EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014XC0703(02)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 814/2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun u tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 li jissupplimenta d-Direttiva Nru 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta’ ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari

OJ C 207, 3.7.2014, p. 22–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/22


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 814/2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun u tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 li jissupplimenta d-Direttiva Nru 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta’ ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari

(2014/C 207/03)

1.   Il-pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi tal-metodi tranżizzjonali tal-kejl u tal-kalkolu (1) għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 814/2013, u b’mod partikolari l-Annessi III, IV u V tiegħu, u għall-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 812/2013, u b’mod partikolari l-Annessi VII, VIII u IX tiegħu.

2.   Il-parametri fil-korsiv huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 814/2013 u fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 812/2013.

3.   Referenzi

Parametru mkejjel/kkalkolat

Organizzazzjoni

Referenza

Titolu

Proċedura tat-test għal Asol , IAM u elementi addizzjonali tal-ittestjar tal-effiċjenza tal-kollettur, tal-parametri η0 , a1 , a2 , IAM

CEN

EN 12975-2:2006

Sistemi solari termiċi u komponenti tagħhom - Kolletturi solari - Parti 2: Metodi ta’ ttestjar

Il-livell tal-qawwa tal-ħoss ta’ ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana

CEN

EN 12102:2013

Kundizzjonaturi tal-arja, pakketti tat-tkessiħ b’likwidu, pompi tas-sħana u deumidifikaturi tal-arja b’kompressuri tal-elettriku għat-tisħin u t-tkessiħ tal-post - Kejl tal-istorbju li jinġarr mal-arja - Determinazzjoni tal-livell tal-qawwa tal-ħoss.

L-istandard EN12102:2013 huwa applikabbli ma’ dawn il-modifiki:

Klawżola 3.3 ta’ EN12102:2013. Issostitwixxi t-tieni paragrafu bi: Il-“kundizzjonijiet tat-tħaddim standard” għandhom jiġu ddefiniti bħall-kundizzjonijiet għall-punti tat-tħaddim tal-unità skont ir-Regolament (UE) Nru 814/2013, Anness III, Tabella 4. Id-definizzjonijiet mogħtija f’EN16147 japplikaw ukoll.

Klawżola 5: Issostitwixxi t-tieni paragrafu “L-unità …” bi: L-unità għandha tiġi installata u kkonnettjata (eż. il-forma u d-dimensjonijiet tal-ventijiet tal-arja, il-konnessjonijiet tal-pajpijiet tal-ilma, eċċ) għat-test kif rakkomandat mill-manifattur fil-manwal tal-installazzjoni u tat-tħaddim tiegħu fil-kundizzjonijiet nominali indikati fir-Regolament (UE) Nru 814/2013, Anness III, Tabella 4. L-aċċessorji provduti b’għażla (eż. element tat-tisħin) m’għandhomx jiġu inklużi fit-test.

L-unità tinżamm f’kundizzjonijiet ambjentali għal mill-inqas 12-il siegħa; Tiġi mmonitorjata t-temperatura fin-naħa ta’ fuq tat-tank tal-ħiter tal-ilma; Jiġu mmonitorjati (sabiex isir magħruf il-perjodu tat-tneħħija tas-silġ (defrosting)) il-konsum tal-elettriku tal-kumpressur, tal-fann (jekk ikun hemm) u tal-pompa taċ-ċirkolazzjoni (jekk ikun hemm).

Il-prodott jiġi mimli b’ilma kiesaħ b’temperatura ta’ 10 °C ± 5 °C.

Klawżola 5: Issostitwixxi r-raba’ paragrafu “L-kejl tal-istorbju ... ” bi: Il-punti tal-kejl għandhom jitwettqu f’kundizzjonijiet kostanti b’dawn it-temperaturi tal-ilma fin-naħa ta’ fuq tat-tank: l-ewwel punt b’temperatura ta’ 25 ± 3 °C, it-tieni punt b’temperatura ta’ (Tset+25)/2 ± 3 °C, it-tielet punt b’temperatura ta’ Tset +0/-6 °C (Tset hija t-temperatura tal-ilma fil-modalità “kif ippakkjat”).

Waqt il-kejl tal-istorbju:

it-temperatura tal-ilma fin-naħa ta’ fuq tat-tank għandha tiġi inkluża fil-medda ta’ tolleranza (eż. inkluża bejn 25 °C ± 3 °C għall-ewwel kejl);

il-perjodi tat-tneħħija tas-silġ huma esklużi (konsum tal-elettriku żero tal-kumpressur, tal-fann jew tal-pompa taċ-ċirkolazzjoni).

Livell tal-qawwa tal-ħoss ta’ ħiters tal-ilma istantanji li jaħdmu bil-gass u b’tank għall-ħżin tal-ilma

CEN

EN 15036-1:2006

Bojlers tat-tisħin. Ir-regolamenti tat-test għall-emissjonijiet ta’ storbju trasmess bl-arja minn ġeneraturi tas-sħana. Emissjonijiet ta’ storbju trasmess bl-arja minn ġeneraturi tas-sħana

ISO EN 3741:2010

Akustika - Determinazzjoni tal-Livell tal-Qawwa tal-Ħoss ta’ Sorsi ta’ Storbju bl-użu tal-Pressjoni tal-Ħoss - Metodi ta’ Preċiżjoni għall-Kamra Riverberanti

ISO EN 3745:2012

Akustika - Determinazzjoni tal-livelli tal-qawwa tal-ħoss u tal-livelli tal-enerġija tal-ħoss ta’ sorsi ta’ storbju bl-użu tal-pressjoni tal-ħoss - Metodi ta’ preċiżjoni għall-kmamar anekoiċi u għall-kmamar semianekoiċi

Livell tal-qawwa tal-ħoss ta’ ħiters tal-ilma tal-elettriku istantanji u b’tank għall-ħżin tal-ilma

Cenelec

Peress li bħalissa ma teżisti ebda proċedura, huwa preżunt li l-ħiters tal-ilma mingħajr partijiet li jiċċaqalqu jagħmlu livell ta’ storbju ta’ 15dB

 

Gassijiet tat-test

CEN

EN 437:2003/A1:2009

Gassijiet tat-test - Pressjonijiet tat-test - Kategoriji tat-tagħmir

Il-konsum tal-enerġija fil-modalità stennija solsb

CLC

EN 62301:2005

Tagħmir Elettriku tad-Dar: Kejl tal-potenza elettrika fil-modalità stennija

Apparat tat-test għall-kejl ta’ Qelec ta’ ħiters tal-ilma tal-elettriku b’tank għall-ħżin tal-ilma

CLC

prEN 50440:2014

Effiċjenza ta’ ħiters tal-ilma tal-elettriku b’tank għall-ħżin tal-ilma domestiċi u metodi tal-ittestjar

Apparat tat-test għall-kejl ta’ Qelec ta’ ħiters tal-ilma tal-elettriku instantanji

CLC

EN 50193-1:2013

Ħiters tal-ilma tal-elettriku istantanji b’ċirkwit magħluq, Metodi għall-kejl tal-prestazzjoni.

Apparat tat-test għall-kejl ta’ Qfuel u Qelec ta’ ħiters tal-ilma istantanji li jaħdmu bil-gass

CEN

EN 26:1997/A3:2006, Klawżola 7.1, għajr il-Klawżola 7.1.5.4.

Ħiters tal-ilma istantanji li jaħdmu bil-gass għal użu sanitarju, mgħammra b’berners atmosfriċi

Apparat tat-test għall-kejl ta’ Qfuel u Qelec ta’ ħiters tal-ilma li jaħdmu bil-gass u b’tank għall-ħżin tal-ilma

CEN

EN 89:1999/A4:2006, Klawżola 7.1, għajr il-klawżola 7.1.5.4.

Ħiters tal-ilma li jaħdmu bil-gass u b’tank għall-ħżin tal-ilma għall-produzzjoni ta’ misħun domestiku

Preparazzjoni tat-test għall-kejl ta’ Qfuel ta’ ħiters tal-ilma istantanji li jaħdmu bil-gass u ħiters tal-ilma li jaħdmu bil-gass u b’tank għall-ħżin tal-ilma

CEN

EN 13203-2:2006, l-Anness B “Apparat tat-test u apparati għall-kejl”

Tagħmir tad-dar li jaħdem bil-gass u li jipproduċi l-misħun - Tagħmir b’potenza termali ta’ mhux aktar minn 70 kW u b’kapaċità tal-ħżin tal-ilma ta’ mhux aktar minn 300 litru - Parti 2: Valutazzjoni tal-konsum tal-enerġija

Preparazzjoni tat-test għall-kejl ta’ Qfuel ta’ ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana li jaħdmu bil-fjuwil

CEN

EN 13203-2:2006, l-Anness B “Apparat tat-test u apparati għall-kejl”

Tagħmir tad-dar li jaħdem bil-gass u li jipproduċi l-misħun - Tagħmir b’potenza termali ta’ mhux aktar minn 70 kW u b’kapaċità tal-ħżin tal-ilma ta’ mhux aktar minn 300 litru - Parti 2: Valutazzjoni tal-konsum tal-enerġija

Apparat tat-test għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana

CEN

EN 16147:2011

Pompi tas-sħana b’kompressuri tal-elettriku - Ittestjar u rekwiżiti għall-immarkar ta’ unitajiet domestiċi ta’ ilma sħun

It-telf kostanti S ta’ tankijiet għall-ħżin tal-ilma

CEN

EN 12897:2006, Klawżola 6.2.7, Anness B u Anness A (għall-pożizzjoni korretta tal-ħiter)

Provvista tal-Ilma – Speċifikazzjoni għall-ħiters tal-ilma b’tank għall-ħżin tal-ilma msaħħna indirettament mingħajr ventijiet (b’ċirkwit magħluq).

It-telf kostanti S u psbsol ta’ tankijiet għall-ħżin tal-ilma

CEN

EN 12977-3:2012

Sistemi solari termiċi u komponenti tagħhom - Sistemi mibnija apposta- Parti 3: Metodi tat-test tal-prestazzjoni għat-tankijiet ta’ ħiters tal-ilma solari

It-telf kostanti S ta’ tankijiet għall-ħżin tal-ilma

CEN

EN 15332:2007, Klawżoli 5.1 u 5.4 (Kejl tat-telf fil-modalità stennija).

Bojlers tat-tisħin – Valutazzjoni enerġetika ta’ tankijiet tal-misħun

It-telf kostanti S ta’ tankijiet għall-ħżin tal-ilma

CLC

EN 60379:2004, klawżoli 9, 10, 11, 12 u 14

Metodi għall-kejl tal-prestazzjoni ta’ ħiters tal-ilma tal-elettriku b’tank għall-ħżin tal-ilma għall-użu domestiku

Emissjoni tal-ossidi tan-nitroġenu NOx għall-ħiters tal-ilma li jaħdmu bil-gass u b’tank għall-ħżin tal-ilma

CEN

prEN 89:2012, klawżola 6.18 Ossidi tan-nitroġenu

Ħiters tal-ilma li jaħdmu bil-gass u b’tank għall-ħżin tal-ilma għall-produzzjoni ta’ misħun domestiku

Emissjoni tal-ossidi tan-nitroġenu NOx għall-ħiters tal-ilma istantanji li jaħdmu bil-gass

CEN

prEN 26, klawżola 6.9.3 Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu

Ħiters tal-ilma istantanji u b’tank għall-ħżin tal-ilma għall-produzzjoni ta’ misħun domestiku

L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma ηwh ta’ ħiters tal-ilma u t-telf kostanti S ta’ tankijiet għall-ħżin tal-ilma

Il-Kummissjoni Ewropea

Punt 4 ta’ din il-Komunikazzjoni

Elementi addizzjonali għall-kejl u l-kalkoli relatati mal-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-ilma u tat-tankijiet għall-ħżin tal-ilma

4.   Elementi addizzjonali għall-kejl u l-kalkoli relatati mal-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-ilma u tat-tankijiet għall-ħżin tal-ilma

Għall-fini tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 812/2013 u r-Regolament (UE) Nru 814/2013 kull ħiter tal-ilma għandu jiġi ttestjat fil-modalità “kif ippakkjat”.

Il-modalità “kif ippakkjat” hija l-kundizzjoni tat-tħaddim standard, is-setting jew il-modalità ssettjata mill-manifattur fil-fabbrika, li għandha tkun attiva immedjatament wara l-istallazzjoni tat-tagħmir, u li tkun xierqa għall-użu normali mill-utent aħħari skont iċ-ċiklu ta’ teħid ta’ ilma li l-prodott ikun ġie ddisinjat u mqiegħed fis-suq għalih. Kwalunkwe bidla għal kundizzjoni tat-tħaddim, setting jew modalità differenti, jekk applikabbli, għandha tkun riżultat ta’ intervent intenzjonat mill-utent aħħari, u ma tista’ tiġi mmodifikata awtomatikament mill-ħiter tal-ilma f’ebda ħin, ħlief għall-funzjoni ta’ kontroll intelliġenti li tadatta l-proċess tat-tisħin tal-ilma għall-kundizzjonijiet tal-użu individwali sabiex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija.

Fil-każ tal-ħiters tal-ilma kkombinati, ma għandu jintuża ebda fattur ta’ ponderazzjoni li jqis id-differenzi fil-modalitajiet tas-sajf u tax-xitwa għall-kejl/kalkolu tal-valuri ta’ Qelec u Qfuel.

Fil-każ ta’ ħiters tal-ilma konvenzjonali li jużaw fjuwils, fil-formula ta’ kalkolazzjoni għall-Konsum tal-Elettriku Annwali (AEC) biss (ara r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 812/2013, Anness VIII, punt 4.a), il-fattur ta’ korrezzjoni ambjentali Qcor jiġi ssettjat għal żero.

4.1.   Definizzjonijiet

    “inċertezza tal-kejl (preċiżjoni)” hija l-preċiżjoni li biha strument jew sett ta’ strumenti kapaċi jirrappreżenta valur attwali kif stabbilit minn strument ta’ referenza kkalibrat bi preċiżjoni kbira;

    “devjazzjoni permissibbli (medja tul il-perjodu tat-test)” hija d-differenza massima, fin-negattiv jew fil-pożittiv, permessa bejn il-valur medju (tul il-perjodu tat-test) ta’ parametru mkejjel u l-valur issettjat;

    “devjazzjoni permissibbli ta’ valuri individwali mkejla mill-valuri medji” hija d-differenza massima, fin-negattiv jew fil-pożittiv, permessa bejn il-valur ta’ parametru mkejjel u l-valur medju ta’ dak il-parametru tul il-perjodu tat-test;

4.2.   Inputs ta’ enerġija

(a)   Elettriku u fjuwils fossili

Parametru mkejjel

Unità

Valur

Devjazzjoni permissibbli (medja tal-perjodu tat-test)

Inċertezza tal-kejl (preċiżjoni)

Elettriku

Potenza

W

 

 

± 2 %

Enerġija

kWh

 

 

± 2 %

Vultaġġ, perjodu tat-test > 48 h

V

230/400

± 4 %

± 0,5 %

Vultaġġ, perjodu tat-test < 48h

V

230/400

± 4 %

± 0,5 %

Vultaġġ, perjodu tat-test < 1 h

V

230/400

± 4 %

± 0,5 %

Kurrent elettriku

A

 

 

± 0,5 %

Frekwenza

Hz

50

± 1 %

 

Gass

Tipi

Gassijiet tat-test EN 437

 

 

Valur kalorifiku nett (NCV) u

MJ/m3

Gassijiet tat-test EN 437

 

± 1 %

Valur kalorifiku gross (GCV)

 

 

 

 

Temperatura

K

288,15

 

± 0,5

Pressjoni

mbar

1 013,25

 

± 1 %

Densità

dm3/kg

 

 

± 0,5 %

Rata ta’ fluss

m3/s jew l/min

 

 

± 1 %

Żejt

Żejt tal-gass għat-tisħin

Kompożizzjoni, Karbonju/Idroġenu/Kubrit

kg/kg

86/13,6/0,2 %

 

 

Frazzjoni-N

mg/kg

140

± 70

 

Valur kalorifiku nett (NCV, Hi)

MJ/kg

42,689 (2)

 

 

Valur kalorifiku gross (GCV, Hs)

MJ/kg

45,55

 

 

Densità ρ15 f’temperatura ta’ 15 °C

kg/dm3

0,85

 

 

Kerosen

kompożizzjoni, Karbonju/Idroġenu/Kubrit

kg/kg

85/14,1/0,4 %

 

 

Valur kalorifiku nett (NCV, Hi)

MJ/kg

43,3 (2)

 

 

Valur kalorifiku gross (GCV, Hs)

MJ/kg

46,2

 

 

densità ρ15 f’temperatura ta’ 15 °C

kg/dm3

0,79

 

 

(b)   Enerġija solari għal testijiet tal-kolletturi solari

Parametru mkejjel

Unità

Valur

Devjazzjoni permissibbli (medja tal-perjodu tat-test)

Inċertezza tal-kejl (preċiżjoni)

Irradjanza solari tat-test (G globali, short wave)

W/m2

> 700 W/m2

± 50 W/m2 (test)

± 10 W/m2 (fuq ġewwa)

Irradjanza solari diffuża (frazzjoni ta’ G totali)

%

< 30 %

 

 

Varjazzjoni ta’ irradjanza termika (fuq ġewwa)

W/m2

 

 

± 10 W/m2

Temperatura tal-fluwidu fid-dħul/fil-ħruġ tal-kollettur

°C/K

medda ta’ 0-99 °C

± 0,1 K

± 0,1 K

Differenza fit-temperatura tal-fluwidu fid-dħul/fil-ħruġ tal-kollettur

 

 

 

± 0,05 K

Angolu tal-inċidenza (għall-perpendikulari)

°

< 20°

± 2 % (< 20°)

 

Veloċità tal-arja parallela mal-kollettur

m/s

3 ± 1 m/s

 

0,5 m/s

Rata ta’ fluss tal-fluwidu (għas-simulatur ukoll)

kg/s

0,02 kg/s kull m2 ta’ erja ta’ apertura tal-kollettur

± 10 % bejn it-testijiet

 

Telf ta’ sħana mill-pajp taċ-ċirkwit fit-test

W/K

< 0,2 W/K

 

 

(c)   Enerġija termali ambjentali

Parametru mkejjel

Unità

Devjazzjoni permissibbli (medja tal-perjodu tat-test)

Devjazzjonijiet permissibbli (testijiet individwali)

Inċertezza tal-kejl (preċiżjoni)

Sors tas-sħana tas-salmura jew tal-ilma

Temperatura tad-dħul tas-salmura/tal-ilma

°C

± 0,2

± 0,5

± 0,1

Fluss volumetriku

m3/s jew l/min

± 2 %

± 5 %

± 2 %

Differenza fil-pressjoni statika

Pa

± 10 %

± 5 Pa/5 %

Sors tas-sħana tal-arja

Temperatura tal-arja fuq barra (b’termometru niexef) Tj

°C

± 0,3

± 1

± 0,2

Temperatura tal-arja tal-gass tal-egżost

°C

± 0,3

± 1

± 0,2

Temperatura tal-arja fuq ġewwa

°C

± 0,3

± 1

± 0,2

Fluss volumetriku

dm3/s

± 5 %

± 10 %

± 5 %

Differenza fil-pressjoni statika

Pa

± 10 %

± 5 Pa/5 %

(d)   Kundizzjonijiet tat-test u tolleranzi għar-riżultati

Parametru mkejjel

Unità

Valur

Devjazzjoni permissibbli (medja tal-perjodu tat-test)

Devjazzjonijiet permissibbli (testijiet individwali)

Inċertezza tal-kejl (preċiżjoni)

Ambjent

Temperatura ambjentali fuq ġewwa

°C jew K

20 °C

± 1 K

± 2 K

± 1 K

Veloċità tal-arja, pompa tas-sħana (bil-ħiter tal-ilma mitfi)

m/s

< 1,5 m/s

 

 

 

Veloċità tal-arja, differenti

m/s

< 0,5 m/s

 

 

 

Ilma sanitarju

Temperatura tal-ilma kiesaħ, solari

°C jew K

10 °C

± 1 K

± 2 K

± 0,2 K

Temperatura tal-ilma kiesaħ, differenti

°C jew K

10 °C

± 1 K

± 2 K

± 0,2 K

Pressjoni tal-ilma kiesaħ, ħiters tal-ilma li jaħdmu bil-gass

bar

2 bar

 

± 0,1 bar

 

Pressjoni tal-ilma kiesaħ, differenti (għajr ħiters tal-ilma tal-elettriku istantanji)

bar

3 bar

 

 

± 5 %

Temperatura tal-ilma sħun, ħiters tal-ilma li jaħdmu bil-gass

°C jew K

 

 

 

± 0,5 K

Temperatura tal-ilma sħun, tal-elettriku istantanji

°C jew K

 

 

 

± 1 K

Temperatura tal-ilma (dħul/ħruġ) differenti

°C jew K

 

 

 

± 0,5 K

Rata ta’ fluss volumetriku, ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana

dm3/s

 

± 5 %

± 10 %

± 2 %

Rata ta’ fluss volumetriku, Ħiters tal-Ilma tal-Elettriku Istantanji

dm3/s

 

 

 

≥10 l/min: ± 1 %

< 10 l/min: ± 0,1 l/min

Rata ta’ fluss volumetriku, ħiters tal-ilma differenti

dm3/s

 

 

 

± 1 %

4.3.   Proċedura tat-test għall-ħiters tal-ilma b’tank għall-ħżin tal-ilma

Il-proċedura tat-test għall-ħiters tal-ilma b’tank għall-ħżin tal-ilma biex jiġu stabbiliti l-konsum ta’ kuljum tal-elettriku Qelec u l-konsum ta’ kuljum tal-fjuwil Qfuel tul perjodu ta’ kejl ta’ 24 siegħa hija din:

(a)   Installazzjoni

Il-prodott jiġi installat f’ambjent ta’ ttestjar skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. It-tagħmir li jista’ joqgħod wieqaf fl-art jista’ jitqiegħed fuq l-art, fuq stend li jiġi fornut mal-prodott, jew fuq pjattaforma, biex jintlaħaq faċilment. Il-prodotti li jitwaħħlu mal-ħajt jiġu mwaħħla fuq panil tal-anqas 150 mm ‘l bogħod minn kwalunkwe ħajt strutturali bi spazju vojt ta’ mill-anqas 250 mm ‘l fuq u taħt il-prodott u mill-anqas 700 mm fuq il-ġnub. Il-prodotti maħsuba biex jiġu inkorporati jitwaħħlu skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Il-prodott jiġi protett mir-radjazzjoni solari diretta, għajr fil-każ tal-kolletturi solari.

(b)   Stabbilizzazzjoni

Il-prodott jinżamm f’kundizzjonijiet ambjentali sakemm il-partijiet kollha tiegħu jilħqu l-kundizzjonijiet ambjentali ± 2 K, għal mill-anqas 24 siegħa, fil-każ ta’ prodotti tat-tip b’tank għall-ħżin tal-ilma.

(c)   Mili u tisħin

Il-prodott jiġi mimli b’ilma kiesaħ. Il-mili tal-prodott jieqaf hekk kif tintlaħaq il-pressjoni applikabbli tal-ilma kiesaħ.

Il-prodott jiġi enerġizzat fil-modalità “kif ippakkjat” sabiex jilħaq it-temperatura tat-tħaddim tiegħu, li tkun ikkontrollata mill-mezz ta’ kontroll tal-prodott stess (termostat). L-istadju ta’ wara jibda meta t-termostat jaqta’.

(d)   Stabbilizzazzjoni b’tagħbija żero

Il-prodott jinżamm f’din il-kundizzjoni, u mingħajr estrazzjonijiet għal mill-anqas 12-il siegħa.

Suġġett għal ċiklu ta’ kontroll, dan l-istadju jintemm - u jibda l-istadju li jmiss warajh - meta t-termostat jaqtal-ewwel darba wara 12-il siegħa.

F’dan l-istadju, jiġu rreġistrati l-konsum totali tal-fjuwil f’kWh f’termini tal-GCV, il-konsum totali tal-elettriku f’kWh f’termini tal-enerġija finali u l-ħin eżatt li jgħaddi f’sigħat (h).

(e)   Estrazzjonijiet ta’ ilma

Għall-profil tat-tagħbija ddikjarat, l-estrazzjonijiet isiru skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċiklu ta’ teħid ta’ kampjuni fuq perjodu xieraq ta’ 24 siegħa. Dan l-istadju jibda direttament wara li t-termostat jaqta’ mill-parti tal-istabbilizzazzjoni, bl-ewwel teħid ta’ kampjuni fil-ħin skont il-profil ta’ teħid ta’ kampjuni (ara r-Regolament (UE) Nru 814/2013, Anness III, punt 2 u r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 812/2013, Anness VII, punt 2). Minn tmiem l-aħħar estrazzjoni ta’ ilma sa 24:00, l-ebda estrazzjoni ta’ ilma.

Waqt l-estrazzjonijiet ta’ ilma jiġu stabbiliti parametri tekniċi rilevanti (potenza, temperatura, eċċ.). Għall-parametri dinamiċi, ir-rata globali ta’ kampjuni hija ta’ 60 s jew anqas. Waqt l-estrazzjonijiet, ir-rata rakkomandata ta’ kampjuni hija ta’ 5 s jew anqas.

Il-konsum tal-fjuwil fossili u l-konsum tal-elettriku tul iċ-ċiklu ta’ kejl ta’ 24 siegħa, Qtestfuel u Qtestelec, jiġu kkoreġuti kif speċifikat fil-punt (h).

(f)   Ristabbilizzazzjoni b’tagħbija żero

Il-prodott jinżamm f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim nominali mingħajr estrazzjonijiet għal mill-anqas 12-il siegħa.

Suġġett għal ċiklu ta’ kontroll, dan l-istadju jintemm meta t-termostat jaqtal-ewwel darba wara 12-il siegħa.

F’dan l-istadju, jiġu rreġistrati l-konsum totali tal-fjuwil f’kWh f’termini tal-GCV, il-konsum totali tal-elettriku f’kWh f’termini tal-enerġija finali u l-ħin eżatt li jgħaddi f’sigħat (h).

(g)   L-ilma mħallat b’temperatura ta’ 40 °C (V40)

L-“Ilma mħallat b’temperatura ta’ 40 °C” (V40), hija l-kwantità ta’ ilma b’temperatura ta’ 40 °C li għandu l-istess kontenut termiku (entalpija) bħall-misħun prodott li jkollu temperatura ta’ iktar minn 40 °C fil-punt tal-ħruġ tal-ħiter tal-ilma, mogħtija f’litri.

Immedjatament wara li jsir il-kejl skont il-punt (f), kwantità ta’ ilma tiġi estratta mill-punt tal-ħruġ; dan isir billi tiddaħħal kwantità ta’ ilma kiesaħ. Il-fluss ta’ ilma minn f’ħiters tal-ilma bil-ħruġ miftuħ jiġi kkontrollat permezz tal-valv tad-dħul. Il-fluss fi kwalunkwe tip ieħor ta’ ħiters tal-ilma jiġi kkontrollat permezz ta’ valv li jitwaħħal fil-ħruġ jew fid-dħul. Il-kejl jintemm meta t-temperatura tal-ħruġ taqa’ taħt l-40 °C.

Ir-rata tal-fluss tiġi aġġustata għall-valur massimu skont il-profil tat-tagħbija ddikjarat

Il-valur normalizzat tat-temperatura medja jiġi kkalkulat permezz ta’ din l-ekwazzjoni:

Formula

Fejn:

    Tset fi °C hija t-temperatura tal-ilma, mingħajr estrazzjoni tal-ilma, imkejla b’termokoppja mqiegħda fil-parti ta’ fuq tat-tank. Għal tankijiet tal-metall, it-termokoppja tista’ titqiegħed fuq il-wiċċ ta’ barra tat-tank ukoll. Dan il-valur huwa t-temperatura tal-ilma mkejla wara l-aħħar darba li t-termostat jaqta’ waqt il-pass tal-proċedura indikat fil-punt (f),

    θc fi °C hija t-temperatura medja tal-ilma kiesaħ fid-dħul waqt it-test,

    θ’p fi °C hija t-temperatura medja tal-ilma fil-ħruġ u l-valur normalizzat tagħha huwa indikat bħala θp fi °C.

Preferibbilment, il-qari tat-temperatura jsir b’mod kontinwu. Alternattivament, il-qari jista’ jsir f’intervalli ugwali distribwiti b’mod uniformi tul id-disċarġ, pereżempju, kull ħames (5) litri (massimu). F’każ li t-temperatura taqa’ ħafna f’daqqa, jista’ jkun meħtieġ li jittieħed qari addizzjonali sabiex il-valur medju θ’p jiġi kkalkulat b’mod korrett.

It-temperatura tal-ilma fil-ħruġ hija dejjem ≥ 40 °C; dan għandu jitqies għall-kalkolu ta’ θp.

Il-kwantità tal-ilma sħun V40 f’litri pprovduta b’temperatura ta’ mill-anqas 40 °C tiġi kkalkulata permezz ta’ din l-ekwazzjoni:

Formula

Fejn:

il-volum V40_exp f’litri jikkorrispondi għall-kwantità ta’ ilma pprovduta b’temperatura ta’ mill-anqas 40 °C.

(h)   Reġistrazzjoni ta’ Qfuel u Qelec

Qtestfuel u Qtestelec jiġu kkoreġuti għal kwalunkwe eċċess jew defiċit tal-enerġija lil hinn miċ-ċiklu tal-kejl strett ta’ 24 siegħa, jiġifieri għandha titqies differenza possibbli ta’ enerġija qabel u wara. Barra minn hekk, kwalunkwe eċċess jew defiċit fil-kontenut tal-enerġija utli pprovdut tal-ilma sħun għandu jitqies f’dawn l-ekwazzjonijiet għall-kalkolu ta’ Qfuel u Qelec :

Formula

Formula

Fejn:

    QH2O f’kWh huwa l-kontenut tal-enerġija utli tal-ilma sħun estratt,

    T3 u T5 huma t-temperaturi tal-ilma mkejla fil-parti ta’ fuq nett tal-ħiter tal-ilma, rispettivament, fil-bidu (t3) u fit-tmiem (t5) taċ-ċiklu tal-kejl ta’ 24 siegħa.

    Cact f’litri hija l-kapaċità attwali tal-ħiter tal-ilma. Cact titkejjel kif iddikjarat fil-paragrafu 4.5.c

4.4.   Proċedura tat-test għall-ħiters tal-ilma istantanji li jaħdmu bil-fjuwil

Il-proċedura tat-test għall-ħiters tal-ilma istantanji li jaħdmu bil-fjuwil biex jiġu stabbiliti l-konsum ta’ kuljum tal-fjuwil Qfuel u l-konsum ta’ kuljum tal-elettriku Qelec tul perjodu ta’ kejl ta’ 24 siegħa hija din:

(a)   Installazzjoni

Il-prodott jiġi installat f’ambjent ta’ ttestjar skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. It-tagħmir li jista’ joqgħod wieqaf fl-art jista’ jitqiegħed fuq l-art, fuq stend li jiġi fornut mal-prodott, jew fuq pjattaforma, biex jintlaħaq faċilment. Il-prodotti li jitwaħħlu mal-ħajt jiġu mwaħħla fuq panil tal-anqas 150 mm ‘l bogħod minn kwalunkwe ħajt strutturali bi spazju vojt ta’ mill-anqas 250 mm ‘l fuq u taħt il-prodott u mill-anqas 700 mm fuq il-ġnub. Il-prodotti maħsuba biex jiġu inkorporati jitwaħħlu skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Il-prodott jiġi protett mir-radjazzjoni solari diretta, għajr fil-każ tal-kolletturi solari.

(b)   Stabbilizzazzjoni

Il-prodott jinżamm f’kundizzjonijiet ambjentali sakemm il-partijiet kollha tiegħu jilħqu l-kundizzjonijiet ambjentali ± 2 K;

(c)   Estrazzjonijiet ta’ ilma

Għall-profil tat-tagħbija ddikjarat, l-estrazzjonijiet isiru skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċiklu ta’ teħid ta’ kampjuni fuq perjodu xieraq ta’ 24 siegħa. Dan l-istadju jibda direttament wara li t-termostat jaqta’ mill-parti tal-istabbilizzazzjoni, bl-ewwel teħid ta’ kampjuni fil-ħin skont il-profil ta’ teħid ta’ kampjuni (ara r-Regolament (UE) Nru 814/2013, Anness III, punt 2 u r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 812/2013, Anness VII, punt 2). Minn tmiem l-aħħar estrazzjoni ta’ ilma sa 24:00, l-ebda estrazzjoni ta’ ilma.

Waqt l-estrazzjonijiet ta’ ilma jiġu stabbiliti parametri tekniċi rilevanti (potenza, temperatura, eċċ.). Għall-parametri dinamiċi, ir-rata globali ta’ kampjuni hija ta’ 60 s jew anqas. Waqt l-estrazzjonijiet, ir-rata rakkomandata ta’ kampjuni hija ta’ 5 s jew anqas.

(d)   Reġistrazzjoni ta’ Qfuel u Qelec

Qtestfuel u Qtestelec jiġu kkoreġuti f’dawn l-ekwazzjonijiet għal Qfuel u Qelec billi jitqies kwalunkwe eċċess jew defiċit fil-kontenut tal-enerġija utli pprovdut tal-ilma sħun.

Formula

Formula

Fejn:

    QH2O f’kWh huwa l-kontenut tal-enerġija utli tal-ilma sħun estratt.

4.5.   Proċedura tat-test għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana li jużaw l-elettriku

(a)   Installazzjoni

Il-prodott jiġi installat f’ambjent ta’ ttestjar skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. It-tagħmir li jista’ joqgħod wieqaf fl-art jista’ jitqiegħed fuq l-art, fuq stend li jiġi fornut mal-prodott, jew fuq pjattaforma, biex jintlaħaq faċilment. Il-prodotti li jitwaħħlu mal-ħajt jiġu mwaħħla fuq panil tal-anqas 150 mm ‘l bogħod minn kwalunkwe ħajt strutturali bi spazju vojt ta’ mill-anqas 250 mm ‘l fuq u taħt il-prodott u mill-anqas 700 mm fuq il-ġnub. Il-prodotti maħsuba biex jiġu inkorporati jitwaħħlu skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

Il-prodotti bi profili tat-tagħbija ddikjarati 3XL jew 4XL jistgħu jiġu ttestjati fuq il-post, sakemm il-kundizzjonijiet tat-test ikunu ekwivalenti, possibbilment b’fatturi ta’ korrezzjoni, għal dawk imsemmija hawn.

Ir-rekwiżiti tal-installazzjoni deskritti fil-klawżoli 5.2, 5.4 u 5.5 ta’ EN 16147 għandhom jiġu mħarsa.

(b)   Stabbilizzazzjoni

Il-prodott jinżamm f’kundizzjonijiet ambjentali sakemm il-partijiet kollha tiegħu jilħqu l-kundizzjonijiet ambjentali ± 2 K (għal mill-anqas 24 siegħa, fil-każ ta’ ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana b’tank għall-ħżin tal-ilma).

L-iskop huwa li jiġi vverifikat li, wara t-trasport, il-prodott qiegħed jaħdem b’temperatura normali.

(c)   Mili u volum tal-ħżin (il-kapaċità attwali Cact)

Il-volum tat-tank jitkejjel kif ġej.

Jiġi miżun il-ħiter tal-ilma vojt; jitqies il-piż tal-punti ta’ estrazzjoni fuq il-pajpijiet tad-dħul u l-ħruġ.

Imbagħad il-ħiter tal-ilma b’tank għall-ħżin tal-ilma jiġi mimli b’ilma kiesaħ skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur bil-pressjoni tal-ilma kiesaħ. Wara, il-provvista tal-ilma tiġi maqtugħa.

Jiġi miżun il-ħiter tal-ilma mimli.

Id-differenza taż-żewġ piżijiet (Mact) tiġi kkonvertita f’volum, f’litri (Cact).

Formula

Dan il-volum għandu jiġi rrappurtat f’litri sal-eqreb deċilitru. Il-valur imkejjel (Cact) m’għandux ikun iktar minn 2 % inqas mill-valur nominali.

(d)   Mili u tisħin

Il-prodotti b’faċilitajiet ta’ ħżin jiġu mimlija b’ilma kiesaħ (10 ± 2 °C). Il-mili tal-prodott jieqaf hekk kif tintlaħaq il-pressjoni applikabbli tal-ilma kiesaħ.

Il-prodott jiġi enerġizzat sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet “kif ippakkjat”, eż. għat-temperatura tal-ħżin. Għall-kontroll jintuża l-mezz ta’ kontroll tal-prodott innifsu (it-termostat). Dan il-pass tal-proċedura jitwettaq skont il-proċedura tal-klawżola 6.3 ta’ EN 16147. Il-pass li jmiss jibda meta jaqta’ t-termostat.

(e)   Potenza input fil-modalità stennija

Il-potenza input fil-modalità stennija tiġi ddeterminata billi tiġi mkejla l-potenza input elettrika tul numru integru ta’ ċikli mitfi/mixgħul tal-pompa tas-sħana, inizjati mit-termostat ta’ ġewwa t-tank, meta ma jkunx qed jiġi estratt ilma sħun.

Dan il-pass tal-proċedura jitwettaq skont il-proċedura tal-klawżola 6.4 ta’ EN 16147 u l-valur ta’ Pstby [kW] jiġi ddeterminat bħala ugwali għal

Formula

(f)   Estrazzjonijiet ta’ ilma

Għall-profil tat-tagħbija ddikjarat, l-estrazzjonijiet isiru skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċiklu ta’ teħid ta’ kampjuni fuq perjodu xieraq ta’ 24 siegħa. Dan l-istadju jibda direttament wara li t-termostat jaqta’ mill-parti tal-istabbilizzazzjoni, bl-ewwel teħid ta’ kampjuni fil-ħin skont il-profil ta’ teħid ta’ kampjuni (ara r-Regolament (UE) Nru 814/2013, Anness III, punt 2 u r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 812/2013, Anness VII, punt 2). Mit-tmiem tal-aħħar estrazzjoni ta’ ilma sa 24:00, ma jiġi estratt ebda ilma. Il-kontenut tal-enerġija utli meħtieġ tal-ilma sħun huwa l-Qref totali [f’kWh].

Dan il-pass tal-proċedura jitwettaq skont il-proċedura tal-klawżoli 6.5.2 sa 6.5.3.5 ta’ EN 16147. Il-valur ta’ ΔΤdesired f’EN 16147 jiġi ddeterminat bl-użu tal-valur ta’ Tp :

ΔΤdesired = Tp - 10

Fi tmiem il-pass, il-valur ta’ Qelec [kWh] jiġi ddeterminat bħala ugwali għal

Formula

W EL-TC , li l-valur tiegħu huwa definit f’EN16147.

Il-prodotti li jkunu se jiġu kklassifikati bħala prodotti “sigħat kwieti” jiġu attivati għal perjodu massimu ta’ 8 sigħat konsekuttivi bejn 22:00 u 07:00 taċ-ċiklu ta’ teħid ta’ kampjuni fuq perjodu ta’ 24 siegħa. Fi tmiem iċ-ċiklu ta’ teħid ta’ kampjuni fuq perjodu ta’ 24 siegħa l-prodotti jiġu attivati sa tmiem il-pass tal-proċedura.

(g)   L-ilma mħallat b’temperatura ta’ 40 °C (V40)

Dan il-pass tal-proċedura jitwettaq skont il-proċedura tal-klawżola 6.6 ta’ EN 16147, iżda jiġi evitat it-tifi tal-kumpressur fit-tmiem tal-aħħar perjodu ta’ kejl għaċ-ċikli ta’ estrazzjoni; il-valur ta’ V40 [L] jiġi ddeterminat bħala ugwali għal Vmax.

4.6.   Proċedura tat-test għall-ħiters tal-ilma tal-elettriku instantanji

It-telf termiku minn proċessi ta’ trasferiment ta’ sħana waqt it-tħaddim u t-telf fil-modalità stennija ma jiġux meqjusa.

(a)   Punti ta’ referenza

Is-seletturi li jistgħu jiġu aġġustati mill-utent għandhom jiġu ssettjati kif ġej:

Jekk it-tagħmir ikollu selettur tal-potenza, is-selettur għandu jiġi aġġustat għall-ogħla valur.

Jekk it-tagħmir ikollu selettur tat-temperatura indipendenti mill-fluss, is-selettur għandu jiġi aġġustat għall-ogħla valur.

Il-punti ta’ referenza kollha li ma jistgħux jiġu aġġustati mill-utent u seletturi oħra għandhom ikunu fil-modalità “kif ippakkjat”.

Ir-rata ta’ fluss minima preskritta f i ta’ kull estrazzjoni i taċ-ċiklu ta’ teħid ta’ kampjuni għandha tintuża kif definit fil-profili tat-tagħbija tal-ħiters tal-ilma. Jekk ir-rata ta’ fluss minima f i ma tkunx tista’ tinkiseb, ir-rata ta’ fluss tiġi miżjuda sakemm it-tagħmir jinxtiegħel u jkun jista’ jaħdem kontinwament fit-temperatura T m jew f’temperatura ogħla. Din ir-rata ta’ fluss għandha tintuża għall-estrazzjoni individwali minflok ir-rata ta’ fluss minima preskritta f i .

(b)   Effiċjenza statika

Jiġi ddeterminat it-telf statiku tat-tagħmir Ploss bit-tagħbija nominali Pnom f’kundizzjonijiet kostanti. Il-valur ta’ Ploss huwa s-somma tat-telf intern ta’ potenza kollu (il-prodott matematiku tat-telf ta’ kurrent u t-telf ta’ vultaġġ bejn it-terminals u l-elementi tat-tisħin) tat-tagħmir wara minimu ta’ 30 minuta ta’ tħaddim bil-kundizzjonijiet nominali.

Dan ir-riżultat tat-test jiġi indikat f’intervalli wiesgħin indipendenti mit-temperatura tal-ilma fid-dħul. Dan it-test jista’ jitwettaq b’temperatura tal-ilma kiesaħ fid-dħul ta’ bejn 10 u 25 °C.

Għall-ħiters tal-ilma instantanji b’kontroll elettroniku mgħammra bi swiċċijiet semikondutturi, il-vultaġġ bejn it-terminals elettriċi semikondutturi jitnaqqas mit-telf ta’ vultaġġ imkejjel, jekk is-swiċċijiet semikondutturi jkunu konnessi termikament mal-ilma. F’dan il-każ, is-sħana ġġenerata mis-swiċċijiet semikondutturi tiġi trasferita f’enerġija utli biex jissaħħan l-ilma.

L-effiċjenza statika tiġi kkalkulata hekk:

Formula

Fejn:

    ηstatic huwa l-fattur tal-effiċjenza statika tat-tagħmir,

    Pnom huwa l-konsum ta’ potenza nominali tal-prodott f’kW,

    Ploss huwa t-telf statiku intern imkejjel tal-prodott f’kW.

(c)   Telf tal-istartjar

Dan it-test jiddetermina l-ħin tstarti li jgħaddi bejn l-attivazzjoni tal-elementi tat-tisħin u l-forniment ta’ ilma utli għal kull estrazzjoni tal-profil tat-tagħbija ddikjarat. Il-metodu tat-test jassumi li l-konsum tal-enerġija tat-tagħmir waqt il-perjodu tal-istartjar huwa ugwali għall-enerġija kkonsmata fil-modalità statika. Pstatici huwa l-konsum tal-enerġija statika f’kundizzjonijiet kostanti tat-tagħmir għall-estrazzjoni speċifika i.

Għal kull estrazzjoni i, jittieħdu tliet kejlijiet. Ir-riżultat huwa l-valur medju ta’ dawn it-tliet kejlijiet.

It-telf tal-istartjar Q starti jiġi kkalkulat hekk:

Formula

Fejn:

    Qstarti huwa t-telf tal-istartjar f’kWh għal kull estrazzjoni speċifika i.

    tstarti huwa l-valur medju tal-ħinijiet tal-istartjar imkejla f’sekondi għall-estrazzjoni i,

    Pstatici huwa l-konsum tal-enerġija f’kundizzjonijiet kostanti f’kW għall-estrazzjoni speċifika i,

(d)   Kalkolu tad-domanda enerġetika

Id-domanda enerġetika ta’ kuljum Qelec hija s-somma tat-telf u tal-enerġija utli ta’ kull estrazzjoni individwali i kuljum f’kWh. Id-domanda enerġetika ta’ kuljum tiġi kkalkulata hekk:

Formula

Fejn:

    Qstarti huwa t-telf tal-istartjar għall-estrazzjoni speċifika i f’kWh,

    Qtapi hija l-enerġija utli predefinita għal kull estrazzjoni i f’kWh,

    ηstatic hija l-effiċjenza statika tat-tagħmir.

4.7.   Proċedura tat-test tal-kontroll intelliġenti għall-ħiters tal-ilma

Il-fattur SCF tal-kontroll intelliġenti u l-kontroll tal-konformità tiegħu għandhom jiġu ddeterminati skont l-Anness IV, punt 4 tar-Regolament (UE) Nru 814/2013 u l-Anness VIII, punt 5 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 812/2013. Il-kundizzjonijiet għall-ittestjar tal-konformità tal-kontroll intelliġenti (smart) ta’ ħiters tal-ilma huma indikati fl-Anness III, punt 3 tar-Regolament (UE) Nru 814/2013 u l-Anness VII, punt 3 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 812/2013.

Il-parametri għad-determinazzjoni ta’ SCF għandhom ikunu bbażati fuq kejl reali tal-konsum tal-enerġija permezz ta’ kontroll intelliġenti attivat u diżattivat.

“kontroll intelliġenti diżattivat” tfisser l-istat li fih il-kontroll intelliġenti jkun attivat, filwaqt li l-funzjoni tal-kontroll intelliġenti tal-ħiter tal-ilma tkun fil-perjodu ta’ ġbir ta’ informazzjoni.

“kontroll intelliġenti attivat” tfisser l-istat li fih il-kontroll intelliġenti jkun attivat, filwaqt li l-funzjoni tal-kontroll intelliġenti tal-ħiter tal-ilma tkun fil-fażi ta’ modulazzjoni tat-temperatura tal-ħruġ sabiex tiffranka l-enerġija.

(a)   Ħiters tal-ilma tal-elettriku b’tank għall-ħżin tal-ilma

Għall-ħiters tal-ilma tal-elettriku b’tank għall-ħżin tal-ilma għandha tintuża l-metodoloġija tat-test deskritta fi prEN 50440:2014

(b)   Ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana

Għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana (HPs WH) il-fattur SCF jiġi ddeterminat bl-uzu tal-metodoloġija tat-test proposta mill-grupp TC59X/WG4, liema proċedura ssegwi r-rekwiżiti ta’ prEN 50440:2014 (paragrafu 9.2) u għandha tiġi applikata flimkien ma’ EN 16147:2011.

B’mod partikolari:

il-valur ta’ Formula jiġi ddeterminat skont il-proċedura tal-istandard EN16147 fil-paragrafi § 6.5.2 sa § 6.5.3.4, u t-tul taż-żmien taċ-ċiklu tat-test (tTTC) għandu jkun ugwali għal 24 siegħa. Il-valur ta’ Formula huwa:

Formula

fejn W EL-HP-TC u Q EL-TC huma definiti f’EN16147.

il-valur ta’ Formula jiġi ddeterminat bħala ugwali għall-QTC [kWh] deskritt fil-paragrafu §6.5.2 tal-EN 16147.

il-valur ta’ Formula jiġi ddeterminat skont il-proċedura tal-istandard EN16147 fil-paragrafi § 6.5.2 sa § 6.5.3.4, u t-tul taż-żmien taċ-ċiklu tat-test (tTTC) għandu jkun ugwali għal 24 siegħa. Il-valur ta’ Formula huwa:

Formula

fejn W EL-HP-TC u Q EL-TC huma definiti f’EN16147.

il-valur ta’ Formula jiġi ddeterminat bħala ugwali għall-QTC [kWh] deskritt fil-paragrafu §6.5.2 tal-EN 16147.

4.8.   Ħiters tal-ilma solari u sistemi solari biss, metodi ta’ ttestjar u kalkolu

Għall-valutazzjoni tal-kontribut ta’ tisħin annwali li mhux solari Qnonsol f’kWh f’termini tal-enerġija primarja u/jew f’kWh f’termini tal-GCV, dawn il-metodi huma applikabbli:

Il-metodu SOLCAL (3)

Il-metodu SOLICS (4)

Il-metodu SOLCAL jeħtieġ li l-parametri tal-effiċjenza tal-kollettur solari jiġu evalwati separatament u li l-prestazzjoni globali tas-sistema tiġi ddeterminata abbażi tal-kontribut ta’ tisħin li mhux solari lis-sistema solari u tal-effiċjenza speċifika ta’ ħiter tal-ilma indipendenti.

(a)   Ittestjar ta’ kolletturi solari

Għall-kolletturi solari jiġu applikati tal-anqas 4 × 4 testijiet, b’4 temperaturi fid-dħul tal-kollettur tin differenti, distribwiti b’mod uniformi fuq il-medda tat-tħaddim u jiġu mkejla 4 kampjuni tat-test għal kull temperatura fid-dħul tal-kollettur biex jinkisbu valuri tat-test għat-temperatura tal-ilma fil-ħruġ te, it-temperatura ambjentali ta, l-irradjanza solari G u l-effiċjenza tal-kollettur imkejla fil-punt ta’ ttestjar ηcol . Jekk ikun possibbli, tiġi magħżula temperatura tad-dħul waħda bi tm = ta ± 3 K sabiex issir evalwazzjoni preċiża tal-effiċjenza b’tagħbija żero η0 . Bil-kollettur fiss (mingħajr insegwiment awtomatiku) u jekk il-kundizzjonijiet tat-test jippermettu, isiru żewġ kampjuni qabel nofsinhar solari u 2 kampjuni wara. Għandha tintgħażel temperatura massima tal-fluwidu tat-trasferiment tas-sħana li tkun tirrifletti l-medda massima tat-tħaddim tal-kolletturi u li tagħti differenza bejn it-temperaturi tad-dħul u tal-ħruġ tal-kollettur ΔΤ > 1,0 K.

Għall-effiċjenza istantanja tal-kollettur ηcol , tinkiseb kurva ta’ effiċjenza kontinwa tal-format konformi ma’ din l-ekwazzjoni permezz ta’ kurva statistika li tadatta r-riżultati tal-punti ta’ ttestjar, bl-użu tal-metodu ta’ kwadrati minimi:

ηcol = η0 a1 × T* ma2 × G (T* m)2

Fejn:

    T* m hija d-differenza ta’ temperatura mnaqqsa f’m2KW-1, ikkalkolata permezz ta’

T* m = (tm – ta)/G

Fejn:

    ta hija t-temperatura ambjentali jew tal-arja tal-madwar;

    tm hija t-temperatura medja tal-fluwidu tat-trasferiment tas-sħana:

tm = tin + 0,5 × ΔΤ

Fejn:

    tin hija t-temperatura fid-dħul tal-kollettur;

    ΔΤ hija d-differenza bejn it-temperaturi tal-fluwidu fil-ħruġ u fid-dħul (te – tin).

It-testijiet kollha għandhom jitwettqu skont EN 12975-2, EN 12977-2 u EN 12977-3. L-hekk imsejħa parametri mudelli kważidinamiċi jistgħu jiġu kkonvertiti fi kwadru ta’ referenza b’kundizzjonijiet kostanti sabiex jinkisbu l-parametri msemmija hawn fuq. Il-Modifikatur tal-Angolu tal-Inċidenza IAM jiġi ddeterminat skont EN 12975-2, b’test li jitwettaq b’angolu tal-inċidenza ta’ 50° mal-kollettur.

(b)   Il-metodu SOLCAL

Il-metodu SOLCAL jeħtieġ

Il-parametri tal-kollettur solari Asol , η0 , a1 , a2 u IAM;

Il-volum nominali tal-volum tat-tank għall-ħżin (Vnom) f’litri, il-volum tal-ħżin ta’ sħana mhux solari (Vbu) f’litri u t-telf kostanti speċifiku (psbsol) f’W/K (K tesprimi d-differenza bejn it-temperatura tal-ħżin u t-temperatura ambjentali);

Il-konsum tal-elettriku awżiljarju f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim stabbilizzati Qaux ;

Il-konsum tal-enerġija fil-modalità stennija, solstandby;

Il-konsum tal-enerġija tal-pompa solpump, skont EN 16297-1:2012.

Il-kalkolu jassumi valuri awtomatiċi għall-iżolament tal-pajpijiet taċ-ċirkwit tal-kollettur (= 6 + 0,3 W/Km2) u l-kapaċità termika tal-iskambjatur tas-sħana (100×W/Km2). m2 hija l-erja tal-apertura tal-kollettur. Barra minn hekk, jassumi wkoll li l-perjodi tal-ħżin termiku solari huma iqsar minn xahar wieħed.

Għall-fini li tiġi stabbilita l-prestazzjoni totali tal-effiċjenza enerġetika ta’ sistema solari biss u ta’ ħiter tal-ilma konvenzjonali jew ta’ ħiter tal-ilma solari, il-metodu SOLCAL jiddetermina l-kontribut ta’ tisħin annwali li mhux solari Qnonsol f’kWh permezz ta’

Qnonsol = SUM (Qnonsoltm) f’kWh/a

Fejn:

    SUM (Qnonsoltm) hija s-somma tal-kontribut ta’ tisħin ta’ kull xahar li mhux solari tal-ħiter tal-ilma konvenzjonali jew tal-ġeneratur tas-sħana konvenzjonali li jkun parti mill-ħiter tal-ilma solari; u

Qnonsoltm = Lwhtm - LsolWtm + psbSol × Vbu/Vnom × (60 - Ta) × 0,732

Id-domanda termika ta’ kull xahar għas-sistema solari termika hija ddefinita permezz ta’:

Lwhtm = 30,5 × 0,6 × (Qref + 1,09)

Fejn:

0,6 tirrappreżenta fattur għall-kalkolu tad-domanda termika medja mill-profil tat-tagħbija;

1,09 tirrappreżenta t-telf medju tad-distribuzzjoni.

Isiru dawn il-kalkoli:

LsolW1tm = Lwhtm ×(1,029 × Ytm - 0,065×Xtm - 0,245 × Ytm 2 + 0,0018 × Xtm 2 + 0,0215 × Ytm 3)

LsolWtm = LsolW1tm - Qbuftm

Il-valur minimu ta’ LsolWtm huwa 0 u l-valur massimu huwa Lwhtm.

Fejn:

    Qbuftm hija l-korrezzjoni tat-tank solari f’kWh/xahar; u

Formula

Fejn:

0,732 hija fattur li jqis il-medja ta’ sigħat kull xahar (24 × 30,5);

Psbsol hija t-telf kostanti speċifiku tat-tank solari f’W/K iddeterminat skont il-punt 4.8(a);

Ta hija l-medja tat-temperatura tal-arja ta’ kull xahar madwar it-tank tal-ħżin fi °C; u

Ta = 20 meta t-tank ikun fuq ġewwa tas-sistema ta’ għeluq;

Ta = Touttm meta t-tank ikun fuq barra tas-sistema ta’ għeluq;

Touttm hija t-temperatura medja ta’ binhar fi °C għal kundizzjonijiet klimatiċi medji, iksaħ u isħan.

Xtm u Ytm huma koeffiċjenti aggregati:

Xtm = Asol × (Ac + UL) × etaloop × (Trefw - Touttm) × ccap × 0,732/Lwhtm

Il-valur minimu ta’ Хtm huwa 0 u l-valur massimu huwa 18.

Fejn:

Ac = a1 + а2 × 40;

UL = (6 + 0,3 × Asol )/Asol huwa t-telf taċ-ċirkwit f’W/(m2K);

etaloop hija l-effiċjenza taċ-ċirkwit b’etaloop = 1 - (η0 × a1 )/100;

Trefw = 11,6 + 1,18 × 40 + 3,86 × Tcold - 1,32 × Touttm;

Tcold hija t-temperatura tal-ilma kiesaħ, awtomatikament 10 °C;

Touttm hija t-temperatura medja ta’ binhar fi °C għal kundizzjonijiet klimatiċi medji, iksaħ u isħan;

ccap hija l-koeffiċjent tal-ħżin b’ccap = (75 × Asol /Vsol)0,25;

Vsol huwa l-volum tat-tank għall-ħżin solari, kif definit f’EN 15316-4-3;

Ytm = Asol × IAM × η0 × etaloop × QsolMtm × 0,732/Lwhtm

Il-valur minimu ta’ Υtm huwa 0 u l-valur massimu huwa 3.

Fejn:

    QsolMtm hija l-irradjanza solari globali medja f’W/m2 għal kundizzjonijiet klimatiċi medji, iksaħ u isħan.

Il-konsum tal-elettriku awżiljarju Qaux jiġi kkalkulat kif ġej:

Qaux = (solpump × solhrs + solstandby × 24 × 365)/1000

Fejn:

solhrs huwa l-għadd ta’ sighat solari attivi fi h; u

solhrs = 2 000 għall-ħiters tal-ilma solari.

(c)   Il-Metodu SOLICS

Il-metodu SOLICS huwa bbażat fuq il-metodu tat-test deskritt f’ISO 9459-5:2007. Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-potenza solari ssir skont dawn ir-referenzi:

Termini u definizzjonijiet skont ISO 9459-5:2007, kapitolu 3;

Simboli, unitajiet u nomenklatura skont ISO 9459-5:2007, kapitolu 4;

Is-sistema tiġi mmontata skont ISO 9459-5:2007, paragrafu 5.1;

Il-faċilità tal-ittestjar, l-istrumentazzjoni u l-pożizzjoni tas-sensers għandhom ikunu skont ISO 9459-5:2007, kapitolu 5;

It-testijiet jitwettqu skont ISO 9459-5:2007, kapitolu 6;

Abbażi tar-riżultati tat-test, il-parametri tas-sistema jiġu identifikati skont ISO 9459-5:2007, kapitolu 7. Jintużaw l-algoritmu ta’ adattament dinamiku u l-mudell ta’ simulazzjoni deskritti f’ISO 9459-5:2007, Anness A;

Il-prestazzjoni annwali tiġi kkalkolata bil-mudell ta’ simulazzjoni deskritt f’ISO 9459-5:2007, Anness A, il-parametri identifikati u s-settings li ġejjin:

It-temperatura medja ta’ binhar fi °C għal kundizzjonijiet klimatiċi medji, iksaħ u isħan u l-irradjanza solari globali medja f’W/m2 għal kundizzjonijiet klimatiċi medji, iksaħ u isħan;

Il-valuri ta’ kull siegħa għall-irradjanza solari globali skont sena ta’ referenza CEC xierqa;

Temperatura tal-ilma mill-mejn: 10 °C;

Temperatura ambjentali tat-tank għall-ħżin (buffer intern: 20 °C buffer estern: temperatura ambjentali);

Il-konsum tal-elettriku awżiljarju: b’dikjarazzjoni;

It-temperatura awżiljarja ssettjata: b’dikjarazzjoni u b’valur minimu ta’ 60 °C;

Kontroll tal-ħin tal-ħiter awżiljarju: b’dikjarazzjoni.

Domanda termika annwali: 0,6 × 366 × (Qref + 1,09)

Fejn:

0,6 tirrappreżenta fattur għall-kalkolu tad-domanda termika medja mill-profil tat-tagħbija;

1,09 tirrappreżenta t-telf medju tad-distribuzzjoni.

Il-konsum tal-elettriku awżiljarju Qaux jiġi kkalkulat kif ġej:

Qaux = (solpump × solhrs + solstandby × 24 × 365)/1000

Fejn

solhrs huwa l-għadd ta’ sighat solari attivi fi h; u

solhrs = 2 000 għall-ħiters tal-ilma solari.

Għall-fini li tiġi stabbilita l-prestazzjoni totali tal-effiċjenza enerġetika ta’ sistema solari biss u ta’ ħiter tal-ilma konvenzjonali jew ta’ ħiter tal-ilma solari, il-metodu SOLICS jiddetermina l-kontribut ta’ tisħin annwali li mhux solari Qnonsol f’kWh f’termini tal-enerġija primarja u/jew f’kWh f’termini tal-GCV:

Għas-sistemi solari biss:

Qnonsol = 0,6 × 366 × (Qref + 1,09) – QL

Fejn:

QL hija s-sħana li toħroġ mis-sistema tat-tisħin solari f’kWh/a.

Għall-ħiters tal-ilma solari:

Qnonsol = Qaux,net

Fejn:

    Qaux,net hija d-domanda netta tal-enerġija mhux solari f’kWh/a.

4.9.   Proċeduri tat-test għat-tank għall-ħżin

(a)   It-telf kostanti

It-telf kostanti S tat-tankijiet għall-ħżin jista’ jiġi evalwat permezz ta’ kwalunkwe wieħed mill-metodi msemmija fil-punt 3, inkluż it-telf kostanti tat-tank solari psbsol. Meta r-riżultati tal-kejl tal-istandards applikabbli jkunu indikati f’kWh/24 siegħa, ir-riżultat għandu jiġi mmultiplikat bi (1 000/24) biex il-valuri ta’ S jinkisbu f’W. Għat-telf kostanti speċifiku – għal kull grad ta’ differenza fit-temperatura bejn it-tank għall-ħżin u l-ambjent — tat-tankijiet solari psbsol, it-telf ta’ sħana jista’ jiġi ddeterminat f’W/K direttament permezz ta’ EN 12977-3 jew jista’ jinstab indirettament billi t-telf tas-sħana f’W jiġi diviż b’45 (Tstore = 65 °C, Tambient = 20 °C), u b’hekk jinkiseb valur f’W/K. Meta r-riżultati ta’ EN 12977-3 indikati f’W/K jintużaw għall-evalwazzjoni ta’ S, dawn għandhom jiġu mmultiplikati b’45.

(b)   Il-volum tal-ħżin

Il-volum tat-tank f’ħiter tal-ilma tal-elettriku b’tank għall-ħżin jitkejjel kif iddikjarat fil-paragrafu 4.5.c.

4.10.   Proċedura tat-test għall-potenza tal-pompa solari

Il-potenza tal-pompa solari tiġi indikata bħala l-konsum tal-elettriku b’kundizzjonijiet tat-tħaddim nominali. L-effetti tal-istartjar sa ħames (5) minuti wara ma jitqisux. Il-pompi solari b’kontroll kontinwu, jew li huma kkontrollati f’mill-inqas tliet stadji, jiġu ddikjarati b’ 50 % tal-potenza elettrika nominali tal-pompa solari.


(1)  L-intenzjoni hija li dawn il-metodi tranżizzjonali finalment jinbidlu bi standard(s) armonizzat(i). Fejn disponibbli, ir-referenza/i għall-istandard(s) armonizzat(i) għandha/hom tiġi/jiġu ppubblikata/i f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2009/125/KE.

(2)  Valur prestabbilit, jekk il-valur ma jiġix determinat b’mod kalorimetriku. Alternattivament, jekk il-massa volumetrika u l-kontenut ta’ kubrit ikunu magħrufin (eż. permezz ta’ analiżi bażika), il-valur ta’ tisħin nett (Hi) jista’ jiġi determinat permezz ta’:

Hi = 52,92 – (11,93 × ρ15) – (0,3 –S) f’MJ/kg

(3)  Metodu bbażat fuq EN15316-4-3, B

(4)  Metodu bbażat fuq ISO 9459-5


Top