EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015XC0603(01)

Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ C 182, 3.6.2015, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/3


Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)

(ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 182/03)

Deċiżjonijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni

Referenza tad-deċiżjoni (2)

Data tad-deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data tal-iskadenza tal-perjodu tar-reviżjoni

Raġunijiet għad-deċiżjoni

C(2015) 3524

id-29 ta’ Mejju 2015

Triossidu tad-diarseniku

Nru tal-KE 215-481-4

Nru tal-CAS 1327-53-3

Yara France, Immeuble Opus 12, 77 Esplanade du général de Gaulle CS 90047, 92914 Paris La Défense Cedex, FRANZA

REACH/15/1/0

L-użu industrijali tat-triossidu djarseniku bħala għajnuna għall-ipproċessar għall-attivazzjoni tal-assorbiment u d-desorbiment tad-dijossidu tal-karbonju mill-karbonat tal-potassju mill-gass ta’ sinteżi ffurmat fil-produzzjoni tal-ammonja

fil-21 ta’ Marzu 2017.

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjo-ekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent li jirriżulta mill-użu tas-sustanza u ma hemmx sustanzi jew teknoloġiji alternattivi adatti f’termini tal-fattibbiltà teknika u ekonomika tagħhom għall-applikant, filwaqt li t-tranżizzjoni għal alternattiva hija prevista fi żmien 22 xahar.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-deċiżjoni hija disponibbli mill-websajt tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about/index_en.htm


Top