EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012DC0095
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS Improving the delivery of benefits from EU environment measures: building confidence through better knowledge and responsiveness
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Nisfruttaw aħjar il-benefiċċji tal-miżuri ambjentali tal-UE: nibnu l-fiduċja permezz ta’ għarfien u rispons aħjar
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Nisfruttaw aħjar il-benefiċċji tal-miżuri ambjentali tal-UE: nibnu l-fiduċja permezz ta’ għarfien u rispons aħjar
/* COM/2012/095 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Nisfruttaw aħjar il-benefiċċji tal-miżuri ambjentali tal-UE: nibnu l-fiduċja permezz ta’ għarfien u rispons aħjar /* COM/2012/095 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI
EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Nisfruttaw aħjar il-benefiċċji
tal-miżuri ambjentali tal-UE: nibnu l-fiduċja permezz ta’
għarfien u rispons aħjar Introduzzjoni L-ideat ippreżentati f’din
il-Komunikazzjoni jwieġbu għat-talba tal-Kunsill Ambjent ta'
Diċembru 2010 biex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jsaħħu u
jtejbu l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni ambjentali
tal-UE sabiex jitjieb l-istat tal-ambjent u jkunu żgurati kundizzjonijiet
ekwi. L-istħarriġ tal-Eurobarometer
fl-2008 u l-2011 dwar l-attitudnijiet taċ-ċittadini Ewropej lejn
l-ambjent ikkonferma li għall-biċċa l-kbira
taċ-ċittadini ambjent b’saħħtu huwa importanti
għall-kwalità tal-ħajja tagħhom daqs l-ekonomija u l-fatturi
soċjali. Madankollu, l-Istat u l-Prospetti tal-Ambjent
Ewropew tal-2010 maħruġa mill-Aġenzija Ewropea
għall-Ambjent (AEA), jikkonfermaw li "l-UE tidher li tinsab
imwaħħla f'għadd ta' xejriet status quo u li qabdu triq ’l isfel
li qed jimxu lil hinn, minflok lejn, is-sostenibbiltà". Kif tista' ssir inverżjoni f'dawn
ix-xejriet? Bl-eċċezzjoni tal-ħamrija, l-ambjent tagħna
huwa diġà s-suġġett ta’ leġiżlazzjoni ambjentali
estensiva tal-UE, li ħafna minnha ilha stabbilita, u għalhekk
l-isfida prinċipali issa hija waħda ta' implimentazzjoni effettiva. Żewġ kwistjonijiet huma mill-aktar
evidenti: kemm għandna għarfien dwar l-istat tal-ambjent u kif inhu
salvagwardjat; u modi effettivi ta’ kif nittrattaw il-problemi fil-prattika. L-għarfien huwa diġà estensiv fuq
kwistjonijiet bħal-livelli tat-tniġġis tal-arja urbana u
l-kwalità tal-ilma għall-għawm. F’oħrajn,
bħall-bijodiveristà u l-użu tal-art, dan mhuwiex komplut. Barra minn
hekk, huwa diffiċli li wieħed ikollu stampa kompluta jekk irridu
nkunu nafu b'mod preċiż kif l-implimentazzjoni qed issir
f'reġjun, belt jew raħal. Filwaqt li spiss huma ta’ għajnuna,
l-ilmenti li jaslu għand il-Kummissjoni u l-petizzjonijiet sottomessi
lill-Parlament Ewropew huma sors ta’ informazzjoni mhux kompluta. L-analiżi u l-konsultazzjoni mwettqa
fil-qafas tal-preparazzjonijiet tas-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali juru
b'mod ċar li t-tisħiħ u t-titjib tal-implimentazzjoni
jistgħu jiġu kkunsidrati bħala objettiv ta' prijorità
tal-politika ambjentali Ewropea fih innifsu. L-ambizzjoni ta’ din
il-komunikazzjoni hija li teżamina mezzi ta’ għajnuna
għall-Istati Membri biex jiksbu approċċ sistematiku komplut
fil-ġbir u t-tixrid tal-għarfien u rispons aħjar għal
problemi fil-prattika. L-aċċess effettiv għall-ġustizzja
huwa neċessarju iżda mhux suffiċjenti, għalhekk qed
jiġi propost li nħarsu wkoll lejn l-ispezzjonijiet u s-sorveljanza,
il-mekkaniżmi tal-ilmenti u l-formalizzazzjoni tas-sħubiji biex
niżguraw l-implimentazzjoni. L-ideat ippreżentati jimmiraw li
jikkumplimentaw il-kontenut ta’ komunikazzjoni tal-2008 dwar
is-suġġett[1]
u, filwaqt li jiffukaw fuq l-ispeċifiċitajiet tal-liġi
ambjentali kif aċċennat permezz tal-Konvenzjoni Aarhus[2], huma ispirati
mill-Komunikazzjoni tal-2007, “Ewropa tar-Riżultati”[3], li tenfasizza l-importanza ta’
iktar trasparenza fil-livell tal-UE u tosserva li “f’ċerti każi
min jilmenta jista' jsaħħaħ id-drittijiet tiegħu
direttament fil-livell nazzjonali b'mod aktar effiċjenti.”[4] Ir-rispons għal din il-Komunikazzjoni se jikkontribwixxi
għall-preparazzjonijiet tas-7 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali. Jista’
jwassal ukoll sabiex jiġu proposti miżuri speċifiċi
mill-Kummissjoni msejsa fuq valutazzjonijiet tal-impatt fejn meħtieġ.
Meta leġiżlazzjoni timmira lejn objettivi oħrajn flimkien ma’
dawk ambjentali (eż. il-leġiżlazzjoni dwar l-enerġija),
il-proposti stipulati hawn jistgħu jkunu jeħtieġu li jiġu
ssupplimentati minn dispożizzjonjiet speċifiċi, b’mod
partikolari dwar ir-relazzjonijiet ma’ ċerti partijiet interessati. Għalfejn hija importanti
l-implimentazzjoni kif suppost L-implimentazzjoni
mdewma jew mhux adegwata għandha ħafna konsegwenzi negattivi.
Finalment din tagħmel ħsara lill-ambjent u lis-saħħa
tal-bniedem, tiġġenera inċertezza regolatorja
għall-industrija u tqajjem dubju dwar il-kundizzjonijiet ekwi tas-Suq
Uniku. L-ispejjeż ta’ rimedju fit-terminu ta’ żmien twil –
pereżempju għat-tindif ta’ siti illegali tal-iskart u r-restawr ta’
ħabitats li saritilhom il-ħsara – jistgħu jkunu ferm ogħla
mill-ispejjeż ta’ prevenzjoni. Huwa stmat li
l-ispejjeż tan-nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni
attwali jammontaw għal madwar EUR 50 biljun fis-sena[5]. Dawn huma marbuta mhux
biss mal-impatti ambjentali iżda wkoll dawk tas-saħħa
tal-bniedem. Pereżempju, bejn 20 % u 50 % tal-popolazzjoni
Ewropea tgħix f’żoni fejn il-kwalità tal-arja tmur kontra l-valuri
tal-limiti Ewropej u l-ispejjeż annwali stmati f’termini ta’ nefqa
għas-saħħa jew jiem ta’ ħidma mitlufa jammontaw għal
biljuni ta’ euro. F’termini ta’
benefiċċji, l-istrateġija Ewropa 2020 tosserva li sorsi
ġodda ta' tkabbir jiddependu b'mod kritiku fuq l-investiment
fl-għarfien u l-innovazzjoni. Hekk kif l-industrija ambjentali tal-UE hija
stmata li għandha introjtu annwali li jaqbeż it-EUR 300 biljun,
l-inċertezzi dwar il-possibbiltajiet, perkorsi u skadenzi
għall-implimentazzjoni jistgħu jfissru spejjeż sinifikanti
f’termini ta’ opportunitajiet mitlufa[6].
B’mod aktar speċifiku, l-implimentazzjoni
sħiħa tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart hija stmata li
tiġġenera 400,000 impjieg u għandha spejjeż netti li huma
ta' EUR 72 biljun fis-sena inqas mix-xenarju alternattiv fejn ma ssirx
implimentazzjoni[7].
Fl-istess waqt, il-metodi innovattivi jew
imtejba joffru l-prospett ta’ piż amministrattiv imnaqqas u
kundizzjonijiet aktar ekwi billi jagħmlu t-teħid ta'
deċiżjonijiet aktar informat kif ukoll aktar rigoruż,
prevedibbli u koerenti. Għaliex l-UE trid ittejjeb
l-għarfien dwar l-implimentazzjoni L-għarfien dwar l-implimentazzjoni
jkopri, fuq naħa waħda, l-istat tal-ambjent u, fuq in-naħa
l-oħra, il-miżuri amministrattivi kollha meħtieġa u
oħrajn intenzjonati li jipproteġuh u jtejbuh. Il-liġijiet ambjentali tal-UE fihom
regoli li jiġġeneraw informazzjoni, perżempju rekwiżiti
dwar il-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja, kif ukoll regoli li
jesiġu informazzjoni li għandha ssir disponibbli għall-pubbliku
aktar mifrux. Matul l-aħħar għaxar snin
il-mod ta’ kif l-għarfien ġie strutturat u użat ġie
msaħħaħ, parzjalment permezz ta' reviżjoni tad-Direttiva
dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni[8],
l-adozzjoni tad-Direttiva INSPIRE[9],
il-ħidma skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Lejn Sistema ta'
Informazzjoni Ambjentali Kondiviża (SEIS) tal-2008[10] u l-użu miżjud
tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) fil-livell
tal-UE u dak nazzjonali. Madankollu, l-għarfien dwar l-implimentazzjoni
jibqa' problematiku. Pereżempju, mhuwiex dejjem sempliċi
li nidentifikaw malajr id-dispożizzjonijiet ta’ liġi nazzjonali li
jikkorrispondu għal dispożizzjoni eżistenti ta’ direttiva.
L-isforzi ta’ monitoraġġ mhumiex uniformi madwar l-Ewropa u
l-informazzjoni ġġenerata mhix kompluta u spiss mhix
aġġornata. L-informazzjoni ambjentali hija disponibbli permezz ta’
talbiet individwali iktar milli ppubblikata sistematikament. Informazzjoni aħjar fil-livelli
nazzjonali, reġjonali u lokali tkun qed tippermetti l-identifikazzjoni
tal-problemi ewlenin u l-iktar mezzi xierqa u effiċjenti biex
nindirizzawhom. Applikazzjoni ikbar tal-prinċipju SEIS ta’ “irrapporta
darba, uża spiss” jgħin jissimplifika d-domandi għall-informazzjoni.
Titjib fl-għarfien dwar
l-implimentazzjoni Ir-responsabbiltà ewlenija
għall-implimentazzjoni hija tal-Istati Membri u dan huwa fejn
joħorġu l-ikbar ħtiġijiet u aspettativi dwar
l-informazzjoni ambjentali taċ-ċittadini, l-amministrazzjonijiet u
n-negozji. Biex dawn jiġu ssodisfati jinħtieġu sistemi ta'
informazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri li
jiġġeneraw, jimmaniġġjaw u jikkomunikaw informazzjoni li
turi kif il-liġijiet tal-UE jiġu implimentati u kkonformati fil-prattika[11]. L-informazzjoni
kkonċernata trid tkopri l-istat fiżiku tal-ambjent kif ukoll
miżuri amminstrattivi, elementi stabbli[12]
kif ukoll dawk dinamiċi[13].
Din trid isservi utenti aħħarin differenti, hekk kif tgħin
l-awtoritajiet kompetenti jamministraw il-kompiti tagħhom, il-korpi ta’
monitoraġġ jivverifikaw il-konformità u l-pubbliku biex jifhem kif
huma u l-ambjent tagħhom huma protetti. Din taħdem biss jekk ikun
hemm kollaborazzjoni mill-qrib bejn ix-xjenzati ambjentali, il-professjonisti
tal-istatistika, l-esperti tal-ICT u l-amministraturi sabiex iwasslu
informazzjoni li hija, min-naħa waħda, xjentifikament u legalment
robusta u, min-naħa l-oħra, għandha tifsira għall-pubbliku
ġenerali, l-esperti u dawk li jfasslu l-politika. Finalment,
il-Konvenzjoni Aarhus tbassar titjib progressiv fl-informazzjoni ambjentali fuq
l-internet. L-objettivi deskritti hawn taħt jimmiraw
li jeżaminaw kif naħdmu b’mod aktar attiv mal-Istati Membri sabiex
idaħħlu fis-seħħ sistemi tal-informazzjoni effettivi;
jipprovdu informazzjoni aggregata aħjar fil-livell tal-UE; jiżguraw
fiduċja fl-informazzjoni ġġenerata kumplessivament; u
jgħinu lill-Istati Membri jindirizzaw l-lakuni fid-dejta u jimmonitorjaw
b’mod aktar effettiv il-bidliet fil-kopertura tal-art. Objettiv: Ħidma mal-Istati Membri biex
idaħħlu fis-seħħ sistemi ta’ informazzjoni aktar effettivi
dwar l-implimentazzjoni Għall-obbligi ewlenin kollha tal-UE
fil-qasam ambjentali, għandha tkun fis-seħħ sistema
tal-informazzjoni li tippermetti s-sorveljanza tal-implimentazzjoni bl-aktar
mod effiċjenti u fil-ħin possibbli, f'konformità mal-Konvenzjoni
Aarhus. Pereżempju, għall-ħafna eluf
ta’ stallazzjonijiet industrijali u oħrajn madwar l-Ewropa li huma
suġġetti għal kontrolli speċifiċi, huwa xieraq li jkun
hemm l-informazzjoni fuq l-internet marbuta mad-dispożizzjonijiet
ambjentali ewlenin applikabbli. Dan ikun jippermetti l-kategoriji kollha
tal-utenti li permezz ta' portal tal-internet u mappa interattiva,
jikkontrollaw faċilment jekk faċilità speċifika għandhiex
awtorizzazzjoni u jekk hux qed jiġu indirizzati xi problemi identifikati
mid-dejta ta’ monitoraġġ jew b’mod ieħor. Id-Direttiva dwar l-Aċċess
għall-Informazzjoni diġà fiha r-rekwiżiti minimi dwar
d-disseminazzjoni attiva u sistematika tal-informazzjoni kif ukoll dover
ġenerali biex tiżgura li l-informazzjoni hija aġġornata,
korretta u komparabbli[14].
Madankollu, s’issa, dawn id-dispożizzjonijiet għadhom ma ġewx
marbuta b’mod sistematiku ma' informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' u
l-konformità ma' liġijiet ambjentali individwali tal-UE. Il-Kummissjoni
se tivvaluta ·
Kif tista' ttejjeb l-effettività tad-Direttiva dwar
l-Aċċess għall-Informazzjoni. L-alternattivi jinkludu
l-iżvilupp ta’ gwida dwar l-aħjar prattika u/jew tisħiħ
propost tad-dispożizzjonijiet eżistenti. ·
Il-fattibbiltà għall-Istati Membri,
b’appoġġ mill-Kummissjoni, biex jiżviluppaw oqfsa strutturati
tal-implimentazzjoni u l-informazzjoni (Structured implementation and
information frameworks - SIIFs) għal-liġijiet ambjentali ewlenin
kollha tal-UE. Dawn ikunu mfassla biex jiċċaraw
id-dispożizzjonijiet ewlenin ta’ direttiva kif ukoll jidentifikaw it-tipi
ta’ informazzjoni meħtieġa biex juru kif il-liġi tal-UE qed
tiġi implimentata fil-prattika. Is-SIIFs ikunu mmirati lejn leġiżlazzjoni
eżistenti u, flimkien ma' inizjattivi taħt is-SEIS, jiggwidaw
l-iżvilupp mill-Istati Membri ta' sistemi ta' informazzjoni li
jissorveljaw l-implimentazzjoni fil-prattika fuq bażi kostanti. ·
Kif jistgħu jintużaw fondi tal-UE
għall-iżvilupp, l-aġġornament u l-iskjerament ta’ sistemi
ta’ informazzjoni interoperabbli rilevanti u t-taħriġ relatat,
fl-Istati Membri. Objettiv: Titjib fl-informazzjoni
fil-livell tal-UE Sistemi tal-informazzjoni imtejba fl-Istati
Membri jkunu jeħtieġu li jkunu kkumplimentati minn prospetti
aħjar mifruxa madwar l-UE biex juru kundizzjonijiet ekwi. L-AEA, flimkien
mal-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea (Eurostat) u
ċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC), żviluppat
rwol dejjem akbar fl-ipproċessar tal-monitoraġġ u dejta
oħra rrapportata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Pereżempju,
ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-kwalità tal-ilma
għall-għawm, li jiġi ppreparat bl-appoġġ tal-EEA,
jipprovdi ħarsa komprensiva bl-użu ta’ dejta ġeoreferenzjata
għal aktar minn 21,000 ilmijiet għall-għawn madwar l-Ewropa. Sit
tal-internet se jippermetti lill-utenti jniżżlu dejta u
jiċċekkjaw mapep interattivi, mil-livell Ewropew ’l isfel
sal-postijiet individwali. Bħalissa qed jiġu żviluppati
eżerċizzji pilota li jinvolvu l-AEA dwar l-kwalità tal-arja u
l-iskart biex titjieb l-implimentazzjoni kumplessiva. Il-Kummissjoni
se teżamina ·
Kif il-pubbliku jista’ jiġi pprovdut
b’informazzjoni onlajn sistematika u mtejba dwar l-implimentazzjoni,
inkluż permezz tal-użu ta' għodod tal-monitoraġġ u
punti ta' riferiment trasparenti. ·
Kif għandu jitkompla x-xogħol mal-Istati
Membri biex jiġi estiż l-approċċ użat fid-Direttiva
dwar l-Ilma għall-Għawm fil-liġijiet ambjentali kollha tal-UE
rilevanti u f’kollaborazzjoni mal-AEA fejn jixraq. Objettiv: Għajnuna biex niżguraw
fiduċja fl-informazzjoni ġġenerata fil-livelli nazzjonali,
reġjonali u lokali Il-fiduċja fil-leġiżlazzjoni
ambjentali tal-UE tiddependi fuq ekwivalenza tal-isforz madwar l-Istati Membri
fir-rigward tal-livell u l-affidabbiltà tal-monitoraġġ tal-istat
tal-ambjent u eżerċizzji oħra li jiġġeneraw
l-informazzjoni. Meta wieħed jikkunsidra r-rwol li qed jevolvi
fl-ipproċessar u l-validazzjoni tad-dejta, l-AEA tinsab f’pożizzjoni
tajba biex tgħin. Il-Kummissjoni
qed tippjana li tkompli taħdem mal-AEA, f’konformità mal-mandat statutorju
tagħha, sabiex l-Aġenzija tista’ ·
Tgħin lill-Kummissjoni fl-iżgurar
tal-kwalità tal-arranġamenti tal-monitoraġġ tal-istat
tal-ambjent fil-livell nazzjonali, teżamina s-sistemi ta’
monitoraġġ sabiex tiżgura li huma kumparabbli b’mod wiesa', adattati
u ffokati b’mod adegwat fuq l-ikbar riskji. ·
Twettaq kompiti oħra relatati mal-forniment
tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ambjentali tal-UE. Objettiv: Jingħalqu lakuni importanti
fl-informazzjoni dwar il-promozzjoni u l-infurzar tal-konformità, u
l-monitoraġġ tal-kopertura tal-art Hemm nuqqas ta’ dejta dwar il-konformità u
x-xogħol tal-infurzar li qed jitwettqu fil-livell nazzjonali
mill-ispetturi, il-prosekuturi u l-qrati. Dan ifisser li mhumiex
iffaċilitati l-għażliet bejn approċċi differenti lejn
il-konformità, inklużi dawk kumplimentari li huma potenzjalment
promettenti li jinvolvu inċentivi. Il-monitoraġġ u r-rispons lejn
il-bidliet fil-kopertura tal-art huma ċentrali għas-suċċess
ta' ħafna mil-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE bħall-kontroll
tal-operazzjonijiet tal-iskart illegali u l-ġestjoni tal-ħabitats
rari. L-avvanzi teknoloġiċi, bħat-tekniki tal-osservazzjoni
tad-dinja, jipprovdu opportunitajiet, inkluż f’termini ta’ spejjeż
ridotti tal-monitoraġġ li s’issa għadhom mhux qed jiġu
sfruttati b’mod sistematiku. Il-Kummissjoni
tikkunsidra li t-titjib jista’ jinkiseb permezz ta': ·
Ħidma mal-Istati Membri u l-varar ta’ djalogu
ma’ netwerks ewlenin ta’ spetturi, prosekuturi u mħallfin sabiex
jidentifikaw l-kategoriji kruċjali tal-informazzjoni u l-aħjar mezzi
tal-ġbir u l-kumpilazzjoni tad-dejta. ·
Inizjattiva dwar l-użu mill-Istati Membri
tat-tekniki tal-osservazzjoni tad-dinja biex jestendu l-effettività
tal-implimentazzjoni tal-monitoraġġ fil-prattika. Għaliex l-UE teħtieġ li ttejjeb
ir-rispons fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali L-għarfien imtejjeb se jikkontribwixxi
għal twettiq aħjar iżda waħdu mhux biżżejjed.
Responsabbiltà ewlenija hija l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
pprovdut minn korpi u persuni li għandhom doveri u/jew setgħat u
drittijiet biex jindagaw, jissorveljaw, jivverifikaw, jagħtu pariri jew
jiżguraw ir-responsabbiltà fir-rigward tal-obbligi ta’ konformità. Dawn
jinkludu spetturi, ombudsmen, prosekuturi, qrati, awdituri nazzjonali u NGOs u ċittadini
li jeżerċitaw id-drittijiet parteċipatorji u jissottomettu
r-rappreżentazzjonijiet. Fil-livell tal-UE, il-Kummissjoni, il-Parlament,
il-Qorti tal-Ġustizzji, l-Ombudsman Ewropew u l-AEA lkoll
jeżerċitaw rwoli rilevanti. Bħala l-gwardjan tat-Trattati,
il-Kummissjoni tuża s-setgħat ta’ infurzar tagħha biex
tindirizza nuqqas tar-riżultati aħħarin meħtieġa.
Madankollu, l-għadd kbir ta’ ksur, ilmenti u petizzjonijiet marbuta
mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE jipponta lejn ħtieġa
biex ġeneralment jiġi rrinforzat il-monitoraġġ
tal-implimentazzjoni fl-Istati Membri. Titjib tar-rispons fil-livelli nazzjonali,
reġjonali u lokali Il-Kummissjoni tipproponi li teżamina
sett ta’ inizjattivi li jistgħu jindirizzaw din l-isfida. Għalkemm
l-inizjattivi jistgħu jiġu applikati individwalment fuq il-merti
tagħhom, dawn huma kumplimentari u jkunu aktar effettivi flimkien.
Pereżempju, l-aċċess imtejjeb għall-ġustizzja
mingħajr titjib fil-ġestjoni tal-ilmenti jista’ jħalli
liċ-ċittadini frustrati f’sitwazzjonijiet fejn ma jixtiqux imorru
l-qorti. Objettiv: Titjib fl-ispezzjonijiet u
s-sorveljanza li japplikaw għal-leġiżlazzjoni tal-UE L-ispezzjonijiet u s-sorveljanza fil-livell
nazzjonali huma importanti fl-iżgurar tal-fiduċja fir-rekwiżiti
tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE. L-ispezzjonijiet
tal-faċilitajiet industrijali diġà jibbenefikaw minn qafas li
jinkludi l-kriterji minimi ta’ spezzjoni li jinsabu
fir-Rakkomandazzjoni 2001/331/KE[15]
u dispożizzjonijiet settorjali vinkolanti. Madankollu, lil hinn
mid-dominju tal-faċilitajiet industrijali, il-firxa kompluta
tal-attivitajiet li għandhom il-potenzjali ta’ impatt avvers sinifikanti
fuq l-ambjent - mill-astrazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art
għall-kummerċ fl-ispeċijiet protetti – ikunu qed jibbenefikaw
mid-dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-ispezzjonijiet u s-sorveljanza,
biex dawn pereżempju jsiru aktar issimplifikati u bbażati fuq
ir-riskju. Minħabba n-natura trażversali tal-liġi ambjentali
tal-UE – pereżempju, bħal bejn il-leġiżlazzjoni tal-ilma u
dik dwar in-natura – approċċ bħal dan għandu jinkludi
koerenza u koordinazzjoni kompluti fost l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Il-kuntest biex jiġu indirizzati
l-ispezzjonijiet u s-sorveljanza fil-livell nazzjonali jinkludi wkoll domandi
biex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi u l-grad neċessarju ta’
kooperazzjoni u konsistenza dwar kwistjonijiet li huma ta' natura
transkonfinali bil-ħsieb li titjieb il-fiduċja reċiproka bejn
l-Istati Membri. Il-Kummissjoni
tikkunsidra li t-titjib jista’ jkun xieraq billi: ·
Jiġi aġġornat il-qafas
eżistenti għall-ispezzjonijiet u s-sorveljanza ·
Jiġi vvalutat,
għal-leġiżlazzjoni ġdida kollha, il-valur
tal-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet speċifiċi dwar
l-ispezzjoni u s-sorveljanza, filwaqt li titqies l-esperjenza
bid-dispożizzjonijiet vinkolanti eżistenti, ; ·
Jiġu vvalutati l-opzjonijiet biex jiġu
kkumplimentati l-ispezzjonijiet u s-sorveljanza nazzjonali f’mod immirat
fil-livell tal-UE, inkluż ·
Spezzjoni u kapaċità ta’ sorveljanza
fil-livell tal-UE; ·
Rwol ta’ spezzjoni limitat għall-Kummissjoni
li jirrispetta l-awtonomija amministrattiva tal-Istati Membri, fejn
ir-Regolament dwar l-Ożonu[16]
li joffri il-possibbiltà ta’ mudell, jew setgħat biex jiġu awditjati
l-ispezzjonijiet ta’ Stat Membru kif previst fid-Direttiva dwar l-Esperimenti
fuq l-Annimali[17];
·
Użu aktar sistematiku tal-ispezzjonijiet ta’
evalwazzjoni inter pares, li jibni fuq inizjattivi eżistenti
tal-IMPEL (in-netwerk tal-ispetturi nazzjonali); ·
Arranġamenti għall-input ta’ espert
indipendenti fuq bażi ad hoc biex jindirizza sitwazzjonijiet li
jippreżentaw sfidi partikolari ħafna għall-implimentazzjoni. Objettiv: Ġestjoni aħjar
tal-ilmenti u medjazzjoni fil-livell nazzjonali Fil-preżent ma hemmx qafas ġenerali
dwar kif l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrispondu għall-ilmenti
fil-livell nazzjonali. Approċċ doppju li jindirizza ġestjoni
tal-ilmenti diretta u fl-istadju ta' reviżjoni jagħmilha aktar
probabbli li t-tħassib u r-raġunijiet tal-ilmenti jiġu ttrattati
b'mod konsistenti u malajr kemm jista’ jkun. Is-sistemi ta’ ġestjoni tal-ilmenti
jistgħu jtejbu l-interazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-awtoritajiet
iżda jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn il-medjazzjoni jew
mekkaniżmi oħra simili tar-riżoluzzjoni tat-tilwim jżidu
dimensjoni utli oħra. It-titjib fil-ġestjoni tal-ilmenti
fil-livell nazzjonali ma jkun bl-ebda mod qed jeffettwa d-dritt biex jsir
ilment għand il-Kummissjoni iżda għandu jnaqqas il-frustrazzjoni
taċ-ċittadini li tista’ tirriżulta meta l-istituzzjonijiet
tal-UE jiġu mitluba jagħmlu tajjeb għan-nuqqasijiet fir-rimedji
nazzjonali. Titjib bħal dan ikun konsistenti wkoll ma’ xejra riċenti
f’politiki oħra tal-UE, b’mod partikolari l-leġiżlazzjoni
tal-konsumatur[18],
biex tagħmel dispożizzjoni speċifika għal riżoluzzjoni
tal-raġunijiet tal-ilmenti u t-tilwim fil-livell nazzjonali. Il-Kummissjoni
tikkunsidra li huwa siewi li tesplora inizjattiva mfassla biex ittejjeb
il-ġestjoni tal-ilmenti mill-Istati Membri. Din l-inizjattiva tista’
tinvolvi, pereżempju, kriterji ġenerali vinkolanti jew kriterji
ġenerali mhux vinkolanti kkumplimentati minn dispożizzjonijiet
vinkolanti speċifiċi skont is-settur u jkunu jkopru: Ilmenti li
jiffukaw fuq il-ħtieġa ta’ intervent ta’ awtorità kompetenti. Il-kriterji ta’ ġestjoni tal-ilmenti tal-UE ikunu qed jimmiraw
lejn kundizzjonijiet ekwi f’termini tar-rispons mill-awtoritajiet kompetenti u
tipprovdi salvagwardji ġenerali dwar kwistjonijiet
bħall-kunfidenzjalità, iż-żamma tar-rekords u l-puntwalità.. Ilmenti li
jiffukaw fuq talbiet dwar nuqqas ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ adegwatezza
amministrattivi. Il-kriterji ta’ ġestjoni
tal-ilmenti tal-UE jkunu qed jimmiraw li jipprovdu liċ-ċittadini
b’mezz li jġiebu n-nuqqas ta’ sodisfazzjon tagħhom
għall-attenzjoni ta' korp nazzjonali ta' evalwazzjoni amministrattiva
indipendenti bħall-ombudsman. Ilmenti
fejn tista’ tkun xierqa l-medjazzjoni jew xi mekkaniżmu ieħor simili
ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti. Il-kriterji
tal-UE jkunu qed jagħmlu provvediment għal mekkaniżmu bħal
dan biex ikopru sitwazzjonijiet fejn il-partijiet jaraw il-vantaġġ
reċiproku f’riżoluzzjoni amikevoli. Objettiv: Titjib fl-aċċess
għall-ġustizzja. Dispożizzjonijiet speċifiċi
mmirati li jiżguraw aċċess raġonevoli
għall-ġustizzja fil-preżent huma ristretti għal ftit oqsma
tal-liġi ambjentali tal-UE. Proposta tal-Kummissjoni fl-2003[19] bl-għan li
tiffaċilita aċċess usa’ ma avvanzatx iżda il-kuntest usa’
inbidel, b’mod partikolari l-Qorti tal-Ġustizzja riċentament
ikkonfermat li l-qrati nazzjonali għandhom jinterpretaw l-aċċess
għar-regoli tal-ġustizzja f’mod li huwa konformi mal-Konvenzjoni
Aarhus[20].
Il-qrati nazzjonali u l-interessi ekonomiċi kif ukoll dawk ambjentali
jaffaċċaw inċertezza meta jiġu biex jindirizzaw din
l-isfida. Il-Kummissjoni
tikkunsidra li huwa xieraq li tesplora kif ċertezza ikbar tista’ tiġi
pprovduta għall-qrati nazzjonali u l-interessi ekonomiċi u
ambjentali. Il-possibbiltajiet jinkludu: ·
L-iżvilupp ta’ gwida biex jitiqies l-ammont
sinifikanti riċenti ta’ każistika sabiex titjieb l-implimentazzjoni
tal-aċċess eżistenti għad-dispożizzjonijiet
tal-ġustizzja[21]
kif ukoll ·
Definizzjoni fil-livell tal-UE tal-kundizzjonijiet
għal aċċess effiċjenti kif ukoll effettiv għall-qrati
nazzjonali fir-rigward tal-oqsma kollha tal-liġi ambjentali tal-UE. Objettiv: Jitwettaq titjib
fir-riżultati ambjentali permezz tal-bini tal-kapaċità u l-ftehimiet
ta’ implimentazzjoni li li jinvolvu l-Istati Membri Fil-livell Ewropew, inħolqu netwerks minn
ombudsmen, aġenziji ambjentali, spetturi, avukati li jaħdmu
mal-gvernijiet, imħallfin u prosekuturi. Madankollu, minkejja
għadd ta’ inizjattivi, il-potenzjal ta’ kooperazzjoni għadu ma
ġiex realizzat kompletament fin-netwerks kollha. L-isfidi jinkludu
l-iżgurar li n-netwerks għandhom l-istabbiltà segretarjali
neċessarja biex jiffunzjonaw b’mod effettiv fuq perjodi ta’ żmien
estiżi u l-identifikazzjoni u l-iżvolġiment ta’ proġetti u
inizjattivi li jgħinu lill-membri tan-netwerks u jiffaċilitaw
l-implimentazzjoni. In-netwerks jistgħu jkunu utli fl-Istati
Membri, ukoll, pereżempju biex jinvolvu aħjar il-gvern reġjonali
u lokali fl-implimentazzjoni. It-tlaqqiegħ tal-ispetturi jew l-prosekuturi
nazzjonali wkoll jista’ jagħmel kontribuzzjoni sinfikanti[22]. Fejn jitfaċċaw il-problemi, hemm
il-ħtieġa ta’ impenji ċari minn Stati Membri biex
idaħħlu fis-seħħ miżuri, b’parametri u skedi ta’
żmien, biex jipprovdu r-riżultati meħtieġa. Dawn l-impenji
jeħtieġ li jiġu formalizzati u pubblikament disponibbli, sabiex
l-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, in-negozji u ċ-ċittadini
jkollhom il-fiduċja li t-tħassib tagħhom qed jiġi
indirizzat f'qafas strutturat. Din l-isfida tista’ tiġi indirizzata permezz
ta’ ftehimiet ta' implimentazzjoni ta' sħubija mfassla biex iwasslu
għal riżultati ambjentali mtejba. Il-Kummissjoni
tikkunsidra li t-titjib jista’ jinkiseb permezz ta' ·
Kooperazzjoni attiva fin-netwerks tal-UE, b'iffukar
fuq ir-rwoli distinti u l-punti b'saħħithom tagħhom, bl-evitar
tad-duplikazzjoni u l-iffaċilitar ta’ komunikazzjoni man-netwerk kollu.
L-eżiti tal-kooperazzjoni għandhom jirrispettaw ir-rwoli awtonomi
kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tan-netwerks. Jistgħu jkopru
appoġġ għat-taħriġ ta’ prosekuturi u investigaturi kif
ukoll imħallfin. Eżiti ġodda possibbli ta’ netwerks bħal
dawn jinkludu: ·
informazzjoni dwar approċċi kumplimentari
ta’ suċċess għall-konformità u l-infurzar; ·
pariri jew forom oħra ta' assistenza
lill-ombudsmen nazzjonali dwar l-investigazzjoni tal-ilmenti relatati
mal-liġi ambjentali tal-UE; ·
kriterji ssuġġeriti
għat-tħaddim ta’ sanzjonijiet amministrattivi u kriminali
fil-każ tal-prosekuturi; ·
pariri dwar kif jistgħu jingħalqu
l-lakuni fid-dejta dwar il-promozzjoni tal-konformità u l-ħidma
tal-infurzar fil-livell nazzjonali; ·
pariri ġenerali dwar il-kapaċità ta’
implimentazzjoni u l-infurzar tal-proposti ambjentali tal-UE. ·
L-organizzazzjoni konġunta tal-avvenimenti u
l-konferenzi dwar l-implimentazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni u
l-ħolqien ta’ pjattaforma teknika għal kooperazzjoni dwar l-ambjent
bħall-pjattaforma diġà stabbilita dwar is-saħħa ·
Il-ftehimiet dwar l-implimentazzjoni li bihom, u
mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati u r-rwol
tal-Kummissjoni bħala gwardjan tat-Trattati, l-Istati Membri jimpjenaw
ruħhom għal azzjonijiet li għandhom l-għan preventiv ta’
tisħiħ tal-kapaċità biex titwettaq implimentazzjoni effettiva
jew, fejn xieraq, l-għan rimedjali li jiġu solvuti problemi
speċifiċi permezz ta’ azzjoni mmirata. Il-ftehimiet dwar
l-implimentazzjoni ta’ sħubija jistgħu b’mod proattiv jidderiġu
l-assistenza tal-UE lejn strutturi imtejba tal-implimentazzjoni fl-Istati
Membri u jistgħu jkunu marbuta ma’ inizjattivi oħra f’din il-Komunikazzjoni,
bħal sistemi effettivi tal-informazzjoni, mekkaniżmi ta’
ġestjoni tal-ilmenti u spezzjonijiet. Jistgħu wkoll, abbażi ta'
każijiet individwali, iħaddnu l-pjanijiet ta’ rimedju tal-Istat
Membru biex jirrisolvu problemi speċifiċi permezz ta’ programmi
mmirati u li għandom riżorsi adegwati ta’ ħidma li jinkludu
miri, garanziji ta’ trasparenza u salvagwardji oħra. Konklużjoni Din il-komunikazzjoni tissuplimenta
il-komunikazzjonijiet msemmija qabel tal-2007 u l-2008 billi tiżviluppa
ideat bl-għan ewlieni li jipprovdu għodod aħjar lill-Istati
Membri għat-titjib tal-implimentazzjoni fil-prattika. L-għarfien u r-rispons huma aspetti
kumplimentari għall-implimentazzjoni. Biex nagħtu eżempju
wieħed, għarfien aħjar jista' jħeġġeġ
lill-awtoritajiet tad-dwana biex jiskjeraw aħjar l-istrateġiji ta'
kontroll għall-kummerċ illegali fl-iskart u l-ispeċijiet li
jinsabu fil-periklu. L-implimentazzjoni għandha prezz.
Iżda l-prezz ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni spiss huwa ferm ogħla, u
għalhekk t-teħid tal-passi proposti f’din il-komunikazzjoni
jirrappreżenta investiment sod mhux biss għall-futur iżda wkoll
għall-preżent. Din il-Komunikazzjoni hija indirizzata
lill-Parlament Ewropew, l-Istati Membri, iċ-ċittadini tagħhom u
l-atturi kollha fil-qasam tal-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġi
ambjentali. Is-7 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali għandu jiżgura
segwitu xieraq u miżuri speċifiċi se jkunu suġġetti
għall-valutazzjoni tal-impatt. [1] COM(2008) 773 finali [2] Il-Konvenzjoni dwar
l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika
fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess
għall-ġustizzja f’kwistjonijiet ambjentali. [3] COM(2007) 502 finali [4] Dawn l-ideat se jiġu kondiviżi
mal-pajjiżi kandidati sabiex ikunu jistgħu jagħmlu użu
minnhom biex jippjanaw għall-implimentazzjoni u jtejbuha mill-bidu
tal-allinjament mal-acquis tal-ambjent [5] "The costs of not implementing the environmental
acquis", COWI, 2011. [6] Ibid. [7] "Implementing EU Waste Legislation for Green
Growth", Bio Intelligence Service, 2011 [8] Id-Direttiva 2003/4/KE dwar l-aċċess pubbliku
għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill
90/313/KEE, ĠU L 41, 14.2.2003 [9] Id-Direttiva 2007/2/KE li tistabbilixxi
infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea
(INSPIRE), ĠU L 108, 25.4.2007 [10] COM(2008)46 finali, 1.2.2008 [11] Fir-rigward tat-traspożizzjoni tad-direttivi
fil-liġi nazzjonali ara d-Dikjarazzjoni Politika Konġunta
tas-27 ta' Ottubru 2011 tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u
l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni, ĠU C 369,
17.12.2011. [12] Bħal-lokazzjoni
taż-żoni nominati. [13] Bħad-dejta
tal-monitoraġġ. [14] L-Artikoli 7 u 8 [15] Ir-Rakkomandazzjoni 2001/331/KE
tipprovdi għal kriterji minimi għall-ispezzjonijiet ambjentali
fl-Istati Membri, ĠU L 118, 27.4.2001 [16] Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009
dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, ĠU L 286,
31.10.2009 [17] Id-Direttiva 2010/63/UE dwar
il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet
xjentifiċi, ĠU L 276, 20.10.2010 [18] Id-Direttiva 2009/72/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni
għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva
2003/54/KE - ĠU L 211, 14.8.2009 [19] COM(2003) 624 finali [20] Il-Kawża C-240/09 [21] Id-Direttiva 2003/35/KE [22] Jistgħu jissemmew eżempji
mill-Irlanda u r-Reġjun Fjamming tal-Belġju.