EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0032

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji

/* KUMM/2011/0032 finali - COD 2011/0023 */

52011PC0032

/* KUMM/2011/0032 finali - COD 2011/0023 */ Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 2.2.2011

KUMM(2011) 32 finali

2011/0023 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji

{SEG(2011) 132 finali}{SEG(2011) 133 finali}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

- Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Matul l-aħħar deċennju l-UE u partijiet oħra tad-dinja raw żieda fid-delitti serji u kriminalità organizzata, bħat-traffikar tal-bnedmin[1] u d-drogi[2]. Skont l- EU Source book tal-Istatistika dwar il-Kriminalità u l-Ġustizzja, fl-2007 għal kull 100,000 persuna kien hemm 14,000 reat kriminali fl-Istati Membri tal-UE (bl-eċċezzjoni tal-Italja u l-Portugall peress li ma kienx hemm dejta disponibbli), dawn kienu jvarjaw bejn 14,465 reat fl-Isvezja sa 958 reat f'Ċipru. Il-Valutazzjoni tat-Theddida tal-Kriminalità Organizzata tal-UE tal-2009 (OCTA 2009) tal-Europol, tenfasizza li ħafna mill-kriminalità organizzata tinvolvi vvjaġġar internazzjonali, tipikament immirat għall-kutrabandu tal-bnedmin, drogi jew oġġetti illeċiti oħra lejn l-UE.

Fl-istess ħin, insibu terroristi u organizzazzjonijiet terroristiċi kemm ġewwa kif ukoll barra l-fruntieri tal-UE. L-attakki terroristiċi fl-Istati Uniti fl-2001, l-attakk terroristiku sfrattat f’Awwissu 2006 li kien intenzjonat li jisplodi numru ta’ inġenji tal-ajru fi triqthom mir-Renju Unit lejn l-Istati Uniti, u l-attentat ta’ attakk terroristiku abbord titjira minn Amsterdam lejn Detroit f’Diċembru 2009 wrew l-abbiltà li għandhom it-terroristi sabiex jorganizzaw attakki, u jattakkaw titjiriet internazzjonali, fi kwalunkwe pajjiż. Skont ir-Rapport tal-Europol tal-2010 dwar is-Sitwazzjoni u x-Xejra tat-Terroriżmu fl-UE, filwaqt li matul l-2009 t-terroriżmu fl-UE naqas, it-theddida tat-terroriżmu tibqa’ reali u serja: Bosta mill-attivitajiet terroristiċi għandhom karattru transnazzjonali u jinvolvu vvjaġġar internazzjonali[3], inter alia lejn kampijiet tat-taħriġ barra mill-UE, għal din ir-raġuni qed issir talba għal aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

Id-delitti serji u r-reati terroristiċi jikkawżaw ħsara kbira lill-vittmi, joħolqu ħsara ekonomika fuq skala kbira u jimminaw is-sens ta' sigurtà, li mingħajrhom in-nies ma jistgħux jeżerċitaw b'mod effettiv il-libertà u d-drittijiet individwali tagħhom.

Valutazzjoni minn studju li ġie ppubblikat fl-2009[4] għall-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol turi li fl-2007 x-xogħol sfurzat ta’ nies li ma jitħallsux kif mistħoqq, li jirriżulta mit-traffikar tal-bnedmin, fl-ekonomiji industrijalizzati sewa $2 508 368 218, filwaqt li t-total dinji kien ta' $19 598 020 343.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga ħareġ ir-Rapport Annwali tal-2010 dwar is-sitwazzjoni tal-problema tad-droga fl-Ewropa fejn dan jenfasizza n-natura globali tal-problema tad-drogi u l-ħsara kbira li qiegħda dejjem tikber li tinvolvi. Peress li timmina l-iżvilupp soċjali u li tiffinanzja l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata din tirrappreżenta theddida reali għall-Unjoni Ewropea. Kull sena fl-UE jmutu madwar 1,000 persuna minħabba l-kokaina. In-numru ta' nies fl-Ewropa li jużaw l-opjojdi huwa madwar 1.35 miljun. Fir-rigward tal-impatti ekonomiċi u soċjali tad-droga, fl-2008, 22 Stat Membru tal-UE rrapportaw li n-nefqa totali relatata mad-droga illeċita kienet ta' EUR 4.2 biljun.

Studju ieħor, mill-Home Office tar-Renju Unit[5], kejjel il-kostijiet magħmula għall-prevenzjoni tad-delitti, bħan-nefqa għad-difiża, il-kostijiet bħala konsegwenza tad-delitti, bħall-impatt fiżiku u emozzjonali fuq il-vittma u l-valur ta' kwalunkwe proprjetà misruqa u l-kostijiet magħmula b'reazzjoni għad-delitti, inklużi l-kostijiet għas-sistema tal-ġustizzja kriminali. Fl-2003 l-kostijiet tagħhom tkejlu għal £36 166 000 000.

Sadattant, erbgħa minn kull ħames ċittadini Ewropej jixtiequ jaraw azzjoni aktar b’saħħitha fuq il-livell tal-UE kontra l-kriminalità organizzata u kontra t-terroriżmu[6].

Bħala reazzjoni għat-theddida li ħolqu d-delitti serji u t-terroriżmu, u l-abbolizzjoni tal-kontrolli interkonfinali skont il-Konvenzjoni ta' Schengen, l-UE adottat miżuri għall-ġbir u l-iskabju ta' dejta personali bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u awtoritajiet oħra. Għalkemm dawn il-miżuri kienu ta' għajnuna, għandhom tendenza li jiffokaw fuq dejta relatata ma' persuni li diġà huma suspettati, jiġifieri persuni li huma "magħrufa" mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS)[7] is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)[8], is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS)[9], u s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ mistennija huma eżempji ta' tali miżuri.

Fir-rapport tagħha ‘Dehra ġenerali tal-ġestjoni tal-informazzjoni fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja’[10], il-Kummissjoni pprovdiet analiżi ta’ dawk il-miżuri u indikat il-bżonn għal kooperazzjoni akbar bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi dwar passiġġieri fuq titjiriet internazzjonali, inkluż użu aktar sistematiku tad-dejta dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) ta’ dawn il-passiġġieri għal skopijiet ta’ nfurzar tal-liġi. Il-‘Programm ta’ Stokkolma — Ewropa libera u sigura li taqdi u tipproteġi ċ-ċittadini’[11] jitlob wkoll li l-Kummissjoni tippreżenta proposta għall-użu tad-dejta tal-PNR għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tat-terroriżmu u delitti serji.

Id-dejta tal-PNR hija informazzjoni mhux ivverifikata pprovduta mill-passiġġieri, u miġbura minn u miżmuma fis-sistemi tal-kontroll tar-riservazzjoni u tat-tluq tat-trasportaturi għall-iskopijiet kummerċjali tagħhom. Fiha ħafna tipi differenti ta’ informazzjoni, bħal dati tal-ivvjaġġar, itinerajru tal-ivvjaġġar, informazzjoni dwar il-biljetti, dettalji dwar il-kuntatti, l-aġent tal-ivvjaġġar fejn it-titjira kienet ipprenotata, il-mezzi ta’ kif sar il-ħlas, in-numru tal-post u informazzjoni dwar il-bagalji.

L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jużaw id-dejta tal-PNR f’bosta modi:

reattiv: użu fl-investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet, qbid ta’ netwerks wara li jkun sar delitt. Sabiex jippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jmorru lura fiż-żmien biżżejjed, perjodu xieraq ta’ żamma tad-dejta mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi huwa meħtieġ;

f’ħin reali: użu qabel il-wasla jew it-tluq ta’ passiġġieri sabiex jiprevjenu delitt, sorveljanza jew arrest ta’ persuni qabel iseħħ delitt jew għax delitt kien jew qiegħed iseħħ. F’dawn il-każijiet id-dejta tal-PNR hija meħtieġa għall-paragun kontra kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti minn qabel sabiex jidentifikaw suspettati li qabel kienu ‘mhux magħrufa’ u għall-paragun kontra databases differenti ta’ persuni u oġġetti mfittxa;

proattiv: użu tad-dejta għall-analiżi u ħolqien ta’ kriterji tal-valutazzjoni, li mbagħad tista' tintuża għall-valutazzjoni ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq ta' passiġġieri. Sabiex titwettaq din l-analiżi tar-relevanza għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji, ikun meħtieġ perjodu xieraq ta’ żamma tad-dejta mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

Ġbir, analiżi u żamma aktar sistematiċi tad-dejta tal-PNR dwar it-titjiriet internazzjonali, soġġetti għal garanziji stretti dwar il-protezzjoni tad-dejta, jistgħu jsaħħu l-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji u, kif spjegat aktar hawn taħt, huma meħtieġa sabiex jaffrontaw dak it-theddid għas-sigurtà u jnaqqsu l-ħsara li joħolqu.

L-użu tad-dejta tal-PNR, madankollu, bħalissa mhux regolat fuq livell tal-UE. Għalkemm li numru limitat biss ta' Stat Membru stabbilixxew sistema tal-PNR s'issa, bosta minnhom jużaw dejta tal-PNR għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji b’mod mhux sistematiku jew taħt poteri ġenerali mogħtija lill-pulizija jew awtoritajiet oħrajn. Fl-UE, ir-Renju Unit diġà għandu sistema tal-PNR, filwaqt li Franza, id-Danmarka, il-Belġju, l-Isvezja u l-Bajjiżi l-Baxxi jew ippromulgaw il-leġiżlazzjoni rilevanti jew bħalissa qegħdin jittestjaw bl-użu tad-dejta tal-PNR. Bosta Stati Membri oħrajn qed jikkunsidraw li jistabbilixxu sistemi tal-PNR. Dawn il-miżuri nazzjonali jvarjaw f'numru ta' aspetti, inkluż l-iskop tas-sistema, il-perjodu taż-żamma tad-dejta, l-istruttura tas-sistema, l-iskop ġeografiku u l-metodi tat-trasport kopert. Hemm possibbiltà kbira li hekk kif jiġi adottat il-qafas regolatorju sħiħ dwar l-użu tad-dejta tal-PNR f’dawk l-Istati Membri, ikun hemm regoli diverġenti dwar il-protezzjoni tad-dejta u fuq il-miżuri li jiżguraw is-sigurtà tat-trasferimenti tad-dejta. Bħala riżultat, jistgħu jinħolqu sa 27 sistema konsiderevolment diverġenti. Dan jirriżulta f’livelli mhux uniformi tal-protezzjoni tad-dejta personali madwar l-UE, nuqqasijiet fis-sigurtà, iżjed spejjeż u inċertezza legali għat-trasportaturi bl-ajru u anke għall-passiġġieri.

Il-proposta għalhekk għandha l-għan li tarmonizza d-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar obbligi għal trasportaturi bl-ajru, tħaddim ta’ titjiriet bejn pajjiżi terzi u t-territorju ta' mill-inqas Stat Membru wieħed, li tittrażmetti dejta tal-PNR lill-awtoritajiet kompetenti bl-iskop tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji. Dan ma jobbligax lit-trasportaturi bl-ajru jiġbru xi informazzjoni addizzjonali mill-passiġġieri jew li jżommu xi dejta, u lanqas jobbliga lill-passiġġieri sabiex jipprovdu xi dejta addizzjonali ma' minn dik li diġà qed tiġi pprovduta lit-trasportaturi bl-ajru.

Huwa meħtieġ li jiġu imposti dawk l-obbligi legali fuq it-trasportaturi bl-ajru għar-raġunijiet li ġejjin.

L-ewwel, id-dejta tal-PNR tippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jidentifikaw persuni, li qabel kienu “mhux magħrufa”, jiġifieri persuni li qabel kienu mhux suspettati u jistgħu jkunu involuti f’delitt serju jew f’terroriżmu, iżda meta d-dejta tagħhom tiġi analizzata din tissuġġerixxi li setgħu jkunu involuti f'tali delitti u li għalhekk dawn il-persuni għandhom ikunu soġġetti għal aktar eżaminazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti. L-identifikar ta' tali persuni jgħin lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex jiprevjenu u jiskopru delitti serji inklużi atti ta' terroriżmu. Sabiex jinkiseb dan l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jeħtieġu li jużaw id-dejta tal-PNR kemm f'ħin reali sabiex jagħmlu paragun tal-PNR ma’ kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti minn qabel li jindikaw liema persuni li qabel kienu ‘mhux magħrufa’ jeħtieġu li jiġu eżaminati aktar, kif ukoll b'mod proattiv għall-istabbiliment tal-kriterji ta’ valutazzjoni.

Pereżempju, analiżi tad-dejta tal-PNR tista' tagħti indikazzjonijiet dwar ir-rotot tal-ivjaġġar l-aktar użati għat-traffikar tal-bnedmin jew drogi li jistgħu jsiru parti tal-kriterji ta’ valutazzjoni. Meta jsir paragun f'ħin reali tad-dejta tal-PNR ma’ tali kriterji, jistgħu jiġu evitati jew skoperti xi delitti. Eżempju konkret mogħti minn Stat Membru huwa każ fejn l-analiżi tal-PNR kixfet grupp ta' traffikanti tal-bnedmin li jivvjaġġaw dejjem fuq l-istess rotta. Waqt li jużaw dokumenti foloz għaċ- check-in għal titjira interna, jużaw dokumenti awtentiċi biex fl-istess ħin jagħmlu cheque-in għal titjira oħra lejn pajjiż terz. Ladarba jkunu fis-sala tal-ajruport, huma jitilgħu abbord it-titjira interna. Mingħajr il-PNR ma setgħax ikun possibbli li jinqabad dan in-network tat-traffikar tal-bnedmin.

B'hekk l-użu proattiv flimkien mal-użu f'ħin reali tad-dejta tal-PNR jippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jindirizzaw it-theddida tad-delitti serji u t-terroriżmu minn perspettiva differenti u mhux permezz tal-ipproċessar ta' kategoriji oħrajn ta' dejta personali: kif spjegat aktar ‘l isfel, l-ipproċessar tad-dejta personali disponibbli għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi permezz tal-miżuri eżistenti u dawk ippjanati fuq il-livell tal-UE bħad-Direttiva dwar l-Informazzjoni minn Qabel dwar il-Passiġġieri[12], is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) u s-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) ma jippermettux lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jidentifikaw suspettati li qabel kienu ‘mhux magħrufa’ bħal ma tagħmel id-dejta tal-PNR.

It-tieni, id-dejta tal-PNR tgħin lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' delitti serji, inklużi atti ta' terroriżmu, wara li d-delitt ikun seħħ diġà. Sabiex jinkiseb dan, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jeħtieġu li jużaw id-dejta tal-PNR f'ħin reali sabiex jipparagunawha ma' bosta databases differenti ta’ persuni 'magħrufa' u oġġetti mfittxija. Huma jeħtieġu wkoll li jużaw id-dejta tal-PNR b'mod reattiv sabiex titwaqqaf evidenza u, fejn rilevanti, sabiex jinstabu assoċjati ta' kriminali u jinqabdu netwerks kriminali.

Pereżempju, l-informazzjoni tal-karta tal-kreditu li hija parti tad-dejta tal-PNR tista' tippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jidentifikaw u jagħtu prova ta' konnessjoni bejn persuna u kriminal magħruf jew organizzazzjoni kriminali magħrufa. Eżempju mogħti minn Stat Membru jirrigwarda traffikar fuq skala kbira ta' bnedmin u drogi li jinvovli Stat Membru u pajjiżi terzi. Il-Kartelli kienu qegħdin jimpurtaw id-drogi f'bosta destinazzjonijiet fl-Ewropa. Huma kienu qegħdin jużaw persuni li jittrasportaw id-drogi billi jibilgħuhom u li kienu huma nnifishom persuni traffikati. Huma ġew identifikati fuq il-bażi li xtraw il-biljett b'karti tal-kreditu misruqa fuq il-bażi tal-PNR. Dan wassal għal arresti fl-Istat Membru. Fuq din il-bażi, ġie stabbilit kriterju ta' valutazzjoni li huwa nnifsu wassal għal bosta arresti addizzjonali fi Stati Membri u pajjiżi terzi oħrajn.

Fl-aħħar, l-użu tad-dejta tal-PNR qabel il-wasla tippermetti li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jagħmlu valutazzjoni u jwettqu kontroll aktar mill-viċin ta’ dawk il-persuni li x'aktarx jistgħu jkunu ta’ theddida għas-sigurtà biss, fuq il-bażi ta’ kriterji ta' valutazzjoni oġġettivi u esperjenza preċedenti. Dan jiffaċilita l-ivvjaġġar tal-passiġġieri kollha l-oħra u jnaqqas ir-riskju li passiġġieri jiġu soġġetti għal kontrolli malli jidħlu fl-UE fuq il-bażi ta' kriterji illegali bħal nazzjonalità jew kulur tal-ġilda li jistgħu jiġu assoċċjati b'mod ħażin mar-riskji tas-sigurtà mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, inklużi d-dwana u l-għassa tal-fruntieri.

Il-miżuri proposti jinkludu l-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta tal-PNR mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u għalhekk għandhom impatt fuq id-drittijiet tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-dejta. Sabiex tiġi żgurata konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-proposta hija għalhekk, kif spjegat aktar ‘l isfel, limitata bir-reqqa fl-ambitu u fiha garanziji stretti fuq il-protezzjoni tad-dejta.

Il-ħtieġa li tintuża d-dejta tal-PNR, b'mod limitat u soġġetta għal-garanziji stretti fuq il-protezzjoni tad-dejta, hija appoġġjata minn numru ta' elementi fattwali, kif rifless fil-Valutazzjoni ta' Impatt li takkumpanja din il-proposta. Fin-nuqqas tad-dispożizzjonijiet armonizzati dwar il-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta tal-PNR fuq il-livell tal-UE, l-istatistiċi dettaljati dwar il-limitu safejn tali dejta tgħin fil-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' delitti serji u terroriżmu mhumiex disponibbli. Madankollu l-ħtieġa li tintuża d-dejta tal-PNR hija appoġġjata minn informazzjoni minn pajjiżi terzi kif ukoll Stati Membri li diġa' jużaw tali dejta tal-PNR għal skopijiet ta’ nfurzar tal-liġi.

L-esperjenza ta’ dawn il-pajjiżi wriet li l-użu tad-dejta tal-PNR wasslet għal progress kritiku, b’mod partikolari, fil-ġlieda kontra d-drogi, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu, u fehim aħjar tal-kompożizzjoni u l-operazzjonijiet ta' netwerks terroristiċi u netwerks kriminali oħrajn. Fir-rigward tad-drogi, l-Istati Membri indikaw li l-maġġoranza tal-qbid sar minħabba l-użu f'ħin reali u proattiv tad-dejta tal-PNR. Il-Belġju rrapporta li 95% tal-qabdiet kollha tad-drogi fl-2009 saru esklussivament jew fuq livell determinanti bis-saħħa tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR. L-Isvezja rrapporta li bejn 65-75% tal-qabdiet kollha tad-drogi fl-2009 saru esklussivament jew fuq livell determinanti bis-saħħa tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR. Dawn irrappreżentaw 278.9 kilo ta’ kokaina u kwantitajiet addizzjonali ta’ eroina u drogi oħrajn. Ir-Renju Unit rrapporta li matul perjodu ta’ 6 xhur fl-2010, 212-il kilo ta’ kokaina u 20 kilo ta’ eroina nqabdu esklussivament jew fuq livell determinanti bis-saħħa tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR.

- Kuntest ġenerali

Fis-6 ta’ Novembru 2007 il-Kummissjoni adottat proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-użu tad-dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għal skopijiet tal-infurzar tal-liġi[13] (minn hawn ’il quddiem ‘il-proposta tal-2007’). Il-proposta ġiet diskussa fit-tul fil-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill u l-progress li ntlaħaq fid-diskussjonijiet ġie approvat mill-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni f’Jannar, Lulju u Novembru 2008. Id-diskussjonijiet dwar il-proposta fil-gruppi tal-ħidma ppermettew li jintlaħaq kunsens fuq ħafna mid-dispożizzjonijiet tal-proposta[14].

Mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fl-1 ta’ Diċembru 2009, il-proposta tal-Kummissjoni, li kienet għadha mhux adottata mill-Kunsill, skadiet. Din il-proposta kurrenti tissostitwixxi l-proposta tal-2007 u hija bbażata fuq id-dispożizzjonijiet tat-TFUE. Din tikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew kif iddikjarat fir-Riżoluzzjoni ta' Novembru 2008[15] u tirrifletti l-aħħar stat tad-diskussjonijiet fil-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill fl-2009. Din tikkunsidra woll l-opinjonijiet mill-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta[16], l-Artikolu 29 tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Protezzjoni tad-Dejta[17] u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali[18].

- Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Id-dejta tal-PNR hija differenti minn u m’għandhiex tiġi konfuża mal-Informazzjoni minn Qabel dwar il-Passiġġieri (API). Id-dejta tal-API hija informazzjoni bijografika meħuda mill-parti ta' passaport li tinqara mill-magna u tinkludi l-isem, il-post tat-twelid u n-nazzjonalità tal-persuni, in-numru tal-passaport u d-data tal-iskadenza. Għalhekk, din id-dejta hija differenti u aktar limitata fl-ambitu meta mqabbla mad-dejta tal-PNR.

FL-UE, l-użu tal-API huwa rregolat mid-Direttiva tal-API[19]. Id-Direttiva tipprovdi li d-dejta tal-API għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet tal-kontroll tal-fruntiera, fuq it-talba ta’ kull Stat Membru, għal titjiriet li jidħlu fit-territorju tal-UE bl-iskop li jittejbu l-kontrolli tal-fruntieri u għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari. Għalkemm l-użu tagħhom għal skopijiet ta’ nfurzar tal-liġi huwa permess mid-Direttiva, dan huwa possibbli biss jekk jiġu ssodisfati kriterji speċifiċi. Għalhekk, għalkemm id-dejta tal-API f’xi każijiet tintuża mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jiġu identifikati persuni suspetti u persuni mfittxija, tintuża l-aktar bħala verifika tal-identità u għodda tal-ġestjoni tal-fruntieri. Barra minn hekk, id-dejta tal-API ma tippermettix li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jmexxu valutazzjoni ta’ passiġġieri, u għalhekk ma jiffaċilitawx l-iskoperta ta' kriminali jew terroristi li s'issa għadhom 'mhux magħrufa'.

Is- Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) tfittex li żżomm is-sigurtà pubblika, inkluża s-sigurtà nazzjonali, fi ħdan iż-żona Schengen. Is-SIS hija sistema ta' informazzjoni ċentralizzata li tinkludi parti nazzjonali f'kull stat parteċipanti u funzjoni ta' appoġġ tekniku fi Franza. L-Istati Membri jistgħu joħorġu twissijiet għal persuni mfittxija għall-arrest għal skopijiet ta' estradizzjoni; barranin li m'għandhomx jiddaħħlu fil-pajjiż; persuni neqsin; xhieda jew dawk li jirċievu taħrika ġudizzjarja; persuni u vetturi soġġetti għal kontrolli addizzjonali; vetturi, dokumenti u armi tan-nar mitlufa jew misruqa; u karti tal-flus suspetti.

Is- Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) tfittex li tindirizza dan it-tħassib: l-iskop tagħha huwa li tgħin fl-implimentazzjoni ta' politika komuni dwar il-viża billi tiffaċilità l-analiżi ta' applikazzjonijiet għal viżi u l-kontrolli tal-fruntieri esterni filwaqt li tikkontribwixxi lejn il-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà interna tal-Istati Membri. Hija sistema ta' informazzjoni ċentralizzata li tinkludi parti nazzjonali f'kull stat parteċipanti u funzjoni ta' appoġġ tekniku fi Franza. Il-VIS se tuża Sistema ta' Tqabbil Bijometriku sabiex tiżgura t-tqabbil affidabbli tal-marki tas-swaba', u se tintuża fil-fruntieri esterni sabiex tivverifika l-identità tad-detenturi ta' viża. Hija se tinkludi dejta dwar l-applikazzjonijiet tal-viża, ritratti, marki tas-swaba', deċiżjonijiet relatati tal-awtoritajiet tal-viża u konnessjonijiet bejn l-applikazzjonijiet relatati.

Għalhekk, bħall-API, is-SIS u l-VIS jintużaw primarjament bħala verifika tal-identità u għodda tal-ġestjoni tal-fruntieri u huma utli biss fejn l-identità tas-suspettat tkun magħrufa. Dawn l-istrumenti la huma utli sabiex issir valutazzjoni tal-persuni u lanqas sabiex jinkixfu kriminali jew terroristi 'mhux magħrufa'.

Ftehimiet għat-trasferiment ta’ dejta tal-PNR fil-kuntest tal-ġlieda kontra delitti transnazzjonali serju u t-terroriżmu, limitati għall-ivvjaġġar bl-ajru, ġew iffirmat bejn l-UE u l-Istati Uniti, il-Kanada u l-Awstralja. Dawn jeħtieġu li t-trasportaturi bl-ajru, li jiġbru d-dejta tal-PNR tal-passiġġieri għall-iskopijiet kummerċjali tagħhom, jittrażmettu din id-dejta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti, il-Kanada u l-Awstralja. Dawn it-tliet ftehimiet waslu biex jiġu negozjati mill-ġdid matul l-2011. Pajjiżi oħra, b’mod partikolari l-Korea t’Isfel u l-Ġappun, ukoll talbu biex jinnegozjaw tali ftehimiet. Il-Kummissjoni ppreżentat l-elementi ewlenin ta’ politika tal-UE f’dan il-qasam fil-Komunikazzjoni tagħha tal-21 ta’ Settembru 2010 ‘Dwar l-approċċ globali għat-trasferiment ta’ dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lejn pajjiżi terzi[20]. Din il-proposta hija kompetament koerenti mal-politika ppreżentata f’dik il-Komunikazzjoni.

- Konsistenza mal-politika u l-iskopijiet l-oħra tal-UE

Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS)[21], is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)[22], is-Sistema ta' Informazzjoni tal-Visa (VIS)[23], u s-Sistema tad-Dħul/Ħruġ mistennija u l-Programm tal-Vjaġġaturi Rreġistrati huma miżuri tal-UE li jittrattaw direttament ma’ azzjonijiet li fiżikament jiġru fuq il-fruntieri.

Għalkemm il-PNR hija dejta dwar il-passiġġieri konnessa mal-ivvjaġġar, din tintuża primarjament bħala għodda tal-intelligence dwar il-kriminali minflok bħala għodda tal-kontroll fuq il-fruntieri. Din tintuża qabel il-qsim tal-fruntiera u mhux fuq il-qsim tal-fruntiera stess. L-iskop ewlieni għall-użu tad-dejta tal-PNR huwa għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u delitti serji milli għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari u li jiġu ffaċilitati l-kontrolli fuq il-fruntiera.

Il-proposta la tbiddel u lanqas tinterferixxi fir-regoli attwali tal-UE fuq il-mod kif jitwettqu l-kontrolli fuq il-fruntieri jew mar-regoli tal-UE li jirregolaw id-dħul u l-ħruġ mit-territorju tal-Unjoni. Il-proposta minflok tkun teżisti flimkien ma’ u tħalli intatti dawk ir-regoli.

- L-Impatt fuq id-drittijiet fundamentali

Il-proposta hija kompletament konformi mal-għan ġenerali tal-ħolqien ta’ żona Ewropea ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Minħabba n-natura tad-dispożizzjonijiet proposti, din il-proposta kienet soġġetta għal skrutinju fid-dettall sabiex tiżgura li d-dispożizzjonijiet tagħha huma kompatibbli mad-drittijiet fundamentali, u b'mod speċjali d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, kif rifless fil-Valutazzjoni tal-Impatt li jakkumpanja din il-proposta. Il-proposta hija wkoll konformi mal-Artikolu 16 tat-TFUE, li jiggarantixxi li kulħadd ikollu d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali.

Il-proposta hija kompatibbli mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta u d-dispożizzjonijiet tagħha huma konformi mad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI dwar il-protezzjoni tad-dejta personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni mal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali[24] (‘Id-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI’). Din tinkludi li l-individwi jingħataw id-dritt ta' aċċess, dritt ta' rettifika, tħassir u bblukkar, kif ukoll id-dritt għal kumpens u rikors ġudizzjajru. Barra minn hekk, u sabiex tkun konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità, hemm oqsma fejn il-proposta ser ikollha regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta aktar stretti mid-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

B'mod partikolari, l-ambitu tal-proposta huwa strettament limitat u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għandhom il-permess li jużaw id-dejta tal-PNR biss għall-iskop ta’ ġlieda kontra lista eżawrjenti ta’ delitti serji speċifikati, li barra minn hekk għandhom ikunu soġġetti għal piena tal-ħabs tal-inqas tliet snin fl-Istat Membru. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-ipproċessar tad-dejta ta' persuni innoċenti u persuni mhux sospettati tibqa' limitata kemm jista' jkun, ċerti aspetti tal-iskop tal-proposta li tirrigwarda l-istabbiliment u l-applikazzjoni tal-kriterji tal-valutazzjoni ġew limitati ulterjorment għal delitti serji li għandhom wkoll natura transnazzjonali, jiġifieri huma intrisikament konnessi mal-ivvjaġġar u din hija r-raġuni għat-tip ta' dejta li qiegħda tiġi pproċessata. Il-proposta tippermetti li d-dejta tal-PNR tinżamm għal perjodu ta' mhux aktar minn ħames snin, li warajhom din id-dejta trid titħassar. Barra minn hekk, id-dejta trid tiġi anonimizzata wara perjodu qasir ħafna ta' 30 ġurnata peress li l-użu proattiv tad-dejta tal-PNR huwa possibbli fuq il-bażi tad-dejta anonimizzata wara dan il-perjodu. Il-ġbir u l-użu tad-dejta sensittiva li direttament u indirettament tiżvela l-oriġini tar-razza jew etnika, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, is-saħħa jew il-ħajja sesswali ta’ persuna huwa projbit. Barra minn hekk, il-proposta tipprovdi li deċiżjoni meħuda minn Stat Membru, li toħloq effetti legali negattivi fuq persuna jew taffettwaha serjament, ma tridx tittieħed biss fuq il-bażi tad-dejta tal-PNR li ġiet pproċessata b'mod awtomatiku. Barra minn hekk tali deċiżjoni fl-ebda ċirkostanza m’għandha tiġi bbażata fuq l-oriġini tar-razza jew etnika, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, is-saħħa jew il-ħajja sesswali ta' persuna. Barra minn hekk, it-trasportaturi jridu jibagħtu d-dejta tal-PNR esklussivament bl-hekk imsejjaħ metodu “push”, jiġifieri li l-Istati Membri mhux ser ikollhom aċċess dirett għas-sistemi tal-IT tat-trasportaturi. L-Istati Membri jistgħu jibagħtu d-dejta tal-PNR lil pajjiżi terzi f'ċirkustanzi limitati ħafna biss, u fuq bażi ta' kull każ individwali biss. Sabiex jiżguraw effiċjenza u livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta, l-Istati Membri huma meħtieġa li jiżguraw li awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza indipendenti (awtorità tal-protezzjoni tad-dejta) tkun responsabbli sabiex tagħti konsulenza u tagħmel monitoraġġ ta’ kif tiġi pproċessata d-dejta tal-PNR. L-Istati Membri huma meħtieġa wkoll li jistabbilixxu unità waħda maħtura (Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri) responsabbli għall-ġestjoni u l-protezzjoni tad-dejta. L-ipproċessar kollu tad-dejta tal-PNR irid jiġi rreġistrat jew iddokumentat mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri biex jiġi verifikat jekk l-ipproċessar tad-dejta hux illegali, biex isir awtomonitoraġġ u biex tiġi żgurata integrità xierqa tad-dejta u sigurtà tal-ipproċessar tad-dejta. L-Istati Membri jridu jiżguraw ukoll li l-passiġġieri tingħatalhom informazzjoni ċara u preċiża dwar il-ġbir tad-dejta tal-PNR u dwar id-drittijiet tagħhom.

Għaldaqstant, flimkien mal-konformità mar-regoli u prinċipji eżistenti tal-protezzjoni tad-dejta, il-proposta tinkludi numru ta' salvagwardji sabiex jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipju tal-proporzjonalità u jiżguraw livell għoli tal-protezzjoni tad-drittijiet fondamentali.

2. KONSULTAZZJONI TA' PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

- Konsultazzjoni ta’ partijiet interessati

Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi ewlenin fil-mira u profil ġenerali ta’ dawk li jwieġbu

Fit-tħejjija tal-proposta tal-2007, il-Kummissjoni kkonsultat il-partijiet kollha interessati fuq il-bażi tal-kwestjonajru f’Diċembru 2006. Il-kwestjonajru ntbagħat lill-Istati Membri kollha, l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta tal-Istati Membri, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, l-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), l-Assoċjazzjoni tat-Trasport bl-Ajru tal-Amerika (ATA), l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportaturi bl-Ajru (IACA), l-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru tar-Reġjuni Ewropej (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA). It-tweġibiet ġew miġbura fil-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-proposta tal-2007. Sussegwentement, il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri għal laqgħa li matulha r-rappreżentanti tal-Istati Membri kellhom l-opportunità li jaqsmu l-opinjonijiet.

Wara l-adozzjoni tal-proposta tal-2007, il-partijiet kollha interessati ppubblikaw il-pożizzjoni tagħhom dwarha. Il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni fuq il-proposta fl-20 ta’ Novembru 2008[25]. L-Istati Membri esprimew il-pożizzjoni tagħhom permezz ta’ diskussjonijiet fil-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill[26]. Inħarġu wkoll opinjonijiet mill-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta[27], l-Artikolu 29 tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Protezzjoni tad-Dejta[28] u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali[29].

Sommajru tat-tweġibiet

Il-kritika ewlenija espressa fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew kienet li l-ħtieġa għall-azzjonijiet proposti ma ntweriex biżżejjed. Il-Parlament saqsa jekk il-proposta laħqetx l-istandard meħtieġ għall-ġustifikazzjoni ta’ interferenza fid-dritt għal protezzjoni tad-dejta. Ir-Riżoluzzjoni esprimiet it-tħassib tal-Parlament li l-valur miżjud tal-proposta fid-dawl ta’ inizzjattivi oħra ta’ mal-fruntieri ma ġewx ivvalutati. Fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta, il-Parlament sejjaħ għal limitazzjoni ta’ skop ċar u enfasizza li awtoritajiet speċifiċi biss għandu jkollhom aċċess għad-dejta tal-PNR. Fl-aħħar il-Parlament esprima t-tħassib li l-metodu propost li d-dejta tal-PNR tiġi vvalutata awtomatikament bl-użu ta’ kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti minn qabel u bbażati fuq fatti kien użu wiesgħa ħafna tad-dejta u enfasizza li din il-valutazzjoni qatt m’għandha tirriżulta fi ‘profilar’ abbażi ta’ dejta sensittiva.

L-Artikolu 29 tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Protezzjoni tad-Dejta kkunsidra li l-proposta kienet sproporzjonata u li tista’ tikser id-dritt għal protezzjoni tad-dejta. Qajjem dubju fuq ir-reġim tal-protezzjoni tad-dejta peress li d-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI ma tkoprix l-ipproċessar domestiku tad-dejta. Ikkunsidrat li d-dimostrazzjoni tal-ħtieġa tal-proposta ma kinetx adegwata, li l-perjodu għaż-żamma tad-dejta (13-il sena) kien sproporzjonat u li għandu jintuża biss il-metodu ‘push’ tat-trasferiment tad-dejta.

Il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta staqsa dwar jekk intweritx il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-proposta peress li l-proposta tikkonċerna l-ġabra tad-dejta ta' nies innoċenti. Ikkritika li l-proposta qed tikkontribwixxi lejn soċjetà tas-sorveljanza u wkoll staqsa dwar ir-reġim tal-protezzjoni tad-dejta peress li l-ipproċessar domestiku tad-dejta mhux kopert mid-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI. Il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta speċifikament issuġġerixxa definizzjoni aħjar tal-awtorità li jkollhom aċċess tad-dejta tal-PNR u l-kundizzjonijiet għat-trasferiment tad-dejta lejn pajjiżi terzi.

L-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali hija wkoll tal-opinjoni li l-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-proposta ma ntwerewx u kkunsidrat li għandu jkun hemm aktar garanziji fil-proposta sabiex tevita l-profilar fuq il-bażi ta’ dejta sensittiva.

Xi assoċjazzjonijiet ta’ linji tal-ajru, jiġifieri l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA) u l-Assoċjazzjoni ta' Linji tal-Ajru Ewropea (AEA), ukoll ħarġu opinjonijiet dwar il-proposta. Ikkritikaw l-aktar l-istruttura deċentralizzata tal-proposta u enfasizzaw li l-ġbir ċentralizzat tad-dejta ser ikollu vantaġġi finanzjarji fuq it-trasportaturi. Huma ikkritikaw ukoll l-għażla tal-metodu ‘push’ u talbu li l-għażla tal-metodu tat-trasferiment jitħalla f'idejn it-trasportaturi.

Il-proċess ta’ konsultazzjoni kellu impatt kbir fuq il-proposta leġiżlattiva. Għalkemm bosta partijiet interessati ma kinux konvinti dwar il-ħtieġa tal-użu tad-dejta tal-PNR, kollha qablu li leġiżlazzjoni fuq livell tal-UE hija preferibbli mill-iżvilupp ta’ sistemi nazzjonali differenti tal-PNR. Il-konsultazzjonijiet wasslu wkoll għal-limitazzjoni tal-iskop tal-użu tad-dejta għall-ġlieda kontra reati terroristiċi u delitti serji u l-limitazzjoni tal-iskop tal-proposta għat-trasport bl-ajru. Reġim b’saħħtu għall-protezzjoni tad-dejta ntgħażel b’perjodu speċifiku għaż-żamma u projbizzjoni tal-użu ta' dejta sensittiva, bħal dejta li tiżvela r-razza ta' persuna jew l-oriġini etnika, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, is-saħħa jew il-ħajja sesswali. Il-metodu ‘push’ kien preferut, kif ukoll limitazzjonijiet stretti dwar twassil ta’ trasferimenti ta’ dejta lejn pajjiżi terzi.

- Ġbir u użu ta’ ħila esperta

Ma kienx hemm bżonn ħila esperta esterna.

- Valutazzjoni tal-impatt

Il-Kummissjoni wettqet il-Valutazzjoni tal-Impatt elenkat fil-Programm ta’ Ħidma[30].

Ġew eżaminati erba’ opzjonijiet ewlenin fil-Valutazzjoni tal-Impatt, kull waħda tinkludi żewġ varjabbli:

Opzjoni tal-Politika A, rifjut li tiġi indirizzata l-kwistjoni fuq livell tal-UE u ż-żamma tal-istatus quo.

Opzjoni tal-Politika B, l-indirizzar tal-istruttura ta’ sistema għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta tal-PNR, bl-opzjoni B.1: Ġbir u pproċessar deċentralizzat ta’ dejta minn Stati Membri u l-opzjoni B.2: Ġbir u pproċessar ċentralizzati tad-dejta fuq livell tal-UE.

Opzjoni tal-Politika Ċ, indirizzar tal-limitazzjoni tal-iskop tal-miżuri proposti, bl-opzjoni C.1: Aċċess għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji biss u l-opzjoni C.2: Aċċess għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji biss u oġġettivi oħra tal-politika.

Opzjoni tal-Politika D, indirizzar tal-modi tat-trasport li għandhom jiġu koperti mill-miżuri proposti, bl-opzjoni D.1: Trasportaturi tal-ajru biss u l-opzjoni D.2: Trasportaturi bl-ajru, fuq il-baħar u bil-linji tal-ferroviji.

L-opzjonijiet ġew ivvalutati kontra l-kriterji li ġejjin: sigurtà fl-UE, protezzjoni tad-dejta personali, kostijiet tal-awtoritajiet pubbliċi, kostijiet tat-trasportaturi/kompetizzjoni fis-suq intern u inkoraġġiment ta' approċċ globali.

Il-Valutazzjoni tal-Impatt ikkonkludiet li proposta leġiżlattiva applikabbli għall-ivvjaġġar bl-ajru bil-ġbir deċentralizzat tad-dejta tal-PNR għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji oħrajn kienet l-aħjar opzjoni tal-politika (kombinazzjoni tal-B1, C1 u D1). Din issaħħaħ is-sigurtà fl-UE, waqt li tillimita l-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta personali kemm tista' u ż-żamma tal-kostijiet fuq livell aċċettabbli.

3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

- Sommajru tal-azzjoni proposta

Il-proposta għandha l-għan li tarmonizza d-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar obbligi għal trasportaturi bl-ajru, tħaddim ta’ titjiriet bejn pajjiż terz u t-territorju ta' mill-anqas Stat Membru wieħed, li tittrażmetti dejta tal-PNR lill-awtoritajiet kompetenti bl-iskop tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji. L-ipproċessar kollu tad-dejta tal-PNR fuq il-bażi ta’ din il-proposta jkun konformi mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta ppreżentati fid-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

- Bażi legali

It-TFUE u b’mod partikolari l-Artikoli 82(1)(d) u 87(2)(a).

- Prinċipju tas-sussidjarjetà

L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jridu jiġu pprovduti b’għodda effettivi biex ikunu jistgħu jiġġieldu t-terroriżmu u delitti serji. Peress li ħafna delitti serji u atti terroristiċi jinvolvu xi vjaġġar internazzjonali, l-awtoritajiet jeħtieġu li jużaw id-dejta tal-PNR biex jipproteġu s-sigurtà interna tal-UE. Barra minn hekk, investigazzjonijiet bl-iskop tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji li jsiru mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri huma dipendenti ħafna fuq il-kooperazzjoni internazzjonali u transkonfinali.

Minħabba l-moviment liberu ta’ persuni fiż-żona Schengen, hemm bżonn li l-Istati Membri kollha jiġbru, jipproċessaw u jiskambjaw id-dejta tal-PNR, biex jiġu evitati nuqqasijiet fis-sigurtà. B’aġir kollettiv u koerenti, din il-miżura għandha tikkontribwixxi għaż-żieda tas-sigurtà fl-UE.

L-azzjoni fuq il-livell tal-UE tgħin biex tiżgura dispożizzjonijiet armonizzati tas-salvagwardjar tal-protezzjoni tad-dejta fl-Istati Membri. Is-sistemi differenti tal-Istati Membri li diġà stabbilixxew mekkaniżmi simili, jew se jagħmlu dan fil-ġejjieni, jista’ jkollhom impatt negattiv fuq it-trasportaturi bl-ajru peress li jkollhom ikunu konformi ma' bosta rekwiżiti nazzjonali potenzjalment diverġenti, pereżempju rigward it-tipi ta' informazzjoni li għandha tintbagħat u l-kundizzjonijiet li taħthom din l-informazzjoni teħtieġ li tiġi pprovduta lill-Istati Membri. Dawn id-differenzi jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-kooperazzjoni effettiva bejn l-Istati Membri għall-iskopijiet tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji.

Minħabba li l-għanijiet ta’ din il-proposta ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, jista' jiġi konkluż li l-UE mhux biss hija intitolata li taġixxi, iżda qiegħda wkoll f’pożizzjoni li tagħmel dan aħjar milli kieku l-Istati Membri jaġixxu b’mod indipendenti. Għalhekk din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat.

- Prinċipju tal-proporzjonalità

Il-ġbir, l-analiżi u ż-żamma sistematiċi proposti tad-dejta tal-PNR dwar it-titjiriet lejn l-UE minn pajjiżi terzi, suġġetti għal garanziji stretti fuq il-protezzjoni tad-dejta, isaħħu l-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji u huma meħtieġa biex jaffrontaw dak it-theddid għas-sigurtà.

L-ambitu tal-proposta huwa limitat għal dawk l-elementi li jeħtieġu approċċ armonizzat tal-UE, inkluż id-definizzjoni tal-metodi fejn jista' jintuża l-PNR mill-Istati Membri, l-elementi tad-dejta li hemm bżonn jinġabru, ir-raġunijiet għalfejn l-informazzjoni tista' tintuża, il-komunikazzjoni tad-dejta bejn l-unitajiet tal-PNR tal-Istati Membri, u l-kundizzjonijiet tekniċi għal tali komunikazzjoni.

L-azzjoni proposta hija direttiva. L-għażla għal sistema deċentralizzata tfisser li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu kif jistabbilixxu s-sistema tal-PNR tagħhom, u jistgħu jiddeċiedu huma fuq l-aspetti tekniċi tagħha.

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, din il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ u proporzjonat sabiex jinkisbu l-għanijiet tagħha.

- Għażla tal-istrument

Strument propost: direttiva.

Mezzi oħra ma jkunux adegwati minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

L-għan tal-miżura huwa l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri, li jfisser li kwalunkwe strument minbarra direttiva ma jkunx xieraq.

4. IMPLIKAZZJONIJIET BAġITARJA

Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-EU.

5. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

- Simulazzjoni, fażi ta’ prova u perjodu tranżitorju

Ser ikun hemm perjodu tranżitorju għall-proposta fil-forma ta' perjodu ta' implimentazzjoni ta' sentejn. Ser ikun hemm ukoll ġabra tranżitorja tad-dejta tal-PNR, li timmira li tinkiseb il-ġabra tad-dejta dwar it-titjiriet kollha għall-perjodu ta' sitt (6) xhur mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva.

- Applikazzjoni territorjali

Id-Direttiva proposta se tiġi indirizzata lill-Istati Membri. L-applikazzjoni tad-Direttiva mar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka se tiġi determinata skont id-dispożizzjonijiet tal-Protokolli Nri 21 u 22 annessi mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

- Klawżola tal-analiżi/reviżjoni/sunset

Il-proposta tinkludi klawżola li tipprovdi għal analiżi tal-operazzjoni tad-Direttiva erba’ snin wara d-data tat-traspożizzjoni tagħha u reviżjoni speċjali tal-estensjoni potenzjali tal-iskop tad-Direttiva li tkopri dejta tal-PNR dwar il-passiġġieri fuq titjiriet interni għall-UE.

2011/0023 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 82(1)(d) u 87(2)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[31],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[32],

Wara li kkonsultaw il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Fis-6 ta’ Novembru 2007 il-Kummissjoni adottat proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-użu tad-dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għal skopijiet tal-infurzar tal-liġi[33]. Madankollu, mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, il-proposta tal-Kummissjoni, li kienet għadha mhux adottata mill-Kunsill sa dik id-data, saret skaduta.

(2) Il-‘Programm ta’ Stokkolma — Ewropa libera u żgura li taqdi u tipproteġi ċ-ċittadini’[34] jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta proposta għall-użu tad-dejta tal-PNR għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tat-terroriżmu u delitti serji.

(3) Il-Kummissjoni ppreżentat uħud mill-elementi ewlenin ta’ politika tal-Unjoni f’dan il-qasam fil-Komunikazzjoni tagħha tal-21 ta’ Settembru 2010 ‘Dwar l-approċċ globali għat-trasferiment ta’ dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lejn pajjiżi terzi[35].

(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-obbligu tat-trasportaturi bl-ajru li jikkomunikaw dejta tal-passiġġieri[36] tirregola t-trasferiment bil-quddiem ta’ informazzjoni dwar il-passiġġieri mit-trasportaturi bl-ajru lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bil-għan li jtejbu l-kontrolli bejn il-fruntieri u għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari.

(5) Id-dejta tal-PNR hija meħtieġa għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni b’mod effettiv ta’ reati terroristiċi u delitti serji u għalhekk tissaħħaħ is-sigurtà interna.

(6) Id-dejta tal-PNR tgħin lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fil-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' delitti serji, inklużi atti ta' terroriżmu, billi titqabbel ma' bosta databases ta' persuni u oġġetti mfittxija, titwaqqaf evidenza u, fejn rilevanti, sabiex jinstabu assoċjati ta' kriminali u jinqabdu netwerks kriminali.

(7) Id-dejta tal-PNR tippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jidentifikaw persuni, li qabel kienu “mhux magħrufa”, jiġifieri persuni li qabel kienu mhux suspettati u jistgħu jkunu involuti f’delitt serju jew f’terroriżmu, iżda meta d-dejta tagħhom tiġi analizzata din tissuġġerixxi li setgħu jkunu involuti f'tali delitti u li għalhekk dawn il-persuni għandhom ikunu soġġetti għal aktar eżaminazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti. Bl-użu tad-dejta tal-PNR l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jindirizzaw it-theddida ta' delitti serji u terroriżmu minn perspettiva differenti u permezz tal-ipproċessar ta' kategoriji oħra ta' dejta personali. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-ipproċessar tad-dejta ta' persuni innoċenti u persuni mhux sospettati jibqa' limitat kemm jista' jkun, l-aspetti tal-użu tad-dejta tal-PNR fir-rigward tal-istabbiliment u l-applikazzjoni tal-kriterji tal-valutazzjoni għandhom jiġu limitati ulterjorment għal delitti serji li għandhom wkoll natura transnazzjonali, jiġifieri huma intrisikament konnessi mal-ivvjaġġar u għal din hija r-raġuni għat-tip ta' dejta li qiegħda tiġi pproċessata.

(8) L-ipproċessar tad-dejta personali jrid ikun proporzjonali għall-għan speċifiku tas-sigurtà segwit minn din id-Direttiva.

(9) L-użu tad-dejta tal-PNR flimkien mad-dejta tal-Informazzjoni minn Qabel dwar il-Passiġġieri f’ċerti każijiet żiedet il-valur fl-assistenza lill-Istati Membri sabiex jivverifikaw l-identità ta’ individwu u għalhekk isaħħu l-valur tal-infurzar tal-liġi tagħhom.

(10) Għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji, huwa għalhekk essenzjali li l-Istati Membri kollha jintroduċu dispożizzjonijiet li jistabbilixxu obbligi fuq it-trasportaturi bl-ajru li joperaw titjiriet internazzjonali lejn jew minn territorju tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

(11) It-trasportaturi bl-ajru diġà jiġbru u jipproċessaw dejta tal-PNR mill-passiġġieri tagħhom għall-iskopijiet kummerċjali tagħhom. Din id-Direttiva m’għandha timponi l-ebda obbligu fuq it-trasportaturi bl-ajru biex jiġbru jew iżommu dejta addizzjonali mill-passiġġieri jew jiponu xi obbligu fuq il-passiġġieri sabiex jipprovdu xi dejta addizzjonali ma' dik li diġà qed tkun ipprovduta lit-trasportaturi bl-ajru.

(12) Id-definizzjoni ta' reati terroristiċi għandha tittieħed mill-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu[37]. Id-definizzjoni tad-delitti serji għandha tittieħed mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-Mandat ta' Arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri[38]. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu dawk id-delitti minuri li għalihom, filwaqt li tiġi kkunsidrata s-sistema ta’ ġustizzja kriminali rispettiva tagħhom, l-ipproċessar tad-dejta tal-PNR skont din id-direttiva ma jkunx konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Id-definizzjoni ta' delitti transnazzjonali serji għandha tittieħed mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI u mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali.

(13) Id-dejta tal-PNR għandha tiġi ttrasferita għal għand unità deżinjata waħda (Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri) fl-Istat Membru rilevanti, sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza u jitnaqqsu l-kostijiet għat-trasportaturi bl-ajru.

(14) Il-kontenut ta’ kwalunkwe lista ta’ dejta tal-PNR meħtieġa li għandha tinkiseb mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha titħejja bl-iskop li tirrifletti r-rekwiżiti leġittimi tal-awtoritajiet pubbliċi għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi jew delitti serji, b’hekk tittejjeb s-sigurtà interna ġewwa l-Unjoni kif ukoll il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini, l-aktar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali. Dawn il-listi m’għandhomx jinkludu dejta personali li jistgħu jiżvelaw l-oriġini razzjali jew etniċi, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trejdjunjin jew id-dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali tal-individwu kkonċernat. Id-dejta tal-PNR għandha tinkludi dettalji dwar ir-riservazzjoni u l-itinerajru tal-ivvjaġġar tal-passiġġier li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jidentifikaw il-passiġġieri tal-ajru li jirrappreżentaw theddida għas-sigurtà interna.

(15) Hemm żewġ metodi possibbli ta’ trasferiment ta’ dejta bħalissa disponibbli: il-metodu ‘pull’, fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jeħtieġu d-dejta jistgħu jidħlu (jaċċessaw) fis-sistema tar-riservazzjoni tat-trasportatur bl-ajru u joħorġu (‘pull’) kopja tad-dejta meħtieġa, u l-metodu ‘push’, fejn it-trasportaturi bl-ajru jittrasferu (‘push’) id-dejta tal-PNR meħtieġa lill-awtorità li qed titlobha, b’hekk dan jippermetti t-trasportaturi bl-ajru jżommu kontroll ta' liema dejta kienet ipprovduta. Il-metodu ‘push’ huwa kkunsidrat li joffri livell ogħla ta’ protezzjoni tad-dejta u għandu jkun mandatorju għat-trasportaturi bl-ajru kollha.

(16) Il-Kummissjoni tappoġġja l-linji gwida tal-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) dwar il-PNR. Għaldaqstant dawn il-linji gwida għandhom ikunu l-bażi għall-adozzjoni tal-formati aċettati tad-dejta għat-trasferiment tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl-ajru lejn l-Istati Membri. Dan jiġġustifika li tali formati aċċettati tad-dejta, kif ukoll il-protokolli rilevanti applikabbli għat-trasferiment tad-dejta mit-trasportaturi bl-ajru għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva maħsuba fir-Regolament (UE) Nru….. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [……………..]

(17) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippermettu lit-trasportaturi bl-ajru jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiġu pprovduti b'penali dissważivi, effettivi u proporzjonati, inklużi penali finanzjarji kontra dawk it-trasportaturi bl-ajru li jonqsu li jissodisfaw dawn l-obbligi fir-rigward tat-trasferiment tad-dejta tal-PNR. Meta jkun hemm ksur serju ripetut li jista’ jagħmel ħsara għall-iskopijiet bażiċi ta’ din id-Direttiva, dawn il-penali jistgħu jinkludu, f’każijiet eċċezzjonali, miżuri bħall-immobilizzazzjoni, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi tat-trasport, jew is-sospensjoni temporanja jew l-irtirar tal-liċenzja tal-operazzjoni.

(18) Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jivvaluta t-theddid potenzjali relatat ma’ reati terroristiċi u delitti serji.

(19) Filwaqt li jiġi kkunsidrat bi sħiħ id-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali u d-dritt tan-nondiskriminazzjoni, m'għandha tittieħed l-ebda deċiżjoni, li tipproduċi effett legali negattiv fuq persuna jew li taffettwaha serjament, biss minħabba l-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta tal-PNR. Barra minn hekk, l-ebda deċiżjoni bħal din m’għandha tittieħed fuq il-bażi tal-oriġini tar-razza jew etnika, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, is-saħħa jew il-ħajja sesswali ta' persuna.

(20) L-Istati Membri għandhom jikkondividu ma’ Stati Membri oħrajn id-dejta tal-PNR li jirċievu fejn tali trasferiment huwa meħtieġ għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal strumenti oħra tal-Unjoni dwar l-iskambju tal-intelligence bejn il-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji, inkluż id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 li stabbiliet l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)[39] u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta’ Settembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea[40]. Dan l-iskambju tad-dejta tal-PNR bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji għandu jiġu irregolat mir-regoli dwar il-kooperazzjoni mal-pulizija u dik ġudizzjarja.

(21) Il-perjodu li matulu għandha tinżamm id-dejta tal-PNR għandu jkun proporzjonali mal-iskopijiet tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji. Minħabba n-natura tad-dejta u l-użu tagħhom, huwa meħtieġ li d-dejta tal-PNR tinżamm għal perjodu twil biżżejjed biex titwettaq analiżi tax-xejriet u għall-użu fl-investigazzjonijiet. Sabiex jiġi evitat użu sproporzjonat, huwa meħtieġ li, wara perjodu tal-bidu, id-dejta tiġi anonimizzata u aċċessibbli biss taħt kundizzjonijiet stretti ħafna u limitati.

(22) Fejn dejta tal-PNR speċifika tiġi trasferita lil awtorità kompetenti u tintuża fil-kuntest ta' investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet kriminali speċifiċi, iż-żamma ta' tali dejta mill-awtorità kompetenti għandha tiġi rregolata mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membri, irrispettivament mill-perjodi taż-żamma stabbiliti minn din id-Direttiva.

(23) L-ipproċessar domestiku tad-dejta tal-PNR f’kull Stat Membru mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u mill-awtoritajiet kompetenti għandu jkun soġġett għal standard ta’ protezzjoni tad-dejta personali taħt il-liġi nazzjonali tiegħu li hija konformi mad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tad-dejta personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali[41] (‘Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI’).

(24) Waqt li jiġi kkunsidrat id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-drittijiet tad-dejta soġġetta għall-ipproċessar tad-dejta tal-PNR tagħhom, bħad-dritt għall-aċċess, id-dritt għar-rettifika, it-tħassir u l-ibblukkar, kif ukoll id-drittijiet għall-kumpens u rimedji ġudizzjarji, għandhom ikunu konformi mad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

(25) Waqt li jikkunsidraw id-dritt li l-passiġġieri jiġu informati bl-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu pprovduti b’informazzjoni preċiża dwar il-ġbir ta’ dejta tal-PNR u t-trasferiment tagħha lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri.

(26) It-trasferiment tad-dejta tal-PNR minn Stati Membri lejn pajjiżi terzi għandu jkun permess biss fuq bażi ta’ każ b’każ u b’konformità mad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI. Biex jiġi żgurat il-protezzjoni tad-dejta personali, tali trasferimenti għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti addizzjonali dwar l-iskop tat-trasferiment, il-kwalità tal-awtorità li qed tirċievi u s-salvagwardji applikabbli għad-dejta personali trasferita lejn pajjiż terz.

(27) L-awtorità nazzjonali tas-superviżjoni li ġiet stabbilita bl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI għandha tkun responsabbli wkoll biex tavża u tissorvelja l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

(28) Din id-Direttiva ma taffetwax il-possibbiltà għall-Istati Membri li jipprovdu, taħt il-liġi domestika tagħhom, għal sistema ta’ ġbir u ġestjoni ta’ dejta tal-PNR għal skopijiet oħrajn minbarra dawk speċifikati f’din id-Direttiva, jew mill-fornituri tat-trasport minbarra dawk speċifikati fid-Direttiva, dwar titjiriet interni soġġetti għall-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-protezzjoni tad-dejta, sakemm tali liġi domestika tirrispetta l-acquis tal-Unjoni. Il-ħruġ tal-ġbir tad-dejta tal-PNR dwar titjiriet interni għandu jkun is-suġġett ta' riflessjoni speċifika f’data futura.

(29) B’riżultat tad-differenzi legali u tekniċi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-ipproċessar tad-dejta personali, inklużi l-PNR, it-trasportaturi bl- huma u jkunu affaċċjati b'rekwiżiti differenti dwar it-tipi ta’ informazzjoni li għandhom jiġu trażmessi, kif ukoll il-kundizzjonijiet li taħthom trid tiġi pprovduta din l-informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dawn id-differenzi jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bl-iskop tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi jew delitti serji.

(30) Peress li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu kif jixraq mill-Istati Membri, u jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(31) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt għall-privatezza u d-dritt għal nondiskriminazzjoni kif protetti mill-Artikoli 8, 7 u 21 tal-Karta u għandha tiġi implimentata b’dan il-mod. Id-Direttiva hija kompatibbli mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta u d-dispożizzjonijiet tagħha huma konformi mad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI. Barra minn hekk, u biex tkun konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità, id-Direttiva, dwar kwistjonijiet speċifiċi, ser ikollha regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta aktar stretti mid-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

(32) B'mod partikolari, l-ambitu tad-Direttiva huwa limitat kemm jista' jkun, hija tippermetti ż-żamma tad-dejta tal-PNR għal perjodu ta' mhux aktar minn ħames (5) snin, li warajhom din id-dejta trid titħassar, id-dejta trid tiġi anonimizzata wara perjodu qasir ħafna, il-ġbir u l-użu tad-dejta huwa pprojbit. Sabiex jiżguraw effiċjenza u livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta, l-Istati Membri huma meħtieġa li jiżguraw li awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza indipendenti tkun responsabbli biex tagħti konsulenza u tagħmel monitoraġġ ta’ kif tiġi pproċessata d-dejta tal-PNR. L-ipproċessar kollu tad-dejta tal-PNR irid jiġi rreġistrat jew iddokumentat għall-iskop ta' verifikazzjoni jekk l-ipproċessar tad-dejta hux illegali, awtomonitoraġġ u sabiex tiġi żgurata integrità xierqa tad-dejta u sigurtà tal-ipproċessar tad-dejta. L-Istati Membri jridu jiżguraw ukoll li l-passiġġieri tingħatalhom informazzjoni ċara u preċiża dwar il-ġbir tad-dejta tal-PNR u dwar id-drittijiet tagħhom.

(33) [Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda dwar iż-Żona tal-Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk l-Istati Membri avżaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva] JEW [Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda dwar iż-Żona tal-Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk l-Istati Membri mhux se jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhux ser ikunu marbutin jew ikunu soġġetti għall-applikazzjoni tagħha].

(34) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhux marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Materja tas-suġġett u ambitu

1. Din id-Direttiva tipprovdi għat-trasferiment tad-dejta dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri mit-trasportaturi bl- ta’ passiġġieri ta’ titjiriet internazzjonali lejn u mill-Istati Membri, kif ukoll l-ipproċessar ta’ dik id-dejta, inkluż il-ġbir, l-użu u ż-żamma tagħha mill-Istati Membri u l-iskambju tagħha bejniethom.

2. Id-dejta tal-PNR miġbura skont din id-Direttiva tista' tiġi pproċessata biss għall-iskopijiet li ġejjin:

1. Il-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji skont l-Artikolu 4(2)(b) u (c); u

2. Il-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ delitti transnazzjonali serji skont l-Artikolu 4(2)(a) u (d);

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) ‘trasportatur bl-’ tfisser impriża tat-trasport bl- b’liċenzja valida jew ekwivalenti li tippermettilha li twettaq ġarr ta' passiġġieri bl-;

(b) ‘titjira internazzjonali’ tfisser kull titjira skedata jew mhux skedata minn trasportatur bl- ppjanat li jinżel fit-territorju ta' Stat Membru li toriġina minn pajjiż terz jew li titlaq mit-territorju ta’ Stat Membru b’destinazzjoni finali f’pajjiż terz, inklużi fiż-żewġ każijiet kull titjira tat-trasferiment jew tat-transitu;

(c) ‘Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri’ jew 'dejta tal-PNR' tfisser reġistru tar-rekwiżiti tal-ivvjaġġar ta’ kull passiġġier li jinkludi informazzjoni meħtieġa biex tippermetti li r-riservazzjonijiet jistgħu jiġu pproċessati u kkontrollati mit-trasportaturi bl- tal-prenotazzjoni u tal-parteċipazzjoni għal kull vjaġġ ipprenotat minn jew f’isem persuna, kemm jekk inkluża fuq sistema tar-riservazzjoni, Sistemi tal-Kontroll tat-Tluq (DCS) jew sistemi ekwivalenti li jipprovdu l-istess funzjonijiet;

(d) ‘passiġġier’ tfisser kwalunkwe persuna, minbarra l-membri tal-ekwipaġġ, li tinġarr jew li għandha tinġarr fuq inġenji tal- bil-kunsens tat-trasportatur;

(e) ‘sistemi tar-riservazzjoni’ tfisser is-sistema interna tal-inventajru tat-trasportatur bl-, fejn tinġabar id-dejta tal-PNR għall-ġestjoni tar-riservazzjonijiet;

(f) ‘metodu push’ tfisser il-metodu fejn it-trasportaturi bl-ajru jittrasferixxu d-dejta tal-PNR meħtieġa fid-database tal-awtorità li tkun qed titlobha;

(g) ‘reati terroristiċi’ tfisser ir-reati taħt il-liġi nazzjonali msemmija fl-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI;

(h) ‘delitt serju’ tfisser id-delitti taħt il-liġi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI jekk huma punibbli minn piena ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru, madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu dawk id-delitti minuri li, meta tiġi kkunsidrata s-sistema tal-ġustizzja kriminali rispettiva, l-ipproċessar tad-dejta tal-PNR skont din id-direttiva fir-rigward tagħhom ma jkunx skont il-prinċipju tal-proporzjonalità ;

(i) ‘delitti transnazzjonali serji’ tfisser id-delitti taħt il-liġi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI jekk għalihom ikun hemm piena ta’ kustodja jew ta’ ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin taħt il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru, jekk.

(i) Jitwettqu fi stat wieħed jew aktar;

(ii) Jitwettqu fi stat wieħed iżda parti sostanzjali tat-tħejjija, ippjanar, direzzjoni jew kontroll issir fi stat ieħor.;

(iii) Jitwettqu fi stat wieħed iżda jinvolvu grupp kriminali organizzat li jieħu sehem f'attivitajiet kriminali fi stat ieħor jew aktar; jew

(iv) Jitwettqu fi stat wieħed iżda għandhom effetti sostanzjali fi stat ieħor.

KAPITOLU II

RESPONSABBILTAJIET TAL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 3

Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jinnomina awtorità kompetenti għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji jew fergħa ta’ din l-awtorità biex taġixxi bħala l-‘Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri’ tiegħu responsabbli mill-ġbir tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl-, il-ħażna tagħhom, l-analiżi tagħhom u t-trasmissjoni tar-riżultat tal-analiżi lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. Il-membri tal-persunal tagħhom jistgħu jiġu sekondati mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti.

2. Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jistabbilixxu jew jinnominaw awtorità waħda biex isservi bħala l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tagħhom. Tali Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha tiġi stabbilità f'wieħed mill-Istati Membri parteċipanti u għandha tiġi kkunsidrata bħala l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta’ tali Stati Membri kollha parteċipanti. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jaqblu fuq ir-regoli dettaljati għall-operazzjoni tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti ppreżentati f'din id-Direttiva.

3. Kull Stat Membru għandu javża lill-Kummissjoni b’dan fi żmien xahar mill-istabbiliment tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u jistgħu jaġġornaw din id-dikjarazzjoni f’kull ħin. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni, kif ukoll kull aġġornament, f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Artikolu 4

Proċessar tad-dejta tal-PNR

1. Id-dejta tal-PNR trasferita mit-trasportaturi bl-, skont l-Artikolu 6, dwar it-titjiriet internazzjonali li jinżlu jew li jitilqu mit-territorju ta’ kull Stat Membru għandha tinġabar mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istat Membru rilevanti. F’każ li d-dejta tal-PNR trasferita mit-trasportaturi bl- tinkludi dejta aktar minn dik imniżżla fl-Anness, l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha tħassar tali dejta immedjatament malli tkun irċevuta.

2. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha tipproċessa d-dejta tal-PNR għall-iskopijiet li ġejjin biss:

3. tewttieq ta’ valutazzjoni tal-passiġġieri qabel il-wasla jew tluq skedat tagħhom mill-Istat Membru sabiex jiġu identifikati persuni li jistgħu jkunu involuti f’reat terroristiku jew delitt transnazzjonali serju u li jeħtieġu aktar analiżi mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. Fit-tewttieq ta' tali valutazzjoni, l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tista' tipproċessa d-dejta tal-PNR mal-kriterji stabbiliti minn qabel. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe taqbila pożittiva li tirriżulta minn tali pproċessar awtomatizzat hija riveduta individwalment permezz ta’ mezzi mhux awtomatizzati biex ikun verifikat jekk l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandhiex bżonn tieħu azzjoni;

4. twettieq ta’ valutazzjoni tal-passiġġieri qabel il-wasla jew tluq skedat tagħhom mill-Istat Membru sabiex jiġu identifikati persuni li jistgħu jkunu involuti f’reat terroristiku jew delitt serju u li jeħtieġu aktar analiżi mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. Fit-twettiq ta' tali valutazzjoni l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tista’ wkoll tqabbel id-dejta tal-PNR ma’ databases rilevanti, inklużi databases internazzjonali jew nazzjonali jew mirja nazzjonali tad-databases tal-Unjoni, fejn dawn huma stabbiliti abbażi tal-liġi tal-Unjoni fuq persuni jew oġġetti mfittxija jew taħt allert, skont regoli tal-Unjoni, internazzjonali u nazzjonali applikabbli għal dawn il-fajls. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe taqbila pożittiva li tirriżulta minn tali pproċessar awtomatizzat hija riveduta individwalment permezz ta’ mezzi mhux awtomatizzati biex ikun verifikat jekk l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandhiex bżonn tieħu azzjoni;

5. tweġiba, fuq bażi ta' kull każ individwali, għal talbiet b’raġuni xierqa mill-awtoritajiet kompetenti sabiex tipprovdi dejta tal-PNR u tipproċessa dejta tal-PNR f'każijiet speċifiċi għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji, u tipprovdi r-riżultati ta’ dan l-ipproċessar lill-awtoritajiet kompetenti. u

6. l-analizzar tad-dejta tal-PNR bl-iskop li jiġu aġġornati jew jiġu stabbiliti kriterji ġodda għat-twettieq tal-valutazzjonijiet sabiex jiġu identifikati kwalunkwe persuni li jistgħu jkunu involuti f'reat terroristiku jew delitti transnazzjonali serji skont il-punt (a).

3. Il-valutazzjoni tal-passiġġieri, qabel il-wasla jew tluq skedat tagħhom mill-Istat Membru msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2, għandha titwettaq b'mod nondiskriminatorju abbażi ta’ kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji tal-valutazzjoni jiġu stabbiliti mill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri, bil-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5. Il-kriterji ta’ valutazzjoni fl-ebda ċirkostanza m’għandhom jiġu bbażati fuq l-oriġini tar-razza jew etnika, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, is-saħħa jew il-ħajja sesswali ta' persuna.

4. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta’ Stat Membru għandha tittrasferixxi d-dejta tal-PNR jew ir-riżultati tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR tal-persuni identifikati skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għal aktar analiżi lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-istess Stat Membru. Dawn it-trasferimenti jistgħu jsiru biss fuq bażi ta’ każ b’każ.

Artikolu 5

Awtoritajiet kompetenti

1. Kull Stat Membru għandu jadotta lista tal-awtoritajiet kompetenti ntitolati li jitolbu jew jirċievu dejta tal-PNR jew ir-riżultat tal-ipproċessar ta’ dejta tal-PNR mill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri sabiex jeżamina aktar din l-informazzjoni jew biex jieħu azzjoni xierqa bl-iskop tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu magħmula minn awtoritajiet kompetenti għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji.

3. Kull Stat Membru għandu jinnotifika l-lista tal-awtoritajiet kompetenti tiegħu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tnax-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, u jista’ jaġġorna din id-dikjarazzjoni f’kull ħin. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni, kif ukoll kull aġġornament, f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

4. Id-dejta tal-PNR tal-passiġġieri u r-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR riċevuti mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri jistgħu jiġu pproċessati aktar mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bl-iskop biss għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji.

5. Il-paragrafu 4 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-infurzar tal-liġi nazzjonali jew poteri ġudizzjarji ta’ meta reati oħra, jew indikazzjonijiet tagħhom, jiġu skoperti matul l-andament ta’ azzjoni tal-infurzar wara dan l-ipproċessar.

6. L-awtoritajiet kompetenti m'għadhom jieħdu l-ebda deċiżjoni li tipproduċi effett legali negattiv fuq persuna jew li taffettwah b'mod sinifikattiv sempliċiment minħabba l-ipproċessar awtomatizzat tad-data tal-PNR. Tali deċiżjonijiet m’għandhomx jittieħdu fuq l-oriġini tar-razza jew etnika, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, is-saħħa jew il-ħajja sesswali ta' persuna.

Artikolu 6

Obbligi fuq trasportaturi bl-

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-trasportaturi bl- jittrasferixxu (‘push’) id-dejta tal-PNR kif definita fl-Artikolu 2(c) u speċifikata fl-Anness, sakemm din id-dejta diġà jiġbruha huma, għad-database tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri nazzjonali tal-Istat Membru fit-territorju fejn it-titjira internazzjonali se tinżel jew mit-territorju minn fejn se titlaq it-titjira. Meta t-titjira għandha l-kodiċi kondiviż bejn trasportatur bl- wieħed jew aktar, l-obbligu għat-trasferiment tad-dejta tal-PNR tal-passiġġieri kollha fuq it-titjira għandu jkun fuq it-trasportatur bl- li jopera t-titjira. Fejn it-titjira jkollha waqfa waħda jew aktar fl-porti tal-Istati Membri, it-trasportaturi bl- għandhom jitrasferixxu d-dejta tal-PNR lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istati Membri kkonċernati.

2. It-trasportaturi bl- għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR permezz ta’ mezzi elettroniċi bl-użu ta’ protokolli komuni u formati aċċettati tad-dejta li għandhom ikunu adottati skont il-proċedura tal-Artikoli 13 u 14 jew, fil-każ ta’ falliment tekniku, permezz ta’ kwalunkwe mezz xieraq ieħor li jiżgura livell xieraq ta’ sigurtà tad-dejta:

(a) 24 sa 48 siegħa qabel il-ħin skedat għat-tluq tat-titjira;

u

(b) minnufih wara l-għeluq tat-titjira, jiġifieri hekk kif il-passiġġieri jkunu telgħu fuq l-inġenju tal- lesti għat-tluq u ma jkunx għadu possibbli li jitilgħu aktar passiġġieri abbord.

3. L-Istati Membri jistgħu jippermettu t-trasportaturi bl- jillimitaw it-trasferiment msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għall-aġġornamenti tat-trasferiment imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

4. Fuq bażi ta' każ b'każ, fuq talba tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri skont il-liġi nazzjonali, it-trasportaturi bl- għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR fejn ikun meħtieġ aċċess aktar kmieni minn dak imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 biex jassistu fit-tweġiba għal theddid speċifiku u reali marbut ma' reati terroristiċi jew delitti serji.

Artikolu 7

Skambju ta’ informazzjoni bejn Stati Membri

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-rigward ta’ persuni identifikati mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri skont l-Artikolu 4(2)(a) u (b), ir-riżultat tal-iproċessar tad-dejta tal-PNR huwa trażmess minn dik l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri meta l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-ewwel tikkunsidra tali trasferiment meħtieġ għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew delitti serji. L-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istati Membri riċeventi għandhom jittrażmettu tali dejta tal-PNR jew ir-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tagħhom.

2. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta’ Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jitlob, jekk ikun hemm bżonn, lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor biex tipprovdilha d-dejta tal-PNR li tinżamm fid-database ta’ din tal-aħħar skont l-Artikolu 9(1), u, jekk ikun hemm bżonn, anke r-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR. It-talba għal tali dejta tista’ tkun ibbażata fuq kwalunkwe waħda jew kombinazzjoni ta’ elementi tad-dejta, kif meqjusa meħtieġa mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri li qed tagħmel it-talba għal każ speċifiku għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi jew delitti serji. L-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandhom jipprovdu d-dejta mitluba hekk kif tkun prattikabbli u għandhom jipprovdu wkoll ir-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR, jekk ikun diġà tħejja skont l-Artikolu 4(2)(a).

3. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta’ Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jitlob, jekk ikun hemm bżonn, lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor biex tipprovdilha d-dejta tal-PNR li tinżamm fid-database ta’ din tal-aħħar skont l-Artikolu 9(2), u, jekk ikun hemm bżonn, anke r-riżultat tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR. L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tista' titlob aċċess għal dejta tal-PNR speċifika li tinżamm mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta' Stat Membru ieħor fil-forma totali tagħha mingħajr il-ħabi ta' xi dejta biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali bi tweġiba għal theddida speċifika jew investigazzjoni jew prosekuzzjoni speċifiċi relatati ma' reati terroristiċi jew delitti serji.

4. Huwa biss f'dawk il-każijiet fejn ikun hemm il-ħtieġa għall-prevenzjoni ta' theddida imminenti u serja għas-sigurtà pubblika li l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jitolbu direttament lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor biex tipprovdihom bid-dejta tal-PNR li tinżamm fid-database ta’ din tal-aħħar skont l-Artikolu 9(1) and (2). Dawn it-talbiet għandhom ikunu relatati ma’ investigazzjoni jew prosekuzzjon speċifika ta’ reati terroristiċi jew delitti serji u għandhom ikunu raġunati. L-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandhom iwieġbu għal dawn it-talbiet bħala kwistjoni ta' prijorità. Fil-każijiet l-oħra kollha l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħaddu t-talbiet tagħhom mingħand l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-Istat Membru tagħhom stess.

5. Eċċezzjonalment, meta jkun hemm bżonn aċċess kmieni bħala tweġiba għal theddida speċifika u reali dwar reati terroristiċi jew delitti serji, l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta’ Stat Membru għandu jkollha d-dritt li titlob lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta’ Stat Membru ieħor biex tipprovdilha dejta tal-PNR tat-titjiriet li jinżlu fi jew li jitilqu mit-territorju ta' din tal-aħħar fi kwalunkwe ħin.

6. L-iskambju tal-informazzjoni taħt dan l-Artikolu jista’ jsir bl-użu tal-mezzi eżistenti għall-kooperazzjoni tal-infurzar tal-liġi internazzjonali. Il-lingwa użata għat-talba u l-iskambju tal-informazzjoni għandha tkun waħda applikabbli għall-mezz użat. Meta jagħmlu n-notifiki tagħhom skont l-Artikolu 3(3), l-Istati Membri għandhom ukoll jinfurmaw il-Kummissjoni bid-dettalji tal-kuntatti, lil min jistgħu jintbagħtu t-talbiet f’każ ta’ urġenza. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika n-notifiki riċevuti lill-Istati Membri.

Artikolu 8

Trasferiment ta’ dejta lil pajjiżi terzi

Stat Membru jista’ jittrasferixxi dejta tal-PNR u r-riżultati tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR lil pajjiż terz, fuq il-bażi ta’ każ b’każ biss u jekk:

(a) (a) jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ippreżentati fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI,

(b) (b) it-trasferiment huwa meħtieġ għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva speċifikata fl-Artikolu 1(2), u

(c) it-tielet pajjiż jaqbel li jitrasferixxi d-dejta lil pajjiż terz ieħor fil-każ biss li huwa meħtieġ għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva kif speċifikat fl-Artikolu 1(2) u biss bl-awtorizzazzjoni espressa tal-Istat Membru.

Artikolu 9

Perjodu taż-żamma tad-dejta

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta tal-PNR ipprovduta mit-trasportaturi bl- tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tinżamm f'database fl-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għal perjodu ta' 30 ġurnata wara t-trasferiment tagħha lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tal-ewwel Stat Membru li fit-territorju tiegħu tkun nieżla jew tielqa t-titjira.

2. Wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ 30 ġurnata wara t-trasferiment tad-dejta tal-PNR lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri msemmija fil-paragrafu 1, id-dejta għandha tinżamm fl-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għal perjodu ieħor ta’ ħames snin. Matul dan il-perjodu, l-elementi kollha tad-dejta li jistgħu jservu biex jidentifikaw il-passiġġier li miegħu hija relatata d-dejta tal-PNR, għandhom jiġu moħbija. Din id-dejta tal-PNR anonimizzata għandha tkun aċċessibbli biss għal numru limitat ta’ persunal tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri awtorizzata speċifikament sabiex twettaq analiżi tad-dejta tal-PNR u tiżviluppa kriterji tal-valutazzjoni skont l-Artikolu 4(2)(c). Aċċess għad-dejta tal-PNR kollha għandu jkun permess biss mill-Kap tal-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għall-iskop tal-Artikolu 4(2)(b) u fejn jista’ jkun maħsub raġonevolment li hemm bżonn li titwettaq investigazzjoni u bħala reazzjoni għal theddida jew riskju speċifiku u reali jew investigazzjoni jew prosekuzzjoni speċifika.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-elementi tad-dejta li jistgħu jservu biex jiġi identifikat il-passiġġier li miegħu hija relatata d-dejta tal-PNR, u li għandhom jiġu ffiltrati u moħbija.

- Isem (ismijiet), kif ukoll ismijiet ta' passiġġieri oħrajn fuq il-PNR u n-numru ta’ vjaġġaturi fuq il-PNR li qed jivvjaġġaw flimkien;

- Indirizz u informazzjoni dwar il-kuntatt;

- Kummenti ġenerali safejn ikun fihom xi informazzjoni li tista’ sservi biex jiġi identifikat il-passiġġier li miegħu huwa relatat l-PNR; u

- Kwalunkwe Informazzjoni minn Qabel dwar il-Passiġġieri miġbura.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta tal-PNR titħassar hekk kif jiskadi l-perjodu speċifikat fil-paragrafu 2. Dan l-obbligu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal każijiet fejn dejta tal-PNR speċifika ġiet trasferita lil awtorità kompetenti u li tintuża fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet kriminali speċifiċi, fejn iż-żamma ta’ tali dejta mill-awtorità kompetenti għandha tiġi regolata mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru.

4. Ir-riżultat ta’ tqabbil msemmi fl-Artikolu 4(2)(a) u (b) għandu jinżamm mill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri sakemm biss ikun hemm bżonn li jiġu informati l-awtoritajiet kompetenti ta’ tqabbil pożittiv. Meta, wara analiżi individwali ta’ mezzi mhux awtomatizzati, ir-riżultat ta’ operazzjoni ta' tqabbil awtomatizzat joħroġ negattiv, madankollu għandu jinħażen biex jiġi evitat tqabbil pożittiv ‘falz’ futuri għal perjodu massimu ta' tliet snin sakemm id-dejta sottostanti tkun għadha ma tħassritx skont il-paragrafu 3 sal-iskadenza ta' dawk il-ħames (5) snin, li f'dak il-każ ir-reġistru għandu jinżamm sakemm id-dejta sottostanti titħassar.

Artikolu 10

Penali kontra t-trasportaturi bl-

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, b’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, li penali dissważivi, effettivi u proporzjonali, inklużi penali finanzjarji, jiġu pprovduti kontra t-trasportaturi bl- li, ma jittrażmettux id-dejta meħtieġa taħt din id-Direttiva, sakemm tkun diġà nġabret mit-trasportaturi bl-, jew ma jagħmlux hekk fil-format meħtieġ jew jiksru b'mod ieħor id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva.

Artikolu 11

Protezzjoni tad-dejta personali

1. Kull Stat Membru għandu jipprovdi li, fir-rigward tal-ipproċessar kollu tad-dejta personali skont din id-Direttiva, kull passiġġier għandu jkollu l-istess dritt għall-aċċess, id-dritt għar-rettifika, it-tħassir u l-ibblukkar, id-dritt għall-kumpens u d-dritt għar-riżarċiment ġudizzjajru bħal dawk adottati mil-liġi nazzjonali fl-implementazzjoni tal-Artikoli 17, 18, 19 u 20 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 17, 18, 19 u 20 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI għandhom għalhekk ikunu applikabbli.

2. Kull Stat Membru għandu jipprovdi li d-dispożizzjonijiet adottati taħt il-liġi nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-Artikoli 21 u 22 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI dwar il-kunfidenzjalità tal-ipproċessar u s-sigurtà tad-dejta għandhom japplikaw għall-ipproċessar kollu tad-dejta personali skont din id-Direttiva

3. Kwalunkwe pproċessar ta’ dejta tal-PNR li jiżvela l-oriġini tar-razza jew etnika, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-opinjoni politika, is-sħubija fi trejdjunjin, is-saħħa jew il-ħajja sesswali ta’ persuna għandu jkun projbit. F'każ li dejta tal-PNR li tiżvela din l-informazzjoni tasal għand l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għandha titħassar minnufih.

4. L-ipproċessar kollu tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl-, it-trasferimenti kollha tad-dejta tal-PNR minn Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u t-talbiet kollha mill-awtoritajiet kompetenti jew Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta’ Stati Membri oħra u pajjiżi terzi, anke jekk irrifjutati, għandhom jiġu rreġistrati jew iddokumentati mill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u l-awtoritajiet kompetenti għall-iskop tal-verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta, awto-monitoraġġ u assigurazzjoni tal-integrità tad-dejta xierqa u s-sigurtà tal-ipproċessar tad-dejta, b’mod partikolari mill-awtoritajiet nazzjonali tas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta. Dawn l-entrati tar-reġistru għandhom jinżammu għal perjodu ta’ ħames snin sakemm id-dejta sottostanti għadha ma tħassritx skont l-Artikolu 9(3) mal-iskadenza ta’ dawk l-istess ħames snin, u f’dak il-każ l-entrati tar-reġistru għandhom jinżammu sakemm titħassar id-dejta sottostanti.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasportaturi bl-, l-aġenti tagħhom jew bejjiegħa oħra tal-biljetti għall-ġarr ta’ passiġġieri fuq servizz tal- javżaw il-passiġġieri ta’ titjiriet internazzjonali, fil-ħin li jipprenotaw it-titjira u fil-ħin tal-akkwist tal-biljett, b’mod ċar u preċiż dwar il-provvista ta’ dejta tal-PNR għall-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri, l-iskopijiet tal-ipproċessar tagħhom, il-perjodu taż-żamma tad-dejta, l-użu possibbli tagħhom għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi jew delitti serji, il-possibbiltà tal-iskambju u l-kondiviżjoni ta’ din id-dejta u d-drittijiet tagħhom tal-protezzjoni tad-dejta, b’mod partikolari d-dritt li jilmentaw ma’ awtorità nazzjonali tas-sorveljanza tal-protezzjoni tad-dejta tal-għażla tagħhom. L-istess informazzjoni għandha tkun disponibbli mill-Istati Membri lill-pubbliku.

6. Għandu jiġi pprojbit kwalunkwe trasferiment tad-dejta tal-PNR mill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri u mill-awtoritajiet kompetenti u partijiet privati fi Stati Membri jew f'pajjiżi terzi.

7. Mingħajr preġudizju għall-Artikolu 10, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u b’mod partikolari għandhom jistabbilixxu penali effettivi, proporzjonali u dissważivi sabiex jiġu imposti f’każijiet ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva.

Artikolu 12

Awtorità Nazzjonali tas-Sorveljanza

Kull Stat Membru għandu jipprovdi li l-awtorità nazzjonali tas-sorveljanza stabbilita fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI għandha tkun responsabbli wkoll għan-notifika u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni fit-territorju tiegħu tad-dispożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri skont din id-Direttiva. Id-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/JHA għandhom ikunu applikabbli.

KAPITOLU IV

MIŻURI TAL-IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 13

Protokolli komuni u formati aċċettati tad-dejta

1. It-trasferimenti kollha tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl- lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva għandhom isiru b'mezzi elettroniċi jew, fil-każ ta’ falliment tekniku, permezz ta’ kwalunkwe mezz xieraq ieħor, għal perjodu ta' sena wara l-adozzjoni tal-protokoll komuni u l-formati aċċettati tad-dejta skont l-Artikolu 14.

2. Meta jkun skada l-limitu ta’ żmien ta’ sena mid-data mill-adozzjoni tal-protokolli komuni u l-foromati aċċettati tad-dejta, it-trasferimenti kollha tad-dejta tal-PNR mit-trasportaturi bl- lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva għandhom isiru b’mod elettroniku bl-użu ta’ metodi żguri f’għamla ta’ protokolli komuni aċċettabbli li jkunu komuni għat-trasferimenti kollha biex tiġi żgurata s-sigurtà tad-dejta matul it-trasferiment, u f’format appoġġjat tad-dejta biex tiġi żgurata l-leġġibbiltà mill-partijiet kollha involuti. It-trasportaturi bl- kollha għandhom ikunu meħtieġa jagħżlu u jidentifikaw lill-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri l-protokoll komuni u l-format tad-dejta li bi ħsiebhom jużaw għat-trasferimenti tagħhom.

3. Il-lista tal-protokolli komuni aċċettabbli u l-formati aċċettati tad-dejta għandhom jitħejjew u, jekk ikun hemm bżonn, aġġustati mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 14(2).

4. Sakemm il-protokolli komuni aċċettabbli u l-formati aċċettati tad-dejta msemmija fil-paragrafi 2 u 3 mhumiex disponibbli, il-paragrafu 1 għandu jibqa’ applikabbli.

5. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-miżuri tekniċi meħtieġa huma adottati biex ikunu jistgħu jintużaw il-protokolli komuni u l-formati tad-dejta fi żmien sena mid-data meta ġew adottati l-protokolli komuni u l-formati aċċettati tad-dejta.

Artikolu 14

Proċedura tal-kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat ("il-Kumitat"). Il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament […/2011/UE] tas-16 ta' Frar 2011.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament […/2011/UE] tas-16 ta' Frar 2011.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 15

Traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jimxu ma' din id-Direttiva sa mhux iżjed tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u skeda ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkompanjati bl-imsemmija referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 16

Dispożizzjonijiet transizzjonali

Mad-data msemmija fl-Artikolu 15(1), jiġifieri sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinġabar id-dejta tal-PNR ta' mill-inqas 30% tat-titjiriet kollha msemmija fl-Artikolu 6(1). Sa sentejn wara d-data msemmija fl-Artikolu 15, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinġabar id-dejta tal-PNR ta' mill-inqas 60 % tat-titjiriet kollha msemmija fl-Artikolu 6(1). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minn erba' snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 15, tinġabar id-dejta tal-PNR mit-titjiriet kollha msemmija fl-Artikolu 6(1).

Artikolu 17

Analiżi

Abbażi l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha:

(a) tanalizza l-vijabilità u ħtieġa li jiġu inklużi t-titjiriet interni fl-iskop ta’ din id-Direttiva, fid-dawl tal-esperjenza miksuba minn dawk l-Istati Membri li jiġbru dejta tal-PNR dwar titjiriet interni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fi żmien sentejn mid-data msemmija fl-Artikolu 15(1);

(b) twettaq analiżi tal-operazzjoni ta’ din id-Direttiva u tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fi żmien erba’ snin mid-data msemmija fl-Artikolu 15(1). Din l-analiżi għandha tkopri l-elementi kollha ta’ din id-Direttiva, b’attenzjoni speċjali għall-konformità mal-istandard tal-protezzjoni tad-dejta personali, it-tul tal-perjodu taż-żamma tad-dejta u l-kwalità tal-valutazzjonijiet. Ikun fih ukoll informazzjoni ta’ statistika miġbura skont l-Artikolu 18.

Artikolu 18

Dejta ta’ statistika

1. L-Istati Membri għandhom iħejju sett ta' informazzjoni statistika dwar id-dejta tal-PNR mogħtija lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri. Tali statistika għandha bħala minimu tkopri n-numru ta’ identifikazzjonijiet ta’ kwalunkwe persuna li tista’ tkun involuta f’reat terroristiku jew f’delitti serji skont l-Artikolu 4(2) u n-numru ta’ azzjonijiet sussegwenti tal-infurzar tal-liġi li jinvolvu l-użu tad-dejta tal-PNR għal kull trasportatur bl- u destinazzjoni.

2. Dawn l-istatistiċi m’għandhomx jinkludu dejta personali. Għandhom ikunu trażmessi lill-Kummissjoni fuq bażi annwali.

Artikolu 19

Relazzjoni ma’ strumenti oħra

1. L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali bejniethom dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti, fis-seħħ meta din id-Direttiva tiġi adottata, sakemm dawn il-ftehimiet jew arranġamenti jkunu kompatibbli ma’ din id-Direttiva.

2. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu jew impenn mill-Unjoni permezz ta’ ftehim bilaterali u/jew multilaterali ma’ pajjiżi terzi.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

Dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri sakemm miġbura mit-trasportaturi bl-

7. Lokalizzatur tar-reġistru tal-PNR

8. Data tar-riservazzjoni/ħruġ tal-biljett

9. Data(i) tal-ivvjaġġar ippjanat

10. Isem(ismijiet)

11. Indirizz u informazzjoni tal-kuntatt (numru tat-telefown, indirizz tal-posta elettronika)

12. Il-forom kollha tal-informazzjoni dwar il-ħlas, inkluż l-indirizz tal-ħruġ tal-kontijiet

13. Itinerajru sħiħ tal-ivvjaġġar għall-PNR speċifika

14. Informazzjoni dwar vjaġġaturi ta’ spiss

15. Aġenzija tal-ivvjaġġar/aġent tal-ivvjaġġar

16. Status tal-ivvjaġġar tal-passiġġier, inklużi konfermi, status taċ-cheque-in, informazzjoni dwar in-nuqqas jew il-preżenza

17. Informazzjoni tal-PNR mifruda/maqsuma

18. Kummenti ġenerali (inkluża l-informazzjoni kollha disponibbli fuq minuri mhux akkumpanjati taħt it-18-il sena, bħall-isem u s-sess tal-minuri, l-età, l-ilsien (ilsna) mitkellm(a), l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-kustodja mat-tluq u r-relazzjoni mal-minuri, l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-kustodja mal-wasla u r-relazzjoni mal-minuri, l-aġent tat-tluq u tal-wasla)

19. Informazzjoni fil-qasam tal-biljetti, inkluż in-numru tal-biljett, id-data tal-ħruġ tal-biljett u biljetti lejn direzzjoni waħda, spazji tal-Automated Ticket Fare Quote

20. Numru tal-post u informazzjoni oħra dwar il-post

21. Informazzjoni dwar il-kondiviżjoni tal-kodiċi

22. L-informazzjoni kollha dwar il-bagalji

23. Numru u ismijiet oħra tal-vjaġġaturi fuq il-PNR

24. Kwalunkwe dejta miġbura dwar l-Informazzjoni minn Qabel dwar il-Passiġġieri (API).

25. Il-bidliet storiċi kollha tal-PNR elenkati taħt in-numri 1 sa 18

[1] Valutazzjoni tat-Theddida tal-Kriminalità Organizzata tal-UE tal-2009 tal-Europol

[2] Eurostat 36/2009.

[3] Rapport tal-2010 tal-Europol dwar is-Sitwazzjoni u x-Xejra tat-Terroriżmu fl-UE

[4] Measuring the costs of coercion to workers in forced labour - Vinogradova, De Cock, Belser.

[5] Il-kostijiet ekonomiċi u soċjali tal-kriminalità kontra individwi u djar 2003/04.

[6] Ewrobarometru Standard 71, p. 149 tal-Anness.

[7] Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika ta’ Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża fuq it-tneħħija gradwali tal-verifiki fil-fruntieri komuni tagħhom, ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

[8] Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006, id-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006.

[9] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE, ir-Regolament (KE) Nru 767/2008, Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI. Ara wkoll id-Dikjarazzjoni dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-Kunsill tal-Ewropa, 25.3.2004.

[10] COM(2010) 385.

[11] Id-Dokument tal-Kunsill 17024/09, 2.12.2009.

[12] Id-Direttiva 2004/82/KE tad-29 ta’ Awwissu 2004.

[13] COM(2007) 654.

[14] Id-Dokument tal-Kunsill 5618/2/09 REV 2, 29.6.2009.

[15] P6_TA (2008)0561.

[16] ĠU C 110, 1.5.2008.

[17] Numru tal-Opinjoni 145 tal-5.12.2007

[18] http://fra.europa.eu/fraWebsite/attachments/FRA_opinion_PNR_en.pdf

[19] Id-Direttiva 2004/82/KE tad-29 ta’ Awwissu 2004.

[20] COM(2010) 492.

[21] Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika ta’ Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża fuq it-tneħħija gradwali tal-verifiki fil-fruntieri komuni tagħhom, ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

[22] Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006, id-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006.

[23] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE, ir-Regolament (KE) Nru 767/2008, Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI. Ara wkoll id-Dikjarazzjoni dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-Kunsill tal-Ewropa, 25.3.2004.

[24] ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.

[25] P6_TA (2008)0561.

[26] Id-Dokument tal-Kunsill 17024/09, 2.12.2009.

[27] ĠU C 110, 1.5.2008.

[28] Opinjoni konġunta għall-proposta għal Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar l-użu tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għal skopijiet tal-infurzar tal-liġi, ippreżentata mill-Kummissjoni fis-6 ta’ Novembru 2007 (WP 145 tal-5.12.2007), http://ec.europa.eu/justice/policies/privacy/docs/wpdocs/2007/wp145_en.pdf.

[29] http://fra.europa.eu/fraWebsite/attachments/FRA_opinion_PNR_en.pdf.

[30] SEC(2011) 132.

[31] OJ C , , p. .

[32] OJ C , , p. .

[33] COM(2007) 654.

[34] Id-Dokument tal-Kunsill 17024/09, 2.12.2009.

[35] COM(2010) 492.

[36] ĠU L 261, 6.8.2004, p. 24.

[37] ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/919/ĠAI tat-28 ta’ Novembru 2008, (ĠU L 330, 9.1.2.2008, p. 21).

[38] ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.

[39] ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

[40] ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89.

[41] ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.

Top