibitur tal-ureażi
B.
Aġent kelanti
C.
Aġent kumplessanti
6.
Bijostimulant tal-pjanti
A.
Bijostimulant mikrobjali tal-pjanti
B.
Bijostimulant nonmikrobiku tal-pjanti
I.
Bijostimulant nonmikrobiku organiku tal-pjanti
II.
Bijostimulant nonmikrobiku inorganiku tal-pjanti
7.
Taħlita ta' prodotti fertilizzanti
Parti II
Rekwiżiti relatati mal-Kategoriji Funzjonali ta' Prodott
1.Din il-parti tistipula r-rekwiżiti relatati mal-Kategoriji Funzjonali ta' Prodott (PFC) li fihom għandhom jappertjenu l-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE.
2.Ir-rekwiżiti stipulati f'dan l-Anness għal PFC partikolari japplikaw għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE fis-sottokategoriji kollha ta' dik il-PFC.
3.Fejn il-konformità ta' rekwiżit partikolari (bħan-nuqqas ta' kontaminant partikolari) issegwi b'mod ċert u li ma jistax jiġi kkuntestat mill-proċess naturali jew ta' manifattura ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, dik il-konformità tista' tiġi preżunta fil-valutazzjoni tal-konformità mingħajr verifika (bħall-ittestjar), fejn ir-responsabbiltà tkun f'idejn il-manifattur.
4.Fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE fih sustanza li għaliha jkunu ġew stabbiliti limiti massimi ta' residwi għall-ikel u għall-għalf f'konformità ma'
(a)Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93,
(b)Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,
(c)Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew
(d)Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,
l-użu tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE kif speċifikat fl-istruzzjonijiet tal-użu ma għandux iwassal għal qbiż ta' dawk il-limiti fl-ikel jew l-għalf.
PFC 1: Fertilizzant
Fertilizzant għandu jkun prodott fertilizzanti bit-tikketta CE mmirat li jipprovdi n-nutrijenti lill-pjanti.
PFC 1(A): Fertilizzant organiku
1.Fertilizzant organiku għandu jkollu
karbonju (C) u
nutrijenti
ta' oriġini unikament bijoloġika, li jeskludu materjal li huwa fossilizzat jew inkorporat fil-formazzjonijiet ġeoloġiċi.
2.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:
Kadmju (Cd)
1,5 mg/kg materja niexfa,
Kromu eżavalenti (Cr VI)
2 mg/kg materja niexfa,
Merkurju (Hg)
1 mg/kg materja niexfa,
Nikil (Ni)
50 mg/kg materja niexfa,
Ċomb (Pb)
120 mg/kg materja niexfa, u
Bjuret (C2H5N3O2)
12 g/kg materja niexfa.
3.Salmonella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
4.L-ebda waħda miż-żewġ batterji li ġejjin ma għandha tkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE f'konċentrazzjoni ta' iktar minn 1000 CFU/g f'massa friska:
(a)Escherichia coli, jew
(b)Enterococaceae.
Dan għandu jintwera permezz ta' kejl tal-preżenza ta' mill-inqas waħda minn dawk iż-żewġ tipi ta' batterji.
PFC 1(A)(I): Fertilizzant organiku solidu
1.Fertilizzant organiku solidu għandu jkollu 40% jew iktar ta' materja niexfa skont il-massa.
2.Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih mill-inqas wieħed min-nutrijiet dikjarati li ġejjin fil-kwantitajiet minimi mistqarra:
2,5 % skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,
2 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew
2 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali.
3.Il-karbonju organiku (C) għandu jkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE b'tal-inqas 15% skont il-massa.
PFC 1(A)(II): Fertilizzant organiku likwidu
1.Fertilizzant organiku likwidu għandu jkollu anqas minn 40% ta' materja niexfa.
2.Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih mill-inqas wieħed min-nutrijiet dikjarati li ġejjin fil-kwantitajiet minimi mistqarra:
2 % skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,
1 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew
2 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali.
3.Il-karbonju organiku (C) għandu jkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE b'tal-inqas 5 % skont il-massa.
PFC 1(B): Fertilizzant organominerali
1.Fertilizzant organominerali għandu jkun koformolazzjoni ta'
Fertilizzant inorganiku wieħed jew iktar, kif speċifikat fil-PFC 1(C) hawn taħt, u
materjal li jkun fih
–karbonju organiku (C) u
–nutrijenti
ta' oriġini unikament bijoloġika, li jeskludu materjal li huwa fossilizzat jew inkorporat fil-formazzjonijiet ġeoloġiċi.
2.Fejn wieħed wieħed jew iktar mill-fertilizzanti inorganiċi fil-koformulazzjoni huwa fertilizzant inorganiku tan-nitrat tal-ammonju, ta' makronutrijenti solidi sempliċi jew komposti, b'kontenut għoli ta' nitroġenu, kif speċifikat fil-PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A), il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma għandux ikun fih 15,75 % jew iktar skont il-massa ta' nitroġenu (N) bħala riżultat tan-nitrat tal-ammonju (NH4NO3).
3.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:
(a)Kadmju (Cd)
(1)Fejn prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikollu kontenut ta' fosforu (P) totali ekwivalenti għal inqas minn 5 % ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) skont il-massa: 3 mg/kg materja niexfa, jew
(2)Fejn prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikollu kontenut ta' fosforu (P) totali ekwivalenti għal 5 % ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) jew iktar skont il-massa ('fertilizzant fosfatiku'):
Minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]: 60 mg/kg pentossidu tal-fosforu (P2O5),
Minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data li tokkorri tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]: 40 mg/kg pentossidu tal-fosforu (P2O5), u
Minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data li tokkorri tnax-il sena wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]: 20 mg/kg pentossidu tal-fosforu (P2O5),
(b)Kromu eżavalenti (Cr VI)
2 mg/kg materja niexfa,
(c)Merkurju (Hg)
1 mg/kg materja niexfa,
(d)Nikil (Ni)
50 mg/kg materja niexfa, u
(e)Ċomb (Pb)
120 mg/kg materja niexfa.
4.Salmonella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
5.L-ebda waħda miż-żewġ batterji li ġejjin ma għandha tkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE f'konċentrazzjoni ta' iktar minn 1000 CFU/g f'massa friska:
(a)Escherichia coli, jew
(b)Enterococaceae.
Dan għandu jintwera permezz ta' kejl tal-preżenza ta' mill-inqas waħda minn dawk iż-żewġ tipi ta' batterji.
PFC 1(B)(I): Fertilizzant organominerali solidu
1.Fertilizzant solidu organominerali għandu jkollu 60% jew iktar ta' materja niexfa skont il-massa.
2.Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih mill-inqas wieħed min-nutrijiet dikjarati li ġejjin fil-kwantitajiet minimi mistqarra:
2,5 % skont il-massa tan-nitroġenu (N) totali, li minnha 1 % skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun nitroġenu organiku (N), jew
2 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew
2 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali.
3.Il-karbonju organiku (C) għandu jkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE b'tal-inqas 7.5 % skont il-massa.
4.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, kull unità għandu jkollha l-materja organika u n-nutrijenti fil-kontenut dikjarat tagħhom.
PFC 1(B)(II): Fertilizzant organominerali likwidu
1.Fertilizzant likwidu organominerali għandu jkollu inqas minn 60 % ta' materja niexfa skont il-massa.
2.Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih mill-inqas wieħed min-nutrijiet dikjarati li ġejjin fil-kwantitajiet minimi mistqarra:
2 % skont il-massa tan-nitroġenu (N) totali, li minnha 0,5 % skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun nitroġenu organiku (N), jew
2 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew
2 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali.
3.Il-karbonju organiku (C) għandu jkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE b'tal-inqas 3 % skont il-massa.
PFC 1(C): Fertilizzant inorganiku
Fertilizzant inorganiku għandu jkun fertilizzanti barra minn fertilizzant organiku jew organominerali.
PFC 1(C)(I): Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti
1.Fertilizzant inorganiku bil-makronutrijenti għandu jkun immirat li jipprovdi l-pjanti b'wieħed jew iktar mill-makronutrijenti li ġejjin: nitroġenu (N), fosforu (P), potassju (K), manjeżju (Mg), kalċju (Ca), kubrit (S) jew sodju (Na).
2.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:
(a)Kadmju (Cd)
(1)Fejn prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikollu kontenut ta' fosforu (P) totali ekwivalenti għal inqas minn 5 % ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) skont il-massa: 3 mg/kg materja niexfa, jew
(2)Fejn prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikollu kontenut ta' fosforu (P) totali ekwivalenti għal 5 % ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) jew iktar skont il-massa ('fertilizzant fosfatiku'):
Minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]: 60 mg/kg pentossidu tal-fosforu (P2O5),
Minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data li tokkorri tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]: 40 mg/kg pentossidu tal-fosforu (P2O5), u
Minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data li tokkorri tnax-il sena wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]: 20 mg/kg pentossidu tal-fosforu (P2O5),
(b)Kromu eżavalenti (Cr VI)
2 mg/kg materja niexfa,
(c)Merkurju (Hg)
2 mg/kg materja niexfa,
(d)Nikil (Ni)
120 mg/kg materja niexfa,
(e)Ċomb (Pb)
150 mg/kg materja niexfa,
(f)Arseniku (As)
60 mg/kg materja niexfa,
(g)Bjuret (C2H5N3O2)
12 g/kg materja niexfa, u
(h)Perklorat (ClO4-)
50 mg/kg materja niexfa.
PFC 1(C)(I)(a): Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti solidu
Fertilizzant inorganiku solidu għandu jkun fertilizzant inorganiku bil-makronutrijenti li la jkun f'sospensjoni u lanqas f'soluzzjoni fi ħdan it-tifsira ta' PFC 1(C)(I)(b) f'dan l-Anness.
PFC 1(C)(I)(a)(i): Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti solidi sempliċi
1.Fertlizzant inorganiku ta' makronutrijenti solidi sempliċi għandu jkollu kontenut dikjarat ta' mhux iktar minn nutrijent wieħed.
2.Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih mill-inqas wieħed min-nutrijenti dikjarati li ġejjin fil-kwantità minima mistqarra:
10 % skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,
12 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali,
6 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali,
5 % skont il-massa ta' ossidu tal-manjeżju (MgO) totali,
12 % skont il-massa ta' ossidu tal-kalċju (CaO) totali,
10 % skont il-massa ta' triossidu tal-kubrit (SO3) totali, jew
1 % skont il-massa ta' ossidu tas-sodju (Na2O) totali.
PFC 1(C)(I)(a)(ii): Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti solidi komposti
1.Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti solidi komposti għandu jkollu kontenut dikjarat ta' iktar minn nutrijent wieħed.
2.Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih iktar minn wieħed min-nutrijenti dikjarati li ġejjin fil-kwantitajiet minimi mistqarra:
3 % skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,
3 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali,
3 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali,
1,5 % skont il-massa ta' ossidu tal-manjeżju (MgO) totali,
1,5 % skont il-massa ta' ossidu tal-kalċju (CaO) totali,
1,5 % skont il-massa ta' triossidu tal-kubrit (SO3) totali, jew
1 % skont il-massa ta' ossidu tas-sodju (Na2O) totali.
PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A): Fertilizzant inorganiku tan-nitrat tal-ammonju, ta' makronutrijenti solidi sempliċi jew komposti, b'kontenut għoli ta' nitroġenu
1.Fertilizzant inorganiku tan-nitrat tal-ammonju, ta' makronutrijenti solidi sempliċi jew komposti, b'kontenut għoli ta' nitroġenu għandu jkun ibbażat fuq in-nitrat tal-ammonju (NH4NO3) u jkollu 28% jew aktar skont il-massa ta' nitroġenu (N) b'riżultat tan-nitrat tal-ammonju (NH4NO3).
2.Kwalunkwe materja oħra barra min-nitrat tal-ammonju (NH4NO3) għandha tkun inerta lejn in-nitrat tal-ammonju (NH4NO3).
3.Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utent aħħari fil-forma ta' pakkett biss. Il-pakkett għandu jingħalaq b'tali mod jew permezz ta' tagħmir li, meta jinfetaħ, il-qafla, is-siġill tal-qafla jew il-pakkett innifsu jġarrab dannu irreversibbli. Jistgħu jintużaw il-boroż b'valv.
4.Ir-ritenzjoni taż-żejt tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, wara żewġ ċikli termali kif deskritt taħt l-Intestatura 4.1 fil-Modulu A1 fl-Anness IV, ma tridx taqbeż 4% skont il-massa.
5.Ir-reżistenza għad-detonazzjoni tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandha tkun tali, li
wara ħames ċikli termali kif deskritt taħt l-Intestatura 4.2 fil-Modulu A1 fl-Anness IV,
wara żewġ testijiet ta' reżistenza għad-detonazzjoni kif deskritt taħt l-Intestatura 4.3 fil-Modulu A1 fl-Anness IV,
wieħed jew iktar miċ-ċilindri ta' sapport taċ-ċomb jitgħaffeġ b’anqas minn 5 %.
6.Il-perċentwal skont il-massa tal-materjal kombustibbli mkejjel bħala karbonju (c) ma jridx jaqbeż
0,2 % għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li għandhom kontenut ta' nitroġenu (N) ta' mill-inqas 31,5 % skont il-massa, u
0,4 % għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li għandhom kontenut ta' nitroġenu (N) ta' mill-inqas 28 % iżda inqas minn 31,5 % skont il-massa.
7.Soluzzjoni ta' 10 g tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE f'100 ml ta' ilma għandu jkollha pH ta' mill-inqas 4,5.
8.Mhux aktar minn 5 % skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma għandu jgħaddi minn għarbiel b'toqob ta' 1 mm, u mhux aktar minn 3 % skont il-massa ma għandu jgħaddi minn għarbiel b'toqob ta' 0,5 mm.
9.Il-kontenut tar-ram (Cu) ma għandux ikun ogħla minn 10 mg/kg, u l-kontenut tal-kloru (Cl) ma għandux ikun ogħla minn 200 mg/kg.
PFC 1(C)(I)(b): Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti likwidi
Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti likwidi għandu jkun fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti f'sospensjoni jew f'soluzzjoni, fejn
sospensjoni tfisser dispersjoni ta' żewġ fażijiet fejn il-partiċelli solidi jinżammu f'sospensjoni fil-fażi likwida, u
soluzzjoni tfisser likwidu mingħajr partiċelli solidi.
PFC 1(C)(I)(b)(i): Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti likwidi sempliċi
1.Fertlizzant inorganiku ta' makronutrijenti likwidi sempliċi għandu jkollu kontenut dikjarat ta' mhux iktar minn nutrijent wieħed.
2.Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih mill-inqas wieħed min-nutrijenti dikjarati li ġejjin fil-kwantità minima mistqarra:
5 % skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,
5 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali,
3 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali,
2 % skont il-massa ta' ossidu tal-manjeżju (MgO) totali,
6 % skont il-massa ta' ossidu tal-kalċju (CaO) totali,
5 % skont il-massa ta' triossidu tal-kubrit (SO3) totali, jew
1 % skont il-massa ta' ossidu tas-sodju (Na2O) totali.
PFC 1(C)(I)(b)(ii): Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti likwidi komposti
1.Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti likwidi komposti għandu jkollu kontenut dikjarat ta' iktar minn nutrijent wieħed.
2.Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih iktar minn wieħed min-nutrijenti dikjarati li ġejjin fil-kwantitajiet minimi mistqarra:
1,5 % skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,
1,5 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali,
1,5 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali,
0,75 % skont il-massa ta' ossidu tal-manjeżju (MgO) totali,
0,75 % skont il-massa ta' ossidu tal-kalċju (CaO) totali,
0,75 % skont il-massa ta' triossidu tal-kubrit (SO3) totali, jew
0,5 % skont il-massa ta' ossidu tas-sodju (Na2O) totali.
PFC 1(C)(II): Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti
1.Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti għandu jkun fertilizzant inorganiku barra minn fertilizzant ta' makronutrijenti mmirat li jipprovdi wieħed jew aktar min-nutrijenti li ġejjin: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) jew żingu (Zn).
2.Il-fertilizzanti ta' mikronutrijenti għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utent aħħari fil-forma ta' pakkett biss.
3.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:
Kontaminant
|
Konċentrazzjoni massima skont il-massa, f'rabta mal-kontenut tal-mikronutrijent totali
(mg/kg ta' boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) jew żingu (Zn) totali).
|
Arseniku (As)
|
1000
|
Kadmju (Cd)
|
200
|
Ċomb (Pb)
|
600
|
Merkurju (Hg)
|
100
|
Nikil (Ni)
|
2000
|
PFC 1(C)(II)(a): Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti sempliċi
1.Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti sempliċi għandu jkollu kontenut dikjarat ta' mhux iktar minn nutrijent wieħed.
2.Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jikkonforma ma' waħda mit-tipoloġiji, id-deskrizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-kontenut minimu ta' nutrijenti korrispondenti fit-tabella ta' hawn taħt:
Tipoloġija
|
Deskrizzjoni
|
Kontenut minimu ta’ nutrijenti
|
Fertilizzant abbażi ta' mikronutrijenti fil-forma ta' melħ
|
Fertilizzant ta' mikronutrijenti solidi li jkun inkiseb b'mezzi kimiċi u li jkollu bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu melħ ta' jon minerali, ossidu jew idrossidu.
|
10 % skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jikkonsisti minn mikronutrijent solubbli fl-ilma
|
Fertilizzant abbażi ta' mikronutrijenti
|
Fertilizzant ta' mikronutrijenti li jikkombina fertilizzant abbażi ta' mikronutrijenti fil-forma ta' melħ ma' fertilizzant abbażi ta' mikronutrijenti fil-forma ta' melħ wieħed jew iktar u/jew kelat wieħed ta' mikronutrijenti
|
5 % skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jikkonsisti minn mikronutrijent
|
Fertilizzant abbażi ta' mikronutrijenti f'soluzzjoni
|
Soluzzjoni milwiema ta' forom different ta' fertilizzant ta' mikronutrijenti
|
2 % skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jikkonsisti minn mikronutrijent solubbli fl-ilma
|
Fertilizzant abbażi ta' mikronutrijenti f'sospensjoni
|
Prodott miksub permezz ta' sospensjoni ta' forom differenti ta' fertilizzant ta' mikronutrijenti
|
2 % skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jikkonsisti minn mikronutrijent
|
Fertilizzant abbażi ta' mikronutrijenti kelati
|
Prodott solubbli fl-ilma li jkollu l-mikronutijent dikjarat ikkombinat b'mod kimiku ma' aġent(i) kelanti li jissodisfa(w) ir-rekwiżiti ta' PFC 5(B)
|
5 % skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jikkonsisti minn mikronutrijent solubbli fl-ilma, u
tal-inqas 80% tal-mikronutrijent solubbli fl-ilma għandu jkunu kelat permezz ta' aġent kelanti li jissodisfa r-rekwiżiti ta' PFC 5(B)
|
Fertilizzant kumpless abbażi ta' mikronutrijenti
|
Prodott solubbli fl-ilma li jkollu l-mikronutrijent dikjarat ikkombinat b'mod kimiku ma' aġent(i) kumplessanti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' PFC 5(C)
|
5 % skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jikkonsisti minn mikronutrijent solubbli fl-ilma, u
tal-inqas 80% tal-mikronutrijent solubbli fl-ilma għandu jkunu kumplessat permezz ta' aġent kumplessanti li jissodisfa r-rekwiżiti ta' PFC 5(C)
|
PFC 1(C)(II)(b): Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti kompost
1.Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti komposti għandu jkollu kontenut dikjarat ta' aktar minn mikronutrijent wieħed.
2.Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkollu nutrijenti ddikjarati f'tal-inqas waħda mill-kwantitajiet li ġejjin:
2% skont il-massa għal fertilizzant f'sospensjoni jew f'soluzzjoni ('fertilizzanti inorganiċi ta' mikronutrijenti likwidi komposti'), fejn
sospensjoni tfisser dispersjoni ta' żewġ fażijiet fejn il-partiċelli solidi jinżammu f'sospensjoni fil-fażi likwida, u
soluzzjoni tfisser likwidu mingħajr partiċelli solidi, u
5% skont il-massa għal fertilizzanti oħrajn ('fertilizzanti inorganiċi ta' mikronutrijenti solidi komposti').
PFC 2: Materjal għat-trattament bil-ġir
1.Materjal għat-trattament bil-ġir għandu jkun prodott fertilizzanti bit-tikketta CE immirat sabiex jikkoreġi l-aċidità tal-ħamrija, u li jkollu fih l-ossidi, l-idrossidi, il-karbonati jew is-silikati tan-nutrijenti kalċju (Ca) jew manjeżju (Mg).
2.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:
Kadmju (Cd)
3 mg/kg materja niexfa,
Kromu eżavalenti (Cr VI)
2 mg/kg materja niexfa,
Merkurju (Hg)
2 mg/kg materja niexfa,
Nikil (Ni)
90 mg/kg materja niexfa,
Ċomb (Pb)
200 mg/kg materja niexfa, u
Arseniku (As)
120 mg/kg materja niexfa.
3.Il-parametri li ġejjin li huma ddeterminati fuq il-materja niexfa għandhom jiġu ssodisfati:
Valur newtralizzanti minimu: 15 (ekwivalenti CaO) jew 9 (ekwivalenti HO-), u
Reattività minima:
10% jew 50% wara 6 xhur (test ta' inkubazzjoni).
PFC 3: Tejjieb tal-ħamrija
Tejjieb tal-ħamrija għandu jkun prodott fertilizzanti bit-tikketta CE maħsub biex jiżdied mal-ħamrija sabiex iżomm, itejjeb jew jipproteġi l-karatteristiċi fiżiċi jew kimiċi, l-istruttura jew l-attività bijoloġika tal-ħamrija.
PFC 3(A): Tejjieb organiku tal-ħamrija
1.Tejjieb organiku tal-ħamrija għandu jikkonsisti esklussivament minn materjal ta' oriġini unikament bijoloġika, bl-esklużjoni ta' materjal li huwa fossilizzat jew inkorporat fil-formazzjonijiet ġeoloġiċi.
2.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:
Kadmju (Cd)
3 mg/kg materja niexfa,
Kromu eżavalenti (Cr VI)
2 mg/kg materja niexfa,
Merkurju (Hg)
1 mg/kg materja niexfa,
Nikil (Ni)
50 mg/kg materja niexfa, u
Ċomb (Pb)
120 mg/kg materja niexfa.
3.Meta l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikollu fih prodott sekondarju mill-annimali kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009
(a)Salmonella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
(b)L-ebda waħda miż-żewġ batterji li ġejjin ma għandha tkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE f'konċentrazzjoni ta' iktar minn 1000 CFU/g f'massa friska:
Escherichia coli, jew
Enterococaceae.
Dan għandu jintwera permezz ta' kejl tal-preżenza ta' mill-inqas waħda minn dawk iż-żewġ tipi ta' batterji.
4.Il-prodott fertilizzanti għandu jkollu 40% jew iktar ta' materja niexfa.
5.Il-karbonju organiku (C) għandu jkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE b'tal-inqas 7.5 % skont il-massa.
PFC 3(B): Tejjieb inorganiku tal-ħamrija
1.Tejjieb inorganiku tal-ħamrija għandu jkun tejjieb tal-ħamrija barra minn tejjieb organiku tal-ħamrija.
2.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:
Kadmju (Cd)
1,5 mg/kg materja niexfa,
Kromu eżavalenti (Cr VI)
2 mg/kg materja niexfa,
Merkurju (Hg)
1 mg/kg materja niexfa,
Nikil (Ni)
100 mg/kg materja niexfa, u
Ċomb (Pb)
150 mg/kg materja niexfa.
PFC 4: Materjal għat-tkabbir
1.Materjal għat-tkabbir għandu jkun materjal barra minn ħamrija maħsuba għall-użu bħala substrat għall-iżvilupp tal-għeruq.
2.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:
Kadmju (Cd)
3 mg/kg materja niexfa,
Kromu eżavalenti (Cr VI)
2 mg/kg materja niexfa,
Merkurju (Hg)
1 mg/kg materja niexfa,
Nikil (Ni)
100 mg/kg materja niexfa, u
Ċomb (Pb)
150 mg/kg materja niexfa.
3.Salmonella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
4.L-ebda waħda miż-żewġ batterji li ġejjin ma għandha tkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE f'konċentrazzjoni ta' iktar minn 1000 CFU/g f'massa friska:
(a)Escherichia coli, jew
(b)Enterococaceae.
Dan għandu jintwera permezz ta' kejl tal-preżenza ta' mill-inqas waħda minn dawk iż-żewġ tipi ta' batterji.
PFC 5: Addittiv agronomiku
Addittiv agronomiku għandu jkun prodott fertilizzanti bit-tikketta CE maħsub li jiżdied ma' prodott li jipprovdi lill-pjanti bin-nutrijenti, bil-ħsieb li jtejjeb it-tendenzi tar-rilaxx tan-nutrijenti tal-prodott.
PFC 5(A): Inibitur
1.Inibitur għandu jkun sustanza jew taħlita li ddewwem jew twaqqaf l-attività ta' gruppi speċifiċi ta' mikroorganiżmi jew enżimi.
2.Kull sustanza għandha tkun ġiet irreġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, f'dossier li jkun fih
(a)l-informazzjoni prevista fl-Annessi VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u
(b)rapport tas-sikurezza kimika skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jkopri l-użu bħala prodott fertilizzanti,
sakemm ma jkunx kopert b'mod espliċitu minn waħda mill-eżenzjonijiet għall-obbligu ta' reġistrazzjoni previsti fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament jew mill-punti 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness V ta' dak ir-Regolament.
PFC 5(A)(I): Inibitur tan-nitrifikazzjoni
1.Inibitur tan-nitrifikazzjoni għandu jwaqqaf l-ossidazzjoni bijoloġika tan-nitroġenu ammonjakali (NH3-N) f'nitroġenu tan-nitrit (NO2-), u b'hekk il-formazzjoni tan-nitroġenu tan-nitrat (NO3-) issir aktar bil-mod.
2.Test tal-inkubazzjoni tal-ħamrija li jkejjel ir-rata ta' ossidazzjoni tan-nitroġenu ammonjakali (NH3-N)
permezz tal-għajbien tan-nitroġenu ammonjakali (NH3-N), jew
is-somma tal-produzzjoni tan-nitroġenu tan-nitrit (NO2-) u tan-nitroġenu tan-nitrat (NO3-) fir-rigward taż-żmien
f'kampjun tal-ħamrija fejn l-inibitur tan-nitrifikazzjoni jkun ġie miżjud għandu juri differenza statistika fir-rata ta' ossidazzjoni tan-nitroġenu ammonjakali (NH3-N) meta mqabbel ma' kampjun ta' kontroll fejn l-inibitur tan-nitrifikazzjoni ma jkunx ġie miżjud.
PFC 5(A)(II): Inibitur tal-ureażi
1.Inibitur tal-ureażi għandu jwaqqaf l-azzjoni idrolitika fuq l-urea (CH4N2O) permezz tal-enzima ureażi, li hija primarjament immirata li tnaqqas il-volatilizzazzjoni tal-ammonijaka.
2.Kejl in vitro tar-rata tal-idroliżi tal-urea (CH4N2O) fir-rigward taż-żmien f'kampjun tal-ħamrija fejn l-inibitur tal-ureażi jkun ġie miżjud għandu juri differenza statistika fir-rata ta' idroliżi meta mqabbel ma' kampjun ta' kontroll fejn l-inibitur tal-ureażi ma jkunx ġie miżjud.
PFC 5(B): Aġent kelanti
1.Aġent kelanti għandu jkun sustanza organika maħsuba biex ittejjeb id-disponibbiltà fit-tul tan-nutrijenti għall-pjanti li jikkonsisti f'molekula li
jkollha żewġ siti jew aktar li jagħtu pari ta' elettroni lil katjon tal-metall ta' tranżizzjoni ċentrali (żingu (Zn), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), manjeżju (Mg), kalċju (Ca) jew kobalt (Co)), u li
tkun kbira biżżejjed biex tifforma struttura b'ħames jew sitt ċrieki.
2.Is-sustanza għandha tkun ġiet irreġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, f'dossier li jkun fih
(a)l-informazzjoni prevista fl-Annessi VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u
(b)rapport tas-sikurezza kimika skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jkopri l-użu bħala prodott fertilizzanti,
sakemm ma jkunx kopert b'mod espliċitu minn waħda mill-eżenzjonijiet għall-obbligu ta' reġistrazzjoni previsti fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament jew mill-punti 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness V ta' dak ir-Regolament.
3.Wara 3 ijiem f'soluzzjoni ta' Hogland standard f'pH 7 u 8, il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jibqa stabbli.
PFC 5(C): Aġent kumplessanti
1.Aġent kumplessanti għandu jkun sustanza organika maħsuba biex ittejjeb id-disponibbiltà fit-tul tan-nutrijenti għall-pjanti, li jista' jifforma struttura ċatta jew sterika b'katjon tal-metall ta' tranżizzjoni b'valenza waħda, bi tnejn jew bi tlieta.
2.Is-sustanza għandha tkun ġiet irreġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, f'dossier li jkun fih
(a)l-informazzjoni prevista fl-Annessi VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u
(b)rapport tas-sikurezza kimika skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jkopri l-użu bħala prodott fertilizzanti,
sakemm ma jkunx kopert b'mod espliċitu minn waħda mill-eżenzjonijiet għall-obbligu ta' reġistrazzjoni previsti fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament jew mill-punti 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness V ta' dak ir-Regolament.
3.Wara jum 1 f'soluzzjoni tal-ilma f'pH 6 u 7, il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jibqa' stabbli.
PFC 6: Bijostimulant tal-pjanti
1.Bijostimulant tal-pjanti għandu jkun prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li jistimula l-proċessi ta' nutrizzjoni tal-pjanti indipendentament mill-kontenut tan-nutrijenti tal-prodott, bl-għan uniku li jtejjeb karatteristika waħda jew aktar tal-pjanta li ġejjin:
(a)effiċjenza tal-użu tan-nutrijent,
(b)tolleranza għall-istress abijotiku, jew
(c)xejriet tal-kwalità tal-għelejjel.
2.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:
Kadmju (Cd)
3 mg/kg materja niexfa,
Kromu eżavalenti (Cr VI)
2 mg/kg materja niexfa, u
Ċomb (Pb)
120 mg/kg materja niexfa.
3.Il-bijostimulant tal-pjanti għandu jkollu l-effetti li jkunu ddikjarati fuq it-tikketta għall-għelejjel speċifikati fuqha.
PFC 6(A): Bijostimulant mikrobjali tal-pjanti
1.Bijostimulant mikrobjali tal-pjanti għandu jikkonsisti biss minn mikroorganiżmu jew konsorzju ta' mikroorganiżmi msemmija fil-Kategorija tal-Materjal Komponent 7 tal-Anness II.
2.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:
Merkurju (Hg)
1 mg/kg materja niexfa, u
Nikil (Ni)
50 mg/kg materja niexfa.
3.Salmonella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g jew 25 ml ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
4.Salmonella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 1 g jew 1 ml ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
5.Enterococcaceae ma tridx tkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE f'iktar minn 10 CFU/g ta' massa friska.
6.Listeria monocytogenes ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g jew 25 ml ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
7.Vibrio spp ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g jew 25 ml ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
8.Shigella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g jew 25 ml ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
9.Staphylococcus aureus ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 1 g jew 1 ml ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
10.L-għadd tal-kolonji aerobiċi ma għandux ikun iktar minn 105 CFU/g jew ml mill-kampjun ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, sakemm il-bijostimulant mikrobjali ma jkunx batterja aerobika.
11.L-għadd tal-ħmira u tal-moffa ma għandux ikun iktar minn 1000 CFU/g jew ml mill-kampjun ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, sakemm il-bijostimulant mikrobjali ma jkunx fungus.
12.Meta bijostimulant tal-pjanti mikrobjali jikkonsisti minn sospensjoni jew soluzzjoni, fejn
sospensjoni tfisser dispersjoni ta' żewġ fażijiet fejn il-partiċelli solidi jinżammu f'sospensjoni fil-fażi likwida, u
soluzzjoni tfisser likwidu mingħajr partiċelli solidi,
il-bijostimulant tal-pjanti għandu jkollu pH ogħla minn jew daqs 4.
13.Iż-żmien tal-ħżin tal-bijostimulant mikrobjali tal-pjanti għandu jkun tal-inqas 6 xhur skont il-kundizzjonijiet tal-ħżin speċifikati fuq it-tikketta.
PFC 6(B): Bijostimulant nonmikrobiku tal-pjanti
Bijostimulant nonmikrobiku tal-pjanti għandu jkun bijostimulant tal-pjanti barra minn bijostimulant mikrobiku tal-pjanti.
PFC 6(B)(I): Bijostimulant nonmikrobiku organiku tal-pjanti
1.Bijostimulant nonmikrobiku organiku tal-pjanti għandu jikkonsisti minn sustanza jew taħlita li jkun fiha l-karbonju (C) li joriġina esklussivament mill-annimali jew mill-pjanti.
2.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:
Merkurju (Hg)
1 mg/kg materja niexfa, u
Nikil (Ni)
50 mg/kg materja niexfa.
3.Salmonella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
4.L-ebda waħda miż-żewġ batterji li ġejjin ma għandha tkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE f'iktar minn 1000 CFU/g ta' massa friska:
(a)Escherichia coli, jew
(b)Enterococaceae.
Dan għandu jintwera permezz ta' kejl tal-preżenza ta' mill-inqas waħda minn dawk iż-żewġ tipi ta' batterji.
PFC 6(B)(II): Bijostimulant nonmikrobiku inorganiku tal-pjanti
1.Bijostimulant nonmikrobiku inorganiku tal-pjanti għandu jkun bijostimulant nonmikrobiku tal-pjanti barra minn bijostimulant nonmikrobiku organiku tal-pjanti.
2.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:
Merkurju (Hg)
2 mg/kg materja niexfa,
Nikil (Ni)
120 mg/kg materja niexfa, u
Arseniku (As)
60 mg/kg materja niexfa.
PFC 7: Taħlita ta' prodotti fertilizzanti
1.Taħlita ta' prodotti fertilizzanti għandha tkun prodott fertilizzanti bit-tikketta CE kompost minn prodott fertilizzanti bit-tikketta CE wieħed jew aktar tal-kategorija 1-6.
2.Il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament ta' kull prodott fertilizzanti komponenti fit-taħlita għandha tkun intweriet f'konformità mal-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità applikabbli għal dak il-prodott fertilizzanti komponenti.
3.It-taħlit ma għandux jibdel in-natura ta' kull wieħed mill-prodotti fertilizzanti komponenti
b'tali mod li jkollu effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, tas-sikurezza jew tal-ambjent, taħt kundizzjonijiet ta' ħażna jew ta' użu li jistgħu jiġu previsti b'mod raġonevoli tat-taħlita tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, jew
bi kwalunkwe mod sinifikanti ieħor.
4.Il-manifattur tat-taħlita għandu jivvaluta l-konformità tat-taħlita mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1-3 hawn fuq, jiżgura l-konformità tat-taħlita mar-rekwiżiti tal-ittikkettar stipulati fl-Anness III, u jassumi responsabbiltà skont l-Artikolu 15(4) ta' dan ir-Regolament għall-konformità tat-taħlita mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament billi
jfassal dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għat-taħlita ta' prodotti fertilizzanti f'konformità mal-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament, u
jkollu fil-pussess tiegħu dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE ta' kull prodott fertilizzanti komponenti.
5.L-operaturi ekonomiċi li jpoġġu għad-dispożizzjoni fis-suq it-taħlitiet tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dan ir-Regolament fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE ta' kull prodott fertilizzanti komponenti, kif ukoll tat-taħlita:
L-Artikolu 6(3) (l-obbligu tal-manifatturi li jżommu d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE);
L-Artikolu 7(2)(a) (l-obbligu tar-rappreżentanti awtorizzati li jżommu d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE);
L-Artikolu 8(2)(a) (l-obbligu tal-importaturi li jiżguraw li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE);
L-Artikolu 8(8) (l-obbligu tal-importaturi li jżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq); u
L-Artikolu 9(2) (l-obbligu tad-distributuri li jivverifikaw li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikun akkumpanjat minn dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE).
ANNESS II
Kategoriji tal-Materjali Komponent
Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jikkonsisti biss minn materjali komponenti li jikkonformaw mar-rekwiżiti għal waħda jew aktar mill-Kategoriji tal-Materjal Komponent ('CMC') elenkati hawn taħt.
Il-materjali komponenti, jew il-materjali ta' input użati biex jipproduċuhom, ma għandux ikollhom waħda mis-sustanzi li għalihom il-valuri limitu massimi huma indikati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament f'tali kwantitajiet li jistgħu jxekklu l-konformità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma' wieħed mir-rekwiżiti applikabbli ta' dak l-Anness.
Parti I
Ħarsa ġenerali lejn il-Kategorji tal-Materjal Komponent
CMC 1: Sustanzi u taħlitiet minn materjal verġni
CMC 2: Pjanti, partijiet tal-pjanti jew estratti tal-pjanti mhux proċessati jew proċessati mekkanikament
CMC 3: Kompost
CMC 4: Diġestat tal-għelejjel għall-enerġija
CMC 5: Diġestat ieħor barra mid-diġestat tal-għelejjel għall-enerġija
CMC 6: Prodotti sekondarji tal-industrija alimentari
CMC 7: Mikroorganiżmi
CMC 8: Addittivi agronomiċi
CMC 9: Polimeri nutrijenti
CMC 10: Polimeri oħrajn minbarra polimeri nutrijenti
CMC 11: Ċerti prodotti sekondarji tal-annimali
Parti II
Rekwiżiti relatati mal-Kategoriji tal-Materjal Komponent
Din il-Parti tiddefinixxi l-materjali komponenti li minnhom għandhom jikkonsistu b'mod esklussiv il-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE.
CMC 1: Sustanzi u taħlitiet minn materjal verġni
1.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu sustanzi u taħlitiet, barra minn
(a)skart fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE,
(b)prodotti sekondarji fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE,
(c)materjali li qabel kienu jikkostitwixxu wieħed mill-materjali msemmija f'wieħed mill-punti a-b,
(d)prodotti sekondarji mill-annimali fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009,
(e)polimeri, jew
(f)sustanzi jew taħlitiet maħsubin biex itejbu t-tendenzi tar-rilaxx tan-nutrijenti tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li fihom ikunu inkorporati.
2.Is-sustanzi kollha inkorporati fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, waħedhom jew f'taħlita, għandhom ikunu ġew irreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, f'dossier li jkun fih
(a)l-informazzjoni prevista fl-Annessi VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u
(b)rapport tas-sikurezza kimika skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jkopri l-użu bħala prodott fertilizzanti,
sakemm ma jkunx kopert b'mod espliċitu minn waħda mill-eżenzjonijiet għall-obbligu ta' reġistrazzjoni previsti fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament jew mill-punti 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness V ta' dak ir-Regolament.
CMC 2: Pjanti, partijiet tal-pjanti jew estratti tal-pjanti mhux proċessati jew proċessati mekkanikament
1.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkun fih pjanti, partijiet tal-pjanti jew estratti tal-pjanti li ma jkunu għaddew mill-ebda proċess ieħor ħlief il-qtugħ, it-tħin, iċ-ċentrifugazzjoni, l-ippressar, it-tnixxif, il-lijofilizzazzjoni jew l-estrazzjoni bl-ilma.
2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-pjanti huma mifhuma li jinkludu l-alga u jeskludu ċ-ċjanobatterji.
CMC 3: Kompost
1.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu kompost miksub mill-kompostjar aerobiku ta' esklussivament wieħed jew aktar mill-materjali ta' input li ġejjin:
(a)Bijoskart fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE li jirriżulta mill-ġbir separat tal-bijoskart fis-sors:
(b)Prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategoriji 2 u 3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009;
(c)Organiżmi ħajjin jew mejtin jew partijiet minnhom, li ma jkunux proċessati jew li jkunu proċessati biss b'mezzi manwali, mekkaniċi jew gravitazzjonali, billi jinħallu fl-ilma, bit-tagħwim, bl-estrazzjoni bl-ilma, bid-distillazzjoni tal-fwar jew bit-tisħin esklussivament biex jitneħħa l-ilma, jew li jiġu estratti mill-arja bi kwalunkwe mezz, ħlief
il-frazzjoni organika ta' skart domestiku muniċipali mħallat isseparat permezz ta' trattament mekkaniku, fiżikokimiku, bijoloġiku u/jew manwali,
ħama tad-dranaġġ, ħama industrijali jew ħama mit-tħammil, u
prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategorija 1 skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009;
(d)Addittivi tal-kompostjar li huma neċessarji sabiex itejbu l-prestazzjoni tal-proċess jew il-prestazzjoni ambjentali tal-proċess ta' kompostjar sakemm
l-addittiv huwa reġistrat skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, f'dossier li fih
–l-informazzjoni prevista fl-Annessi VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u
–rapport tas-sikurezza kimika skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jkopri l-użu bħala prodott fertilizzanti,
sakemm ma jkunx kopert b'mod espliċitu minn waħda mill-eżenzjonijiet mill-obbligu ta' reġistrazzjoni previsti fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament jew mill-punti 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness V ta' dak ir-Regolament, u
l-konċentrazzjoni totali tal-addittivi kollha ma taqbiżx il-5 % tal-piż totali tal-materjal ta' input; jew
(e)Kwalunkwe materjal elenkat fil-punti (a)-(d) li
qabel ikun ġie kompostat jew iddiġerit, u
ma jkunx fih iktar minn 6 mg/kg ta' materja niexfa ta' PAH16.
2.Il-kompostjar għandu jsir fi pjanta
li tipproċessa biss materjali ta' input imsemmija fil-paragrafu 1 hawn fuq, u
fejn il-kuntatti fiżiċi bejn il-materjali ta' input u ta' output għandhom jiġu evitati, inkluż matul il-ħażna.
3.Il-kompostjar aerobiku għandu jikkonsisti minn dekompożizzjoni kkontrollata ta' materjali bijodegradabbli, li hija predominantement aerobika u li tippermetti l-iżvilupp ta' temperaturi adattati għall-batterji termofili b'riżultat tas-sħana prodotta bijoloġikament. Il-partijiet kollha ta' kull lott għandhom jiġu mċaqalqa regolarment u sewwa sabiex jiġu żgurati s-sanità u l-omogeneità korretti tal-materjal. Waqt il-proċess ta' kompostjar, il-partijiet kollha ta' kull lott għandu jkollhom wieħed minn dawn il-profili ta' temperatura-żmien:
65°C jew iktar għal tal-inqas 5 ijiem,
60°C jew iktar għal tal-inqas 7 ijiem, jew
55°C jew iktar għal tal-inqas 14-il jum.
4.Il-kompost għandu jkollu
(a)mhux iktar minn 6 mg/kg ta' materja niexfa ta' PAH16, u
(b)mhux iktar minn 5 g/kg ta' materja niexfa ta' impuritajiet makroskopiċi fil-forma ta' ħġieġ, metall u plastik ta' aktar minn 2 mm.
5.Minn [Publications office: Please insert the date occurring 5 years after the date of application of this Regulation], il-kompost ma għandux ikollu iktar minn 2.5 g/kg ta' materja niexfa ta' impuritajiet makroskopiċi fil-forma ta' plastik ta' aktar minn 2 mm. Sa [Publications office: Please insert the date occurring 8 years after the date of application of this Regulation] il-valur limit ta' 2,5 g/kg ta' materja niexfa għandu jiġi vvalutat mill-ġdid sabiex iqis il-progress li jkun sar fir-rigward tal-ġabra separata tal-bijoskart.
6.Il-kompost għandu jissodisfa tal-anqas waħda minn dawn il-kriterji ta' stabbiltà:
(a)Rata ta' assorbiment tal-ossiġenu:
Definizzjoni: indikatur tal-estent sa fejn il-materja organika bijodegradabbli qed titkisser f'perjodu ta' żmien speċifikat. Il-metodu mhuwiex adattat għal materjal b'kontenut ta' daqsijiet ta' partiċelli > 10 mm li jaqbżu 20 %,
Kriterju: massimu ta' 25 mmol O2/kg materja organika/siegħa; jew
(b)Fattur ta' awtotisħin:
Definizzjoni: it-temperatura massima milħuqa minn kompost f'kundizzjonijiet standardizzati bħala indikatur tal-istat tal-attività aerobika bijoloġika tiegħu,
Kriterju: minimu Rottegrad III.
CMC 4: Diġestat tal-għelejjel għall-enerġija
1.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkun fih diġestat miksub permezz ta' diġestjoni anaerobika ta' esklussivament wieħed jew iktar mill-materjali ta' input li ġejjin:
(a)Pjanti li ma jkunux intużaw għall-ebda skop ieħor. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-pjanti huma mifhuma li jinkludu l-alga u jeskludu ċ-ċjanobatterji.
(b)Addittivi tad-diġestjoni li huma meħtieġa biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-proċess jew il-prestazzjoni ambjentali tal-proċess ta' diġestjoni sakemm:
l-addittiv huwa reġistrat skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, f'dossier li fih
–l-informazzjoni prevista fl-Annessi VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u
–rapport tas-sikurezza kimika skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jkopri l-użu bħala prodott fertilizzanti,
sakemm ma jkunx kopert b'mod espliċitu minn waħda mill-eżenzjonijiet mill-obbligu ta' reġistrazzjoni previsti fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament jew mill-punti 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness V ta' dak ir-Regolament, u
l-konċentrazzjoni totali tal-addittivi kollha ma taqbiżx il-5 % tal-piż totali tal-materjal ta' input; jew
(c)Kwalunkwe materjal imsemmi fil-punti (a)-(b) li jkun ġie diġerit qabel.
2.Id-diġestjoni anaerobika għandha ssir fi pjanta
li tipproċessa biss materjali ta' input imsemmija fil-paragrafu 1 hawn fuq, u
fejn il-kuntatti fiżiċi bejn il-materjali ta' input u ta' output għandhom jiġu evitati, inkluż matul il-ħażna.
3.Id-diġestjoni anaerobika għandha tikkonsisti minn dekompożizzjoni kkontrollata ta' materjali bijodegradabbli, li hija predominantement anaerobika u f'temperaturi adattati għall-batterji meżofili jew termofili. Il-partijiet kollha ta' kull lott għandhom jiġu mċaqalqa regolarment u sewwa sabiex jiġu żgurati s-sanità u l-omogeneità korretti tal-materjal. Waqt il-proċess ta' diġestjoni, il-partijiet kollha ta' kull lott għandu jkollhom wieħed mill-profili li ġejjin ta' temperatura-żmien:
(a)Diġestjoni anaerobika termofila f'55°C tal-anqas waqt 24 siegħa u żmien ta' żamma idrawlika ta' mill-anqas 20 jum;
(b)Diġestjoni anaerobika termofila f'55°C bi proċess ta' trattament inkluż stadju ta' pasturizzazzjoni (70°C – 1 siegħa);
(c)Diġestjoni anaerobika termofila f'55°C segwita minn kompostjar f'
65°C jew iktar għal tal-inqas 5 ijiem,
60°C jew iktar għal tal-inqas 7 ijiem, jew
55°C jew iktar għal tal-inqas 14-il jum;
(d)Diġestjoni anaerobika meżofila f'37-40°C bi proċess ta' trattament li jinkludi stadju ta' pasturizzazzjoni (70°C – 1 siegħa); jew
(e)Diġestjoni anaerobika meżofila f'37-40°C segwita minn kompostjar f'
65°C jew iktar għal tal-inqas 5 ijiem,
60°C jew iktar għal tal-inqas 7 ijiem, jew
55°C jew iktar għal tal-inqas 14-il jum.
4.Kemm il-parti solida kif ukoll il-parti likwida tad-diġestat għandhom jissodisfaw tal-inqas wieħed mill-kriterji ta' stabbiltà li ġejjin:
(a)Rata ta' assorbiment tal-ossiġenu:
Definizzjoni: indikatur tal-estent sa fejn il-materja organika bijodegradabbli qed titkisser f'perjodu ta' żmien speċifikat. Il-metodu mhuwiex adattat għal materjal b'kontenut ta' daqsijiet tal-partiċelli > 10 mm li jaqbżu l-20 %.
Kriterju: massimu ta' 50 mmol O2/kg materja organika/siegħa; jew
(b)Potenzjal tal-bijogass residwu:
Definizzjoni: indikatur tal-gass rilaxxat minn diġestat f'perjodu ta' 28 jum u mkejjel fi tqabbil mas-solidi volatili fil-kampjun. It-test isir tliet darbiet, u r-riżultat medju jintuża biex juri l-konformità mar-rekwiżit. Is-solidi volatili huma dawk is-solidi f'kampjun ta' materjal li jintilfu meta s-solidi niexfa jitqabbdu f'550°C.
Kriterju: massimu ta' 0,45 l bijogass /g solidi volatili.
CMC 5: Diġestat ieħor barra mid-diġestat tal-għelejjel għall-enerġija
1.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkun fih diġestat miksub permezz ta' diġestjoni anaerobika ta' esklussivament wieħed jew iktar mill-materjali ta' input li ġejjin:
(a)Bijoskart fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE li jirriżulta mill-ġbir separat tal-bijoskart fis-sors:
(b)Prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategoriji 2 u 3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009;
(c)Organiżmi ħajjin jew mejtin jew partijiet minnhom, li ma jkunux proċessati jew li jkunu proċessati biss b'mezzi manwali, mekkaniċi jew gravitazzjonali, billi jinħallu fl-ilma, bit-tagħwim, bl-estrazzjoni bl-ilma, bid-distillazzjoni tal-fwar jew bit-tisħin esklussivament biex jitneħħa l-ilma, jew li jiġu estratti mill-arja bi kwalunkwe mezz, ħlief
il-frazzjoni organika ta' skart domestiku muniċipali mħallat isseparat permezz ta' trattament mekkaniku, fiżikokimiku, bijoloġiku u/jew manwali,
ħama tad-dranaġġ, ħama industrijali jew ħama mit-tħammil,
prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategorija 1 skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009;
(d)Addittivi tad-diġestjoni li huma meħtieġa biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-proċess jew il-prestazzjoni ambjentali tal-proċess ta' diġestjoni sakemm:
l-addittiv huwa reġistrat skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, f'dossier li fih
–l-informazzjoni prevista fl-Annessi VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u
–rapport tas-sikurezza kimika skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jkopri l-użu bħala prodott fertilizzanti,
sakemm ma jkunx kopert mill-eżenzjoni mill-obbligu ta' reġistrazzjoni prevista fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament jew mill-punti 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness V ta' dak ir-Regolament, u
l-konċentrazzjoni totali tal-addittivi kollha ma taqbiżx il-5 % tal-piż totali tal-materjal ta' input; jew
(e)Kwalunkwe materjal elenkat fil-punti (a)-(d) li
qabel ikun ġie kompostat jew iddiġerit, u
ma jkunx fih iktar minn 6 mg/kg ta' materja niexfa ta' PAH16.
2.Id-diġestjoni anaerobika għandha ssir fi pjanta
li tipproċessa biss materjali ta' input imsemmija fil-paragrafu 1 hawn fuq, u
fejn il-kuntatti fiżiċi bejn il-materjali ta' input u ta' output għandhom jiġu evitati, inkluż matul il-ħażna.
3.Id-diġestjoni anaerobika għandha tikkonsisti minn dekompożizzjoni kkontrollata ta' materjali bijodegradabbli, li hija predominantement anaerobika u f'temperaturi adattati għall-batterji meżofili jew termofili . Il-partijiet kollha ta' kull lott għandhom jiġu mċaqalqa regolarment u sewwa sabiex jiġu żgurati s-sanità u l-omogeneità korretti tal-materjal. Waqt il-proċess ta' diġestjoni, il-partijiet kollha ta' kull lott għandu jkollhom wieħed mill-profili li ġejjin ta' temperatura-żmien:
(a)Diġestjoni anaerobika termofila f'55°C tal-anqas waqt 24 siegħa u żmien ta' żamma idrawlika ta' mill-anqas 20 jum;
(b)Diġestjoni anaerobika termofila f'55°C bi proċess ta' trattament inkluż stadju ta' pasturizzazzjoni (70°C – 1 siegħa);
(c)Diġestjoni anaerobika termofila f'55°C segwita minn kompostjar f'
65°C jew iktar għal tal-inqas 5 ijiem,
60°C jew iktar għal tal-inqas 7 ijiem, jew
55°C jew iktar għal tal-inqas 14-il jum;
(d)Diġestjoni anaerobika meżofila f'37-40°C bi proċess ta' trattament li jinkludi stadju ta' pasturizzazzjoni (70°C – 1 siegħa); jew
(e)Diġestjoni anaerobika meżofila f'37-40°C segwita minn kompostjar f'
65°C jew iktar għal tal-inqas 5 ijiem,
60°C jew iktar għal tal-inqas 7 ijiem, jew
55°C jew iktar għal tal-inqas 14-il jum.
4.La l-parti solida u lanqas il-parti likwida tad-diġestat ma għandu jkollha aktar minn 6 mg/kg ta' materja niexfa ta' PAH16.
5.Id-diġestat ma għandux ikollu aktar minn 5 g/kg ta' materja niexfa ta' impuritajiet makroskopiċi fil-forma ta' ħġieġ, metall u plastik ta' aktar minn 2 mm.
6.Minn [Publications office: Please insert the date occurring 5 years after the date of application of this Regulation], id-diġestat ma għandux ikollu aktar minn 2.5 g/kg ta' materja niexfa ta' impuritajiet makroskopiċi fil-forma ta' plastik ta' aktar minn 2 mm. Sa [Publications office: Please insert the date occurring 8 years after the date of application of this Regulation] il-valur limit ta' 2,5 g/kg ta' materja niexfa għandu jiġi vvalutat mill-ġdid sabiex iqis il-progress li jkun sar fir-rigward tal-ġabra separata tal-bijoskart.
7.Kemm il-parti solida kif ukoll il-parti likwida tad-diġestat għandhom jissodisfaw tal-inqas wieħed mill-kriterji ta' stabbiltà li ġejjin:
(a)Rata ta' assorbiment tal-ossiġenu:
Definizzjoni: indikatur tal-estent sa fejn il-materja organika bijodegradabbli qed titkisser f'perjodu ta' żmien speċifikat. Il-metodu mhuwiex adattat għal materjal b'kontenut ta' daqsijiet tal-partiċelli > 10 mm li jaqbżu l-20 %.
Kriterju: massimu ta' 50 mmol O2/kg materja organika/siegħa; jew
(b)Potenzjal tal-bijogass residwu:
Definizzjoni: indikatur tal-gass rilaxxat minn diġestat f'perjodu ta' 28 jum u mkejjel fi tqabbil mas-solidi volatili fil-kampjun. It-test isir tliet darbiet, u r-riżultat medju jintuża biex juri l-konformità mar-rekwiżit. Is-solidi volatili huma dawk is-solidi f'kampjun ta' materjal li jintilfu meta s-solidi niexfa jitqabbdu f'550°C.
Kriterju: massimu ta' 0,45 l bijogass /g solidi volatili.
CMC 6: Prodotti sekondarji tal-industrija alimentari
1.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu materjal komponent li jikkonsisti minn wieħed mis-sustanzi li ġejjin:
(a)ġir mill-fabbriki tal-industrija tal-ikel, jiġifieri materjal mill-industrija tal-ipproċessar tal-ikel miksub bil-karbonizzazzjoni ta' materja organika, li juża biss ġir maħruq minn sorsi naturali;
(b)melassi, jiġifieri prodott sekondarju ta' likwidu magħqud tar-raffinar tal-kannamiela jew tal-pitravi taz-zokkor f'zokkor; jew
(c)vinassa, jiġifieri prodott sekondarju ta' likwidu magħqud tal-proċess ta' fermentazzjoni tal-melassi f'etanol, aċidu askorbiku jew prodotti oħrajn.
2.Is-sustanza għandha tkun ġiet irreġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, f'dossier li jkun fih
(a)l-informazzjoni prevista fl-Annessi VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u
(b)rapport tas-sikurezza kimika skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jkopri l-użu bħala prodott fertilizzanti,
sakemm ma jkunx kopert b'mod espliċitu minn waħda mill-eżenzjonijiet għall-obbligu ta' reġistrazzjoni previsti fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament jew mill-punti 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness V ta' dak ir-Regolament.
CMC 7: Mikroorganiżmi
Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkun fih il-mikroorganiżmi, inkluż mikroorganiżmi mejtin jew b'ċelloli vojta u elementi residwi li ma jagħmlux ħsara fil-midja li fuqha jkunu ġew prodotti, li
ma jkunux għaddew mill-ebda proċess ieħor ħlief it-tnixxif jew il-lijofilizzazjoni u
li huma elenkati fit-tabella hawn taħt:
Azotobacter spp.
|
Mycorrhizal fungi
|
Rhizobium spp.
|
Azospirillum spp.
|
CMC 8: Addittivi agronomiċi
1.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu sustanza jew taħlita maħsuba biex tittejjeb it-tendenzi tar-rilaxx tan-nutrijenti ta' prodott, biss jekk il-konformità ta' dik is-sustanza jew it-taħlita mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għal prodott f'PFC 5 tal-Anness I tkun intweriet f'konformità mal-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità applikabbli għal addittiv agronomiku bħal dan.
2.Il-kwantità tal-addittiv agronomiku konformi fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandha tkun tali li
(a)tipproduċi l-effett iddikjarat fl-informazzjoni mogħtija lill-utent tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, u
(b)li ma tikkawżax effetti negattivi ġenerali lis-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, lis-sikurezza jew lill-ambjent, taħt kundizzjonijiet ta' ħażna li jistgħu jiġu previsti b'mod raġonevoli jew ta' użu tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
3.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu inibitur tan-nitrifikazzjoni konformi, kif jissemma f'PFC 5(A)(I) tal-Anness I, biss jekk tal-anqas 50% tal-kontenut tan-nitroġenu (N) totali tal-prodott fertilizzanti jikkonsisti minn nitroġenu (N) fl-ammonja (NH4+) u l-urea (CH4N2O).
4.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu inibitur tal-ureażi konformi, kif jissemma f'PFC 5(A)(II) tal-Anness I, biss jekk tal-anqas 50% tal-kontenut tan-nitroġenu (N) totali tal-prodott fertilizzanti jikkonsisti minn nitroġenu (N) mill-urea (CH4N2O).
5.Il-manifattur tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkollu dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE tal-addittiv agronomiku konformi.
6.L-operaturi ekonomiċi li jpoġġu l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għad-dispożizzjoni fis-suq għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dan ir-Regolament fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ta' konformità tal-UE kemm tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE kif ukoll tal-addittiv agronomiku konformi:
(a)L-Artikolu 6(3) (l-obbligu tal-manifatturi li jżommu d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE);
(b)L-Artikolu 7(2)(a) (l-obbligu tar-rappreżentanti awtorizzati li jżommu d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE);
(c)L-Artikolu 8(2)(a) (l-obbligu tal-importaturi li jiżguraw li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE);
(d)L-Artikolu 8(8) (l-obbligu tal-importaturi li jżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq); u
(e)L-Artikolu 9(2) (l-obbligu tad-distributuri li jivverifikaw li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikun akkumpanjat minn dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE).
CMC 9: Polimeri nutrijenti
1.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu polimeri li jkunu magħmulin esklussivament minn sustanzi monomeri li jikkonformaw mad-deskrizzjoni ta' CMC 1, fejn l-għan tal-polimerizzazzjoni huwa l-kontroll tar-rilaxx tan-nutrijenti minn wieħed jew iktar mis-sustanza polimeri.
2.Tal-anqas 3/5 tal-polimeri għandhom ikunu solubbli fl-ilma sħun.
3.Il-polimeri ma għandux ikollhom il-formaldeid.
CMC 10: Polimeri oħrajn minbarra polimeri nutrijenti
1.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkun fih polimeri differenti minn polimeri nutrijenti biss fil-każijiet fejn l-iskop tal-polimeru huwa li
(a)jikkontrolla l-penetrazzjoni tal-ilma fil-partiċelli tan-nutrijenti u b'hekk jiġu rilaxxati n-nutrijenti (f'liema każ il-polimeru huwa magħruf bħala 'aġent tal-kisi'), jew
(b)jżid il-kapaċitajiet ta' żamma tal-ilma tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
2.Minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data li tokkorri tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], għandu jkun hemm konformità mal-kriterju li ġej: Il-polimeru għandu jkun jista' jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika u bijoloġika, b'tali mod li ħafna minnu finalment jiddekomponi f'diossidu tal-karbonju (CO2), bijomassa u ilma. Għandu jkollu tal-anqas 90 % tal-karbonju organiku kkonvertit f'CO2 f'massimu ta' 24 xahar, f'test tal-bijodegradibbiltà kif speċifikat fil-punti (a)-(c) hawn taħt.
(a)It-test għandu jsir f'25°C ± 2°C.
(b)It-test għandu jsir f'konformità mal-metodu għad-determinazzjoni tal-bijodegradibbiltà aerobika finali tal-materjali tal-plastik fil-ħamrija billi titkejjel id-domanda għall-ossiġenu jew l-ammont ta' diossidu tal-karbonju prodott.
(c)Għandu jintuża trab taċ-ċelluloża mikrokristallina bl-istess dimensjoni bħall-materjal tat-test bħala materjal ta' referenza fit-test.
(d)Qabel it-test, il-materjal tat-test ma għandux ikun soġġett għal kundizzjonijiet jew proċeduri mfasslin sabiex iħaffu d-degradazzjoni tar-rita, bħall-esponiment għas-sħana jew għad-dawl.
3.La l-polimeru bijodegradabbli u lanqas il-prodotti sekondarji tad-degradazzjoni tiegħu ma għandhom juru effett negattiv b'mod ġenerali fuq is-saħħa tal-annimali jew tal-pjanti, jew fuq l-ambjent, taħt kundizzjonijiet tal-użu fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li jistgħu jiġu previsti b'mod raġonevoli. Għandu jsir test tat-tossiċità akuta tat-tkabbir tal-pjanti, test tat-tossiċità akuta tal-ħanex u test ta' inibizzjoni tan-nitrifikazzjoni bil-mikroorganiżmi tal-ħamrija fuq il-polimeru kif ġej:
(a)Fit-test tat-tossiċità akuta tat-tkabbir tal-pjanti, ir-rata ta' ġerminazzjoni u l-bijomassa tal-pjanti tal-ispeċi tal-pjanta ttestjata mkabbra fil-ħamrija esposta għall-materjal tat-test għandha tkun iktar minn 90 % tar-rata ta' ġerminazzjoni u l-bijomassa tal-pjanta tal-istess speċi tal-pjanta mkabbra fuq ħamrija korrispondenti b'xejn fiha li ma ġietx esposta għall-materjal tat-test.
(b)Ir-riżultati għandhom jitqiesu validi biss jekk il-kontrolli (jiġifieri l-ħamrija vojta):
it-tfaċċar ta' nibbiet jkun tal-inqas 70 %;
in-nibbiet ma jurix effetti fitotossiċi viżibbli (eż. klorożi, nekrożi, dbiel, deformazzjonijiet tal-weraq u taz-zkuk) u l-pjanti jesibixxu biss varjazzjoni normali fit-tkabbir u fil-morfoloġija għal dik l-ispeċi partikolari;
is-sopravivenza medja tan-nibbiet ta' kontroll li jitfaċċa tkun tal-inqas ta' 90 % għat-tul tal-istudju; u
l-kundizzjonijiet ambjentali għal speċi partikolari jkunu identiċi u l-materjali tat-tkabbir ikun fihom l-istess ammont ta' matriċi tal-ħamrija, il-midja ta' sapport, jew substrat għall-istess sors.
(c)Fit-test tat-tossiċità akuta tal-ħanex, il-mortalità osservata u l-bijomassa tal-ħniex li baqgħu ħajjin fil-ħamrija esposti għall-materjal tat-test ma għandux ivarja aktar minn 10 % meta mqabbel ma' dawk mill-ħamrija korrispondenti b'xejn fiha li ma ġietx esposta għall-materjal tat-test. Ir-riżultati għandhom jitqiesu validi, jekk
il-perċentwal tal-mortalità osservat fil-kontroll (jiġifieri, ħamrija vojta) ikun < 10 %, u
t-telf medju tal-bijomassa (piż medju) tad-dud fil-ħamrija vojta ma jaqbiżx l-20 %.
(d)Fit-test ta' inibizzjoni tan-nitrifikazzjoni bil-mikroorganiżmi tal-ħamrija, il-formazzjoni tan-nitrit fil-ħamrija esposta għall-materjal tat-test għandha tkun aktar minn 90 % ta' dawk mill-ħamrija vojta korrispondenti mhux esposta għall-materjal tat-test. Ir-riżultati għandhom jitiqiesu validi, jekk il-varjazzjoni bejn il-kampjuni ta' kontroll replikati (ħamrija vojta) u l-kampjuni tat-test tkun inqas minn ± 20 %.
CMC 11: Ċerti prodotti sekondarji tal-annimali
Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu prodotti sekondarji mill-annimali fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 meta jilħaq il-punt finali fil-katina ta' manifattura kif iddeterminat skont dak ir-Regolament, li huma elenkati fit-tabella ta' hawn taħt u kif inhu speċifikat fiha:
ANNESS III
Rekwiżiti tat-tikkettar
Dan l-Anness jistipula r-rekwiżiti tat-tikkettar għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE. Ir-rekwiżiti stipulati fil-Parti 2 u fil-Parti 3 ta' dan l-Anness għal Kategorija Funzjonali ta' Prodott ('PFC') partikolari, kif inhu speċifikat fl-Anness I, japplikaw għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE fis-sottokategoriji kollha ta' dik il-PFC.
Parti 1
Rekwiżiti tat-tikkettar ġenerali
1.L-elementi ta' informazzjoni stipulati f'dan ir-Regolament għandhom ikunu separati b'mod ċar minn kwalunkwe element ta' informazzjoni ieħor.
2.Għandhom jingħataw l-elementi ta' informazzjoni li ġejjin:
(a)L-għażla tal-Kategorija Funzjonali ta' Prodott ('PFC') kif indikat fil-Parti I tal-Anness I;
(b)Il-kwantità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, indikata skont il-massa jew skont il-volum;
(c)Struzzjonijiet għall-użu previst, inklużi r-rata ta' applikazzjoni intenzjonata u l-pjanti fil-mira intenzjonati;
(d)Kwalunkwe informazzjoni relevanti dwar il-miżuri rakkomandati sabiex jiġu ġestiti r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza, jew għall-ambjent; u
(e)Deskrizzjoni tal-komponenti kollha ta' aktar minn 5% skont il-piż tal-prodott f'ordni dixxendenti ta' kobor skont il-piż niexef, inkluża indikazzjoni tal-kategoriji tal-materjal komponent ("CMC") rilevanti kif inhu msemmi fl-Anness II.
3.Fejn il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità tkun saret bl-involviment ta' korp innotifikat, in-numru ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat għandu jiġi indikat.
4.Fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun fih prodotti sekondarji mill-annimali fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 barra mid-demel, għandu jinkludi l-istruzzjoni tal-użu li ġejja: 'Annimali li jinżammu għat-trobbija ma għandhomx jintemgħu, la direttament u lanqas billi jirgħu, b'ħaxix mill-art li fuqu l-prodott ikun ġie applikat sakemm il-qtugħ jew ir-ragħa ma jsirx wara l-iskadenza ta' perjodu ta' stennija ta' mill-anqas 21 jum.'
5.Fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikollu fih sustanza li għaliha l-limitu massimu ta' residwi għall-ikel u għall-għalf ikun ġie stabbilit f'konformità mar-Regolament (KEE) Nru 315/93, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005, ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 jew id-Direttiva 2002/32/KE, l-istruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2(c) għandhom jiżguraw li l-użu intenzjonat tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jwassalx sabiex dawk il-limiti fl-ikel jew fl-għalf jinqabżu.
6.L-għażla ta' kategorija funzjonali ta' prodott ('PFC'), kif inhu indikat fl-Anness I, ma għandhiex tiġi indikata fuq prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li ma tkunx saritlu valutazzjoni tal-konformità pożittiva f'konformità ma' dan ir-Regolament għal dik il-PFC.
7.Elementi ta' informazzjoni barra minn dawk stipulati fil-paragrafi 2-6
(a)ma għandhomx jiżvijaw lill-utent, pereżempju billi jattribwixxu karatteristiċi għall-prodott li ma jkollux, jew billi jissuġġerixxu li l-prodott għandu karatteristiċi uniċi li prodotti simili għalih ikollhom ukoll;
(b)għandhom jirrelataw ma' fatturi verifikabbli; u
(c)ma għandhomx jagħmlu dikjarazzjonijiet bħal 'sostenibbli' jew 'ma jagħmilx ħsara lill-ambjent' sakemm dikjarazzjonijiet bħal dawn ma jkunux jistgħu jiġu vverifikati b'mod oġġettiv meta mqabblin ma gwidi, standards jew skemi rikonoxxuti sew.
8.Il-frażi 'ma tantx fih klorur' jew frażijiet simili jistgħu jintużaw biss jekk il-kontenut tal-klorur (Cl-) ikun anqas minn 30 g/kg.
Parti 2
Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi għall-prodott
PFC 1: Fertilizzant
1.Il-kontenut tan-nitroġenu (N), tal-fosforu (P) u tal-potassju (K) għandu jiġi ddikjarat biss meta dawk in-nutrijenti jkunu preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE fil-kwantità minima speċifikata fl-Anness I għall-kategorija funzjonali ta' prodott (PFC) relevanti.
2.Ir-regoli li ġejjin japplikaw għall-fertilizzanti li jkun fihom l-inibituri tan-nitrifikazzjoni jew tal-ureażi, kif inhu speċifikat fil-paragrafi 3 u 4 tal-kategorija tal-materjal komponent ('CMC') 8 fl-Anness II:
(a)It-tikketta għandha tinkludi l-kliem "inibitur tan-nitrifikazzjoni" jew "inibitur tal-ureażi", kif ikun relevanti, kif ukoll in-numru ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat li jkun eżamina l-valutazzjoni tal-konformità tal-inibitur tan-nitrifikazzjoni jew tal-inibitur tal-ureażi.
(b)Il-kontenut tal-inibitur tan-nitrifikazzjoni għandu jkun espress bħala perċentwal skont il-massa tan-nitroġenu (N) totali preżenti bħala nitroġenu tal-ammonju (NH4+) u nitroġenu tal-urea (CH4N2O).
(c)Il-kontenut tal-inibitur tal-ureażi għandu jiġi espress bħala perċentwal skont il-massa tan-nitroġenu (N) totali preżenti bħala nitroġenu tal-urea (CH4N2O).
(d)L-informazzjoni teknika għandha tingħata u tippermetti lill-utent li jiddetermina r-rati u ż-żmien tal-applikazzjoni b'rabta mal-għelejjel li jkunu qed jitkabbru.
PFC 1(A): Fertilizzant organiku
Għandhom ikunu preżenti l-elementi ta' informazzjoni li ġejjin:
(a)in-nutrijenti dikjarati nitroġenu (N), fosforu (P) jew potassju (K), bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni N-P-K;
(b)in-nutrijenti dikjarati manjeżju (Mg), kalċju (Ca), kubrit (S) jew sodju (Na), bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni Mg-Ca-S-Na;
(c)in-numri li jindikaw il-kontenut totali tan-nutrijenti ddikjarati nitroġenu (N), fosforu (P) jew potassju (K), segwiti minn numri fil-parentisi li jindikaw il-kontenut totali ta' manjeżju (Mg), kalċju (Ca), kubrit (S) jew sodju (Na),
(d)il-kontenut tan-nutrijenti ddikjarati li ġejjin u parametri oħrajn, fl-ordni li ġejja u bħala perċentwal tal-fertilizzanti skont il-massa.
Nitroġenu (N) totali
–l-ammont minimu ta' nitroġenu (N) organiku, segwit minn deskrizzjoni tal-oriġini tal-materja organika użata;
–Nitroġenu (N) fil-forma ta' nitroġenu ammonjakali;
Pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali;
Ossidu tal-potassju (K2O) totali;
Ossidu tal-manjeżju (MgO), ossidu tal-kalċju (CaO), triossidu tal-kubrit (SO3) u ossidu tas-sodju (Na2O), espressi
–fejn dawk in-nutrijenti huma solubbli kompletament fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
–fejn il-kontenut solubbli ta' dawk in-nutrijenti huwa tal-inqas kwart tal-kontenut totali ta' dawk in-nutrijenti, il-kontenut totali u l-kontenut solubbli fl-ilma; u
–f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali;
Il-kontenut totali tar-ram (Cu) u taż-żingu (Zn) jekk ikun aktar minn 200 u 600 mg/kg f'materja niexfa rispettivament;
Karbonju organiku (C); u
Materja niexfa.
PFC 1(B): Fertilizzant organominerali
1.Għandhom ikunu preżenti l-elementi ta' informazzjoni li ġejjin relatati mal-makronutrijenti:
(a)in-nutrijenti dikjarati nitroġenu (N), fosforu (P) jew potassju (K), bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni N-P-K;
(b)in-nutrijenti dikjarati manjeżju (Mg), kalċju (Ca), kubrit (S) jew sodju (Na), bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni Mg-Ca-S-Na;
(c)in-numri li jindikaw il-kontenut totali tan-nutrijenti dikjarati nitroġenu (N), fosforu (P) jew potassju (K), segwiti minn numri fil-parentesi li jindikaw il-kontenut totali ta' manjeżju (Mg), kalċju (Ca), kubrit (S) jew sodju (Na);
(d)il-kontenut tan-nutrijenti ddikjarati li ġejjin, fl-ordni li ġejja u bħala perċentwal tal-fertilizzant skont il-massa:
Nitroġenu (N) totali
–l-ammont minimu ta' nitroġenu (N) organiku, segwit minn deskrizzjoni tal-oriġini tal-materja organika użata;
–Nitroġenu (N) fil-forma ta' nitroġenu nitriku;
–Nitroġenu (N) fil-forma ta' nitroġenu ammonjakali;
–Nitroġenu (N) fil-forma ta' nitroġenu tal-urea;
Pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali;
–Pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fl-ilma;
–Pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali;
–fejn ikun preżenti fosfat artab mitħun, pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fl-aċidu formiku;
Ossidu tal-potassju (K2O) totali;
–Ossidu tal-potassju (K2O) solubbli fl-ilma;
ossidu tal-manjeżju (MgO), ossidu tal-kalċju (CaO), triossidu tal-kubrit (SO3) u ossidu tas-sodju (Na2O), espressi
–fejn dawk in-nutrijenti huma solubbli kompletament fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
–fejn il-kontenut solubbli ta' dawk in-nutrijenti huwa tal-inqas kwart tal-kontenut totali ta' dawk in-nutrijenti, il-kontenut totali u l-kontenut solubbli fl-ilma;
–f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali, u
(e)fejn tkun preżenti l-urea (CH4N2O), informazzjoni dwar l-impatti possibbli fuq il-kwalità tal-arja mir-rilaxx tal-ammonju mill-użu tal-fertilizzant, u stedina lill-utenti biex japplikaw il-miżuri ta' rimedju xierqa.
2.L-elementi l-oħrajn li ġejjin għandhom jiġu indikati bħala perċentwal skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE:
Kontenut tal-karbonju (C) organiku; u
Kontenut ta' materja niexfa.
PFC 1(B)(I): Fertilizzant organominerali solidu
Fejn wieħed jew iktar mill-mikronutrijenti boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), huma preżenti fil-kontenut minimu indikat bħala perċentwal skont il-massa fit-tabella hawn taħt, għandhom
jiġu ddikjarati jekk jiżdiedu intenzjonalment mal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, u
jistgħu jiġu ddikjarati f'każijiet oħra:
Mikronutrijent
|
Maħsub għall-użu fuq l-għelejjel jew il-bwar
|
Maħsub għall-użu ortikulturali
|
Boron (B)
|
0,01
|
0,01
|
Kobalt (Co)
|
0,002
|
m.a.
|
Ram (Cu)
|
0,01
|
0,002
|
Ħadid (Fe)
|
0,5
|
0,02
|
Manganiż (Mn)
|
0,1
|
0,01
|
Molibdenu (Mo)
|
0,001
|
0,001
|
Żingu
|
0,01
|
0,002
|
Dawn għandhom jiġu ddikjarati wara l-informazzjoni dwar il-makronutrijenti. Għandhom ikunu preżenti l-elementi ta' informazzjoni li ġejjin:
(a)indikazzjoni tal-ismijiet u tas-simboli kimiċi tal-mikronutrijenti dikjarati, elenkati fl-ordni li ġejja: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), segwiti mill-isem/ismijiet tal-kontrojon(i) tagħhom;
(b)Il-kontenut totali tal-mikronutrijenti espress bħala perċentwal tal-fertilizzant skont il-massa
–fejn dawk in-nutrijenti huma solubbli kompletament fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
–fejn il-kontenut solubbli ta' dawk in-nutrijenti huwa tal-inqas kwart tal-kontenut totali ta' dawk in-nutrijenti, il-kontenut totali u l-kontenut solubbli fl-ilma; u
–f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali;
(c)Fejn il-mikronutijent(i) dikjarat(i) ikun(u) kelat(i) b'aġent(i) kelanti, il-kwalifikatur li ġej wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent:
–'kelat minn...' isem tal-aġent kelanti jew it-taqsira tiegħu, u l-ammont ta' mikronutrijent kelat bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa;
(d)Fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun fih mikronutijent(i) kumplessat(i) minn aġent(i) kumplessanti:
–il-kwalifikatur li ġej wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent: 'kumplessat minn ...', u l-ammont ta' mikronutrijent kumplessat bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa; u
–l-isem tal-aġent kumplessanti jew it-taqsira tiegħu.
(e)Id-dikjarazzjoni li ġejja: 'Jintuża biss fejn hemm ħtieġa rikonoxxuta. Taqbiżx ir-rata xierqa'.
PFC 1(B)(II): Fertilizzant organominerali likwidu
Fejn wieħed jew iktar mill-mikronutrijenti boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), huma preżenti fil-kontenut minimu indikat bħala perċentwal skont il-massa fit-tabella hawn taħt, għandhom
jiġu ddikjarati jekk jiżdiedu intenzjonalment mal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, u
jistgħu jiġu ddikjarati f'każijiet oħra:
Mikronutrijent
|
Perċentwal skont il-massa
|
Boron (B)
|
0,01
|
Kobalt (Co)
|
0,002
|
Ram (Cu)
|
0,002
|
Ħadid (Fe)
|
0,02
|
Manganiż (Mn)
|
0,01
|
Molibdenu (Mo)
|
0,001
|
Żingu
|
0,002
|
Dawn għandhom jiġu ddikjarati wara l-informazzjoni dwar il-makronutrijenti. Għandhom ikunu preżenti l-elementi ta' informazzjoni li ġejjin:
(a)indikazzjoni tal-ismijiet u tas-simboli kimiċi tal-mikronutrijenti dikjarati, elenkati fl-ordni li ġejja: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), segwiti mill-isem/ismijiet tal-kontrojon(i) tagħhom;
(b)Il-kontenut totali tal-mikronutrijenti espress bħala perċentwal tal-fertilizzant skont il-massa
–fejn dawk in-nutrijenti huma solubbli kompletament fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
–fejn il-kontenut solubbli ta' dawk in-nutrijenti huwa tal-inqas kwart tal-kontenut totali ta' dawk in-nutrijenti, il-kontenut totali u l-kontenut solubbli fl-ilma; u
–f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali;
(c)Fejn il-mikronutijent(i) dikjarat(i) ikun(u) kelat(i) b'aġent(i) kelanti, il-kwalifikatur li ġej wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent:
–'kelat minn...' isem tal-aġent kelanti jew it-taqsira tiegħu, u l-ammont ta' mikronutrijent kelat bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa;
(d)Fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun fih mikronutijent(i) kumplessat(i) minn aġent(i) kumplessanti:
–il-kwalifikatur li ġej wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent: 'kumplessat minn ...', u l-ammont ta' mikronutrijent kumplessat bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa; u
–l-isem tal-aġent kumplessanti jew it-taqsira tiegħu.
(e)Id-dikjarazzjoni li ġejja: 'Jintuża biss fejn hemm ħtieġa rikonoxxuta. Taqbiżx ir-rata xierqa'.
PFC 1(C): Fertilizzant inorganiku
PFC 1(C)(I): Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti
1.Għandhom ikunu preżenti l-elementi ta' informazzjoni li ġejjin relatati mal-makronutrijenti:
(a)in-nutrijenti dikjarati nitroġenu (N), fosforu (P) jew potassju (K), bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni N-P-K;
(b)in-nutrijenti dikjarati manjeżju (Mg), kalċju (Ca), kubrit (S) jew sodju (Na), bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni Mg-Ca-S-Na;
(c)in-numri li jindikaw il-kontenut totali tan-nutrijenti dikjarati nitroġenu (N), fosforu (P) jew potassju (K), segwiti minn numri fil-parentesi li jindikaw il-kontenut totali ta' manjeżju (Mg), kalċju (Ca), kubrit (S) jew sodju (Na);
(d)il-kontenut tan-nutrijenti ddikjarati li ġejjin, fl-ordni li ġejja u bħala perċentwal tal-fertilizzanti skont il-massa,
Nitroġenu (N) totali;
–Nitroġenu (N) fil-forma ta' nitroġenu nitriku;
–Nitroġenu (N) fil-forma ta' nitroġenu ammonjakali;
–Nitroġenu (N) fil-forma ta' nitroġenu tal-urea;
–Nitroġenu (N) mill-formaldeid tal-urea, isobutildendiurea, krotonilidendiurea;
–Nitroġenu (N) min-nitroġenu ċjanammid;
Pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali;
–Pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fl-ilma;
–Pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali;
–fejn ikun preżenti fosfat artab mitħun, pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fl-aċidu formiku;
Ossidu tal-potassju (K2O) solubbli fl-ilma;
ossidu tal-manjeżju (MgO), ossidu tal-kalċju (CaO), triossidu tal-kubrit (SO3) u ossidu tas-sodju (Na2O), espressi
–fejn dawk in-nutrijenti huma solubbli kompletament fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
–fejn il-kontenut solubbli ta' dawk in-nutrijenti huwa tal-inqas kwart tal-kontenut totali ta' dawk in-nutrijenti, il-kontenut totali u l-kontenut solubbli fl-ilma; u
–f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali, u
(e)fejn tkun preżenti l-urea (CH4N2O), informazzjoni dwar l-impatti possibbli fuq il-kwalità tal-arja mir-rilaxx tal-ammonju mill-użu tal-fertilizzant, u stedina lill-utenti biex japplikaw il-miżuri ta' rimedju xierqa.
PFC 1(C)(I)(a): Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti solidu
1.Il-fertilizzant għandu jkun tikkettat
(a)'kumpless', fejn kull partiċella jkollha n-nutrijenti ddikjarati kollha fil-kontenut iddikjarat tagħhom, u
(b)'taħlita' f'każijiet oħrajn.
2.Il-granulometrija tal-fertilizzant għandha tiġi indikata, espressa bħala perċentwal tal-prodott li jgħaddi minn għarbiel magħżul minn qabel.
3.Il-forma tal-partiċelli tal-prodott għandha tiġi indikata b'waħda minn dawn:
(a)Gran,
(b)gerbub,
(c)trab, fejn tal-anqas 90% tal-prodott ikun jista' jgħaddi minn għarbiel b'toqob ta' 10 mm, jew
(d)prill.
4.Għall-fertilizzanti miksija, l-isem tal-aġent(i) tal-kisi u l-perċentwal tal-fertilizzanti miksija minn kull aġent tal-kisi għandhom jiġu indikati u segwiti minn:
(a)Iż-żmien tar-rilaxx definit f'xhur tal-frazzjoni(jiet) miksija segwit mill-perċentwal ta' nutrijenti rilaxxati tul dan iż-żmien għal kull frazzjoni;
(b)L-isem tal-mezz (solvent jew substrat) użat fit-test imwettaq mill-manifattur biex jiġi ddeterminat iż-żmien tar-rilaxx;
(c)It-temperatura li fiha jitwettaq it-test;
(d)Għall-fertilizzanti miksija b'polimeru, id-dikjarazzjoni li ġejja: 'Ir-rata tar-rilaxxi tan-nutrijenti tista' tvarja skont it-temperatura tas-substrat. Jista' jkun neċessarju aġġustament tal-fertilizzazzjoni'; u
(e)Għal fertilizzanti miksija bil-kubrit (S) u fertilizzanti miksija bil-kubrit (S)/polimeru, id-dikjarazzjoni li ġejja: 'Ir-rata ta' rilaxx tan-nutrijenti tista' tvarja skont it-temperatura tas-substrat u l-attività bijoloġika. Jista' jkun neċessarju aġġustament tal-fertilizzazzjoni'.
5.Fejn wieħed jew iktar mill-mikronutrijenti boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), managniż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), huma preżenti fil-kontenut minimu indikat hawn taħt bħala perċentwal skont il-massa, għandhom
jiġu ddikjarati jekk jiżdiedu intenzjonalment mal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, u
jistgħu jiġu ddikjarati f'każijiet oħra:
Mikronutrijent
|
Maħsub għall-użu fuq l-għelejjel jew il-bwar
|
Maħsub għall-użu ortikulturali
|
Boron (B)
|
0,01
|
0,01
|
Kobalt (Co)
|
0,002
|
m.a.
|
Ram (Cu)
|
0,01
|
0,002
|
Ħadid (Fe)
|
0,5
|
0,02
|
Manganiż (Mn)
|
0,1
|
0,01
|
Molibdenu (Mo)
|
0,001
|
0,001
|
Żingu
|
0,01
|
0,002
|
Dawn għandhom jiġu ddikjarati wara l-informazzjoni dwar il-makronutrijenti. Għandhom ikunu preżenti l-elementi ta' informazzjoni li ġejjin:
(a)indikazzjoni tal-ismijiet u tas-simboli kimiċi tal-mikronutrijenti dikjarati, elenkati fl-ordni li ġejja: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), segwiti mill-isem/ismijiet tal-kontrojon(i) tagħhom;
(b)Il-kontenut totali tal-mikronutrijenti espress bħala perċentwal tal-fertilizzant skont il-massa
–fejn dawk in-nutrijenti huma solubbli kompletament fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
–fejn il-kontenut solubbli ta' dawk in-nutrijenti huwa tal-inqas kwart tal-kontenut totali ta' dawk in-nutrijenti, il-kontenut totali u l-kontenut solubbli fl-ilma; u
–f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali;
(c)Fejn il-mikronutijent(i) dikjarat(i) ikun(u) kelat(i) b'aġent(i) kelanti, il-kwalifikatur li ġej wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent:
–'kelat minn...' isem tal-aġent kelanti jew it-taqsira tiegħu, u l-ammont ta' mikronutrijent kelat bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa;
(d)Fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun fih mikronutijent(i) kumplessat(i) minn aġent(i) kumplessanti:
–il-kwalifikatur li ġej wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent: 'kumplessat minn ...', u l-ammont ta' mikronutrijent kumplessat bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa; u
–l-isem tal-aġent kumplessanti jew it-taqsira tiegħu.
(e)Id-dikjarazzjoni li ġejja: 'Jintuża biss fejn hemm ħtieġa rikonoxxuta. Taqbiżx ir-rata xierqa'.
PFC 1(C)(I)(b): Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti likwidi
1.Din it-tabella għandha tindika jekk il-fertilizzant ikunx f'sospensjoni jew f'soluzzjoni, fejn
sospensjoni tfisser dispersjoni ta' żewġ fażijiet fejn il-partiċelli solidi jinżammu f'sospensjoni fil-fażi likwida, u
soluzzjoni tfisser likwidu mingħajr partiċelli solidi.
2.Il-kontenut tan-nutrijenti għandu jiġi indikat bħala perċentwal skont il-massa jew il-volum tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
3.Fejn wieħed jew iktar mill-mikronutrijenti boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), managniż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), huma preżenti fil-kontenut minimu indikat hawn taħt bħala perċentwal skont il-massa, għandhom
jiġu ddikjarati jekk jiżdiedu intenzjonalment mal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, u
jistgħu jiġu ddikjarati f'każijiet oħra:
Mikronutrijent
|
Perċentwal skont il-massa
|
Boron (B)
|
0,01
|
Kobalt (Co)
|
0,002
|
Ram (Cu)
|
0,002
|
Ħadid (Fe)
|
0,02
|
Manganiż (Mn)
|
0,01
|
Molibdenu (Mo)
|
0,001
|
Żingu
|
0,002
|
Dawn għandhom jiġu ddikjarati wara l-informazzjoni dwar il-makronutrijenti. Għandhom ikunu preżenti l-elementi ta' informazzjoni li ġejjin:
(a)indikazzjoni tal-ismijiet u tas-simboli kimiċi tal-mikronutrijenti dikjarati, elenkati fl-ordni li ġejja: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), segwiti mill-isem/ismijiet tal-kontrojon(i) tagħhom;
(b)Il-kontenut totali tal-mikronutrijenti espress bħala perċentwal tal-fertilizzant skont il-massa
–fejn dawk in-nutrijenti huma solubbli kompletament fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
–fejn il-kontenut solubbli ta' dawk in-nutrijenti huwa tal-inqas kwart tal-kontenut totali ta' dawk in-nutrijenti, il-kontenut totali u l-kontenut solubbli fl-ilma; u
–f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali;
(c)Fejn il-mikronutijent(i) dikjarat(i) ikun(u) kelat(i) b'aġent(i) kelanti, il-kwalifikatur li ġej wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent:
–'kelat minn...' isem tal-aġent kelanti jew it-taqsira tiegħu, u l-ammont ta' mikronutrijent kelat bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa;
(d)Fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun fih mikronutijent(i) kumplessat(i) minn aġent(i) kumplessanti:
–il-kwalifikatur li ġej wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent: 'kumplessat minn ...', u l-ammont ta' mikronutrijent kumplessat bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa; u
–l-isem tal-aġent kumplessanti jew it-taqsira tiegħu.
(e)Id-dikjarazzjoni li ġejja: 'Jintuża biss fejn hemm ħtieġa rikonoxxuta. Taqbiżx ir-rata xierqa'.
PFC 1(C)(II): Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti
1.Il-mikronutrijenti dikjarati fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandhom ikunu elenkati skont l-ismijiet u s-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni li ġejja: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), managniż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), segwiti mill-isem/ismijiet tal-kontrojon(i) tagħhom;
2.Fejn il-mikronutrijent(i) dikjarat(i) ikunu(u) kelat(i) minn aġent(i) kelanti, u kull aġent kelanti jkun jista' jiġi identifikat u kwantifikat u jikkela f'tal-anqas 1% ta' mikronutrijent solubbli fl-ilma, il-kwalifikant li ġej għandu jiżdied wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent:
–'kelat minn...' isem tal-aġent kelanti jew it-taqsira tiegħu, u l-ammont ta' mikronutrijent kelat bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa.
3.Fejn il-mikronutrijent(i) dikjarat(i) ikun(u) kumplessat(i) minn aġent(i) kumplessanti, il-kwalifikant li ġej għandu jiżdied wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent:
–'kumplessat minn ...', u l-ammont ta' mikronutrijent kumplessat bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa, u
–l-isem tal-aġent kumplessanti jew it-taqsira tiegħu.
4.Għandha tidher id-dikjarazzjoni li ġejja: 'Jintuża biss fejn hemm ħtieġa rikonoxxuta. Taqbiżx ir-rata xierqa'.
PFC 1(C)(II)(a): Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti sempliċi
1.It-tabella għandha tindika t-tipoloġija rilevanti, kif stipulat fit-tabella f'PFC 1(C)(II)(a) fil-Parti II tal-Anness I.
2.Il-kontenut totali tal-mikronutrijenti għandu jiġi espress bħala perċentwal tal-fertilizzant skont il-massa
–fejn il-mikronutrijent huwa kompletament solubbli fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
–fejn il-kontenut solubbli tal-mikronutrijent ikun tal-anqas kwart tal-kontenut totali ta' dak in-nutrijent, il-kontenut totali u l-kontenut solubbli fl-ilma; u
–f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali.
PFC 1(C)(II)(b): Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti kompost
1.Il-mikronutrijenti jistgħu jiġu dikjarati biss jekk ikunu preżenti fil-fertilizzant fil-kwantitajiet li ġejjin:
Mikronutrijent
|
Mhux kelat, mhux kumplessat
|
Kelat jew kumplessat
|
Boron (B)
|
0,2
|
m.a.
|
Kobalt (Co)
|
0,02
|
0,02
|
Ram (Cu)
|
0,5
|
0,1
|
Ħadid (Fe)
|
2
|
0,3
|
Manganiż (Mn)
|
0,5
|
0,1
|
Molibdenu (Mo)
|
0,02
|
m.a.
|
Żingu
|
0,5
|
0,1
|
2.Jekk il-fertilizzanti ikun f'sospensjoni jew f'soluzzjoni, it-tikketta għandha tindika "f'sospensjoni" jew "f'soluzzjoni", skont kif ikun rilevanti.
3.Il-kontenut totali tal-mikronutrijenti għandu jiġi espress bħala perċentwal tal-fertilizzant skont il-massa
–fejn il-mikronutrijenti huma kompletament solubbli fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
–fejn il-kontenut solubbli tal-mikronutrijenti jkun tal-anqas nofs tal-kontenut totali ta' dawk in-nutrijenti, il-kontenut totali u l-kontenut solubbli fl-ilma; u
–f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali.
PFC 2: Materjal għat-trattament bil-ġir
Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati fl-ordni li ġejja:
–Valur newtralizzanti;
–Granulometrija, espressa bħala perċentwal tal-prodott li jgħaddi minn għarbiel magħżul minn qabel;
–CaO totali, espress bħala perċentwal skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE;
–MgO totali, espress bħala perċentwal skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE;
–Reattività, barra mill-ġir tal-ossidu u tal-idrossidu; u
–għall-gagazza u l-karbonati ta' oriġini naturali: metodu ta' determinazzjoni tar-reattività.
PFC 3: Tejjieb tal-ħamrija
Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati fl-ordni li ġejja, u espressi bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa:
–Materja niexfa;
–Kontenut tal-karbonju (C) organiku;
–Kontenut totali ta' nitroġenu (N);
–Kontenut totali ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5);
–Kontenut totali ta' ossidu tal-potassju (K2O);
–Kontenut totali tar-ram (Cu) u ż-żingu (Zn) jekk ikun aktar minn 200 u 600 mg/kg f'materja niexfa rispettivament; u
–pH.
PFC 4: Materjal għat-tkabbir
Il-parametri għandhom jiġu ddikjarati fl-ordni li ġejja:
–Konduttività elettrika, barra mis-suf minerali;
–pH;
–Kwantità
Għas-suf minerali, espressa bħala għadd ta' biċċiet u t-tliet dimensjonijiet ta' tul, għoli u wisa',
Għal midja oħra tat-tkabbir ifformata minn qabel, espress bħala daqs f'tal-anqas żewġ dimensjonijiet, u
Għal midja oħra tat-tkabbir, espress bħala volum totali;
–Barra minn midja ta' tkabbir ifformata minn qabel, il-kwantità espressa bħala volum tal-materjali b'daqsijiet tal-partiċelli akbar minn 60 mm;
–Nitroġenu (N) totali;
–Pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali; u
–Ossidu tal-potassju (K2O) totali.
PFC 5: Addittiv agronomiku
Japplikaw biss r-rekwiżiti tat-tikkettar ġenerali għal din il-PFC.
PFC 6: Bijostimulant tal-pjanti
Għandhom ikunu preżenti l-elementi ta' informazzjoni li ġejjin:
(a)il-forma fiżika;
(b)id-data ta' manifattura u ta' skadenza;
(c)il-kundizzjonijiet ta’ ħażna;
(d)il-metodu(i) ta' applikazzjoni;
(e)id-doża, iż-żmien (stadju tal-iżvilupp tal-pjanti) u l-frekwenza tal-applikazzjoni;
(f)l-effett iddikjarat għal kull pjanta fil-mira; u
(g)kwalunkwe struzzjoni relevanti marbuta mal-effikaċja tal-prodott, inklużi prattiki ta' ġestjoni tal-ħamrija, il-fertilizzazzjoni kimika, l-inkompatibbiltà mal-prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti, id-daqsijiet rakkomandati taż-żennuna tal-isprej u l-pressjoni tal-isprej rakkomandata.
PFC 6(A): Bijostimulant mikrobjali tal-pjanti
It-tikketta għandha tindika l-frażi li ġejja: 'Il-mikroorganiżmi jista' jkollhom il-potenzjal li jipprovokaw reazzjonijiet ta' sensitizzazzjoni'.
PFC 7: Taħlita ta' prodotti fertilizzanti
Ir-rekwiżiti tat-tikkettar kollha applikabbli għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE komponenti kollha japplikaw għat-taħlita ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, u għandhom jiġu espressi b'rabta mat-taħlita tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE finali.
Parti 3
Regoli tat-tolleranza
1.Il-kontenut tan-nutrijenti ddikjarat jew il-karatteristiċi fiżikokimiċi ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jistgħu jiddevjaw mill-valur proprju biss f'konformità mat-tolleranzi stabbiliti f'din il-Parti għall-kategorija funzjonali tal-prodotti relevanti. It-tolleranzi huma maħsubin li jippermettu devjazzjonijiet fil-manifattura, il-kampjunar u l-analiżi.
2.It-tolleranzi permessi fir-rigward tal-parametri ddikjarati indikati f'din il-Parti huma valuri negattivi u pożittivi f'perċentwal skont il-massa.
3.Il-manifattur, l-importatur jew id-distributur ma għandhomx jieħdu vantaġġi sistematiċi mit-tolleranzi.
4.B'deroga mill-paragrafu 1, il-kontenut proprju fi prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ta' komponent li għalih kontenut minimu jew massimu jkun speċifikat fl-Anness I jew l-Anness II qatt ma jista' jkun aktar baxx mill-kontenut minimu jew jaqbeż il-kontenut massimu.
PFC 1: Fertilizzant
PFC 1(A): Fertilizzant organiku
|
Tolleranza permissibbli għall-kontenut tan-nutrijenti ddikjarat u parametru ddikjarat ieħor
|
Karbonju organiku (C)
|
± 20 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti
|
Kontenut ta' materja niexfa
|
± 5,0 punti perċentwali f'termini assoluti
|
Nitroġenu (N) totali
|
± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti
|
Nitroġenu (N) organiku
|
± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti
|
Pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali
|
± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti
|
Ossidu tal-potassju (K2O) totali
|
± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti
|
Ossidu tal-manjeżju, ossidu tal-kalċju, triossidu tal-kubrit jew ossidu tas-sodju totali u solubbli fl-ilma
|
± 25 % tal-kontenut dikjarat ta' dawk in-nutrijenti sa massimu ta' 1,5 punti perċentwali f'termini assoluti.
|
Ram (Cu) totali
|
± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,5 punti perċentwali f'termini assoluti
|
Żingu (Zn) totali
|
± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti
|
Kwantità
|
- 5 % f'devjazzjoni relattiva tal-valur iddikjarat
|
PFC 1(B): Fertilizzant organominerali
Tolleranza permissibbli għall-kontenut dikjarat tal-forom tal-mikronutrijent inorganiku
|
N
|
P2O5
|
K2O
|
MgO
|
CaO
|
SO3
|
Na2O
|
± 25 % tal-kontenut dikjarat tal-forom tan-nutrijenti preżenti sa massimu ta' 2 punti perċentwali f'termini assoluti
|
± 25 % tal-kontenut dikjarat ta' dawk in-nutrijenti sa massimu ta' 1,5 punti perċentwali f'termini assoluti.
|
± 25 % tal-kontenut dikjarat sa massimu ta' 0,9 punti perċentwali f'termini assoluti
|
Fertilizzanti ta' mikronutrijenti
|
Tolleranzi permissibbli għall-kontenut dikjarat ta' forom ta' mikronutrijent
|
Konċentrazzjoni inqas minn jew daqs 2 %
|
± 20 % tal-valur dikjarat
|
Konċentrazzjoni ta' bejn 2,1% u 10%
|
± 0,3 punti perċentwali f'termini assoluti
|
Konċentrazzjoni ta' iktar minn 10 %
|
± 1,0 punti perċentwali f'termini assoluti
|
Karbonju organiku: ± 20 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti
Nitroġenu organiku: ± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti
Ram (Cu) totali
± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,5 punti perċentwali f'termini assoluti
Żingu (Zn) totali
± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti
Kontenut ta' materja niexfa: ± 5,0 punti perċentwali f'termini assoluti
Kwantità: -5% devjazzjoni relattiva tal-valur iddikjarat
PFC 1(C): Fertilizzant inorganiku
PFC 1(C)(I): Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti
Tolleranzi permissibbli għall-kontenut dikjarat tal-forom tal-makronutrijent
|
N
|
P2O5
|
K2O
|
MgO
|
CaO
|
SO3
|
Na2O
|
± 25 % tal-kontenut dikjarat tal-forom tan-nutrijenti preżenti sa massimu ta' 2 punti perċentwali f'termini assoluti
|
± 25 % tal-kontenut dikjarat ta' dawk in-nutrijenti sa massimu ta' 1,5 punti perċentwali f'termini assoluti.
|
± 25 % tal-kontenut dikjarat sa massimu ta' 0,9 punti perċentwali f'termini assoluti
|
Granulometrija: ± 10 % devjazzjoni relattiva applikabbli għall-perċentwal iddikjarat tal-materjal li jgħaddi minn għarbiel speċifiku
Kwantità: ± 5 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat
PFC 1(C)(II): Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti
Fertilizzanti ta' mikronutrijenti
|
Tolleranzi permissibbli għall-kontenut dikjarat ta' forom ta' mikronutrijent
|
Konċentrazzjoni inqas minn jew daqs 2 %
|
± 20 % tal-valur dikjarat
|
Konċentrazzjoni ta' bejn 2,1% u 10%
|
± 0,3 punti perċentwali f'termini assoluti
|
Konċentrazzjoni ta' iktar minn 10 %
|
± 1,0 punti perċentwali f'termini assoluti
|
Kwantità: ± 5 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat
PFC 2: Materjal għat-trattament bil-ġir
|
Tolleranzi permissibbli għall-parametru dikjarat
|
Valur newtralizzanti
|
± 3
|
Granulometrija
|
± 10 % devjazzjoni relattiva applikabbli għall-perċentwal dikjarat ta' materjal li jgħaddi minn għarbiel speċifiku.
|
Ossidu tal-kalċju totali
|
± 3 punti perċentwali f'termini assoluti
|
Ossidu tal-manjeżju totali
Konċentrazzjoni taħt it-8 %
Konċentrazzjoni bejn 8 % u 16 %
Konċentrazzjoni aktar minn jew daqs 16 %
|
± 1,0 punti perċentwali f'termini assoluti
± 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti
± 3,0 punti perċentwali f'termini assoluti
|
Reattività
|
± 15 punti perċentwali f'termini assoluti
|
Kwantità
|
- 5 % devjazzjoni relattiva applikabbli għall-valur iddikjarat
|
PFC 3: Tejjieb tal-ħamrija
Forom tan-nutrijent dikjarat u kriterji dikjarati tal-kwalità oħrajn
|
Tolleranzi permissibbli għall-parametru dikjarat
|
pH
|
± 0,7 fil-ħin tal-manifattura
± 1,0 fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni
|
Karbonju organiku (C)
|
± 10 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti
|
Nitroġenu (N) totali
|
± 20 % devjazzjoni relattiva sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti
|
Pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali
|
± 20 % devjazzjoni relattiva sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti
|
Ossidu tal-potassju (K2O) totali
|
± 20 % devjazzjoni relattiva sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti
|
Materja niexfa
|
± 10 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat
|
Kwantità
|
- 5 % devjazzjoni relattiva tal-valur iddikjarat fil-ħin tal-manifattura
- 25 % devjazzjoni relattiva tal-valur iddikjarat fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni
|
Karbonju (C) org / Nitroġenu (N) org
|
± 20 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punt perċentwali f'termini assoluti
|
Granulometrija
|
± 10 % devjazzjoni relattiva applikabbli għall-perċentwal dikjarat ta' materjal li jgħaddi minn għarbiel speċifiku.
|
PFC 4: Materjal għat-tkabbir
Forom għan-nutrijent dikjarat u kriterji dikjarati tal-kwalità oħrajn
|
Tolleranzi permissibbli għall-parametru dikjarat
|
Konduttività elettrika
|
± 50% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura
± 75% devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni
|
pH
|
± 0,7 fil-ħin tal-manifattura
± 1,0 fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni
|
Kwantità skont il-volum (litri jew m³)
|
- 5% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura
- 25% devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni
|
Determinazzjoni tal-kwantità (volum) tal-materjali b'daqs tal-partiċella akbar minn 60 mm
|
- 5% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura
- 25% devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni
|
Determinazzjoni tal-kwantità (volum) ta' GM ifformati minn qabel
|
- 5% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura
- 25% devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni
|
Nitroġenu (N) solubbli fl-ilma
|
± 50% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura
± 75% devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni
|
Pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fl-ilma
|
± 50% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura
± 75% devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni
|
Ossidu tal-potassju (K2O) solubbli fl-ilma
|
± 50% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura
± 75% devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni
|
PFC 6: Bijostimulant tal-pjanti
Kontenut dikjarat f'g/kg jew g/l f'20°C
|
Tolleranza permissibbli
|
Sa 25
|
± 15% devjazzjoni relattiva għal PFC 6
± 15% devjazzjoni relattiva meta l-bijostimulanti tal-pjanti jitħalltu ma' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE oħrajn skont il-PFC 7
|
Iktar minn 25 sa 100
|
± 10% devjazzjoni relattiva
|
Iktar minn 100 sa 250
|
± 6 % devjazzjoni relattiva
|
Iktar minn 250 sa 500
|
± 5 % devjazzjoni relattiva
|
Iktar minn 500
|
± 25 g/kg or ± 25 g/l
|
ANNESS IV
Proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità
Parti 1
Applikabbiltà tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità
Din il-Parti tistabbilixxi l-applikabbiltà tal-moduli ta' proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità, kif inhu speċifikat fil-Parti 2 ta' dan l-Anness, għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-Kategoriji tal-Materjal Komponent tagħhom kif inhu speċifikat fl-Anness II ('CMC'), u l-Kategoriji Funzjonali ta' Prodott kif inhu speċifikat fl-Anness I ('PFC').
1.Applikabbiltà tal-kontroll tal-produzzjoni interna (Modulu A)
1.Il-modulu A jista' jintuża għal prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li jkun kompost esklussivament minn
(a)sustanzi ta' materjal verġni jew taħlitiet kif speċifikat f'CMC 1,
(b)diġestati tal-għelejjel tal-enerġija kif inhu speċifikat f'CMC 4,
(c)prodotti sekondarji tal-industrija tal-ikel kif inhu speċifikat f'CMC 6,
(d)mikroorganiżmi kif speċifikat f'CMC 7,
(e)addittivi agronomiċi kif inhu speċifikat f'CMC 8, jew
(f)polimeri nutrijenti kif inhu speċifikat f'CMC 9.
2.Il-Modulu A jista' jintuża wkoll għal taħlita ta' prodotti fertilizzanti kif speċifikat f'PFC 7.
3.B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, il-Modulu A ma jistax jintuża għal
(a)fertilizzant inorganiku tan-nitrat tal-ammonju, ta' makronutrijenti solidi sempliċi jew komposti, b'kontenut għoli ta' nitroġenu, kif speċifikat f'PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A), jew taħlita ta' prodott fertlizzanti li jkun fiha tali prodott,
(b)inibitur tan-nitrifikazzjoni kif inhu speċifikat f'PFC 5(A)(I),
(c)inibitur tal-ureażi kif speċifikat f'PFC 5(A)(II), jew
(d)bijostimulant tal-pjanti kif speċifikat f'PFC 6.
2.Applikabbiltà tal-kontroll tal-produzzjoni interna kif ukoll tal-ittestjar tal-prodotti taħt superviżjoni (Modulu A1)
Il-Modulu A1 għandu jintuża għal fertilizzanti inorganiċi tan-nitrat tal-ammonju, ta' makronutrijenti solidi sempliċi jew komposti, b'kontenut għoli ta' nitroġenu, kif speċifikat f'PFC 1(C)(I)(a)(iii)(A), u għal taħlita ta' prodotti fertilizzanti kif inhu speċifikat f'PFC 7 li jkun fiha tali prodott.
3.Applikabbiltà ta' eżami tat-tip tal-UE (Modulu B) u konformità mat-tip abbażi tal-kontroll tal-produzzjoni interna (Modulu C)
1.Il-Modulu B flimkien mal-Modulu C jistgħu jintużaw għal prodott fertilizzanti bit-tikketta CE kompost esklussivament minn wieħed jew aktar minn
(a)pjanti, partijiet tal-pjanti jew estratti tal-pjanti mhux proċessati jew proċessati mekkanikament kif inhu speċifikat f'CMC 2,
(b)polimeri oħrajn barra minn polimeri nutrijenti kif inhu speċifikat f'CMC 10,
(c)ċerti prodotti sekondarji mill-annimali kif inhu speċifikat f'CMC 11, jew
(d)CMCs eliġibbli għall-Modulu A skont il-paragrafu 1 taħt l-Intestatura 1 dwar l-applikabbiltà ta' dak il-Modulu.
2.Il-Modulu B u l-Modulu C jistgħu jintużaw ukoll għal
(a)inibitur tan-nitrifikazzjoni kif inhu speċifikat f'PFC 5(A)(I),
(b)inibitur tal-ureażi kif inhu speċifikat f'PFC 5(A)(II),
(c)bijostimulant tal-pjanti kif inhu speċifikat f'PFC 6, u
(d)prodott eliġibbli għall-Modulu A skont il-paragrafu 2 taħt l-Intestatura 1 dwar l-applikabbiltà ta' dak il-Modulu.
3.Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 u 2, il-Modulu B u l-Modulu C ma għandhomx jintużaw għal fertilizzanti inorganiċi tan-nitrat tal-ammonju, ta' makronutrijenti solidi sempliċi jew komposti, b'kontenut għoli ta' nitroġenu, kif inhu speċifikat f'PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A), jew taħlita ta' prodott fertilizzanti li jkun fiha tali prodott.
4.Applikabbiltà tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta' produzzjoni (Modulu D1)
1.Il-Modulu D1 jista' jintuża għal kwalunkwe prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
2.Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1, il-Modulu D1 ma għandux jintuża għal fertilizzanti inorganiċi tan-nitrat tal-ammonju, ta' makronutrijenti solidi sempliċi jew komposti, b'kontenut għoli ta' nitroġenu, kif inhu speċifikat f'PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A), jew taħlita ta' prodotti fertilizzanti li jkun fiha tali prodott.
Parti 2
Deskrizzjoni tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità
Modulu A - Kontroll tal-produzzjoni interna
1.Deskrizzjoni tal-modulu
1.Il-kontroll tal-produzzjoni interna huwa l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità fejn il-manifattur jissodisfa l-obbligi stipulati fl-Intestaturi 2, 3 u 4 hawn taħt, u jiżgura u jiddikjara fuq responsabbiltà tiegħu biss li l-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalihom.
2.Dokumentazzjoni teknika
2.1Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE mar-rekwiżiti relevanti, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni xierqa tar-riskji.
2.2Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun relevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u l-użu tal-prodott fertilizzanti. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(a)deskrizzjoni ġenerali tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE,
(b)disinn kunċettwali u tpinġijiet u skemi tal-manifattura,
(c)deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji għall-fehim ta' dawk it-tpinġijiet u l-iskemi u l-użu tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE,
(d)lista tal-istandards armonizzati applikati kompletament jew parzjalment, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali ta' dan ir-Regolament, inkluż lista ta' speċifikazzjonijiet komuni u speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati,
(e)ir-riżultati tal-kalkoli ta’ disinni magħmula, l-eżamijiet imwettqa, eċċ.,u
(f)ir-rapporti tat-testijiet.
3.Manifatturar
3.Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċess ta' manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE manifatturati mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Intestatura 2 hawn fuq u mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalihom.
4.Tikketta CE, dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE
4.1.Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE ma' kull prodott fertilizzanti individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament.
4.2.Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE bil-miktub għal kull lott tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha takkumpanja kull prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
4.3.Kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha takkumpanja kull prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.
5.Rappreżentant awtorizzat
5.L-obbligi tal-manifattur stipulati fl-Intestatura 4 hawn fuq jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dan ikun speċfikat fil-mandat.
Modulu A1 - Kontroll tal-produzzjoni interna kif ukoll ittestjar tal-prodott taħt superviżjoni
1.Deskrizzjoni tal-modulu
1.Il-kontroll intern tal-produzzjoni flimkien mal-ittestjar tal-prodotti taħt superviżjoni huwa l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità, fejn il-manifattur jissodisfa l-obbligi stipulati fl-Intestaturi 2, 3, 4 u 5 hawn taħt, u jiżgura u jiddikjara fuq responsabbiltà esklussiva tiegħu li l-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalihom.
2.Dokumentazzjoni teknika
2.1.Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE mar-rekwiżiti relevanti, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni xierqa tar-riskji.
2.2.Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun relevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u l-użu tal-prodott fertilizzanti. Kull fejn ikun applikabbli, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin:
(a)deskrizzjoni ġenerali tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE,
(b)disinn kunċettwali u tpinġijiet u skemi tal-manifattura,
(c)deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji għall-fehim ta' dawk it-tpinġijiet u l-iskemi u l-użu tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE,
(d)l-ismijiet u l-indirizzi tas-siti, u tal-operaturi tas-siti, li fihom ikunu ġew immanifatturati l-prodott u l-komponenti prinċipali tiegħu,
(e)lista tal-istandards armonizzati applikati kompletament jew parzjalment, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali ta' dan ir-Regolament, inkluż lista ta' speċifikazzjonijiet komuni u speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati,
(f)ir-riżultati tal-kalkoli ta’ disinni magħmula, l-eżamijiet imwettqa, eċċ.,u
(g)ir-rapporti tat-testijiet.
3.Manifatturar
3.Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċess ta' manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE manifatturati mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Intestatura 2 hawn fuq u mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
4.Kontrolli tal-prodotti għar-ritenzjoni taż-żejt u r-reżistenza għad-detonazzjoni
4.Iċ-ċikli u t-testijiet msemmija taħt l-Intestaturi 4.1-4.3 hawn taħt għandhom jitwettqu fuq kampjun rappreżentattiv tal-prodott tal-inqas kull 3 xhur f'isem il-manifattur, sabiex tiġi vverifikata l-konformità ma'
(a)ir-rekwiżit tar-ritenzjoni taż-żejt imsemmi fil-paragrafu 4 taħt PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A) fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, u
(b)ir-rekwiżit ta' reżistenza għad-detonazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 taħt PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A) fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
It-testijiet għandhom jitwettqu b'responsabbiltà tal-korp innotifikat, magħżul mill-manifattur.
4.1.Ċikli termali qabel test għall-konformità mar-rekwiżit ta' ritenzjoni taż-żejt imsemmi fil-paragrafu 4 taħt PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A) fl-Anness I
4.1.1.Prinċipju u definizzjoni
4.1.1.Fi flask Erlenmeyer, saħħan il-kampjun minn temperatura ambjentali għal 50°C u żomm din it-temperatura għal perjodu ta' sagħtejn (fażi f'50°C). Wara li tagħmel dan berred il-kampjun sakemm tintlaħaq it-temperatura ta’ 25°C u żomm din it-temperatura għal sagħtejn (il-fażi f'25°C). Il-kombinazzjoni tal-fażijiet suċċessivi f'50°C u 25°C tifforma ċiklu termali wieħed. Wara li jiġi soġġett għal żewġ ċikli termali, il-kampjun tat-test jinżamm f'temperatura ta' 20 (±3)°C biex jiġi ddeterminat il-valur ta' ritenzjoni taż-żejt.
4.1.2.Apparat
4.1.2.Apparat normali tal-laboratorju, partikolarment:
(a)banjumarija b'termostat f'25 (± 1) u 50 (± 1)°C rispettivament,
(b)Flask Erlenmeyer b’kapaċità individwali ta’ 150 ml.
4.1.3.Proċedura
4.1.3.1.Poġġi kull kampjun tat-test ta' 70 ( 5) gramma fi flask Erlenmeyer li jiġi ssiġillat b'tapp.
4.1.3.2.Ċaqlaq il-flask kull sagħtejn mill-banju ta’ 50°C għall-banju ta’ 25°C u viċe versa.
4.1.3.3.Żomm l-ilma f’kull banju f’temperatura kostanti u żomm ċertu moviment billi tħawwad b'mod rapidu sabiex tassigura li l-livel tal-ilma jkun 'il fuq mil-livell tal-kampjun. Ipproteġi t-tapp mill-kondensazzjoni b'għata tal-lastiku tal-fowm.
4.2.Ċikli termali qabel it-test tar-reżistenza għad-detonazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 taħt PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A) fl-Anness I
4.2.1.Prinċipju u definizzjoni
4.2.1.F’kaxxa ssiġillata mill-ilma, saħħan il-kampjun minn temperatura ambjentali għal 50°C u żomm f’din it-temperatura għal perjodu ta’ siegħa (il-fażi f'50°C). Wara dan berred il-kampjun sakemm tintlaħaq temperatura ta’ 25°C u żomm f’dik it-temperatura għal siegħa (il-fażi f'25°C). Il-kombinazzjoni tal-fażijiet suċċessivi f'50°C u 25°C tifforma ċiklu termali wieħed. Wara li jiġi suġġett għall-għadd meħtieġ ta' ċikli termali, il-kampjun tat-test jinżamm f'temperatura ta' 20 (±3)°C sakemm isir it-test tad-detonabbiltà.
4.2.2.Apparat
(a)Banjumarija, b'termostat f'temperatura f'firxa bejn 20 u 51°C b'rata minima ta' tisħin u ta' tkessiħ ta' 10°C/siegħa, jew żewġ banijietmarija, wieħed b'termostat għal temperatura ta' 20°C, u l-ieħor b'temperatura ta' 51°C. L-ilma fil-banjijiet jitħallat kontinwament; il-volum tal-banju għandu jkun kbir biżżejjed biex jiggarantixxi ċirkolazzjoni tajba tal-ilma.
(b)Kaxxa tal-azzar li ma jsaddadx, issiġillata mill-ilma mad-dawra kollha u fornuta b'termokoppja fiċ-ċentru. Il-wisa' ta' barra tal-kaxxa hija ta' 45 (± 2) mm u l-ħxuna tal-ġenb hija ta' 1,5 mm (ara l-Grafika 1) . L-għoli u t-tul tal-kaxxa jistgħu jintgħażlu sabiex ikunu adattati għall-qisien tal-banjumarija, pereżempju tul ta' 600 mm, wisa’ ta' 400 mm.
4.2.3.Proċedura
4.2.3.Qiegħed kwantità biżżejjed ta’ fertilizzanti għal detonazzjoni waħda fil-kaxxa u agħlaq l-għatu. Poġġi l-kaxxa fil-banjumarija. Saħħan l-ilma sa 51°C u kejjel it-temperatura fiċ-ċentru tal-fertilizzant. Siegħa wara li t-temperatura fiċ-ċentru tkun laħqet 50°C, berred l-ilma. Siegħa wara li t-temperatura fiċ-ċentru tkun laħqet 25°C saħħan l-ilma sabiex tibda t-tieni ċiklu. F'każ ta’ żewġ banjijietmarija, ittrasferixxi l-kaxxa lejn il-banju l-ieħor wara kull perjodu ta’ tisħin/tberrid.
Grafika 1
4.3.Test ta' reżistenza għad-detonazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 taħt PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A) fl-Anness I
4.3.1.Deskrizzjoni
4.3.1.1It-test għandu jitwettaq fuq kampjun rappreżentattiv tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE. Qabel ma tiġi ttestjata għar-reżistenza għad-detonazzjoni, il-massa sħiħa tal-kampjun għandha tgħaddi minn ħames ċikli termali li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet taħt l-intestatura 4.2 ta' hawn fuq.
4.3.1.2.Il-prodott fertilizzanti għandu jkun soġġett għat-test ta' reżistenza għad-detonazzjoni f'tubu tal-azzar orizzontali bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)tubu sħiħ tal-azzar,
(b)Tul tat-tubu: Tal-inqas 1,000 mm
(c)Dijametru nominali estern: Tal-inqas 114 mm,
(d)Ħxuna nominali tal-ġnub tat-tubu: Tal-inqas 5 mm,
(e)Buster: it-tip u l-massa tal-buster magħżul għandhom ikunu tali li jimmassimizzaw il-pressjoni tad-detonazzjoni applikata fuq il-kampjun sabiex tiġi ddeterminata s-suxxettibbiltà tiegħu għat-trażmissjoni tad-detonazzjoni,
(f)Temperatura tat-test: 15-25°C,
(g)Ċilindri taċ-ċomb bħala xhieda tas-sejbien tad-detonazzjoni: dijametru ta' 50 mm u għoli ta' 100 mm
(h)imqegħdin f’intervalli ta’ 150 mm u li jirfdu t-tubi b’mod orizzontali. It-test għandu jsir darbtejn. It-test jitqies li huwa konklussiv jekk fiż-żewġ testijiet wieħed jew aktar miċ-ċilindri ta' sostenn taċ-ċomb jitgħaffeġ b’anqas minn 5 %.
4.3.2.Prinċipju
4.3.2.Il-kampjun tat-test jinżamm f’tubu tal-azzar u jiġi soġġett għal xokk tad-detonazzjoni minn ċarġ splussiv tal-buster. Il-propagazzjoni tad-detonazzjoni tiġi ddeterminata mill-grad tat-tgħaffiġ taċ-ċilindri taċ-ċomb li fuqhom it-tubu jistrieħ b’mod orizzontali matul it-test.
4.3.3.Materjali
(a)Splussiv tal-plastik li jkun fih 83 sa 86 % pentrite
Densità: 1 500 sa 1 600 kg/m3
Veloċità tad-detonazzjoni: 7 300 sa 7 700 m/s
Massa: 500 (± 1) gramma.
(b)Seba’ tulijiet ta’ spaga flessibli detonanti b’kisja mhux metallika
Massa tal-mili: 11 sa 13 g/m
Tul ta’ kull spaga: 400 (± 2) mm.
(c)Gerbub ikkompressat ta’ splussiv sekondarju, imħaffer 'il ġewwa sabiex jirċievi d-detonatur
Splussiv: Eżoġen/xama' 95/5 jew tetril jew splussiv sekondarju simili, bil-grafit miżjud jew mingħajru.
Densità: 1 500 sa 1 600 kg/m3
Dijametru: 19 sa 21 mm
Għoli: 19 sa 23 mm
Imħaffer 'l ġewwa fiċ-ċentru sabiex jirċievi d-detonatur: Dijametru ta' 7 sa 7,3 mm, fond ta' 12 mm.
(d)Tubu tal-azzar sħiħ kif speċifikat fl-ISO 65 - 1981 - Heavy Series, b’dimensjonijiet nominali DN 100 (4")
Dijametru ta’ barra: 113,1 sa 115,0 mm
Ħxuna tal-ġnub: 5,0 sa 6,5 mm
Tul: 1 005 (± 2) mm.
(e)Parti tal-qiegħ
Materjal: azzar ta’ kwalità tajba li jista' jiġi wweldjat
Dimensjonijiet: 160 × 160 mm
Ħxuna: 5 sa 6 mm.
(f)Sitt ċilindri taċ-ċomb
Dijametru: 50 (± 1) mm
Għoli: 100 sa 101 mm
Materjali: ċomb artab, b’tal-anqas 99.5 % purità.
(g)Blokka tal-azzar
Tul: tal-inqas 1 000 mm
Wisa': tal-inqas 150 mm
Għoli: tal-inqas 150 mm
Massa: tal-inqas 300 kg jekk ma jkunx hemm bażi soda għall-blokka tal-azzar.
(h)Ċilindru tal-plastik jew tal-kartun għaċ-ċarġ tal-buster
Ħxuna tal-ġnub: 1,5 sa 2,5 mm
Dijametru: 92 sa 96 mm
Għoli: 64 sa 67 mm.
(i)Detonatur (tal-elettriku jew mhux tal-elettriku) b’forza ta' inizjazzjoni ta' 8 sa 10
(j)Diska tal-injam
Dijametru: 92 sa 96 mm. Id-dijametru għandu jitqabbel mad-dijametru intern taċ-ċilindu tal-plastik jew tal-kartun (il-punt (h) hawn fuq)
Ħxuna: 20 mm.
(k)Lasta tal-injam bl-istess dimensjonijiet bħad-detonatur (il-punt (i) hawn fuq).
(l)Labar tar-ras (tul massimu ta' 20 mm)
4.3.4.Proċedura
4.3.4.1.Preparazzjoni taċ-ċarġ tal-buster għall-inseriment fit-tubu tal-azzar
4.3.4.1.Skont id-disponibbiltà tal-apparat, l-isplussiv jista' jinbeda fiċ-ċarġ tal-buster jew
b'inizjazzjoni simultanja ta' seba' punti kif inhu stipulat fl-Intestatura 4.3.4.1.1 hawn taħt, jew
b'inizjazzjoni ċentrali tal-gerbub ikkompressat kif indikat fl-Intestatura 4.3.4.1.2. hawn taħt.
4.3.4.1.1.Inizjazzjoni simultanja b'seba’ punti
4.3.4.1.1.Iċ-ċarġ tal-buster imħejji għall-użu jidher fil-Grafika 2 hawn taħt.
4.3.4.1.1.1.Taqqab toqob fid-diska tal-injam (il-punt (j) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq) parallelli għall-assi tad-diska miċ-ċentru u minn sitt punti distribwiti b'mod simetriku madwar ċirku konċentriku b'dijametru ta' 55 mm. Id-dijametru tat-toqob għandu jkun bejn 6 u 7 mm (ara t-Taqsima A-B fil-Grafika 2), skont id-dijametru tal-ispaga ta' detonazzjoni użata (il-punt (b) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq).
4.3.4.1.1.2.Aqta' seba' tulijiet ta' spag ta' detonazzjoni flessibbli (il-punt (b) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq) kull waħda twila 400 mm, filwaqt li tevita li titlef l-isplussiv f'kull tarf billi taqta' qatgħa definita u tissiġilla t-tarf immedjatament bl-adeżiv. Imbotta kull waħda mis-seba' tulijiet ġos-seba' toqob fid-diska tal-injam (il-punt (j) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq) sakemm it-truf joħorġu ftit ċentimetri fuq in-naħa l-oħra tad-diska. Wara daħħal labra tal-ħjata żgħira (il-punt (l) taħt l-Intestura 4.3.3. hawn fuq) b'mod trasversali fil-komma tat-tessut ta' kull tul tal-ispaga minn 5 sa 6 mm mit-tarf u waħħal l-adeżiv madwar il-parti ta' barra tat-tulijiet tal-ispag f'banda 2 cm wiesgħa ħdejn il-labra. Fl-aħħarnett, iġbed il-biċċa t-twila ta’ kull spaga sabiex twassal il-labra f’kuntatt mad-diska tal-injam.
4.3.4.1.1.3.Ifforma l-isplussiv tal-plastik (il-punt (a) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq) biex toħloq ċilindru ta' 92 sa 96 mm fid-dijametru, skont id-dijametru taċ-ċilindru (il-punt (h) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq). Poġġi dan iċ-ċilindru wieqaf fuq wiċċ ċatt u daħħal l-isplussiv iffurmat. Imbagħad daħħal id-diska tal-injam bis-seba' tulijiet tal-ispaga tad-detonazzjoni fin-naħa ta' fuq taċ-ċilindru u agħfasha 'l isfel fuq l-isplussiv. Aġġusta l-għoli taċ-ċilindru (64 sa 67 mm) biex ix-xifer ta’ fuq tiegħu ma jestendix lill hinn mil-livell tal-injama. Finalment, waħħal iċ-ċilindru mad-diska tal-injam, pereżempju bi staples jew imsiemer żgħar, madwar iċ-ċirkonferenza kollha tagħha.
4.3.4.1.1.4.Iġbor fi grupp it-truf ħielsa tas-seba' tulijiet tal-ispag ta' detonazzjoni madwar iċ-ċirkonferenza tal-lasta tal-injam (il-punt (k) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq) biex b'hekk it-truf tagħhom kollha jkunu livell fi pjan perpendikolari mal-lasta . Orbothom f'lott madwar il-lasta permezz tal-adeżiv.
4.3.4.1.2.Inizjazzjoni ċentrali tal-gerbub ikkompressat
4.3.4.1.2.Iċ-ċarġ tal-buster kif imħejjija għall-użu tidher fil-Grafika 3.
4.3.4.1.2.1.Preparazzjoni tal-gerbub ikkompressat
4.3.4.1.2.1.Filwaqt li tieħu l-prekawzjonijiet tas-sikurezza neċessarji, poġġi 10 grammi ta' splussiv sekondarju (il-punt (c) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq) f'forma b'dijamentru minn ġewwa ta' 19 sa 21 mm u kkumpressa l-forma u d-densità fil-forma korretta. (Il-porzjon tad-dijametru: għoli għandu jkun bejn wieħed u ieħor 1:1). Fiċ-ċentru tal-qiegħ tal-forma hemm feles, għoli 12-il mm u b’dijamteru ta’ 7.0 sa 7,3 mm (jiddependi mid-dijametru tad-detonatur użat), li jifforma daħla ċilindrika fl-iskartoċċ ikkompressat biex eventwalment jiddaħħal id-detonatur.
4.3.4.1.2.2.Preparazzjoni taċ-ċarġ tal-buster
4.3.4.1.2.2.Poġġi l-isplussiv (il-punt (a) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq) fiċ-ċilindru (il-punt (h) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq) f'pożizzjoni wieqfa fuq livell lixx, imbagħad imbuttah 'l isfel b'ċipp tal-injam biex l-isplussiv jingħata forma ta' ċilindru b'daħla mħaffra 'l ġewwa ċentrali. Daħħal il-gerbub ikkompressat f’din id-daħla. Għatti l-isplussiv forma ta' ċilindru li jkun fih il-gerbub ikkumpressat b'diska tal-injam (il-punt (j) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq) li jkollha toqba fin-nofs b'dijamentru bejn 7.0 u 7,3 mm biex jiddaħħal id-detonatur. Waħħal id-diska tal-injam u ċ-ċilindru flimkien b’żigarella adeżiva f’forma ta’ salib. Kun ċert li t-toqba mtqabba fid-diska u l-għafsa fil-gerbub ikkumpressat ikunu koassjali billi ddaħħal il-lasta tal-injam (il-punt (k) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq).
4.3.4.2.Preparazzjoni tat-tubi tal-azzar għat-testijiet tad-detonazzjoni
4.3.4.2.F'tarf minnhom tat-tubu tal-azzar (il-punt (d) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq), taqqab żewġ toqbiet li jkunu dijametrikament opposti ta' 4 mm fid-dijametru b'mod perpendikulari mill-ħajt tal-ġenb f'distanza ta' 4 mm mit-tarf. Iwweldja l-pjanċa ta' taħt (il-punt (e) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq) mat-tarf oppost tat-tubu, filwaqt li timla kompletament l-angolu perpendikolari bejn il-pjanċa ta' taħt u l-ġenb tat-tubu b'metall iwweldjat madwar iċ-ċirkonferenza kollha tat-tubu .
4.3.4.3.Mili u kkargar tat-tubu tal-azzar
4.3.4.3.Ara l-Grafiki 2 u 3.
4.3.4.3.1.Il-kampjun tat-test, it-tubu tal-azzar u ċ-ċarġ tal-buster għandhom ikunu kkundizzjonati għal temperaturi ta' 20 ( 5)°C. Huma meħtieġa minn 16 sa 18 kg tal-kampjun tat-test għal żewġ testijiet ta' detonazzjoni.
4.3.4.3.2.1Poġġi t-tubu wieqaf bil-qiegħ kwadru tiegħu jistrieħ fuq wiċċ sod u ċatt u preferibbilment tal-konkrit. Imla t-tubu sa terz tal-għoli tiegħu bil-kampjun tat-test u itilqu biex jaqa’ 10 cm vertikalment mal-art għal ħames darbiet sabiex il-prilli jew il-bċejjeċ żgħar ikunu kkompresati kemm jista' jkun qrib xulxin fit-tubu. Biex taċċellera l-kompattezza, oħloq vibrazzjoni fit-tubu billi tagħti daqqiet mal-ġenb b'martell ta' 750 sa 1,000 gramma bejn it-twaqqigħ għal total ta' 10 darbiet.
4.3.4.3.2.2.Irrepeti dan il-metodu tal-ikkargar b’porzjon ieħor tal-kampjun tat-test. Finalment, għandha ssir żieda oħra sabiex, wara l-ippressar billi terfa’ u titlaq it-tubu għal 10 darbiet u total ta’ 20 daqqa intermittenti b'martell, l-ikkargar jimla t-tubu sa distanza ta’ 70 mm mit-tarf tiegħu.
4.3.4.3.2.3L-għoli tal-mili tal-kampjun għandu jiġi aġġustat fit-tubu tal-ħadid biex iċ-ċarġ tal-buster (imsemmi hawn fuq taħt l-Intestatura 4.3.4.1.1 jew 4.3.4.1.2.) li għandha tiddaħħal aktar tard tkun f'kuntatt mill-qrib mal-kampjun tul il-wiċċ kollu tiegħu.
4.3.4.3.3.Daħħal iċ-ċarġ tal-buster fit-tubu sabiex din tkun f’kuntatt mal-kampjun; il-wiċċ ta' fuq tad-diska tal-injam għandu jkun 6 mm taħt it-tarf tat-tubu. Assigura kuntatt mil-qrib li huwa essenzjali bejn l-isplussiv u l-kampjun tat-test billi żżid jew tnaqqas kwantitajiet żgħar tal-kampjun. Kif muri fil-Grafiki 2 u 3, għandhom jiddaħlu pinns maqsumin mit-toqob qrib it-tarf il-miftuħ tat-tubu u s-saqajn tagħhom għandhom jinfetħu u jiġu ċċattjati mat-tubu.
4.3.4.4.Pożizzjonar tat-tubu tal-azzar u taċ-ċilindri taċ-ċomb (ara l-Grafika 4)
4.3.4.4.1.Agħti numru lill-bażijiet taċ-ċilindri taċ-ċomb (il-punt (f) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq) minn 1 sa 6. Agħmel sitt marki 150 mm bogħod minn xulxin fuq il-linja ċentrali tal-blokka tal-azzar (4.3.7) fuq bażi orizzontali, bl-ewwel marka mill-anqas 75 mm mit-tarf tal-blokka. Poġġi ċilindru taċ-ċomb wieqaf fuq kull waħda minn dawk il-marki, bil-bażi ta' kull ċ-ċilindru ċċentralizzata fuq il-marka tiegħu.
4.3.4.4.2.Poġġi t-tubu tal-azzar imħejji skont 4.3.4.3. orizzontalment fuq iċ-ċilindri taċ-ċomb biex b'hekk li l-assi tat-tubu jkun parallel mal-linja ċentrali tal-blokka tal-azzar u t-tarf iwweldjat tat-tubu jkun jestendi 50 mm lill hinn miċ-ċilindru taċ-ċomb Nru 6. Sabiex tipprevjeni li t-tubu jitgerbeb, deffes feles żgħir tal-injam bejn il-parti ta’ fuq taċ-ċilindri taċ-ċomb u l-ġenb tat-tubu (wieħed fuq kull naħa) jew qiegħed salib tal-injam bejn it-tubu u l-blokka tal-azzar.
Nota: Kun ċert li t-tubu jkun f’kuntatt mas-sitt ċilindri taċ-ċomb kollha; il-kurvatura sottili fil-wiċċ tat-tubu tista' tkun ikkompensata bid-dawrien tat-tubu tul l-assi lonġitudinali tiegħu; jekk xi wieħed miċ-ċilindri taċ-ċomb ikunu twil wisq, taptap iċ-ċilindru partikolari bil-mod bil-martell sakemm jintlaħaq l-għoli meħtieġ.
4.3.4.5.Tħejjija għad-detonazzjoni
4.3.4.5.1.Ħejji l-apparat kif deskritt fl-Intestatura 4.3.4.4. f'bunker jew f'sit taħt l-art imħejji kif xieraq (pereżempju, mina jew passaġġ). Kun ċert li t-temperatura tat-tubu tal-azzar tinżamm f'20 ( 5)°C qabel id-detonazzjoni.
Nota: Jekk tali siti ta' sparar ma jkunux disponibli, ix-xogħol jista', jekk ikun meħtieġ, isir f’fossa miksija bil-konkrit li tkun mgħottija bi travi tal-injam. Id-detonazzjoni tista' tikkawża li biċċiet tal-azzar jiġu proġettati b'enerġija kinetika għolja, għalhekk, l-isparar għandu jsir f'distanza xierqa bogħod mid-djar jew mit-toroq.
4.3.4.5.2.Jekk jintuża ċ-ċarġ tal-buster b'inizjazzjoni ta' seba' punti, kun ċert li l-ispag ta' detonazzjoni jkunu mġebbdin kif inhu deskritt fin-nota f'qiegħ il-paġna mal-paragrafu 4.3.4.1.1.4 hawn fuq u mqegħdin b'mod kemm jista' jkun orizzontali.
4.3.4.5.3.Finalment, neħħi l-lasta tal-injam u ssostitwixxiha bid-detonatur. L-isparar ma għandux isir qabel ma ż-żona ta' periklu tiġi evakwata u l-persunal li jkun qed iwettaq it-test jistkenn.
4.3.4.5.4.Detonazzjoni tal-isplussiv.
4.3.4.6.1Ħalli żmien biżżejjed għad-dħaħen (prodotti ta’ dikompożizzjoni gassużi u kultant tossiċi, bħalma huma l-gassijiet nitrużi) biex jixterdu, imbagħad iġbor iċ-ċilindri taċ-ċomb u kejjel l-għoli tagħhom b’Vernier caliper.
4.3.4.6.2.Irreġistra għal kull wieħed miċ-ċilindri taċ-ċomb immarkati, il-grad tat-tgħaffiġ espress bħala perċentwal tal-għoli oriġinali ta’ 100 mm. Jekk iċ-ċilindri jitgħaffgu laġenba, irreġistra l-anqas u l-akbar valuri u kkalkola l-medja.
4.3.4.7.Tista' tintuża sonda għal kejl kontinwu tal-veloċità tad-detonazzjoni; is-sonda tista' tiddaħħal b’mod lonġitudinali sal-assi tat-tubu jew matul il-ġenb tiegħu.
4.3.4.8.Għandhom jitwettqu żewġ testijiet ta' detonazzjoni għal kull kampjun.
4.3.5.Rapport tat-test
4.3.5.Il-valuri ta’ dawn il-parametri li ġejjin għandhom jingħataw fir-rapport tat-test għal kull wieħed mit-testijiet tad-detonazzjoni:
il-valuri attwalment imkejla fid-dijametru estern tat-tubu tal-azzar u għall-ħxuna tal-ġnub,
l-ebusija Brinell tat-tubu tal-azzar,
it-temperatura tat-tubu u tal-kampjun ftit qabel l-isparar,
id-densità tal-ippakkjar (kg/m3) tal-kampjun fit-tubu tal-azzar,
l-għoli ta’ kull ċilindru taċ-ċomb wara l-isparar, bi speċifikazzjoni tan-numru korrespondenti taċ-ċilindru,
il-metodu tal-isparar użat għaċ-ċarġ tal-buster.
4.3.5.1.Evalwazzjoni tar-riżultati tat-test
4.3.5.1.Jekk, f'kull sparatura, it-tgħaffiġ ta' tal-anqas ċilindru taċ-ċomb wieħed ikun anqas minn 5%, it-test għandu jitqies konklussiv.
Grafika 2
Grafika 3
Grafika 4
5.Marka tal-konformità u dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE
5.1.Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE ma' kull prodott fertilizzanti individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament.
5.2.Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE bil-miktub għal kull lott tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tidentifika l-prodott fertilizzanti li għalih tkun tfasslet.
6.Rappreżentant awtorizzat
6.L-obbligi tal-manifattur stipulati fl-Intestatura 5 hawn fuq jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dan ikun speċfikat fil-mandat.
Modulu B - Eżami tat-tip tal-UE
1.L-eżami tat-tip tal-UE huwa parti minn proċedura ta' valutazzjoni ta' konformità li fiha korp innotifikat jeżamina d-disinn tekniku ta' prodott fertilizzanti u jivverifika u jaċċerta li d-disinn tekniku tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
2.Il-valutazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jitwettaq permezz ta' eżami tad-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta' sapport imsemmija fil-paragrafu 3.2 hawn taħt, kif ukoll eżami tal-kampjuni li jirrappreżentaw il-produzzjoni prevista, ta' parti kritika waħda jew aktar tal-komponenti tal-prodott (taħlita ta' tip ta' produzzjoni u tip ta' disinn).
3.1.Il-manifattur għandu jressaq applikazzjoni għal eżami tat-tip tal-UE ma' korp innotifikat wieħed tal-għażla tiegħu.
3.2.L-applikazzjoni għandha tinkludi:
(a)l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni titressaq minn rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll,
(b)dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma tressqet għand l-ebda korp innotifikat ieħor,
(c)id-dokumentazzjoni teknika; Id-dokumentazzjoni teknika għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE mar-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament u għandha tinkludi analiżi xierqa u valutazzjoni tar-riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun relevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u l-użu tal-prodott fertilizzanti. Kull fejn ikun applikabbli, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin:
deskrizzjoni ġenerali tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE,
disinn kunċettwali u tpinġijiet u skemi tal-manifattura
deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji għall-fehim ta' dawk it-tpinġijiet u l-iskemi u l-użu tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE,
lista tal-istandards armonizzati applikati kompletament jew parzjalment, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali ta' dan ir-Regolament, inkluż lista ta' speċifikazzjonijiet komuni u speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati,
riżultati tal-kalkoli ta’ disinni magħmula, eżamijiet imwettqa, eċċ.,
rapporti tat-testijiet, u
fejn il-prodott jikkonsisti minn jew jinkludi prodotti sekondarji mill-annimali fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, id-dokumenti kummerċjali jew iċ-ċertifikati meħtieġa skont dak ir-Regolament, u evidenza li l-prodotti sekondarji mill-annimali jkunu waslu fil-punt finali fil-katina ta' manifattura fi ħdan it-tifsira ta' dak ir-Regolament;
(d)il-kampjuni rappreżentattivi tal-produzzjoni prevista. Il-korp innotifikat jista’ jitlob aktar kampjuni jekk ikunu meħtieġa għat-twettiq tal-programm tat-test;
(e)l-evidenza ta’ sapport għall-adegwatezza tas-soluzzjoni tad-disinn tekniku. Din l-evidenza ta’ sapport għandha tinkludi kull dokument li jkun intuża, b’mod partikolari fejn l-istandards armonizzati rilevanti ma jkunux ġew applikati kompletament. L-evidenza ta' sapport għandha tinkludi, fejn dan ikun neċessarju, ir-riżultati tat-testijiet imwettqa skont speċifikazzjonijiet tekniċi relevanti oħrajn mil-laboratorju xieraq tal-manifattur, jew minn laboratorju ta' ttestjar ieħor, f'ismu jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
4.Il-korp innotifikat għandu:
(a)Għall-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE:
(1)jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta' sapport sabiex jivvaluta l-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-prodott fertilizzanti;
(b)Għall-kampjun(i):
(2)jivverifika li l-kampjun(i) ikun(u) ġie/ġew immanifatturat(i) f'konformità mad-dokumentazzjoni teknika, u jidentifika l-elementi li jkunu ġew iddisinjati f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards armonizzati relevanti u/jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, kif ukoll l-elementi li jkun ġew iddisinjati skont speċifikazzjonijiet tekniċi relevanti oħrajn;
(3)jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet xierqa, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jiċċekkja jekk, fejn il-manifattur ikunx għażel li japplika s-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati rilevanti u/jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, dawn ikunux ġew applikati b'mod korrett;
(4)iwettaq eżamijiet u testijiet xierqa, jew iqabbad lil min jagħmilhom, sabiex jiċċekkja jekk, fejn is-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati relevanti u/jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jkunux ġew applikati, is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur jissodisfawx ir-rekwiżiti essenzjali li jikkorrispondu ma' dan ir-Regolament;
(5)jiftiehem mal-manifattur dwar post fejn se jitwettqu l-eżamijiet u t-testijiet.
5.Il-korp innotifikat għandu jħejji rapport ta’ evalwazzjoni li jirreġistra l-attivitajiet li jkunu twettqu skont il-punt 4 u r-riżultati tagħhom. Mingħajr ħsara għall-obbligi tiegħu fil-konfront tal-awtoritajiet notifikanti, il-korp innotifikat għandu joħroġ il-kontenut ta’ dak ir-rapport, kollu jew parti minnu, biss bi ftehim mal-manifattur.
6.1.Fejn it-tip jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għall-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE kkonċernat, il-korp innotifikat għandu joħroġ ċertifikat ta' eżami tat-tip tal-UE lill-manifattur. Iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet tal-eżami, il-kundizzjonijiet (jekk ikun hemm) għall-validità tiegħu u d-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tat-tip approvat. Iċ-ċertifikat jista’ jkollu anness wieħed jew aktar mehmużin.
6.2.Iċ-ċertifikat u l-annessi ta' miegħu għandhom jinkludu l-informazzjoni relevanti kollha biex tippermetti l-konformità tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE mmanifatturati mat-tip eżaminat li għandu jiġi evalwat u biex ikun hemm aktar kontroll fis-servizz.
6.3.Fejn it-tip ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-korp innotifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u għandu jinforma lill-applikant b'dan, filwaqt li jagħti raġunijiet dettaljati għal dan ir-rifjut.
7.1.Il-korp innotifikat għandu jżomm ruħu aġġornat bi kwalunkwe bidla fit-teknoloġija avvanzata rikonoxxuta b'mod ġenerali li tindika li t-tip approvat jista' jkun li ma għadux konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u għandu jiddetermina jekk bidliet bħal dawn jirrikjedux investigazzjoni addizzjonali. Jekk ikun il-każ, il-korp innotifikat għandu jinforma lill-manifattur dwar dan.
7.2.Il-manifattur għandu jinforma lill-korp innotifikat li jkollu d-dokumentazzjoni teknika relatata maċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE bil-modifiki kollha għat-tip approvat li jistgħu jaffettwaw il-konformità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew il-kundizzjonijiet għall-validità ta' dan iċ-ċertifikat. Tali modifiki għandhom jirrikjedu approvazzjoni addizzjonali fil-forma ta' żieda maċ-ċertifikat oriġinali tal-eżami tat-tip UE.
8.1.Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu dwar iċ-ċertifikati ta' eżami tat-tip tal-UE u/jew kwalunkwe żieda magħhom li jkun ħareġ jew irtira u għandu, b'mod perjodiku jew fuq talba, jagħmel disponibbli lill-awtoritajiet notifikanti tiegħu l-lista ta' ċertifikati u/jew kull żieda magħhom irrifjutata, sospiża jew inkella ristretta.
8.2.Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kwalunkwe żieda magħhom, li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew b'xi mod ieħor illimita u, jekk jintalab jagħmel dan, dwar iċ-ċertifikati u/jew żidiet magħhom li jkun ħareġ.
8.3.Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi notifikati l-oħrajn jistgħu, fuq talba, jiksbu kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew iż-żidiet magħhom. Fuq talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u r-riżultati tal-eżamijiet li jkun wettaq il-korp innotifikat.
8.4.Il-korp innotifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE, tal-annessi u taż-żidiet miegħu, kif ukoll tal-fajl tekniku, inkluża d-dokumentazzjoni mressqa mill-manifattur, sal-iskadenza tal-validità taċ-ċertifikat.
9.Il-manifattur għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, l-annessi tiegħu u ż-żidiet flimkien, mad-dokumentazzjoni teknika, għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun tqieghed fis-suq.
10.Ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur jista' jippreżenta l-applikazzjoni msemmija fil-punt 3 u jissodisfa l-obbligi stipulati fil-punti 7 u 9, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.
Modulu C - Konformità mat-tip abbażi tal-kontroll intern tal-produzzjoni
1.Deskrizzjoni tal-modulu
1.Il-konformità mat-tip abbażi ta' kontroll tal-produzzjoni interna hija parti minn proċedura ta' valutazzjoni ta' konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stipulati fil-punti 2 u 3, u jiżgura u jiddikjara li l-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE kkonċernati jkunu f'konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta' eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalihom.
2.Manifatturar
2.Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri neċessarji kollha biex il-proċess ta' manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE mmanifatturati mat-tip approvat fiċ-ċertifikat ta' eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalihom.
3.Marka tal-konformità u dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE
3.1Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE ma' kull prodott fertilizzanti individwali li jkun f'konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta' eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
3.2Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE bil-miktub għal lott ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tidentifika l-lott ta' prodotti ta' fertlizzazzjoni bit-tikketta CE li għalih tkun tfasslet.
3.3.Għandha tiġi magħmula disponibbli lill-awtoritajiet rilevanti kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE fuq talba.
4.Rappreżentant awtorizzat
4.L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punt 3 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant tiegħu, f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dan ikun speċifikat fil-mandat.
Modulu D1: Assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta' produzzjoni
1.Deskrizzjoni tal-modulu
1.L-assigurazzjoni ta' kwalità tal-proċess ta' produzzjoni hija proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur tal-prodott fertilizzanti jissodisfa l-obbligi stipulati fl-Intestaturi 2, 4 u 7, u jiżgura u jiddikjara fuq responsabbiltà esklussiva tiegħu li l-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalihom.
2.Dokumentazzjoni teknika
2.Il-manifattur tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-prodott fir-rigward tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni adegwati tar-riskju/i. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun relevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u l-użu tal-prodott. Kull fejn ikun applikabbli, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin:
(a)deskrizzjoni ġenerali tal-prodott,
(b)disinn kunċettwali u tpinġijiet u skemi tal-manifattura, inklużi deskrizzjoni bil-miktub u dijagramma tal-proċess ta' produzzjoni, fejn kull trattament, kontenitur ta' ħażna u żona jiġu identifikati b'mod ċar,
(c)deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji għall-fehim ta' dawk it-tpinġijiet u l-iskemi u l-użu tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE,
(d)lista tal-istandards armonizzati applikati kompletament jew parzjalment, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali ta' dan ir-Regolament, inkluż lista ta' speċifikazzjonijiet komuni u speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati,
(e)riżultati tal-kalkoli ta’ disinni magħmula, eżamijiet imwettqa, eċċ.,
(f)rapporti tat-testijiet, u
(g)fejn il-prodott jikkonsisti minn jew jinkludi prodotti sekondarji mill-annimali fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, id-dokumenti kummerċjali jew iċ-ċertifikati meħtieġa skont dak ir-Regolament, u evidenza li l-prodotti sekondarji mill-annimali jkunu waslu fil-punt finali fil-katina ta' manifattura fi ħdan it-tifsira ta' dak ir-Regolament.
3.Disponibbiltà tad-dokumentazzjoni teknika
3.Il-manifattur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali relevanti għal 10 snin wara li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun tqiegħed fis-suq.
4.Manifatturar
4.Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta' kwalità għall-produzzjoni, l-ispezzjoni tal-prodott finali u l-ittestjar tal-prodotti kkonċernati kif speċifikat fil-punt 5 u għandha tkun suġġetta għal sorveljanza kif speċifikat fil-punt 6.
5.Sistema ta' kwalità
5.1.Il-manifattur għandu jimplimenta sistema ta' kwalità li tiżgura l-konformità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE mar-rekwiżiti tar-Regolament li japplikaw għalihom.
5.1.1.Is-sistema ta' kwalità għandha tinkludi objettivi ta' kwalità u organizzazzjoni strutturali bir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-maniġment fir-rigward tal-kwalità tal-prodott.
5.1.1.1.Għall-kompost li jappartjeni għall-kategorija tal-materjal komponent ('CMC') 3 u d-diġestat li jappartjeni għal CMC 5, kif inhu ddefinit fl-Anness II, il-maniġment f'livell għoli tal-organizzazzjoni tal-manifattur għandu:
(a)Jiżgura li jkun hemm disponibbli biżżejjed riżorsi (nies, infrastruttura, tagħmir) biex tinħoloq u tiġi implimentata s-sistema ta' kwalità;
(b)Jaħtar membru mill-maniġment tal-organizzazzjoni li għandu jkun responsabbli minn:
L-iżgurar li jiġu stabbiliti, approvati, implimentati u miżmumin proċessi ta' ġestjoni ta' kwalità;
Ir-rapportar lill-maniġment f'livell għoli tal-manifattur dwar il-prestazzjoni tal-ġestjoni ta' kwalità u kwalunkwe bżonn ta' titjib;
L-iżgurar tal-promozzjoni tal-għarfien tal-bżonnijiet tal-konsumaturi u r-rekwiżiti legali fl-organizzazzjoni kollha tal-manifattur, u biex il-persunal ikun konxju mir-relevanza u l-importanza tar-rekwiżiti ta' ġestjoni ta' kwalità biex jintlaħqu r-rekwiżiti legali ta' dan ir-Regolament;
L-iżgurar li kull persuna, li l-kompiti tagħha jaffettwaw il-kwalità tal-prodott, ikollha biżżejjed taħriġ u struzzjonijiet; u
L-iżgurar tal-klassifikazzjoni tad-dokumenti ta' ġestjoni ta' kwalità msemmijin fil-paragrafu 5.1.4. hawn taħt;
(c)It-twettiq ta' awditu intern kull sena, jew aktar kmieni milli skedat jekk jitqajjem il-bżonn minn kwalunkwe bidla sinifikanti li tista' taffettwa l-kwalità tal-prodott fertilizzanti; u
(d)L-iżgurar li jiġu stabbiliti proċessi ta' komunikazzjoni xierqa fl-organizzazzjoni u barra minnha u li l-komunikazzjoni ssir rigward l-effettività tal-ġestjoni ta' kwalità.
5.1.2.Is-sistema ta' kwalità għandha tiġi implimentata permezz tal-manifattura, il-kontroll tal-kwalità u tekniki, proċessi u azzjonijiet sistematiċi ta' żgurar tal-kwalità.
5.1.2.1.Għall-kompost li jappartjeni għall-kategorija tal-materjal komponent ('CMC') 3 u d-diġestat li jappartjeni għal CMC 5, kif inhu definit fl-Anness II, is-sistema għandha tiżgura konformità mal-kriterji tal-proċessi ta' kompostjar u diġestjoni speċifikati f'dak l-Anness.
5.1.3.Is-sistema ta' kwalità għandha tinkludi eżamijiet u testijiet li għandhom isiru qabel, waqt u wara l-manifattura bi frekwenza speċifikata.
5.1.3.1.Għall-kompost li jappartjeni għal CMC 3 u diġestat li jappartjeni għal CMC 5, kif inhu definit fl-Anness II, l-eżamijiet u t-testijiet għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:
(a)L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi rreġistrata għal kull lott ta' materjali ta' input:
(1)Data tal-kunsinna;
(2)Ammont skont il-piż (jew stima bbażata fuq il-volum u d-densità);
(3)Identità tal-fornitur tal-materjal ta' input;
(4)Tip ta' materjal ta' input;
(5)Identifikazzjoni ta' kull lott u post tal-kunsinna fis-sit. Għall-finijiet ta' ġestjoni ta' kwalità, tul il-proċess ta' produzzjoni għandu jiġi assenjat kodiċi ta' identifikazzjoni uniku; u
(6)F'każ ta' rifjut, ir-raġunijiet għal dan ir-rifjut tal-lott u fejn intbagħat.
(b)Persunal kwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżiva ta' kull kunsinna ta' materjali ta' input u jivverifika l-kumpatibbiltà tagħhom mal-ispeċifikazzjonijiet tal-materjali ta' input f'CMC 3 u CMC 5 fl-Anness II.
(c)Il-manifattur għandu jirrifjuta kull kunsinna ta' materjal ta' input partikolari, li l-ispezzjoni viżiva tagħha tqajjem kwalunkwe suspett ta'
il-preżenza ta' sustanzi ta' periklu jew ta' dannu għall-proċess ta' kompostjar jew diġestjoni jew għall-kwalità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE finali, jew ta'
inkompatibbiltà mal-ispeċifikazzjonijiet ta' CMC 3 u CMC 5 fl-Anness II, partikolarment minħabba l-preżenza ta' plastiks li jwasslu biex jinqabeż il-valur ta' limitu għall-impuritajiet makroskopiċi.
(d)Il-persunal għandu jkun imħarreġ dwar
karatteristiċi perikolużi potenzjali li jistgħu jkunu assoċjati mal-materjali ta' input, u
karatteristiċi li jippermettu li l-karatteristiċi perikolużi u l-preżenza tal-plastik jintgħarfu.
(e)Għandhom jittieħdu kampjuni minn materjali ta' output, biex jiġi vverifikat li dawn jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal komponent għall-kompost u d-diġestat stipulati f'CMC 3 u CMC 5 fl-Anness II, u li l-karatteristiċi tal-materjal ta' output ma jxekklux il-konformità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE mar-rekwiżiti relevanti tal-Anness I.
(f)Il-kampjuni tal-materjal ta' output għandhom jittieħdu tal-anqas, fl-intervall li ġej:
Input annwali
(tunnellati)
|
Kampjuni / sena
|
≤ 3000
|
1
|
3001 – 10000
|
2
|
10001 – 20000
|
3
|
20001 – 40000
|
4
|
40001 – 60000
|
5
|
60001 – 80000
|
6
|
80001 – 100000
|
7
|
100001 – 120000
|
8
|
120001 – 140000
|
9
|
140001 – 160000
|
10
|
160001 – 180000
|
11
|
> 180000
|
12
|
(g)Jekk xi materjal ta' output ittestjat ma jgħaddix minn limitu speċifikat applikabbli wieħed jew aktar fit-taqsimiet relevanti tal-Annessi I u II ma' dan ir-Regolament, il-persuna responsabbli mill-ġestjoni ta' kwalità msemmija fuq fil-punt 5.1.1.1 (b) għandha:
(1)Tidentifika b'mod ċar il-prodotti mhux konformi u l-post ta' ħażna tagħhom,
(2)Tanalizza r-raġunijiet għan-nuqqas ta' konformità u tieħu kull azzjoni neċessarja biex ma jkunx hemm ripetizzjoni.
(3)Tirreġistra, fir-reġistri ta' kwalità msemmija fil-paragrafu 5.1.4, jekk isirx riproċessar, jew jekk il-prodott jiġix eliminat.
5.1.4.Il-manifattur għandu jżomm ir-rekords ta' kwalità, bħal rekords ta' spezzjoni u dejta tat-testijiet, dejta tal-ikkalibrar, rapporti ta' kwalifikazzjoni dwar il-persunal ikkonċernat, eċċ.
5.1.4.1.Għall-kompost li jappartjeni għall-kategoriji tal-materjal komponent ('CMC') 3 u d-diġestat li jappartjeni għal CMC 5, kif inhu definit fl-Anness II, ir-rekords ta' kwalità għandhom juru kontroll effettiv tal-materjali ta' input, il-produzzjoni, il-ħażna u l-konformità mal-materjali ta' input u output mar-rekwiżiti relevanti ta' dan ir-Regolament. Kull dokument għandu jkun jista' jinqara u jkun disponibbli fil-post(ijiet) relevanti għall-użu tiegħu, u kull verżjoni antikwata għandha titneħħa minnufih minn kull post fejn tintuża, jew tal-anqas tiġi identifikata bħala antikwata. Id-dokument ta' ġestjoni ta' kwalità għandu jinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
(a)Titlu,
(b)Numru tal-verżjoni,
(c)Data tal-ħruġ,
(d)Isem tal-persuna li ħarġitu,
(e)Rekords dwar il-kontroll effettiv tal-materjali tal-input,
(f)Rekords dwar il-kontroll effettiv dwar il-proċess ta' produzzjoni,
(g)Rekords dwar il-kontroll effettiv tal-materjali ta' output,
(h)Rekords tan-nuqqasijiet ta' konformità,
(i)Rapporti dwar l-aċċidenti u l-inċidenti li jseħħu fis-sit, il-kawżi magħrufa jew issuspettati tagħhom u l-azzjonijiet meħudin,
(j)Rekords dwar l-ilmenti espressi minn partijiet terzi u kif dawn ġew indirizzati,
(k)Rekord tad-data, it-tip u s-suġġett tat-taħriġ segwit minn persuni respnsabbli għall-kwalità tal-prodott,
(l)Riżultati tal-awditu intern u l-azzjonijiet meħuda, u
(m)Riżultati tal-awditu estern u l-azzjonijiet meħuda.
5.1.5Is-sodisfazzjoni tal-kwalità tal-prodott meħtieġa u l-operat effettiv tas-sistema ta' kwalità għandhom jiġu mmonitorjati.
5.1.5.1.Għall-kompost li jappartjeni għall-kategoriji tal-materjal komponent ('CMC') 3 u d-diġestat li jappartjeni għal CMC 5, kif inhu definit fl-Anness II, il-manifattur għandu jistabbilixxi programm ta' awditu intern annwali sabiex tiġi vverifikata l-konformità tas-sistema ta' kwalità mal-komponenti li ġejjin:
(1)Proċedura li tiddefinixxi r-responsabbiltajiet u r-rekwiżiti għall-ippjanar u t-twettiq ta' awditi inerni, ir-rekords ta' stabbiliment u r-riżultati ta' rappurtaġġ għandha tiġi stabbilita u dokumentata. Rapport li jidentifika nuqqas ta' konformità mal-iskema ta' kwalità għandu jitħejja u l-azzjonijiet korrettivi għandhom jiġu rrappurtati. Ir-rekords tal-awditu intern għandhom jinthemżu mad-dokumentazzjoni ta' ġestjoni ta' kwalità.
(2)Għandha tingħata prijorità lin-nuqqas ta' konformità identifikat mill-awditi esterni.
(3)Kull awditur ma għandux iwettaq awditu ta' xogħlu stess.
(4)Il-maniġment responsabbli mill-qasam awditjat għandu jiżgura li l-azzjonijiet korrettivi neċessarji jittieħdu mingħajr dewmien mhux neċessarju.
(5)Awditu intern imwettaq fil-qafas ta' sistema ta' ġestjoni ta' kwalità oħra jista' jitqies sakemm isir minn awditu tar-rekwiżiti ta' din is-sistema ta' kwalità.
5.2.Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-valutazzjoni tas-sistema ta' kwalità tiegħu mal-korp innotifikat akkreditat tal-għażla tiegħu, għall-prodotti kkonċernati. L-applikazzjoni għandha tinkludi:
-
l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni titressaq minn rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll,
-
dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma tressqet għand l-ebda korp innotifikat ieħor,
-
l-informazzjoni rilevanti kollha għall-kategorija tal-prodott imbassra,
-
id-dokumentazzjoni dwar is-sistema tal-kwalità,
-
id-dokumentazzjoni teknika tal-elementi tas-sistema tal-kwalità kollha stipulati fil-paragrafu 5.1 u s-sottoparagrafi.
5.3.L-elementi, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati f'mod sistematiku u ordnat fil-forma ta' politiki, proċeduri u struzzjonijiet miktuba. Id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, pjanijiet, manwali u rekords tal-kwalità. Għandha, b'mod partikolari, jkollha deskrizzjoni adegwata tal-elementi kollha tal-ġestjoni ta' kwalità msemmija hawn fuq fil-paragrafu 5.1 u s-sottoparagrafi.
5.4.1.Il-korp innotifikat għandu jivvaluta s-sistema tal-kwalità biex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 5.1 u s-sottoparagrafi.
5.4.2.Huwa għandu jassumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat relevanti.
5.4.3.Barra minn esperjenza fis-sistemi ta' ġestjoni ta' kwalità, it-tim tal-awditjar għandu jkollu tal-anqas membru wieħed b'esperjenza ta' valutazzjoni fil-qasam tal-prodott relevanti u t-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat, u għarfien tar-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament. L-awditu għandu jinkludi żjara ta' valutazzjoni fil-post tal-manifattur. It-tim tal-awditjar għandu jirrevedi d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 sabiex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti relevanti ta' dan ir-Regolament u jwettaq l-eżamijiet neċessarji bil-għan li jiżgura l-konformità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma' dawk ir-rekwiżiti.
5.4.4.Id-deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-manifattur. In-notifika għandha tinkludi l-konklużjonijiet tal-awditu u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.
5.5.Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi li jkunu ġejjin mis-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti
5.6.1.Il-manifattur għandu jżomm informat lill-korp innotifikat li jkun approva s-sistema ta’ kwalità, dwar kull tibdil previst għas-sistema ta’ kwalità.
5.6.2.Il-korp innotifikat għandu jivvaluta l-bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta' kwalità modifikata hix ser tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 5.2., jew jekk hemmx bżonn ta' valutazzjoni mill-ġdid.
5.6.3.Dan għandu jinnotifikat lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.
6.Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat
6.1L-għan tas-sorveljanza hu li jkun aċċertat li l-manifattur iwettaq l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema ta’ kwalità approvata b’mod xieraq.
6.2.Il-manifattur għandu, għal skopijiet tal-valutazzjoni, jagħti aċċess lill-korp innotifikat għas-siti tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħażna u għandu jagħtih l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa, b’mod partikolari:
-
id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;
-
id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-paragrafu 2,
-
ir-rekords ta' kwalità, bħar-rapporti ta’ spezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-ikkalibrar, rapporti ta' kwalifikikazzjoni dwar il-persunal ikkonċernat.
6.3.1Il-korp innotifikat għandu jwettaq awditi perjodiċi biex jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport ta’ awditu.
6.3.2Għall-kompost li jappartjeni għall-kategoriji tal-materjal komponent ('CMC') 3 u d-diġestat li jappartjeni għal CMC 5, kif inhu definit fl-Anness II, il-manifattur għandu jistabbilixxi programm ta' awditu intern annwali sabiex tiġi vverifikata l-konformità tas-sistema ta' kwalità mal-komponenti li ġejjin:
(a)Waqt l-ewwel sena ta' sorveljanza tal-korp innotifikat tal-pjanta in kwistjoni: L-istess frekwenza bħall-frekwenza tal-kampjunar indikata fit-tabella inkluża fil-paragrafi 5.1.3.1 (f); u
(b)Waqt is-snin ta' wara ta' sorveljanza: Nofs il-frekwenza tal-kampjunar indikata fit-tabella inkluża fil-paragrafu 5.1.3.1 (f).
6.4Barra minn hekk, il-korp innotifikat jista’ jagħmel żjarat għall-għarrieda lill-manifattur. Waqt tali żjarat il-korp innotifikat jista’, fejn ikun hemm bżonn, iwettaq testijiet tal-prodotti, jew iqabbad lil min jagħmilhom biex jivverifika li s-sistema ta’ kwalità tkun qed taħdem tajjeb. Il-korp innotifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk ikunu twettqu t-testijiet, b’rapport tat-testijiet.
7.Marka tal-konformità u dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE
7.1.Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE u, bir-responsabbiltà tal-korp innotifikat msemmi fil-paragrafi 5.2, in-numru ta' identifikazzjoni ta' dan tal-aħħar ma' kull prodott individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament.
7.2.1Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE bil-miktub għal kull lott tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-prodott fertilizzanti jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tidentifika l-lott tal-prodott li għalih tkun tfasslet
7.2.2.Għandha tiġi magħmula disponibbli lill-awtoritajiet rilevanti kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE fuq talba.
8.Disponibbiltà tad-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità
8.Għal perjodu li jintemm mill-inqas 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, il-manifattur għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:
-
id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5.3,
-
il-bidla msemmija fil-paragrafu 5.6 u s-subparagrafi, kif approvata,
-
id-deċiżjonijiet u r-rapporti tal-korp innotifikat imsemmijin fil-paragrafu 5.6.1-5.6.3, il-paragrafu 6.3 u l-paragrafu 6.4. L-obbligu ta' informazzjoni tal-korpi notifikati
9.Obbligu ta' informazzjoni tal-korpi notifikati
9.1.Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu dwar iċ-ċertifikati ta' eżami tat-tip tal-UE u/jew kwalunkwe żieda magħhom li jkun ħareġ jew irtira u għandu, b'mod perjodiku jew fuq talba, jagħmel disponibbli lill-awtoritajiet notifikanti tiegħu l-lista ta' ċertifikati u/jew kull żieda magħhom irrifjutata, sospiża jew inkella ristretta.
9.2.Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħrajn dwar l-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità li jkun irrifjuta, issospenda jew irtira, u, fuq talba, dwar l-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità li jkun ħareġ.
10.Rappreżentant awtorizzat
L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-paragrafu 3, il-paragrafu 5.2, il-paragrafi 5.6.1-5.6.3, l-Intestatura 7 u l-Intestatura 8 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f'ismu u taħt responsabbiltà, sakemm dan ikun speċifikat fil-mandat.
ANNESS V
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE (Nru XXX)
1.
Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE (numru tal-prodott, tal-lott, tat-tip jew tas-serje):
2.
Isem u indirizz tal-manifattur u, fejn applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu:
3.
Din id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE tinħareġ taħt ir-responsabbiltà esklussiva tal-manifattur.
4.
Raġuni tad-dikjarazzjoni (identifikazzjoni tal-prodott li tippermetti t-traċċabilità; tista', fejn meħtieġ għall-identifikazzjoni ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, tinkludi immaġni):
5.
Ir-raġuni tad-dikjarazzjoni deskritta hawn fuq hija konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni:
6.
Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti użati jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oħrajn li fir-rigward tagħhom tiġi ddikjarata l-konformità:
7.
Fejn ikun applikabbli, il-korp innotifikat … (isem, numru) wettaq … (deskrizzjoni tal-intervent) u ħareġ iċ-ċertifikat:
8.
Informazzjoni addizzjonali:
Iffirmat għal u f’isem:
(post u data tal-ħruġ):
(isem, kariga) (firma):