EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0553
Proposal for a DECISION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on the mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund in accordance with Point 13 of the Interinstitutional Agreement of 2 December 2013 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline, on cooperation in budgetary matters and on sound financial management (application EGF/2013/002 BE/Carsid from Belgium)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/002 BE/Carsid mill-Belġju)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/002 BE/Carsid mill-Belġju)
/* COM/2014/0553 final */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/002 BE/Carsid mill-Belġju) /* COM/2014/0553 final */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI KUNTEST TAL-PROPOSTA 1. Ir-regoli applikabbli
għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond Ewropew ta'
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)
għall-applikazzjonijiet imressqa
sal-31 ta' Diċembru 2013 huma stabbiliti fir-Regolament
(KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew
ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ir-'Regolament tal-FEG')[1]. 2. Fit-2 ta' April 2013,
il-Belġju ressaq l-applikazzjoni EGF/2013/002 BE/Carsid għal
kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara sensji marbuta mal-għeluq
tal-impjant tal-produzzjoni ta' Carsid SA ('Carsid')[2] f'Marcinelle qrib
Charleroi[3].
L-applikazzjoni kienet issupplementata minn informazzjoni addizzjonali
sal-4 ta' Lulju 2014. 3. Wara li eżaminat din
l-applikazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet, b’konformità
mad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament tal-FEG, li
l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ġew
issodisfati. SOMMARJU TAL-APPLIKAZZJONI Applikazzjoni tal-FEG: || EGF/2013/002 BE/Carsid Stat Membru: || Il-Belġju Data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni: || 2.4.2013 Kriterju tal-intervent: || L-Artikolu (2)(a) tar-Regolament tal-FEG Intrapriża primarja: || Carsid SA Numru ta’ fornituri u produtturi fl-istadju aħħari tal-produzzjoni: || 0 Perjodu ta’ referenza: || 28.9.2012-28.1.2013 Id-data meta nbdew is-servizzi personalizzati għall-ħaddiema fil-mira: || 1.10.2012 Għadd ta’ sensji matul il-perjodu ta’ referenza: || 939 Għadd ta' sensji qabel u wara l-perjodu ta’ referenza: || 0 Għadd totali ta’ sensji: || 939 L-għadd ta' persuni li mistennija jipparteċipaw fil-miżuri: || 752 Baġit għal servizzi personalizzati: || EUR 1 760 869 Baġit għall-implimentazzjoni tal-FEG: || EUR 63 000 (3,5 % tal-baġit totali) Baġit totali: || EUR 1 823 869 Kontribuzzjoni finanzjarja mitluba mill-FEG: || EUR 911 934 (50 % tal-baġit totali) ANALIŻI TAL-APPLIKAZZJONI Rabta bejn is-sensji u l-bidliet
strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba
l-globalizzazzjoni 4. Sabiex tiġi stabbilita
r-rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet
kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni, l-awtoritajiet
Belġjani jargumentaw li s-settur tal-produzzjoni tal-azzar grezz
b'ikkastjar kontinwu (li jinkludi billetti, vireg tal-ħadid u
ċangaturi), li fih kienet topera Carsid, għadda minn taqlib ekonomiku
serju, b’mod partikolari tnaqqis rapidu fis-sehem tas-suq tal-UE. 5. Skont id-dejta msemmija
mill-awtoritajiet Belġjani[4],
bejn l-2006 u l-2011, il-produzzjoni tal-azzar grezz b'ikkastjar kontinwu
fl-UE-27 naqset minn 197,1 miljun tunnellata għal 170,8 miljun
tunnellata (− 13,4 %; − 2,8 % ta' tkabbir
annwali[5]),
filwaqt li fil-livell dinji, il-produzzjoni żdiedet minn
1 149,6 miljun tunnellata għal 1 438,3 miljun
tunnellata (+ 25,1 %; + 4,6 %
ta' tkabbir annwali). Dan wassal għal żieda fis-sehem mis-suq
tal-UE-27 fil-produzzjoni tal-azzar grezz b'ikkastjar kontinwu, imkejla
f'termini ta' volum, minn 17,1 % fl-2006 għal 11,9 % fl-2011
(− 30,7 %;
− 7,1 % ta' tkabbir annwali). B'paragun, matul l-istess
perjodu, is-sehem mis-suq taċ-Ċina żdied minn 35,5 %
għal 46,8 % (+ 32,0 %; + 5,7 % ta' tkabbir
annwali), filwaqt li l-ishma mis-suq tal-akbar ħames produtturi
l-oħra (li flimkien jirrappreżentaw madwar 25 % għal
30 % tal-produzzjoni dinjija) jew naqsu, għalkemm f'livell inqas
milli għall-UE-27 (il-Ġappun, l-Istati Uniti, ir-Russja), jew
żdiedu moderatament (il-Korea t'Isfel, l-Indja). Din id-dejta
għalhekk turi tnaqqis rapidu fis-sehem mis-suq tal-UE fis-settur tal-produzzjoni
tal-azzar grezz b'ikkastjar kontinwu fil-livell dinji. Is-sehem
mis-suq fil-produzzjoni tal-azzar grezz b'ikkastjar kontinwu fil-livell dinji
(volum) Sors:
Assoċjazzjoni Dinjija tal-Azzar, kalkoli proprji. 6. Kif jidher
fiċ-ċifra ta' hawn taħt, bejn l-2002 u l-2011, l-importazzjonijiet
ta' ingotti u prodotti tal-azzar lesti parzjalment[6] fl-UE-27 żdiedu
minn 13,3 miljun tunnellata għal 18,1 miljun tunnellata
(+ 36,8 %; + 3,5 % ta' tkabbir annwali), filwaqt li
l-esportazzjonijiet ta' tali prodotti baqgħu ġeneralment stabbli,
billi varjaw minn 11,0 miljun tunnellata għal 10,8 miljun
tunnellata (− 1,8 %; − 0,2 % ta' tkabbir
annwali), u b'hekk wasslu għal deterjorament ġenerali tal-bilanċ
tal-kummerċ (− 13,9 % ta' tkabbir annwali). Importazzjonijiet
u esportazzjonijiet ta’ ingotti u prodotti tal-azzar lesti parzjalment fl-UE-27
(000 tunnellata) Sors: Assoċjazzjoni Dinjija tal-Azzar. 7. L-effetti ta’ dawn il-bidliet
fix-xejriet kummerċjali marru għall-agħar minħabba fatturi
oħra, bħal tnaqqis fid-domanda tal-azzar fis-setturi tal-karozzi u
tal-kostruzzjoni fl-UE bħala konsegwenza tal-kriżi ekonomika u
żieda relattiva fl-ispejjeż tal-produzzjoni (materja prima,
enerġija, limitazzjonijiet ambjentali, eċċ.). Dawn il-fatturi
għamlu ħsara lill-kompetittività tal-industrija tal-azzar tal-UE u
wasslu għal għadd kbir ta’ telf ta’ impjiegi fis-settur tal-azzar
f’dawn l-aħħar snin minħabba l-għeluq ta’ impjanti u
r-ristrutturar minn diversi manifatturi tal-azzar fl-Ewropa[7]. Pereżempju, bejn
l-2008 u l-2013, l-għadd ta' persuni impjegati fl-industrija
metallurġika (NACE Rev. 2 diviżjoni 24 'Manifattura ta' metalli
bażiċi') fl-UE-27 naqas b'madwar 280 000 minn 1,44 miljun
għal 1,16-il miljun (− 19,4 %)[8]. 8. Mill-bidu tal-FEG fl-2007,
kien hemm erba’ applikazzjonijiet tal-FEG fis-settur tal-azzar[9]. Tlieta minn dawn
l-applikazzjonijiet kienu marbuta ma’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet
kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni[10] u waħda
mal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali[11]. Għadd ta’ sensji u konformità
mal-kriterji tal-Artikolu 2(a) 9. L-applikazzjoni hija
bbażata fuq il-kriterji ta’ intervent tal-Artikolu 2(a)
tar-Regolament tal-FEG, li tirrikjedi mill-inqas 500 sensja fuq perjodu
ta’ erba’ xhur f’intrapriża fi Stat Membru. 10. L-applikazzjoni
tikkonċerna 939 sensja li saru matul perjodu ta' erba' xhur
mit-28 ta' Settembru 2012 sat-28 ta' Jannar 2013.
Is-sensji kollha ġew ikkalkulati mid-data tal-avviż individwali
tal-impjegatur ta’ waqfien mix-xogħol jew ta’ tmiem tal-kuntratt tax-xogħol
tal-ħaddiem, kif stabbilit fl-ewwel inċiż tat-tieni paragrafu
tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-FEG ('metodu 1'). Spjegazzjoni tan-natura mhux prevista
ta’ dawk is-sensji 11. L-awtoritajiet Belġjani
jargumentaw li s-sensji f'Carsid ma setgħux jiġu previsti. Fl-2007,
Carsid investiet EUR 100 miljun fir-rinnovazzjoni tal-forn tal-blast
tagħha u EUR 27 miljun fit-titjib ambjentali. Fl-2008, din
ordnat tagħmir biex tibda tiżviluppa l-produzzjoni ta' prodotti
b'valur miżjud għoli u tal-azzar bil-vakwu. Carsid kienet
irċeviet ukoll kwoti tal-emissjonijiet tas-CO2
għall-perjodu 2008-2013 u kienet talbet kwoti tas-CO2
għall-perjodu wara l-2013. Madankollu, f’Novembru 2008, minħabba
t-tnaqqis fid-domanda dovut għall-kriżi ekonomika, Carsid
iddeċidiet li twaqqaf temporanjament l-attivitajiet tal-produzzjoni tagħha.
Wara ftehim mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, il-ħaddiema
tal-linja ta' produzzjoni tpoġġew f'sitwazzjoni ta' qgħad
temporanju full-time, filwaqt li għall-ħaddiema
tal-uffiċċju u d-diriġenti ġew previsti skemi ta’ kreditu
ta' ħin jew ta' ħin tax-xogħol imnaqqas. Bejn l-2008 u l-2011,
Carsid irreġistrat telf sinifikanti. Fl-2011, Carsid bdiet tfittex
xerrejja potenzjali iżda ma kinitx f’pożizzjoni li tikkonkludi ftehim
ta’ akkwist. Eventwalment, f’Marzu 2012, Carsid informat lill-kunsill
tax-xogħol tagħha li kienet iddeċidiet li tagħlaq l-impjant
u li twettaq sensji kollettivi. Identifikazzjoni tal-ħaddiema
fil-mira 12. L-awtoritajiet Belġjani
jistmaw li 752 mid-939 ħaddiem li ngħataw is-sensja se jieħdu
sehem fil-miżuri kofinanzjati mill-FEG[12]. 13. It-tqassim tal-ħaddiema
fil-mira skont is-sess, in-nazzjonalità u l-grupp ta’ età huwa kif ġej: Kategorija || Għadd ta' ħaddiema fil-mira Sess: || Irġiel: || 740 || Nisa: || 12 Ċittadinanza: || Ċittadini tal-UE: || 723 || Ċittadini mhux tal-UE: || 29 Grupp ta’ età: || 15-24 sena: || 0 || 25-54 sena: || 595 || 55-64 sena: || 157 || Età ’l fuq minn 65 sena: || 0 14. L-ebda wieħed
mill-ħaddiema fil-mira ma għandu problema ta' saħħa fit-tul
jew diżabbiltà. 15. It-tqassim tal-ħaddiema
fil-mira skont il-kategorija okkupazzjonali[13]
huwa kif ġej: Grupp ewlieni tal-ISCO-08 || Għadd ta' ħaddiema fil-mira 1 Maniġers || 34 2 Professjonisti || 28 3 Tekniċi u professjonisti assoċjati || 68 4 Ħaddiema ta' appoġġ klerikali || 27 5 Ħaddiema involuti fil-qasam tas-servizzi u tal-bejgħ || 19 7 Ħaddiema fil-qasam tal-artiġjanat u snajja’ relatati || 256 8 Operaturi tal-impjanti u tal-magni u dawk li jimmuntawhom || 320 9 Xogħlijiet elementari || 0 Mhux magħruf / mhux disponibbli || 0 16. Skont l-Artikolu 7
tar-Regolament tal-FEG, l-awtoritajiet Belġjani kkonfermaw li
l-prinċipji ta’ trattament indaqs u ta’ nondiskriminazzjoni se jiġu
rrispettati fir-rigward tal-aċċess għall-miżuri u
l-implimentazzjoni tagħhom. Deskrizzjoni tat-territorju
kkonċernat u tal-awtoritajiet u l-partijiet ikkonċernati tiegħu 17. Is-sensji f’Carsid jaffettwaw
primarjament id-distrett ta’ Charleroi fil-provinċja ta’ Hainaut,
fir-Reġjun tal-Vallonja fin-Nofsinhar tal-Belġju. Iż-żona
ta’ Charleroi (in-Nofsinhar ta’ Hainaut) hija żona fejn qabel kien hemm
il-minjieri tal-faħam u l-produzzjoni tal-azzar fejn l-impjieg jiddependi
b’mod qawwi fuq l-industrija peżanti tradizzjonali. Fl-2012, ir-rata
tal-qgħad fiż-żona ta' Charleroi (distrett) kienet 21,6 %,
meta mqabbla ma' 15,8 % bħala medja fir-Reġjun tal-Vallonja u
11,2 % fil-livell nazzjonali. Ir-rata tal-qgħad (50,6 %) kienet
ferm aktar baxxa mill-medji reġjonali u nazzjonali (69,0 % u
61,3 % rispettivament)[14].
Fl-2012, madwar 42 % ta' dawk li kienu qed ifittxu impjieg
irreġistrati fid-direttorat reġjonali ta' Charleroi (FOREM) kienu
ilhom qiegħda għal aktar minn sentejn u 58 % ma kellhomx
edukazzjoni sekondarja għolja[15]. 18. Il-miżuri huma
implimentati minn FOREM (is-servizz pubbliku tal-impjiegi u
tat-taħriġ tar-Reġjun tal-Vallonja) permezz ta' Unità ta'
Riallokazzjoni (cellule de reconversion) imwaqqfa speċifikament
bħala parti mill-obbligi ġuridiċi għall-proċedura ta’
sensji kollettivi[16].
L-Unità ta' Riallokazzjoni ta' Carsid hija ġestita minn kumitat li
jgħaqqad flimkien rappreżentanti mis-servizzi pubbliċi
tal-Vallonja inkarigati mill-impjiegi, it-taħriġ, u l-affarijiet
ekonomiċi, FOREM, trejdjunjins, u organizzazzjonijiet ta’ taħriġ
vokazzjonali u bbażati fuq is-settur. 19. Barra minn FOREM,
l-organizzazzjonijiet l-oħra involuti fil-koordinazzjoni ġenerali u
fl-implimentazzjoni tal-miżuri għalhekk jinkludu: –
il-Gvern tal-Vallonja (il-Ministru President
tar-Reġjun tal-Vallonja responsabbli għall-koordinazzjoni tal-Fondi
Strutturali, Ministru għall-Impjiegi u t-Taħriġ, Ministru
għall-Ekonomija); –
it-trejdjunjins (FGTB, CSC); –
iċ-ċentri ta' taħriġ
vokazzjonali u teknoloġiku settorjali attivi fir-Reġjun tal-Vallonja
(centres de compétences)[17];
–
l-Aġenzija tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE)
tal-Komunità Franċiża tal-Belġju. L-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward
tal-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali 20. Is-sensji
f’Carsid huma mistennija li jżidu l-qgħad b’mod sinifikanti
fiż-żona ta’ Charleroi (in-Nofsinhar ta’ Hainaut). Kif indikat hawn
fuq, iż-żona ta' Charleroi hija kkaratterizzata minn livell
għoli ta’ qgħad, bi proporzjon għoli ta’ qgħad fit-tul u
livelli baxxi ta’ kwalifiki u ta’ ħiliet. Il-kriżi ekonomika kellha
impatt aktar qawwi fiż-żona ta' Charleroi meta mqabbla mal-bqija
tal-Vallonja. L-istruttura settorjali tal-impjieg fiż-żona ta'
Charleroi tispjega parzjalment din ix-xejra billi l-industrija tal-manifattura
għandha rwol aktar b’saħħtu milli fil-bqija tal-Vallonja. B’mod
ġenerali, is-settur tal-manifattura jirrappreżenta għadd kbir
ta’ impjiegi (19 500) u jidher bħala speċjalizzazzjoni
tan-Nofsinhar ta’ Hainaut. Madankollu, l-għadd ta' impjiegi fis-settur
tal-manifattura fin-Nofsinhar ta' Hainaut naqas drastikament f'dawn
l-aħħar snin (− 15,3 % bejn l-2007 u l-2012),
partikolarment fis-setturi fejn il-kumpaniji ħafna drabi jimpjegaw
għadd kbir ta' ħaddiema, eż. il-manifattura ta' makkinarju u
tagħmir (eż. Caterpillar): − 970 impjieg
(− 18,6 %), metallurġija (eż. Carsid, Industeel,
Aperam, Thy-Marcinelle): − 110 impjiegi (− 30,6 %),
il-manifattura ta' prodotti fabbrikati mill-metall (eż. Cofely Fabricom):
− 399 impjieg (− 12,3 %) u l-manifattura ta'
tagħmir tat-trasport ieħor (eż. Sonaca, SABCA):
− 160 impjieg (− 5,5 %). L-abbiltà ta’
kumpaniji lokali attivi f’dawn is-setturi li jimpjegaw l-għadd ta’
ħaddiema li ngħataw is-sensja minn Carsid, hija limitata ħafna.
Minħabba t-tnaqqis fl-impjiegi fil-manifattura anki fiż-żoni
ġirien ta’ Namur u fiċ-Ċentru, x'aktarx li dawn il-ħaddiema
jridu jitħarrġu mill-ġdid biex isibu impjieg f’xogħlijiet
oħra u f'setturi oħra. Servizzi personalizzati li jridu
jiġu ffinanzjati u t-tqassim tal-ispejjeż stmati 21. Il-FEG se jikkofinanzja biss
uħud mill-miżuri li jagħmlu parti mill-azzjonijiet implimentati
mill-awtoritajiet Belġjani biex jappoġġjaw lill-ħaddiema li
ngħataw is-sensja minn Carsid. Għaldaqstant, il-miżuri li huma
obbligatorji skont il-proċeduri ta’ sensji kollettivi fil-Belġju u li
huma mwettqa bħala parti mill-attivitajiet standard tal-Unità ta'
Riallokazzjoni (eż. l-appoġġ għar-rikollokament,
it-taħriġ, l-għajnuna għat-tiftix tax-xogħol, u parir
dwar il-karrieri, eċċ.)[18]
mhumiex inklużi f’din l-applikazzjoni tal-FEG. Is-sett ta’ miżuri
globali (miżuri obbligatorji u miżuri tal-FEG) huma ġestiti minn
FOREM. 22. Is-servizzi personalizzati
pprovduti lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala parti
mill-azzjonijiet li għandhom jiġu kofinanzjati mill-FEG jikkonsistu
f’dawn il-miżuri (raggruppati skont il-kategorija)[19]: (1)
Għajnuna għat-tiftix ta’ impjieg
individwali, servizzi ta’ ġestjoni tal-każijiet u informazzjoni
ġenerali: –
Riallokazzjoni (appoġġ / gwida/
integrazzjoni): Dan is-sett ta’ servizzi jibni fuq
l-attivitajiet standard imwettqa mill-Unità ta’ Riallokazzjoni. Is-servizzi se
jingħataw minn tim ta’ persunal tal-FOREM (maniġer tal-proġett,
konsulenti speċjalizzati) bi sħubija ma’ eks rappreżentanti
tal-ħaddiema li jaġixxu bħala 'assistenti soċjali' (accompagnateurs
sociaux) biex il-ħaddiema jitħeġġu jieħdu sehem
fil-miżuri u biex jgħinuhom bil-proċeduri amministrattivi.
Sabiex jiġu ffaċilitati l-kuntatti bejn il-ħaddiema, is-servizzi
huma pprovduti b’mod konġunt lill-ħaddiema kollha li ngħataw
is-sensja f’bini apposta. Is-servizzi jkopru tliet tipi ta' attività: (i)
informazzjoni kollettiva dwar tekniki ta' tiftix ta' impjieg (kif għandhom
jinkitbu CV u ittra ta' applikazzjoni, l-użu tar-riżorsi onlajn,
eċċ.), spjegazzjonijiet dwar ir-regolamenti fuq ix-xogħol
(rikollokament, qgħad, kuntratt ta' impjieg, pensjoni), sensibilizzazzjoni
dwar id-diskriminazzjoni, preżentazzjoni tal-okkupazzjonijiet u s-setturi
b'potenzjal, eċċ.; (ii) intervisti individwali ma' konsulent
tal-FOREM (verifika tal-ħiliet, perkors tal-karriera, gwida dwar it-taħriġ,
eċċ.); (iii) aċċess liberu u miftuħ għal
għodod għat-tiftix ta' impjieg (tagħmir tal-IT b'konnessjoni
tal-Internet, telefown, dokumentazzjoni speċjalizzata, eċċ.).
Din il-miżura se tkun tikkonċerna 752 ħaddiem kollha
fil-mira, għal perjodu massimu ta’ 24 xahar. FOREM se jwettaq ukoll
attivitajiet speċifiċi biex jiffaċilita t-tiftix tal-impjieg u
biex jingħelbu d-diffikultajiet fil-proċess ta' riallokazzjoni. Dan
jinkludi laqgħat bejn il-ħaddiema li ngħataw is-sensja u
l-impjegaturi potenzjali (it-tqabbil tal-impjiegi), żjarat tal-kumpaniji,
laqgħat ma’ persuni li jirreklutaw għat-tħejjija ta' intervisti
għax-xogħol, u skambji ta’ esperjenza ma’ ħaddiema oħra li
jkunu diġà tħarrġu mill-ġdid jew li sabu impjieg wara
sensja kollettiva. (2)
Taħriġ u taħriġ mill-ġdid: –
Taħriġ integrat: Jistgħu jiġu proposti tipi differenti ta’ korsijiet ta’
taħriġ vokazzjonali għas-752 ħaddiem kollha fil-mira
(skont it-tip ta’ kors) jew minn FOREM jew mis-centres de competences jew
minn IFAPME[20].
Bħala pass inizjali, il-persunal ta' FOREM se jgħin lil kull
parteċipant biex jiddefinixxi l-miri tiegħu relatati max-xogħol
u jiggwidah lejn wieħed minn tliet tipi ta’ moduli ta’ taħriġ.
Il-ħaddiema li jistgħu jitħarrġu mill-ġdid għal
okkupazzjoni simili għal dik li kellhom f’Carsid, jistgħu jew isegwu
modulu speċifiku jew ta' speċjalizzazzjoni (40 siegħa)
sabiex jadattaw il-kompetenzi tagħhom u jaġġornawhom (eż.
operatur tat-trakk tat-tagħbija, proċess ta’ wweldjar speċifiku,
ħiliet tal-IT), jew kors supplementari li jwassal għal kwalifiki
ġodda (320 siegħa), li jippermetti lill-ħaddiema japplikaw
għal impjiegi f'okkupazzjoni ġdida fis-settur industrijali. Għal
taħriġ mill-ġdid f’settur ta’ attività differenti għal
kollox, il-ħaddiema jistgħu jsegwu kors ta’ taħriġ
okkupazzjonali (medja ta’ 960 siegħa) sabiex jiksbu l-kompetenzi
meħtieġa għal din l-okkupazzjoni. Fi tmiem kull modulu ta’
taħriġ, il-ħiliet ġodda jistgħu jiġu evalwati u
ddokumentati. Skont it-tip ta’ taħriġ u l-qasam tal-kompetenzi,
il-parteċipanti se jingħataw jew ċertifikazzjoni tal-ħiliet
formali (jiġifieri ċertifikat ta’ kompetenza), ċertifikat ta’
attendenza (għal kompetenzi jew okkupazzjonijiet li għalihom ma
teżisti l-ebda ċertifikazzjoni formali) jew validazzjoni
tal-ħiliet (għal ħiliet u kompetenzi miksuba barra
mill-korsijiet ta’ taħriġ formali). Iċ-ċertifikazzjoni
formali tal-ħiliet hija vverifikata permezz ta’ testijiet ta’ valutazzjoni
li jwasslu għall-għoti ta’ 'Ċertifikat tal-Ħiliet Miksuba
permezz tat-Taħriġ' (Certificat des Compétences Acquises en
Formation – CECAF). Il-validazzjoni tal-ħiliet hija vverifikata
permezz ta’ testijiet ta’ valutazzjoni li jwasslu għall-għoti ta’
kredenzjali tal-ħiliet (titres de compétences). –
Trasferiment ta’ esperjenza: Il-ħaddiema b’esperjenza jistgħu jtejbu l-ħiliet u
l-għarfien tagħhom billi jsiru għalliema jew ħarrieġa
f’edukazzjoni teknika. Se jiġi żviluppat modulu speċifiku ta’
sensibilizzazzjoni u ta’ taħriġ minn qabel minn FOREM u
mill-federazzjonijiet tad-diversi fergħat tal-edukazzjoni teknika biex
iħeġġeġ ċerti ħaddiema ħalli
jitħarrġu biex isiru għalliema vokazzjonali. Il-modulu se
jinkludi l-għoti ta’ informazzjoni speċifika, appoġġ
tekniku, laqgħat ma’ prattikanti u żjarat fuq il-post. Il-modulu se
jdum tmien ġimgħat u se jkun immirat lejn madwar 10 ħaddiema. 23. Dawn il-miżuri
jikkostitwixxu miżuri attivi fis-suq tax-xogħol fi ħdan
l-azzjonijiet eliġibbli definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament
tal-FEG. 24. L-ispejjeż totali
tal-miżuri huma stmati għal EUR 1 823 869, li jinkludu
EUR 1 760 869 għal servizzi personalizzati u
EUR 63 000 għall-implimentazzjoni tal-FEG (3,5 %
tal-ispejjeż totali). Il-kontribuzzjoni
finanzjarja totali mitluba mill-FEG hija ta’ EUR 911 934 (50 %
tal-ispejjeż totali). Miżuri || L-għadd ta' ħaddiema li huma stmati li qegħdin fil-mira || Stima tal-ispiża għal kull ħaddiem fil-mira (EUR)* || L-ispejjeż totali (il-FEG u l-kofinanzjament nazzjonali) (EUR)* Servizzi personalizzati: || || || (1) Għajnuna għat-tiftix ta’ impjieg individwali, ġestjoni tal-każijiet u servizzi ta' informazzjoni ġenerali: || || || – Riallokazzjoni (appoġġ / gwida / integrazzjoni) || 752 || 1 803 || 1 355 569 (2) Taħriġ u taħriġ mill-ġdid: || || || – Taħriġ integrat || 752 || 535 || 402 300 – Trasferiment ta' esperjenza || 10 || 300 || 3 000 Subtotal: || – || – || 1 760 869 Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG: || || || 1. Attivitajiet preparatorji || – || – || 0 2. Ġestjoni || – || – || 19 200 3. Informazzjoni u reklamar || – || – || 43 800 4. Attivitajiet ta' kontroll || – || – || 0 Subtotal: || – || – || 63 000 Spejjeż totali: || – || – || 1 823 869 Kontribuzzjoni tal-FEG (50 % tal-ispejjeż totali) || – || – || 911 934 * Ċifri mqarrba. 25. L-awtoritajiet Belġjani
kkonfermaw li l-miżuri huma komplementari mal-azzjonijiet iffinanzjati
mill-Fondi Strutturali u li hemm fis-seħħ mekkaniżmi xierqa biex
jipprevjenu l-finanzjament doppju. Id-data meta nbdew jew meta huwa
maħsub li jinbdew is-servizzi personalizzati għall-ħaddiema
fil-mira 26. L-awtoritajiet Belġjani
bdew jipprovdu s-servizzi personalizzati lill-ħaddiema fil-mira
fl-1 ta' Ottubru 2012. Għaldaqstant, in-nefqa fuq dawn
il-miżuri hija eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja
mill-FEG minn dik id-data. Il-proċeduri
għall-konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali 27. Il-miżuri huma
r-riżultat ta’ bosta diskussjonijiet u laqgħat preparatorji
organizzati bejn Awwissu 2012 u Jannar 2013 fost id-diversi
msieħba soċjali involuti. Kif imsemmi hawn fuq, it-trejdjunjins huma
direttament involuti fil-ġestjoni tal-Unità ta' Riallokazzjoni u
fl-implimentazzjoni ta’ ċerti miżuri. 28. L-awtoritajiet Belġjani
kkonfermaw li kien hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti
fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar sensji kollettivi. Informazzjoni dwar azzjonijiet li huma
obbligatorji skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi 29. Skont
il-leġiżlazzjoni federali Belġjana[21], il-kumpaniji li
jwettqu sensji kollettivi jridu jipprovdu servizzi ta’ rikollokament
lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja. It-tul ta’ żmien
tas-servizzi ta’ rikollokament irid ikun ta’ mill-inqas 30 siegħa fuq
tliet xhur għall-ħaddiema taħt l-età ta’ 45 sena u ta’
mill-inqas 60 siegħa fuq sitt xhur għall-ħaddiema ta’
45 sena u aktar. Il-ħaddiema kollha mhux temporanji jridu jieħdu
sehem f’tali servizzi ta’ rikollokament, ħlief fil-każ ta’ derogi
speċifiċi. Skont il-leġiżlazzjoni tal-Vallonja[22], l-organizzazzjonijiet
rappreżentattivi tal-ħaddiema jistgħu jitolbu lil FOREM biex
iwaqqaf Unità ta' Riallokazzjoni sabiex tipprovdi appoġġ
lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja. Id-deċiżjoni minn FOREM
li jwaqqaf Unità ta' Riallokazzjoni hija diskrezzjonali u l-impjegaturi jew
il-ħaddiema mhumiex obbligati li jieħdu sehem fil-miżuri mwettqa
minn Unità ta' Riallokazzjoni. Madankollu, is-servizzi pprovduti mill-Unitajiet
ta' Riallokazzjoni jistgħu jitqiesu li jissodisfaw l-obbligi
ġuridiċi fir-rigward tas-servizzi ta’ rikollokament. 30. L-awtoritajiet Belġjani
kkonfermaw li: –
il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhijiex se
tieħu post il-miżuri li huma r-responsabbiltà tal-intrapriżi
skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi[23]; –
il-miżuri jipprovdu appoġġ
għall ħaddiema individwali u ma jintużawx għar-ristrutturar
tal-intrapriżi jew tas-setturi; –
il-miżuri mhux se jirċievu
appoġġ finanzjarju minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra
tal-Unjoni[24]. Sistemi ta' ġestjoni u ta’ kontroll
31. L-applikazzjoni tinkludi
deskrizzjoni dettaljata tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta' kontroll li
tispeċifika r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti. Il-kumitat ta’
tmexxija magħmul mill-organizzazzjonijiet kollha involuti
fl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-FEG jiżgura li jkun hemm
koordinazzjoni u segwitu globali. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-FEG se tkun
ġestita u kkontrollata mill-istess korpi bħall-FSE. Entità waħda
fi ħdan l-Aġenzija tal-FSE għall-Federazzjoni Vallonja-Brussell
(dik li qabel kienet il-Komunità Franċiża tal-Belġju) se
taġixxi bħala awtorità ta’ ġestjoni u entità separata oħra
fi ħdan l-Aġenzija tal-FSE se taġixxi bħala awtorità
tal-pagament. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Federazzjoni Vallonja-Brussell
se taġixxi bħala awtorità ta’ ċertifikazzjoni u FOREM se
jaġixxi bħala entità intermedjarja. Finanzjament 32. L-Artikolu 12
tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi
l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[25] jippermetti
l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament
għall-Globalizzazzjoni (FEG) fil-limitu massimu annwali ta'
EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011) minbarra l-intestaturi rilevanti
tal-qafas finanzjarju. 33. Filwaqt li tqis l-ammont
massimu possibbli ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG u l-ambitu
għar-riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet, il-Kummissjoni tipproponi li
timmobilizza l-FEG għall-ammont totali tal-kontribuzzjoni mitluba
(EUR 911 934), li tirrappreżenta 50 % tal-ispejjeż
totali tal-miżuri proposti. 34. Id-deċiżjoni
proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG se tittieħed b'mod konġunt
mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, kif stabbilit fil-punt 13
tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn
il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina
baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u
l-ġestjoni finanzjarja tajba[26]. 35. B’mod separat, il-Kummissjoni
tippreżenta talba ta’ trasferiment sabiex fil-baġit tal-2014
iddaħħal approprjazzjonijiet speċifiċi ta’ impenn, kif
mitlub fil-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali
tat-2 ta’ Diċembru 2013. Sors tal-approprjazzjonijiet ta’
pagament 36. Se jintużaw
approprjazzjonijiet allokati lil-linja baġitarja tal-FEG fil-baġit
tal-2014 biex ikopru l-ammont ta’ EUR 911 934. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta'
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-Punt 13
tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn
il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina
baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u
l-ġestjoni finanzjarja tajba
(applikazzjoni EGF/2013/002 BE/Carsid mill-Belġju) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE)
Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew
ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[27], u b'mod partikolari
l-Artikolu 12(3) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-Ftehim
Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn
il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina
baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta’ baġit u dwar
ġestjoni finanzjarja tajba[28],
u b’mod partikolari l-punt 13 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea[29], Billi: (1) Il-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi
appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jkunu ngħataw
is-sensja b’riżultat ta’ bidliet strutturali kbar fl-andament
tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni u biex jiġu
megħjuna fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol. (2) Il-FEG ma għandux jaqbeż
l-ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011),
kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom)
Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali
għas-snin 2014-2020[30]. (3) Il-Belġju ressaq applikazzjoni
għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta' sensji fl-intrapriża
Carsid SA, fit-2 ta' April 2013 u ssupplimentaha b'informazzjoni
addizzjonali sal-4 ta' Lulju 2014. Din l-applikazzjoni hija
konformi mar-rekwiżiti sabiex jiġu determinati l-kontribuzzjonijiet
finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tipproponi li jiġi
mmobilizzat l-ammont ta' EUR 911 934. (4) Għalhekk, il-FEG irid
jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja
għall-applikazzjoni mressqa mill-Belġju, ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-Fond Ewropew ta'
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu jiġi
mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 911 934
f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha
tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1. [2] Carsid kienet tipproduċi folji tal-azzar
maħsuba għal aktar ipproċessar minn impjanti li jappartjenu
lill-grupp Duferco fil-Belġju (prinċipalment għall-produzzjoni
ta’ prodotti rrumblati bis-sħana u prodotti rrumblati fil-kiesaħ
użati fis-setturi tal-kostruzzjoni, tat-tagħmir tat-trasport u
tal-karozzi). Bejn l-2006 u l-2011 Carsid kienet parti minn impriża
konġunta bejn Duferco u NLMK. Għaldaqstant, din l-applikazzjoni hija
marbuta mal-applikazzjoni EGF/2013/007 BE/Hainaut steel (Duferco-NLMK). [3] Din l-applikazzjoni tissostitwixxi l-applikazzjoni
EGF/2012/009 BE/Carsid li ġiet irtirata mill-awtoritajiet
Belġjani. [4] Sors: Assoċjazzjoni Dinjija tal-Azzar, Steel
Statistical Yearbook 2012. [5] Rata komposta ta’ tkabbir annwali. [6] Din il-kategorija statistika tinkludi ingotti, billetti,
vireg tal-ħadid u ċangaturi. [7] cf. Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament,
lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat
tar-Reġjuni – Pjan ta' Azzjoni għal industrija tal-azzar kompetittiva
u sostenibbli fl-Ewropa (COM(2013) 407. [8] Sors: Eurostat (kodiċi ta' dejta onlajn:
lfsa_egan22d). Id-dejta dwar l-impjiegi skont is-settur mhijiex disponibbli
f’livell aktar diżaggregat mil-livell ta' diviżjoni NACE Rev. 2. [9] Ara l-bażi ta' dejta tal-FEG, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=582.
[10] Ara l-abbozz tal-proposti tal-Kummissjoni fuq
il-każijiet EGF/2009/022 BG/Kremikovtsi (applikazzjoni
miċħuda mill-Kummissjoni), EGF/2012/010 RO/ Mechel
(Deċiżjoni COM(2014) 255 finali tas-7.5.2014), EGF/2013/007 BE
Hainaut steel (Duferco-NLMK) (applikazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni
fis-27 ta' Settembru 2013). [11] Każ EGF/2010/007
AT/Steiermark / Niederösterreich. Id-Deċiżjoni 2011/652/UE
tas-27 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 263, 7.10.2011,
p. 9). [12] Il-187 ħaddiem l-oħra jew irrifjutaw li
jirreġistraw biex jibbenefikaw minn miżuri ta’ riallokazzjoni jew
iddeċidew li jitolbu eżenzjoni (billi kellhom aktar minn 58 sena
jew kellhom aktar minn 38 sena ta’ anzjanità). [13] Gruppi ewlenin rilevanti tal-Klassifika Internazzjonali
Standard tal-Impjiegi (ISCO-08). [14] Sors: Steunpunt WSE. [15] Sors: FOREM. [16] Ara l-paragrafu 29. [17] Is-centres de compétences iwettqu attivitajiet ta’
taħriġ, studji prospettivi u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni dwar
okkupazzjonijiet jew setturi speċifiċi. Is-centres de compétences
huma mwaqqfa bi sħubija mir-Reġjun tal-Vallonja, FOREM,
l-imsieħba soċjali mis-setturi kkonċernati, iċ-ċentri
ta’ riċerka, u l-universitajiet. [18] Ara l-paragrafu 29. [19] Fis-sottomissjoni tagħhom
tal-4 ta' Lulju 2014, l-awtoritajiet Belġjani emendaw b'mod
sinifikanti s-sett ta' miżuri sabiex dawn jikkorrispondu mal-istatus
attwali ta' implimentazzjoni tal-miżuri. Diversi miżuri li kienu
inizjalment ippjanati issa mhumiex inklużi fl-applikazzjoni. [20] IFAPME (Institut wallon de Formation en Alternance et des
indépendants et Petites et Moyennes Entreprises) huwa istitut ta’
taħriġ pubbliku li jipprovdi taħriġ doppju relatat
max-xogħol f’forma ta’ apprendistati u korsijiet speċifiċi
għal maniġers tal-SMEs. [21] Arrêté royal relatif à la gestion active des
restructurations du 9 mars 2006 (Belgisch Staatsblad / Moniteur Belge,
31.3.2006, éd. 2, p. 18309). [22] Décret de la Région wallonne relatif au plan
d’accompagnement des reconversions du 29 janvier 2004 (Belgisch
Staatsblad / Moniteur Belge, 10.3.2004, p. 13547). [23] Permezz tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG,
l-awtoritajiet Belġjani se jkunu jistgħu jestendu l-għoti ta’
servizzi ta’ rikollokament lil hinn mill-perjodi obbligatorji u jwettqu
miżuri addizzjonali. Għall-kalkolu tal-ispejjeż allokati
għall-FEG, l-awtoritajiet Belġjani se jqisu l-miżuri mwettqa
matul il-perjodu tal-obbligu ġuridiku (dan jirrigwarda biss il-miżura
'Riallokazzjoni (appoġġ / gwida / integrazzjoni)'. In-numru ta’
sigħat ta’ servizzi ta’ rikollokament imwettqa matul il-perjodu
obbligatorju se jitnaqqas mit-total tan-numru ta’ sigħat ta’ servizzi ta’
rikollokament li kull benefiċjarju fil-mira jkun ibbenefika minnhom. [24] Appoġġ finanzjarju mill-FSE ngħata
taħt l-Assi 2.2 tal-Programm Operazzjonali ta’ Konverġenza
għall-2008-2013 għal proġett (EnTrain – En
Transition-Reconversion-Accompagnement) li kellu l-għan li jiżviluppa
metodi pedagoġiċi għall-Unitajiet ta' Riallokazzjoni b’mod
ġenerali. [25] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884. [26] ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. [27] ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1. [28] ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. [29] ĠU C […], […], p. […]. [30] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.