EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011DC0564
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS On Cooperation in the Area of Justice and Home Affairs within the Eastern Partnership
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT SOĊJALI U EKONOMIKU EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Dwar Kooperazzjoni fil-Qasam tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Interni fi ħdan l-Isħubija tal-Lvant.
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT SOĊJALI U EKONOMIKU EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Dwar Kooperazzjoni fil-Qasam tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Interni fi ħdan l-Isħubija tal-Lvant.
/* KUMM/2011/0564 finali */
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT SOĊJALI U EKONOMIKU EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Dwar Kooperazzjoni fil-Qasam tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Interni fi ħdan l-Isħubija tal-Lvant. /* KUMM/2011/0564 finali */
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT SOĊJALI U EKONOMIKU EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Dwar Kooperazzjoni fil-Qasam tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Interni fi ħdan l-Isħubija tal-Lvant. INTRODUZZJONI Il-Programm ta’ Stokkolma, adottat mill-Kunsill Ewropew fit-2 ta' Diċembru 2009[1], saħaq fuq l-importanza tal-politiki tad- dimensjoni esterna tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (minn issa ’ l quddiem ĠAI) għas-suċċess fl-implimentazzjoni tal-għanijiet identifikati fil-Programm u l-bżonn li tkun kompletament koerenti mal-aspetti l-oħra kollha tal-politika barranija tal-Unjoni Ewropea. L-azzjoni tal-UE fid-dimensjoni esterna tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni kibret b’mod stabbli f’dawn l-aħħar snin immexxija, fost oħrajn, minn (1) ir-rispett lejn id-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt ; (2) il-prinċipju tas- sħubija ma ’ pajjiżi terzi , u b’mod partikulari mal-pajjiżi ġirien, u (3) iż-żieda fil-koordinazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar l-azzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri u l-użu sħiħ tal-istrumenti kollha disponibbli. Il-Programm ta’ Stokkolma jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta pjan dwar kif se ssaħħaħ il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ĠAI mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant. Il-bżonn għal din it-tip ta’ kooperazzjoni ġiet enfasizzata aktar fil-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar “ Risposti ġodda għal viċinat fi trasformazzjoni ”[2] u l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin fl-20 ta’ Ġunju 2011, approvati mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju. Ir-reviżjoni li għaddejja tal-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni ukoll titlob għal progress f’dak il-qasam. Il-faċilitazzjoni tal- kuntatti interpersonali , filwaqt li tippromwovi d-drittijiet fundamentali u ssaħħaħ l-istat tad-dritt , issaħħaħ il-ġudikatura, kif ukoll tinvolvi ruħha f’kooperazzjoni ġudizzjarja, uriet li hija prerekwiżit importanti biex tinżamm il-paċi u l-istabbiltà u għandha effetti benefiċi fuq l-iżvilupp ekonomiku, kulturali u soċjali tal-pajjiżi kollha involuti. Dan kien wieħed mill-prinċipji gwida tas- Sħubija tal-Lvant (minn issa ’l quddiem SL) stabbiliti fis-Samit ta’ Praga fl-2009 mill-UE u l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġeorġja, ir-Repubblika tal-Moldova (minn issa ’l quddiem il-Moldova) u l-Ukraina. Iż-żieda fil-mobilità taċ-ċittadini f ’ ambjent sigur u ġestit tajjeb jibqa’ għan ewlieni tas-Sħubija tal-Lvant. Dan l-għan jinvolvi l-faċilitazzjoni tal-viża u l-ftehimiet ta’ ammissjoni mill-ġdid bħala l-ewwel pass. Meta dawn il-ftehimiet jiġu konklużi u implimentati b’mod effettiv, l-UE u l-pajjiżi msieħba se jieħdu passi gradwali lejn proċeduri ħielsa mill-viża fi żmien debitu fuq bażi ta’ każ b’każ u sakemm il-kundizzjonijiet għal mobilità ġestita tajjeb u sigura jkunu f’posthom. Is-Samit tas-Sħubija tal-Lvant ta’ Varsavja tad-29-30 ta’ Settembru 2011 għandu jikkonferma l-għanijiet ewlenin u jagħti aktar impetu lil din is-sħubija anke fil-qasam tal-ĠAI. Il-ġlieda kontra d-drogi illegali, li huma problema kumplessa ta’ saħħa, soċjali u ta’ sigurtà u titlob reazzjonijiet matul żoni differenti tal-ĠAI, għandha tkompli jkollha post importanti fil-kuntest tal-kooperazzjoni fi ħdan is-Sħubija tal-Lvant. Id-djalogu u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi tas-SL fil-qasam tal-ĠAI huma diġà żviluppati sew, kemm fuq livell bilaterali kif ukoll fuq dak multilaterali. Għalhekk, m’hemmx bżonn li jiġu stabbiliti oqsfa ġodda iżda jiġu kkonsolidati, imtejba u kkumplimentati dawk li diġà hemm . Wara l-esperjenza u t-tagħlimiet li ttieħdu matul dawn l-ewwel snin ta’ kooperazzjoni fi ħdan is-SL, din il-Komunikazzjoni tressaq proposti konkreti li għandhom l-għan li jkomplu jkabbru l-livell ta ’ kooperazzjoni politika u operazzjonali lejn it-twaqqif ta’ Spazju Komuni tal-ĠAI bejn l-UE u s-Sħab tal-Lvant tagħha : - konsolidazzjoni tal-oqsfa eżistenti għal djalogu u kooperazzjoni, inkluż l-identifikazzjoni tal-prinċipji għal din it-tip ta’ kooperazzjoni, u - analiżi tal-progress li sar s’issa u proposti għal orjentazzjonijiet għal aktar tisħiħ ta’ kooperazzjoni, inkluż il-prijoritajiet tematiċi tiegħu. KONSLIDAZZJONI TAL-QAFAS ISTITUZZJONALI EżISTENTI GħAD-DJALOGU U L-KOOPERAZZJONI: PRINċIPJI U STRUTTURI Prinċipji għall-kooperazzjoni Il-konsolidazzjoni tal-kooperazzjoni eżistenti fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni mal-pajjiżi Msieħba tal-Lvant għandha tkun ibbażata fuq dawn l-erba’ prinċipji ewlenin li ġejjin: Divrenzjar – Aktar avvanz fil-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet tal-ĠAI ma’ kull Sieħeb tal-Lvant għandu jiddependi fuq il-progress li jsir mill-pajjiż imsieħeb fl-aġenda ta’ riforma tal-ĠAI u fl-implimentazzjoni tal-politiki kollha relevanti. Il-progress se jkun sorveljat f'kooperazzjoni mill-qrib mal-pajjiż sieħeb. Kundizzjonalità – Iż-żieda fil-kooperazzjoni mal-Imseħbin tal-Lvant għandha tkun gradwali u skont il-progress li jsir u s-suċċess fil-kooperazzjoni fl-oqsma li ntlaħaq qbil dwarhom. Koerenza politika – L-approċċ lejn il-kooperazzjoni tal-ĠAI mal-Imseħbin tal-Lvant għandu jkun ikkunsidrat fil-kuntest tal-politika esterna ġenerali tal-UE u koerenti ma’ politiki relevanti oħra tal-UE, kif ukoll mal-kooperazzjoni segwita ma’ pajjiżi oħra fir-reġjun. Kooperazzjoni reġjonali – Il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni reġjonali hija kruċjali biex jintlaqgħu sfidi transkonfinali fil-qasam tal-ĠAI u għandha tkun inkoraġġata aktar. Barra mill-prinċipji msemmija hawn fuq, id-djalogu, l-appoġġ u l-impenn ma' organizzazzjonijiet tas-soċjeta' ċivili, inkluż komunitajiet tal-migranti u awtoritajiet lokali , kemm mill-pajjiżi tal-UE kif ukoll minn dawk tas-SL, huma importanti għal kuntatti interpersonali u għal żieda fil-mobilità u għandhom għalhekk jingħataw parti prominenti fil-kooperazzjoni dwar l-oqsma tal-ĠAI. Strutturi għall-kooperazzjoni Livell Bilaterali Sabiex jiġu evitati diskussjonijiet ripetuti f’fora differenti, huwa suġġerit l-approċċ li ġej: - L-istrutturi tal- Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni (u l-Ftehim ta ’ Assoċjazzjoni futur), u b’mod partikulari s-Sottokumitajiet u d-djalogi politiċi relevanti, għandhom ikomplu jkunu l-qafas ewlieni għad-diskussjonijiet ta' kooperazzjoni bilaterali fil-qafas tal-ĠAI. Djalogi ddedikati dwar id-drittijiet tal-bniedem għandhom jinżammu u jissaħħu b’mod parallel. - Ir-riżultati tar- riammissjoni konġunta u l-kumitajiet tal-faċilitazzjoni tal-viża , kif ukoll tal-progress li jsir fid- djalogi dwar il-viża , jekk huma diġà stabbiliti, għandhom jiġu msemmija waqt il-laqgħat tas-Sottokumitajiet tal-ĠAI. - Fejn hu relevanti, is-Sħubiji għall-Mobilità (SM) għandhom jibqgħu iservu bħala l-qafas għad-djalogu u għall- kooperazzjoni operazzjonali dwar il-migrazzjoni fid-dimensjonijiet kollha tagħha: il-migrazzjoni legali, il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, u l-migrazzjoni u l-iżvilupp. Idealment, il-laqgħat tas-SM għandhom ikunu organizzati waħda wara l-oħra mas-Sottokumitajiet tal-ĠAI u għandhom jidħlu fl-aġenda tagħhom. Skont il-progress li jsir u s-sitwazzjoni tal-migrazzjoni fil-pajjiż, il-possibilità li tiġi ffirmata SM għandha b’mod ġenerali tkun miftuħa għall-pajjiżi kollha tas-SL [3]. - B’konformità mal-evalwazzjoni li għaddejja tal-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni, u biex jinżamm it-titjib fil-bilanċ tematiku, is-Sħubiji għall-Mobilità eżistenti għandhom ikomplu jrawmu l-kooperazzjoni fil-qasam tal- migrazzjoni u l- mobilità. Sabiex jintlaħaq dan, għandu jinżamm impenn mill-imsieħba kollha involuti kemm fuq livell politiku kif ukoll fuq dak ta' implimentazzjoni. Għandha tiġi żviluppata għodda ta ’ monitoraġġ għall-impatt fit-tul tas-SM fuq il-flussi tal-migrazzjoni, il-ġestjoni tal-migrazzjoni u politiki oħra relevanti fil-pajjiżi msieħba u l-UE. Monitoraġġ regolari jippermetti wkoll li jiġu identifikati nuqqasijiet u ħtiġijiet li għandhom jiġu indirizzati fi ħdan il-qafas tas-SM. Barra minn hekk, din l-għodda ta’ monitoraġġ għandha tkun konsistenti u koerenti ma’ għodod u oqsfa oħra sabiex tiffoka u tkabbar l-impatt tagħha. - Oqsma ta ’ prijorità għolja , bħall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar ta’ persuni, kwistjonijiet dwar id-drittjiet tal-bniedem u l-korruzzjoni, għandhom jiġu diskussi fuq bażi sistematika fl-oqsfa eżistenti, b’mod partikulari fis-Sottokumitajiet tal-ĠAI u/jew fid-djalogi ddedikati dwar id-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll is-SM, fejn huma diġà stabbiliti, bl-għan li jintensifikaw il-kooperazzjoni prattika fi ħdan is-Sħubija tal-Lvant. - Il-kooperazzjoni dwar id-drogi għandha tkompli tul id-djalogi politiċi bilaterali eżistenti mal-Ukraina. Id-djalogi bilaterali mnedija mill-Presidenza Pollakka (mal-Armenja, il-Moldova, l-Ażerbajġan u l-Ġeorġja) għandhom jiġu ripetuti u istituzzjonalizzati , bl-għan li jkun hemm dawn it-tipi ta’ fora mal-pajjiżi kollha tal-Lvant. - Għandha tiġi promossa aktar iż-żieda fil-kooperazzjoni mal- aġenziji relevanti (il-FRONTEX, l-Europol, l-Eurojust, iċ-CEPOL, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali) u għandha tibqa’ suġġett regolari fl-aġenda tal-ĠAI – is-Sottokumitajiet u l-laqgħat tas-SM. Istituzzjonijiet u aġenziji oħra, bħall-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) jew iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA), jistgħu ikunu assoċjati fi kwistjonijiet relevanti. Livelli Reġjonali u multilaterali Numru ta’ fora reġjonali li jġibu flimkien l-Istati Membri tal-UE u l-Imsieħba tal-Lvant joffru pjattaformi għall-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiċi kif ukoll jimplimentaw inizjattivi transkonfinali konkreti (ara l-Anness). Bil-ħsieb li jiġi razzjonalizzat il-qafas għall-kooperazzjoni reġjonali u multilaterali u jsir aktar effiċjenti , saru dawn ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin: - Sabiex tiġi assigurata l-gwida u l-koordinazzjoni politika xierqa, għandha tiġi kkunsidrata l-possibilità li jsiru laqgħat speċifiċi tal-ĠAI fuq livell Ministerjali fil-kuntest tas-Sħubija tal-Lvant. Fejn ikun xieraq, dawn il-laqgħat jistgħu jinżammu fuq bażi annwali sabiex jiġi vvalutat il-progress li jkun sar u jiġu pprovduti orjentazzjonijiet għall-futur. - Sabiex jiġi razzjonalizzat il-qafas għad-djalogu u l-kooperazzjoni reġjonali, kwistjonijiet tal-ĠAI għandhom jibqgħu jidhru regolarment fuq l-aġenda tal- pjattaforma multilaterali tas-SL dwar id-demokrazija, il-governanza tajba u l-istabbiltà u l-kumitati relatati[4], kif ukoll pjattaformi oħra relatati bħal Pjattaforma 4, li tippromwovi d-djalogu dwar “kuntatti interpersonali.” Il-ħolqien ta’ Kumitat ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Asil bl-għan li jinkorpora fih l-aħjar prattiċi u tagħlimiet li ttieħdu permezz tal-“proċess ta’ Söderköping” fil-qafas tas-SL għandu jikkontribwixxi għal dan l-għan. - Minħabba li l- Proċessi ta ’ Praga u ta ’ Budapest għandhom ħafna inkomuni, inkorporazzjoni parzjali ta’ dan tal-aħħar fil-Proċess ta’ Praga hija ta' min jirrikmandaha. Iż-żewġ proċessi jistgħu isiru ġeografikament kumplementarji , fejn filwaqt li l-Ewropa tal-Lvant u l-Asja Ċentrali jkunu koperti mil-proċess ta’ Praga u r-“Rotta tal-Ħarir”, l-Iran, il-Pakistan u l-Afganistan ikunu koperti mill-proċess ta’ Budapest. L-impenn tat-Turkija għandu jkompli jkun ta’ importanza ewlenija fil-proċess ta’ Budapest. Koordinazzjoni u għajnuna finanzjarja Biex is-Sħubija tal-Lvant issir aktar operazzjonali, hija meħtieġa wkoll koordinazzjoni effettiva bejn l-azzjonijiet implimentati mill-UE u l-Istati Membri tagħha. Għandu jitwaqqaf mekkaniżmu ta ’ monitoraġġ ħafif tal-azzjonijiet li jsiru mill-atturi kollha, inkluż rappurtaġġ annwali dwar l-attivitajiet implimentati fil-qasam tal-ĠAI. Il-bżonn li tissaħħaħ aktar il-kooperazzjoni reġjonali bejn l-UE u l-Imseħbin tal-Lvant huwa wieħed mill-għanijiet maġġuri fil-qasam tal-ĠAI għas-snin li ġejjin u jitlob għajnuna finanzjarja sostanzjali u flessibbli. B’mod partikulari, għandu jiżdied il-bini ta' netwerks bejn l-UE u l-pajjiżi tas-SL u l-appoġġ għal proġetti u programmi li jindirizzaw kwistjonijiet transkonfinali u kwistjonijiet simili li jaffettwaw iż-żewġ reġjuni. L-UE għandha tikkunsidra wkoll li tassumi rwol aktar b ’ saħħtu fil-koordinazzjoni tad-donaturi f’dan il-qasam, pereżempju permezz ta’ twaqqif ta’ mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni ddedikati għal kwistjonijiet tal-ĠAI. PROPONIMENT TAL-PASSI TA’ DJALOGU U L-KOOPERAZZJONI FUTURI FIL-QASAM TAL-ĠAI: IL-PRIJORITAJIET TEMATIċI It-tisħiħ tas-sħubija fi kwistjonijiet tal-ĠAI jitlob dħul fis-seħħ ta’ firxa wiesgħa ta’ miżuri. L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom ikomplu jinkoraġġixxu u jappoġġjaw lill-pajjiżi tas-SL fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha meħtieġa, anke permezz ta' miżuri għall-bini tal-kapaċità, skambju ta ’ informazzjoni u l-aħjar prattiċi kif ukoll, jekk ikun xieraq u konformi mat-tqassim tal-kompetenzi, billi jidħlu fis-seħħ miżuri leġiżlattivi u politiċi relevanti fl-oqsma tal-migrazzjoni u tal-mobilità, tas-sigurtà, u tal-protezzjoni tad-dejta, kif ukoll fl-oqsma tal-ġustizzja u tad-drittijiet fundamentali. Jekk ikun xieraq, il-miżuri msemmija hawn taħt għandhom jiġu riflessi fil-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni li bħalissa jinsabu f’negozjati. Migrazzjoni, mobilità u asil Ġbir ta’ dejta, analiżi u l-użu effettiv tagħha fit-tfassil ta’ politika bbażata fuq il-provi Diġà ġew investiti ammonti konsiderevoli ta’ xogħol u riżorsi fit-titjib ta’ sistemi ta’ ġbir ta’ dejta u analiżi fil-pajjiżi tas-SL. Bħalissa qiegħed jiġi preparat Profil ta ’ Migrazzjoni Estiż bħala parti mis-Sħubija għall-Mobilità mal-Moldova, kif ukoll għall-pajjiżi l-oħra kollha tas-SL fil-kuntest tal-proġett iffinanzjat mill-UE "Bini ta' Sħubiji ta' Migrazzjoni”. Madankollu, il-preċiżjoni tal-informazzjoni disponibbli dwar il-migrazzjoni u, għaldaqstant, il-preċiżjoni tat-tfassil ta’ politika bbażata fuq il-provi tiddgħajjef b’mod sinifikanti bin- nuqqas ta ’ dejta statistika relevanti, disponibbli fil-pront u ta ’ min joqgħod fuqha fir-reġjun, bil- kwalità fqira ta’ informazzjoni eżistenti u bid- definizzjonjiet differenti, metodoloġiji tal-istatistika u indikaturi użati matul ir-reġjun. Hemm bżonn li jiġi pprovdut appoġġ lill- istituti nazzjonali tal-istatistika sabiex tiġi żviluppata l-kapaċità tagħhom li jipproduċu statistiċi relevanti u jassumu r-rwol ta’ koordinaturi ta’ attivitajiet tal-istatistika. Barra minn hekk, l-armonizzazzjoni tal-indikaturi u l-metodoloġiji tal-istatistika fir-reġjun tas-SL għandhom ikunu inkoraġġati fil-futur. L-UE għandha tippromwovi l-implimentazzjoni, fil-pajjiżi tas-SL, ta’ format bħal tal-HIMS[5] bi stħarriġ dwar migrazzjoni armonizzata, sabiex tinġabar dejta dwar il-migrazzjoni, inkluż id-determinanti u l-konsegwenzi tal-migrazzjoni. Fejn hu relevanti, u b’rispett sħiħ għall- prinċipju tal-kunfidenzjalità statistika , l-inklużjoni ta’ mistoqsijiet relatati mal-migrazzjoni fiċ-ċensimenti nazzjonali u fl-istħarriġ tad-djar għandha tiġi promossa sabiex jiġi pprovdut sors stabbli u ta’ min jafda fuqu ta’ dejta komparabbli. L-UE għandha tinkoraġġixxi u tappoġġja lill-pajjiżi tas-SL biex jassumu pussess tal-Profili tal-Migrazzjoni tagħhom sabiex dawn ukoll ikunu jistgħu jintużaw bħala għodod biex tittejjeb il-koerenza politika u l-evalwazzjoni politika. Fl-aħħarnett, għandu jsir aktar biex titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tar-riċerka li jaħdmu fuq il-migrazzjoni fl-UE u l-pajjiżi tas-SL. Migrazzjoni legali, integrazzjoni u migrazzjoni u żvilupp Il-migrazzjoni legali , jekk tkun ġestita sew, tista’ tirrispondi għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol kemm tal-pajjiż tal-oriġini u kif ukoll dak tad-destinazzjoni. Tista’ wkoll tikkontribwixxi b’mod effettiv biex tnaqqas il-migrazzjoni irregolari minħabba li tagħmel alternattivi legali disponibbli għall-migranti. L-UE u l-Istati Membri tagħha ħadmu flimkien mal-pajjiżi tas-SL biex jiffaċilitaw il-migrazzjoni legali fuq il-bażi ta’ inizjattivi u ftehimiet bilaterali u fil-qafas tas-Sħubiji għall-Mobilità. Sabiex twaqqaf il-bażi għal azzjoni futura f’dawn l-oqsma, bħalissa l-UE qiegħda tagħmel studju dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-migrazzjoni tax-xogħol mill-pajjiżi tas-SL għall-UE. B’konformità mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol għall-Istati Membri individwali tal-UE, l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkunsidraw aktar ftuħ ta ’ kanali għall-migrazzjoni legali għal migranti mill-imsieħba tas-SL. B’mod parallel, għandhom jidħlu fis-seħħ miżuri biex tiġi indirizzata l-“ħela tal-imħuħ” u t-telf ta’ ħiliet u kapital uman, inkluż mekkaniżmi għal tqabbil tal-impjiegi, migrazzjoni ċirkulari , kooperazzjoni rrinfurzata għall- portabilità tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali , u r- rikonoxximent ta ’ ħiliet u kwalifikazzjonijiet . Ir-rwol tal-ETF għandu jiġi enfasizzat f’dan ir-rigward. L-Isħubiji għall-Mobilità huma qafas partikularment utli, fejn tista’ tiġi favorita ż-żieda fil-mobilità u l-migrazzjoni tkun ġestita aħjar. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw b’mod partikulari l-faċilitazzjoni tal- migrazzjoni legali u l-mobilità intra-UE tal-istudenti, l-akkademiċi u r-riċerkaturi. Għandhom ukoll jittieħdu miżuri biex jiġi evitat li pajjiżi tas-SL isofru minn eżodu ta' mħuħ. F’dak il-kuntest, l-UE u l-Istati Membri tagħha flimkien mal-imsieħba tas-SL għandhom jesploraw bis-sħiħ l-opportunitajiet offruti minn migrazzjoni ċirkulari u l-appoġġ għall-involviment tad-dijaspora fl-iżvilupp tal-pajjiż tal-oriġini tagħhom. L-integrazzjoni ta’ migranti fis-soċjetajiet li qed jilqgħuhom hija sfida li jaffaċċjaw kemm l-Istati Membri tal-UE kif ukoll il-pajjiżi tas-SL. Titlob kooperazzjoni bejn l-aworitajiet fil-livelli kollha – lokali, reġjonali u nazzjonali, - kif ukoll mas-soċjeta ċivili, anke mal-assoċjazzjonijiet tal-migranti. L-UE għandha tipprovdi aktar appoġġ sabiex tkabbar il-kapaċitajiet tal-pajjiżi msieħba biex jindirizzaw b’mod effettiv il-ħtiġijiet tal-migranti fil-politiki pubbliċi tagħhom, speċjalment il-politiki soċjali tagħhom. Barra minn hekk, l-UE għandha tinkoraġġixxi lill-pajjiżi tas-SL biex titqajjem kuxjenza fost il-popolazzjonijiet lokali u fost il-komunitajiet tal-immigranti biex tiġi miġġielda l-ksenofobija u jiġu nfurzati d-drittijiet. It-tfassil ta’ politiki li jfittxu li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal- familji li l-migranti jkunu ħallew warajhom u impatti soċjali oħra tal-emigrazzjoni fuq il-komunitajiet lokali għandhom ukoll ikunu suġġett għal aktar kooperazzjoni. Ir-rimessi huma sors ta’ dħul importanti għall-pajjiżi tas-SL. Fl-2009 ir-rimessi tal-ħaddiema mibgħuta l-Ażerbajġan, l-Armenja, il-Ġeorġja, il-Moldova u l-Ukraina ammontaw għal total ta' kważi EUR 4 biljuni.[6] Minħabba r-rwol li għandhom ir-rimessi fl-ekonomija tal-pajjiżi tas-SL, l-EU u l-imsieħba tas-SL għandhom jibnu fuq l-isforzi li saru s’issa biex jitnaqqsu l-ispejjeż tar-rimessi u jiġi promoss l-użu sostenibbli tagħhom. Il-punt fokali tradizzjonali dwar ir-rimessi għandu jiġi kkumplimentat b’inizjattivi li jimmiraw lejn it-tfaddil tal-migranti u l-ikkanalar tat-tfaddil lejn l-investimenti fil-pajjiżi tal-oriġini ħalli l-fondi jistgħu isiru disponibbli bħala kapital inizjali għall-investituri u l-intraprendituri, b’mod partikulari l-SMEs. Il-pajjiżi tas-SL jiffaċċjaw sfidi simili fir-rigward tal-migrazzjoni legali, u l-kooperazzjoni f’dak il-qasam tista’ tiffaċilita aktar l-adozzjoni ta’ risposti xierqa. F’dak li għandu x’jaqsam mal-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni bejn il-pajjiżi tas-SL stess , l-appoġġ għal numru ta’ inizjattivi possibbli fuq il-livell reġjonali jista’ jkun ikkunsidrat, inkluż il-ġbir, l-armonizzazzjoni, l-analiżi u l-iskambju ta’ dejta relevanti għall-migrazzjoni jew it-twaqqif ta' netwerk ta' informazzjoni dwar il-migrazzjoni li għandu l-għan li jżid il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiċi bejn l-awtoritajiet tal-migrazzjoni tal-pajjiżi tas-SL. Għandhom jiġu inkoraġġati wkoll inizjattivi li għandhom l-għan li jżidu l-mobilità tan-nies bejn il-pajjiżi tas-SL. Il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni, ir-ritorn u r-reintegrazzjoni Ir-riammissjoni fil-pajjiż tagħhom stess ta’ ċittadini li m’humiex awtorizzati legalment biex jidħlu jew jibqgħu f’pajjiż ieħor huwa prinċipju tad-dritt konswetudinali internazzjonali li miegħu għandhom iżommu l-pajjiżi kollha. Ftehimiet ta ’ riammissjoni tal-UE jinkludu proviżjonijiet biex jiġu ffaċilitati u mgħaġġla l-proċeduri tar-riammissjoni ta’ persuni li joqogħdu mingħajr awtorizzazzjoni fit-territorju tal-Istati Membri tal-UE. Dawn it-tipi ta’ ftehimiet jikkostitwixxu għodda importanti fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u, b’hekk, jikkostitwixxu pass importanti lejn iż-żieda fil-mobilità. Bħalissa tlitt imsieħba tas-SL (l-Ukraina, il-Moldova u l-Ġeorġja) iffirmaw ftehim ta' riammissjoni b’mod parallel mal-ftehimiet dwar il-faċilitazzjoni tal-viża mal-UE. L-UE għandha tkompli tiżviluppa l-kooperazzjoni tagħha dwar ir-riammissjoni mal-bqija tal-pajjiżi tas-SL u għandu jkollha l-għan li tagħlaq il-ftehimiet tar-riammissjoni b’mod parallel mal-ftehimiet dwar il-faċilitazzjoni tal-viża mal- Armenja, l-Ażerbajġan u l-Belarus. Il-Kummissjoni diġà ġiet awtorizzata biex tinnegozja ftehim ta’ riammissjoni mal-Belarus u qed tippreżenta proposti għal awtorizzazzjonijiet simili għall-Armenja u l-Ażerbajġan b’mod parallel mal-Komunikazzjoni preżenti. Id-direttivi meħtieġa għan-negozjati għandhom jiġu adottati mill-Kunsill malajr kemm jista’ jkun. B’żieda ma’ dan, l-UE għandha tkompli tappoġġja lill-pajjiżi msieħba fis-SL fl-isforzi tagħhom għall- bini tal-kapaċità biex jipprevjenu u jiġġieldu kontra l-migrazzjoni irregolari u biex jgħinu lill-persuni li jirritornaw fir-reintegrazzjoni sostenibbli tagħhom. Mobilità ffaċilitata fuq medda qasira ta’ żmien L-ivjaġġar bla viża huwa għan għas-sitt pajjiżi tas-SL u b’hekk għandu jiġi rikonoxxut u l-kooperazzjoni lejn dak l-għan għandha tiġi attivament żviluppata. Kooperazzjoni effettiva dwar ir-riammissjoni (inkluż l-implimentazzjoni effettiva tal-ftehim tar-riammissjoni tal-UE), implimentazzjoni korretta u effiċjenti tal-ftehim tal-faċilitazzjoni tal-viża u impenn attiv tal-pajjiż imsieħeb fi djalogu u kooperazzjoni fl-oqsma kollha koperti b’din il-komunikazzjoni għandhom jippermettu għal ftuħ tad-djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża. Il-ftehimiet dwar il-faċilitazzjoni tal-viża (VFA) huma għodda importanti li għandha l-għan li tiffaċilita l-mobilità fuq medda qasira ta’ żmien u hija l-ewwel pass lejn il-liberalizzazzjoni tal-viża. S’issa daħlu fis-seħħ tliet VFAs - mal-Moldova, l-Ukraina u l-Ġeorġja. Kemm l-UE kif ukoll il-pajjiż imsieħeb rispettiv għandhom jassiguraw l-implimentazzjoni effiċjenti u korretta tal-VFAs. Għall-Moldova u l-Ukraina b’mod partikulari, huwa importanti li jiġu konklużi malajr in-negozjati li għaddejjin għal VFAs ġodda u akbar. B’konformità mal-impenji politiċi tagħha, l-UE għandha tikkonkludi ftehimiet simili anke mal-bqija tal-pajjiżi tas-SL, jiġifieri l-Armenja, l-Ażerbajġan u l-Belarus. Id-direttivi ta’ negozjati għall-Belarus kienu diġà ġew adottati u d-direttivi ta’ negozjati meħtieġa għall-Armenja u l-Ażerbajġan għandhom jiġu adottati mill-Kunsill malajr kemm jista’ jkun. B’mod parallel, l-Istati Membri tal-UE għandhom jirrinfurzaw ix-xogħol li għaddej fi ħdan il-qafas tal- kooperazzjoni lokali ta ’ Schengen fil-pajjiżi kollha tas-SL. Dan għandu jsir bil-ħsieb li tiġi assigurata l-armonizzazzjoni massima tal-proċeduri tal-ħruġ tal-viża u l-użu sħiħ tal-opportunitajiet offruti mill- Kodiċi dwar il-Viża , bħall-eżenzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ nies mill-ħlas tal-viża u l-ħruġ ta’ viżi għal dħul multiplu u b’validità twila għal kategoriji bħal studenti, akkademiċi, riċerkaturi, u negozjanti. Barra minn hekk, sabiex jiġi ffaċilitat aktar il-proċess tal-applikazzjoni għall-viża, l-Istati Membri tal-UE għandu jkollhom l-għan li jtejbu l-kopertura konsulari fiż-żona tas-SL. Id-djalogu dwar il-viża huwa qafas li jindirizza l-kundizzjonijiet li jwasslu għal-liberalizzazzjoni tal-viża, billi jippermetti vjaġġi bla viża fuq medda qasira ta’ żmien bejn l-UE u l-pajjiż ikkonċernat. Jiddependi fuq l-implementazzjoni effettiva mill-pajjiż imsieħeb ta’ serje ta' parametri li jkopru firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet tal-ĠAI. Wara t-tlestija tal-fażi esploratorja, djalogi dwar il-viża huma bbażati fuq Pjanijiet ta’ Azzjoni mfassla apposta b’żewġ fażijiet. S’issa, l-UE ppreżentat żewġ Pjanijiet ta ’ Azzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Viża (PALV) lill-pajjiżi tas-SL, li huma l-Ukraina f'Novembru 2010 u l-Moldova f'Jannar 2011. Il-Pjanijiet ta’ Azzjoni jiffokaw fuq oqsma ewlenin tal-ĠAI bħas-sigurtà tad-dokumenti, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-migrazzjoni, il-politika dwar l-asil, l-ordni u s-sigurtà pubblika, inkluż il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar ta’ persuni, kif ukoll ir-relazzjonijiet esterni relevanti u d-drittijiet fundamentali. Jinkludu l-ewwel sett ta’ kriterji li jikkonċernaw il- qafas tal-politika (il-leġiżlazzjoni u l-ippjanar) u t- tieni sett ta’ parametri aktar speċifiċi, li jkopru l- implementazzjoni effettiva u sostenibbli ta’ miżuri relevanti biex jiġu prodotti riżultati konkreti fuq il-post. Dawn it-tipi ta’ PALV jistgħu jservu bħala mudelli utli għal Imsieħba oħra tal-Lvant, meta titqies in-natura speċifika u l-progress indipendenti ta ’ kull pajjiż u l-koerenza fir-reġjun. L-UE se tkompli tappoġġja lill-Ukraina u l-Moldova fl-isforzi tagħhom biex jimplementaw il-Pjanijiet ta’ Azzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Viża. Il-Kummissjoni se tirraporta regolarment dwar il-prograss li jkun sar fl-implementazzjoni tal-PALV lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew. L-ewwel rapporti ta’ valutazzjoni dwar l-Ukraina u l-Moldova huma ppreżentati b’mod parallel mal-Komunikazzjoni preżenti. Sistemi ta’ asil u protezzjoni internazzjonali li jaħdmu b’konformità ma’ obligazzjonijiet internazzjonali Ħafna mill-pajjiżi tas-SL għamlu xi progress fl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni relevanti għall-proviżjoni ta’ protezzjoni internazzjonali għal dawk li kellhom bżonnha. Madankollu, għad hemm nuqqasijiet importanti kemm fir-rigward ta' oqsfa leġiżlattivi kif ukoll fl-implementazzjoni tagħhom. L-UE appoġġjat lill-pajjiżi tas-SL fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ protezzjoni tagħhom, anke permezz ta’ Programm ta' Protezzjoni Reġjonali li jkopri lill-Belarus, il-Moldova u l-Ukraina. It-tieni fażi ta’ dan il-programm bdiet fl-2011. L-UE se tkompli tinkoraġġixxi lill-pajjiżi tas-SL biex itemmu l-qafas leġiżlattiv relevanti u jassiguraw l-implimentazzjoni effettiva tiegħu. Barra minn hekk, se tkompli tappoġġja lill-pajjiżi tas-SL f’aktar żvilupp tal-istituzzjonijiet u t-taħriġ tal-istaff involut fil-proċessi ta’ determinazzjoni tal-istat ta’ refuġjat. L-UE se tgħin ukoll fl-iżvilupp ta’ politiki nazzjonali dwar l-integrazzjoni tar-refuġjati. Fejn hu relevanti, l-għajnuna se tkun provduta b’kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (EASO) li għandu jappoġġja lill-pajjiżi msieħba fl-oqsma kollha ta’ kooperazzjoni prattika dwar kwistjonijiet relatati mal-asil. Ġestjoni integrata tal-fruntieri L-UE, flimkien ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (OIM) u pajjiżi donaturi oħra, appoġġjat lill-pajjiżi tas-SL permezz ta’ numru ta’ inizjattivi dwar il-ġestjoni tal-fruntieri bħall- Missjoni tal-Għajnuna fil-Fruntieri tal-UE (EUBAM) fl-Ukraina u l-Moldova u l-proġett tal- Programm ta ’ Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri tal-Kawkażu tan-Nofsinhar (SCIBM) fin-Nofsinhar tal-Kawkażu.l Barra minn hekk, l-inizjattiva emblematika tas-SL ipprovdiet il-qafas politiku għall-proġetti għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri ffinanzjati mill-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI). Dawn il-proġetti għandhom l-għan li jżidu l-kapaċitajiet operazzjonali billi jipprovdu attivitajiet ta’ bini tal-kapaċità speċifiċi għall-pajjiż u billi jikkontribwixxu għat-twaqqif ta’ sistemi ta’ taħriġ modern f’dawn il-pajjiżi.[7] Għalkemm sar progress sinifikanti f’dan il-qasam, l-iżvilupp ta’ strateġiji komprensivi ta ’ taħriġ għal dan is-settur kif ukoll it-titjib għal kapaċità istituzzjonali , b’mod partikulari sabiex jiġu ġestiti punti tal-qsim tal-fruntiera b’mod effettiv, jitolbu aktar sforzi. F’dak li għandu x’jaqsam mal-ġestjoni effettiva tal-fruntieri, il- FRONTEX għandha rwol importanti u l-kooperazzjoni operazzjonali qed titmexxa 'l quddiem fl-oqsma tal-iskambju tal-informazzjoni, l-analiżi tal-perikli, it-taħriġ, l-operazzjonijiet konġunti u l-proġetti piloti. S’issa, il-FRONTEX iffirmat arranġamenti ta ’ xogħol mal-awtoritajiet kompetenti tal-Moldova, il-Ġeorġja, l-Ukraina u l-Belarus. B’riżultat ta’ dan, uffiċjali tal-gwardja tal-fruntieri ta’ dawn il-pajjiżi diġà pparteċipaw bħala osservaturi f’Operazzjonijiet Konġunti kkordinati mill-FRONTEX u jibbenefikaw minn xi prodotti ta’ taħriġ żviluppati mill-FRONTEX b’kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE. Għandu jiġi pprovdut appoġġ għall-abbozzar u l-implimentazzjoni sussegwenti ta’ strateġiji nazzjonali għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-pajjiżi kollha tas-Sħubija tal-Lvant, fil-qafas ta’ inizjattivi eżistenti. L-għeluq ta’ arranġamenti ta ’ xogħol bejn il-FRONTEX u l-awtoritajiet kompetenti tal- Armenja u l- Ażerbajġan se jikkontribwixxi għaż-żieda tal-implimentazzjoni tal-kunċett tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri u għat-tkattir fl-interoperabilità bejn il-gwardji tal-fruntieri tal-Istati Membri tal-UE u dawk minn dawn iż-żewġ pajjiżi. Fil-qasam tal- analiżi tal-perikli , it-twaqqif ta’ netwerks reġjonali simili għan-netwerks tal-Balkani tal-Punent (WEBRAN) jistgħu ikunu esplorati u żviluppati aktar. Ordni u sigurtà pubblika Ma tistax tinkiseb sigurtà interna b’iżolament mill-bqija tad-dinja, u b’mod partikulari mhux b’iżolament mill-viċinat Ewropew immedjat. Għalhekk huwa importanti li tiġi assigurata koerenza u komplimentarjetà bejn l-aspetti interni u esterni tas-sigurtà tal-UE. Kif inhu rikonoxxut kemm mill-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà[8] kif ukoll mill-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna[9], ir-relazzjonijiet mal-imsieħba tagħna huma ta’ importanza fundamentali fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata u t-terroriżmu. Sigurtà tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u tal-identità L-iżvilupp tas-sigurtà tad-dokumenti huwa pass meħtieġ għall-ibbenefikar mill-faċilitazzjoni tal-viża mal-UE. Xi pajjiżi tas-SL bdew joħorġu passaporti bijometriċi għaċ-ċittadini tagħhom u ħadmu fuq l-assigurazzjoni tal-proċess tal-ħruġ , speċjalment fir-rigward ta’ dokumenti oriġinaturi, is-sħubija u l-personalizzazzjoni, li huma essenzjali għall-kredibilità internazzjonali u nazzjonali tad-dokumenti personalizzati. L-UE għandha tintensifika l-iskambju tal-aħjar prattiċi mal-pajjiżi tas-SL fil-qasam tas-sigurtà tad-dokumenti, billi tiffoka b’mod partikulari fuq id-dħul tal-bijometrija fl-IDs u fid-dokumenti tal-ivvjaġġar, b’hekk tassigura l-effiċjenza u l-integrità tal-proċess tal-personalizzazzjon u l-arranġamenti tal-protezzjoni tad-dejta meħtieġa . L-UE għandha tinkoraġġixxi u tappoġġja lill-pajjiżi tas-SL biex jiġu assigurati l-proċeduri għall-ħruġ tad-dokumenti u l-ġestjoni ġenerali tal-identitajiet, inkluż ir-reġistri xierqa. L-indirizzar tat-traffikar tal-persuni Skont l-aktar rapport reċenti tan-Nazzjonijiet Uniti[10], numru sostanzjali tal- vittmi u t-traffikanti għal raġunijiet ta ’ sfruttament sesswali fl-Ewropa għandhom nazzjonalità mill-pajjiżi tas-SL. Il-valutazzjoni reċenti tal-Europol[11] turi l-importanza tal-involviment tal-gruppi kriminali bbażati fil-pajjiżi tas-SL fit-traffikar tal-persuni, flimkien ma' attivitajiet kriminali oħra. L-indirizzar ta’ traffikar ta’ persuni hija ta ’ prijorità għolja għall-UE u d-djalogu u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi tas-SL f’dan il-qasam huma diġà żviluppati sew. Dawn l-oqsma ta’ kooperazzjoni jinkludu l-prevenzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu u l-UE u l-Istati Membri tagħha, kif ukoll il-Europol, appoġġjaw numru ta’ proġetti biex jgħinu lill-pajjiżi msieħba tas-SL fil-ġlieda kontra dan it-tip ta’ reat. L-UE għandha tinkoraġġixxi lill-pajjiżi tas-SL li għadhom ma rratifikawx il-Protokoll ta ’ Palermo dwar it-Traffikar ta ’ Persuni tan-NU u l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Azzjoni kontra t-Traffikar tal-Bnedmin sabiex jagħmlu dan u biex jagħmlu l-aħjar użu ta’ strumenti internazzjonali fil-ġlieda kontra l-forom varji kollha ta’ traffikar ta’ persuni bħal traffikar għal raġunijiet ta’ sfruttament sesswali u ta’ xogħol, servitù domestika u talb furzat. L-UE għandha tfittex li tkompli ssaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar tat-traffikar ta' persuni. B’mod partikulari, l-UE għandha tikkoopera mill-qrib mal-pajjiżi tas-SL biex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom li jipprovdu protezzjoni u għajnuna lill-vittmi ta ’ traffikar ta ’ persuni . Dan għandu jsir b’mod partikulari billi jinħolqu sħubiji bejn il-gvernijiet, l-organizzazzjonijiet non-governattivi u s-settur privat fit-twaqqif ta’ mekkaniżmi u proċeduri li jipproteġu u jappoġġjaw aħjar lill-vittmi ta' traffikar ta' persuni u jassiguraw ir-ritorn sigur lejn il-pajjiżi ta’ oriġini u fil-prevenzjoni ta’ traffikar ta’ persuni. Din il-kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-approċċ tad-drittijiet tal-bniedem meta tiġi kkunsidrata l-importanza li jiġi inkorporat approċċ ta' perspettiva tas-sessi u tad-drittijiet tat-tfal. Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata Iż-żieda fil-mobilità m’hijiex biss ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini; tiffaċilita indirettament ukoll l-attivitajiet ta’ netwerks kriminali transnazzjonali . Il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi tas-SL biex jindirizzaw din l-isfida hija diġà żviluppata sew. Madankollu, id-dehra ta’ kanali ġodda u forom ġodda ta’ kriminalità organizzata titlob kooperazzjoni kontinwa sabiex tiġi kkonfrontata b’mod integrat. Il-fenomeni kriminali prevalenti fir-reġjun huma l-kuntrabandu tad-drogi, oġġetti li fuqhom jitħallas id-dazju (inkluż is-sigaretti), oġġetti ffalsifikati u t-traffikar ta’ persuni. Il-kooperazzjoni, b’mod partikulari fuq il-livell operazzjonali, bejn il- Euoropol u l-pajjiżi tas-SL hija waħda mill-għodda li żżid l-effettività fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata u t-terroriżmu. Il-Europol diġà temmet Ftehimiet strateġiċi mal- Ukraina u l- Moldova [12]. Sabiex tkompli tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalita organizzata , l-UE għandha tistieden lill-pajjiżi tar-reġjun tas-SL biex iwettqu prerekwiżiti, b'mod partikulari fir-rigward ta' protezzjoni ta' dejta, sabiex ikunu lesti biex iwaqqfu kooperazzjoni strateġika bejn il-Europol u l-pajjiżi tas-SL jew biex jimmodifikaw il-ftehimiet dwar kooperazzjoni strateġika attwali fi ftehimiet dwar kooperazzjoni operazzjonali. L-UE għandha tappoġġja l-kooperazzjoni reġjonali fil-qasam tas-sigurtà u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Inizjattivi relevanti għandhom jinkludu żieda fil-kooperazzjoni bejn il-pulizija u d-dwana permezz ta’ taħriġ komuni , fost oħrajn f’kooperazzjoni maċ- CEPOL u l-Europol, skambju tal-aħjar prattiċi, investigazzjonijiet konġunti , b’mod partikulari fl-investigazzjoni ta’ reati transkonfinali, operazzjonijiet doganali konġunti kkordinati mill-Uffiċċju Ewropew ta' kontra l-Frodi (OLAF), eċċ. F’dak ir-rigward inizjattivi bħall-pulizija tal-EuroEast, li għandhom l-għan li jżidu l-kooperazzjoni fl-oqsma tat-titjib tas-sigurtà interna fil-pajjiżi tal-UE u tas-Sħubija tal-Lvant, u l-Konferenzi Annwali tal-Grupp ta' Ħidma dwar is-Sigaretti organizzati mill-OLAF, għandhom ikunu promossi u żviluppati aktar. Iċ-CEPOL għandu jikkontribwixxi permezz tal-Kurrikula Komuni eżistenti tiegħu flimkien mal-korsijiet ta’ taħriġ tiegħu. Għandhom jiġu kkunsidrati Arranġamenti dwar il-Kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet ta’ taħriġ relevanti tal-pajjiżi inkwistjoni. L-UE għandha tikkoordina mill-qrib mas-Sħab tas-SL fl-isforzi u l-miżuri tagħhom biex jiġġieldu kontra l-kuntrabandu mal-fruntiera tal-Lvant , anke billi timplimenta b’mod komprensiv il-Pjan ta’ Azzjoni biex tiġġieled kontra l-kuntrabandu ta’ sigaretti u alkoħol tul il-Fruntiera tal-Lvant tal-UE[13]. L-UE għandha tkompli tappoġġja lill-pajjiżi tas-SL fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet tal-ġustizzja kriminali tal-pajjiżi tas-SL biex tikkoopera b ’ mod effettiv kontra l-kriminalità elettronika permezz tal-Pjattaforma dwar id-Demokrazija, il-Governanza Tajba u l-Istabiltà tas-SL mal-għajnuna tal-Kunsill tal-Ewropa. Barra minn hekk, l-UE għandha tinkoraġġixxi lill-pajjiżi imsieħba biex jirratifikaw u jimplementaw bis-sħiħ il-Konvenzjoni dwar il-Kriminalità Elettronika tal-Kunsill tal-Ewropa (Nru ETS 185) Il-Konvenzjoni għandha sservi bħala gwida u qafas għall-pajjiżi kollha li għandhom l-għan li jiżviluppaw leġiżlazzjoni nazzjonali komprensiva kontra l-kriminalità elettronika. L-UE għandha tinkoraġġixxi lill-pajjiżi tas-SL biex ikomplu jsaħħu l-kapaċità istituzzjonali tagħhom biex jiġġieldu kontra riskji Kimiċi, Bijoloġiċi, Radjoloġiċi u Nukleari (CBRN), b'mod partikulari billi jipparteċipaw b'mod attiv fl-inizjattiva tal-UE dwar iċ-Ċentri ta' Eċċellenza ta' CBRN. Il-ġlieda kontra reati finanzjarji, inkluż l-iffinanzjar tat- terroriżmu Il-ġlieda kontra l-ħasil ta ’ flus hija importanti bħala mezz biex tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata u tipi oħra ta’ kriminalità. Il-kooperazzjoni internazzjonali hija essenzjali f’dan il-qasam għax il-flussi tal-flus fil-ġurnata tal-lum ma jafux fruntieri. Il-ġlieda kontra l-iffinanzjar tat-terroriżmu hija waħda mill-elementi essenzjali fl-isforzi tal-UE fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. Hija diskussa b’mod regolari f’fora internazzjonali u multinazzjonali bħat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF), in-NU u oħrajn. Il-maġġoranza tal-pajjiżi tas-SL m’humiex membri tal-FATF iżda huma (bħal fil-każ ta’ 12 mill-Istati Membri tal-UE) membri ta’ korpi reġjonali fuq stil tal-FATF. L-involviment attiv f’dawn il-korpi huwa importanti biex jiġu adattati proċeduri nazzjonali Kontra l-Ħasil ta’ Flus/Kontra l-Iffinanzjar tat-Terroriżmu għal livelli internazzjonali. L-UE għandha tinkoraġġixxi lill-pajjiżi tas-SL biex jaħdmu mill-qrib mal-FATF u korpi reġjonali relevanti fuq stil tal-FATF. L- Unitajiet tal-Intelliġence Finanzjarja (UIF) huma komponenti essenzjali tas-sistema kontra l-ħasil ta’ flus u kontra l-iffinanzjar tat-terroriżmu. L-UE għandha tinkoraġġixxi lill-pajjiżi tas-SL biex isaħħu l-UIF tagħhom u jrawmu l-kooperazzjoni tagħhom mal-UIF tal-Istati Membri tal-UE. L-UE għandha tinkoraġġixxi lill-pajjiżi tas-SL biex jirratifikaw u jimplementaw il-Konvenzjoni tal-2005 dwar il-Ħasil ta’ Flus, it-Tiftix, il-Qabda u l-Konfiska ta’ Profitti minn Attività Kriminali u l-Iffinanzjar tat-Terroriżmu (Nru ETS 198). L-UE għandha tippromwovi l-implementazzjoni tal-Istrateġija Globali tan-NU kontra t-Terroriżmu , adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-2006, li tirrapreżenta qafas komprensiv biex tiġi indirizzata t-theddida tat-terroriżmu. L-UE għandha taħdem ukoll mal-pajjiżi tas-SL dwar il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ għal attivitajiet terroristiċi. Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni hija relevanti ħafna għall-prijoritajiet tematiċi l-oħra kollha u, sakemm ma tiġix trattata b’mod effiċjenti, tista’ ddgħajjef il-kooperazzjoni u l-fiduċja reċiproka fl-oqsma l-oħra kollha. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni fl-UE[14] saħqet li l-għajnuna għat- tisħiħ tal-kapaċità tal- pajjiżi ġirien biex jiġġieldu kontra l-korruzzjoni se tkun waħda mill-aspetti essenzjali tal-appoġġ ġenerali tal-UE mogħti lil dawn il-pajjiżi msieħba. Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni Konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea dwar ‘ Risposti ġodda għal viċinat fi trasformazzjoni ’ tenfasizza li l-livelli tal-appoġġ tal-UE lill-pajjiżi msieħba se jiġu adattati skont il-progress dwar ir-riformi politiċi u l-bini ta’ demokrazija profonda, inkluż l-impenn tal-gvernijiet biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni. Issa l-pajjiżi tas-SL saru parti mill-istrumenti relevanti Ewropej u internazzjonali kontra l-korruzzjoni. Il-pajjiżi kollha tas-SL jipparteċipaw fil-Grupp ta' Stati Kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (GRECO) u kollha rratifikaw jew aċċettaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (UNCAC). Barra minn hekk, il-pajjiżi kollha tal-UE jipparteċipaw fin-Netwerk kontra l-Korruzzjoni għall-Ewropa tal-Lvant u l-Asja Ċentrali tal-OECD. Il-parteċipazzjoni fil- mekkaniżmi ta' monitoraġġ kontra l-korruzzjoni msemmija hawn fuq għandha bżonn tkun ikkumplimentata minn implementazzjoni effettiva tal-istrumenti legali relevanti, inkluż tkomplija xierqa tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom u tal-impenji politiċi relevanti. F’dan il-kuntest, l-UE se tkompli tinkoraġġixxi lill-pajjiżi tas-SL biex jimplementaw ir-rakkomandazzjonijiet pendenti tal-GRECO fi żmien stipulat u biex jipparteċipaw b’mod attiv fil-mekkaniżmu tar-reviżjoni tal-UNCAC, li jippromwovu t-trasparenza tal-proċess tal-evalwazzjoni u l-involviment tas-soċjetà ċivili. L-UE se tinkoraġġixxi wkoll lill-pajjiżi tas-SL biex jassumu rwol importanti fin-Netwerk kontra l-Korruzzjoni għall-Ewropa tal-Lvant u l-Asja Ċentrali u fil-każ ta' dawk li huma koperti mill-Pjan ta' Azzjoni kontra l-Korruzzjoni ta' Istanbul biex ukoll jieħdu aktar passi biex jassiguraw l-implementazzjoni effettiva ta’ dak il-pjan. Barra minn hekk, il-promozzjoni ta ’ kultura ta ’ integrità għandha tkompli tkun parti mill-programmi ta’ kooperazzjoni tal-UE mal-pajjiżi tas-SL f’oqsma bħall-ġestjoni tal-fruntieri, id-dwana, l-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura. Jekk tqis kollox, l-UE għandha tippromwovi aktar involviment tas-soċjetà ċivili fl-adozzjoni, l-implementazzjoni u l-monitoraġġ ta’ miżuri leġiżlattivi u politiċi għaliex huwa essenzjali għal qafas sod u effettiv kontra l-korruzzjoni. Il-ġlieda kontra d-drogi illegali Id-drogi llegali jibqgħu prijorità għolja għall-kooperazzjoni tal-UE mal-pajjiżi tas-SL. L-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi (2005-2012) u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi (2009-2012) jerġgħu jikkonfermaw l-impenji tal-UE biex tipprovdi għajnuna lill-pajjiżi terzi biex ikunu jistgħu ikunu aktar effettivi fit-tnaqqis kemm tad-domanda kif ukoll tal-provvista. Tingħata importanza partikulari lit-titjib tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-ENPI. Għalkemm jista’ jiġi nnutat x progress, xorta baqa' nuqqasijiet maġġuri fil-qasam tal- prevenzjoni, tan-nuqqas ta’ ħsara u tat-trattatment . Barra minn hekk, xi wħud mill-pajjiżi tas-SL huma pajjiżi ta ’ transitu importanti għad-drogi li jaslu fl-UE mill-Asja. L-UE għandha tinkoraġġixxi lill-pajjiżi tas-SL biex jikkooperaw b ’ mod attiv mas-soċjetà ċivili , b’mod partikulari dwar il-prevenzjoni fost il-gruppi vulnerabbli u dwar l-għajnuna tas-saħħa u soċjali speċjalizzati li għandhom l-għan li jnaqqsu l-ħsara fost konsumaturi tad-droga ta’ riskju għoli. F’dan il-kuntest għandha tingħata attenzjoni speċjali lir-relazzjoni bejn l-HIV/AIDS u l-użu tad-droga injettata, li hija sfida wkoll għall-Istati Membri tal-UE ġirien. Dan jista’ jsir billi jiġu appoġġjati l-pajjiżi tas-SL biex jiżviluppaw u jimplementaw politiki nazzjonali integrati u bbilanċjati dwar id-droga u pjanijiet ta ’ azzjoni integrati dwar id-droga , b’hekk jinkorporaw kemm it-tnaqqis fid-domanda u l-provvista, kif ukoll jassiguraw koordinazzjoni aħjar bejn l-aġenziji u l-korpi involuti fi kwistjonijiet relatati mad-droga u jinkludu programmi u servizzi għat-tnaqqis fid-domanda għad-droga, ibbażati fuq l-aħħar provi xjentifiċi u l-aħjar prattiċi u li jirrispettaw bis-sħiħ id-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet tal-bniedem. Il-Kummissjoni tikkommetti ruħha wkoll li taħdem flimkien mal-pajjiżi tas-SL sabiex twaqqaf it-traffikar tad-droga, b ’ mod partikulari l-kuntrabandu ta ’ eroina mill-Afganistan u ta’ kimiki użati biex jiġu prodotti d-drogi, lejn l-Afganistan. B’hekk, l-appoġġ għall-bini tal-kapaċità tal-awtoritajiet varji tal-infurzar tal-liġi (il-pulizija, id-dwana, il-ġustizzja, eċċ.) jibqa’ kruċjali. Għandha tingħata wkoll attenzjoni kif suppost għall-prevenzjoni tad-devjazzjoni ta’ prekursuri tad-droga użati għall-manifattura llegali ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi. Fejn hu relevanti, għandu jitrawwem l-iżvilupp ta’ kapaċità fil-monitoraġġ tas-sitwazzjoni tad-droga, fost oħrajn billli tiġi promossa l-kooperazzjoni mal- EMCDDA . Ġustizzja u drittijiet fundamentali L-istat tad-dritt u r-riforma tal-ġudikatura L-istat tad-dritt huwa kemm prinċipju fundamentali kif ukoll għan ġenerali tal-UE b’kooperazzjoni mal-Imsieħba tal-Lvant. L-UE tagħti importanza konsiderevoli lir- riformi progressivi tal-istituzzjonijiet tal-istat sabiex tibni l-effettività tas-sistema ġudizzjarja u l-kunfidenza tal-pubbliku fiha. Sistema ġudizzjarja b’saħħitha tista’ ssir fattur importanti fl-appoġġ tat-tkabbir ekonomiku. Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tas-SL għamlu progress sostanzjali fir-riforma tal-ġudikatura tagħhom imma għad hemm nuqqasijiet importanti . L-UE hija lesta li tissorvelja aktar mill-qrib ir-riforma tal-ġudikatura filwaqt li tinkoraġġixxi u tappoġġja lill-pajjiżi tas-SL biex isaħħu aktar is-sistemi tal-ġustizzja u jiggarantixxu l-indipendenza tal-ġudikatura, l-imparzjalità, l-effettività u l-kontabilità tagħha kif ukoll l- aċċess għall-ġustizzja . Drittijiet Fundamentali L-UE tagħti importanza kbira lill-kooperazzjoni komprensiva dwar il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Ir-rispett għal-libertajiet fundamentali, kif proklamat fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u kif definit fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, l-Att Finali ta’ Helsinki u l-Karta ta’ Pariġi għal Ewropa Ġdida, u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jiffurmaw il-bażi tal-politiki domestiċi u esterni tal-UE. Il-kooperazzjoni mal-pajjiżi tas-SL tiffoka fuq it-tisħiħ tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tat-tfal, il-libertà tal-espressjoni, l-għaqda ta’ assoċjazzjoni, u d-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoritajiet. Il-promozzjoni u l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, bħala prinċipji fundamentali tal-liġi tal-UE, għandhom ukoll jiġu inklużi fl-għanijiet tal-pjan ta’ kooperazzjoni, b’mod speċifiku meta tiġi kkunsidrata l-oriġini etnika, id-diżabilità, ir-reliġjon u t-twemmin, l-orjentazzjoni sesswali u l-età. L-implementazzjoni tal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u reġjonali hija relevanti ħafna għall-kooperazzjoni mal-pajjiżi msieħba fis-SL. Fl-aħħarnett, il-ġlieda kontra t-tortura u t-trattament inuman u degradanti hija għan ġenerali tal-kooperazzjoni tal-UE mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant. L-UE se tkompli tinkoraġġixxi lill-pajjiżi tas-SL biex jiddiskutu kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem fuq bażi regolari fis-Sottokumitajiet tar-Rappreżentant Għoli relevanti, skont kif ikun xieraq. Il-prestazzjoni mtejba fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem hija wkoll kundizzjoni ewlenija[15] għal aktar żvilupp fir-relazzjonijiet tal-UE mal-imseħbin tal-Lvant. Minħabba t-tisħiħ li għaddej fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi tas-SL, l-UE se tintensifika l-monitoraġġ tagħha fil-qasam tad-drittijiet fundamentali , filwaqt li tinkoraġġixxi u tappoġġja lill-pajjiżi tas-SL biex isaħħu aktar il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, b’hekk ikopru kemm il-każijiet kif ukoll il-kwistjonijiet individwali li jikkonċernaw l-istrumenti tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem. Il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kriminali[16] Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tas-SL iffirmaw u rratifikaw numru ta’ konvenzjonijiet internazzjonali relevanti dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja u kwistjonijiet ċivili u kriminali. Madankollu, xorta hemm nuqqasijiet importanti li jirrigwardaw l-adeżjoni għall-Konvenzjonijiet u l-implementazzjoni sħiħa tal-konvenzjonijiet tibqa’ sfida f’ħafna mill-pajjiżi. L-UE għandha tkompli tinkoraġġixxi lill-pajjiżi kollha tas-SL biex jipparteċipaw fl-oqsfa multilaterali stabbiliti, f’dak li għandu x’jaqsam mal-kooperazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u ġudizzjarji. L-UE għandha tinkoraġġixxi u tappoġġja aktar lill-pajjiżi tas-SL f ’ implimentazzjoni sħiħa lil hinn mir-ratifikazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali relevanti dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kriminali (eż. dwar estradizzjoni, assistenza legali reċiproka),speċjalment fil-qafas tal-Kunsill tal-Ewropa u n-Nazzjonijiet Uniti. Dan jitlob b’mod partikulari sforzi kontinwi biex titjieb il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-ġudikatura u l-aġenziji kollha tal-infurzar tal-liġi , anke permezz ta' investiment fit-taħriġ, ir-riżorsi umani u l-għodda tal-IT. Aktar sforzi u monitoraġġ kontinwu fit-tisħiħ tal-istat tad-dritt u l-iżvilupp ta’ standards komuni, kif miftiehem f’fora internazzjonali komuni (bħall-Kunsill tal-Ewropa), għandhom jibqgħu għan kostanti fil-kooperazzjoni tal-UE mal-pajjiżi tas-SL. Il-protezzjoni tad-dejta Sistema solida biex jiġi assigurat id-dritt tal-individwu għall-protezzjoni tad-dejta personali tiegħu, kemm f’termini ta’ leġiżlazzjoni kif ukoll ta’ kapaċità istituzzjonali effettiva , hija ta’ importanza trasversali għall-oqsma kollha ta’ kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi tas-SL li jinvolvu l-iskambju ta’ dejta personali. B'mod partikulari fil-qasam tal-ĠAI, ir-regoli ta' protezzjoni robusti huma prekundizzjoni bżonnjuża għall-kooperazzjoni operazzjonali, kemm ma' Stati Membri tal-UE kif ukoll ma' aġenziji tal-UE, bħall-Europol u l-Eurojust. Barra minn hekk, il-ġbir u l-iskambju ta’ numru dejjem jikber ta’ dejta personali fil-qasam tal-ĠAI, bħall-identifikaturi bijometriċi jew in-numri ta’ identifikazzjoni personali ta’ individwi f’bażijiet ta’ dejta, ukoll jitolbu regoli robusti li jassiguraw id-dritt tal-individwu għall-protezzjoni tad-dejta personali tiegħu. B’dan il-għan, hemm bżonn li tiġi adottata leġiżlazzjoni nazzjonali komprensiva dwar il-protezzjoni ta ’ dejta personali , flimkien ma’ implementazzjoni effettiva ta’ din il-leġiżlazzjoni, inkluż it-twaqqif ta’ awtorità ta’ sorveljanza tal-protezzjoni tad-dejta pubblika kompletament indipendenti. Il-progress f’dan il-qasam fil-pajjiżi tas-SL huwa mħallat, b’uħud minnhom li diġà rratifikaw il-konvenzjonijiet internazzjonali relevanti u daħħlu fis-seħħ il-leġiżlazzjoni relevanti, filwaqt li oħrajn għadhom iridu jistabilixxu qafas legali sod għall-protezzjoni tad-dejta. L-implimentazzjoni effettiva tal-istrumenti tal-protezzjoni tad-dejta tibqa’ sfida matul ir-reġjun. L-UE għandha tinkoraġġixxi lill-pajjiżi tas-SL biex jirratifikaw il-konvenzjonijiet internazzjonali relevanti, jadottaw il-liġijiet xierqa dwar il-protezzjoni tad-dejta u jassiguraw l-implementazzjoni effettiva tagħhom , ħalli jiggarantixxu d-dritt tal-individwu għall-protezzjoni tad-dejta tagħhom, b’mod partikulari billi jwaqqfu awtoritajiet ta ’ sorveljanza tal-protezzjoni tad-dejta indipendenti. KONKLUżJONIJIET Kooperazzjoni kontinwa bbażata fuq il-fiduċja fi ħdan is-Sħubija tal-Lvant, kemm fuq il-livell strateġiku kif ukoll fuq dak operazzjonali , hija essenzjali għaż- żieda fil-mobilità u l-promozzjoni ta’ kuntatti interpersonali , filwaqt li jiġu indirizzati sfidi u theddid li ma jirrispettawx il-fruntieri – bħat-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u t-traffikar ta’ persuni – u jiġu mgħejjuna l-ġirien tal-UE biex jiġu ankrati l-valuri essenzjali u l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt. L-UE u l-Istati Membri tagħha se jkabbru l-appoġġ tekniku u finanzjarju lejn l-imseħbin tal-Lvant bl-għan li jikkonsolidaw il-proċess tar-riformi fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni li ġie mniedi reċentement. Il-Kummissjoni tinsab kunfidenti li s-sett propost ta’ orjentazzjonijiet se jippermetti lill-UE u lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant li jkomplu jkabbru l-kooperazzjoni politika u operazzjonali fi ħdan is-Sħubija tal-Lvant fil-qasam tal-ĠAI u jersqu eqreb lejn it-twaqqif ta’ Spazju Komuni tal-ĠAI , b’konformità mal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li saru fil-Kummissjoni u l-Komunikazzjoni Konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar “ Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni " u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat ta' Ġunju 2011. Anness Ħarsa ġenerali lejn l-oqsfa għad-djalogu u l-kooperazzjoni fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni bejn l-UE u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant 1. Oqsfa eżistenti għal djalogu u kooperazzjoni fuq livell bilaterali Id-djalogu u l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant (SL) għandhom tradizzjoni twila u firxa wiesgħa. Huma bbażati prinċipalment fuq il- Ftehimiet ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) , iffirmati mal-Ukraina, il-Moldova, il-Ġeorġja, l-Armenja u l-Ażerbajġan, inkluż is-sottokumitajiet relevanti u d-djalogi settorjali regolari. Il-kwistjonijiet tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (ĠAI), inkluż id-drittijiet tal-bniedem, dejjem kienu parti importanti ta’ dak il-qafas u firxa wiesgħa ta’ inizzjattivi ġew implimentati f’dak il-kuntest. Il-fora ewlenin għad-djalogu mal-pajjiżi tas-SL huma s-Sottokumitajiet tal-ĠAI u d-djalogi tad-Drittijiet tal-Bniedem [17]. Il-FSK se jiġu ssostitwiti fil-futur bil-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni, in-negozjati ta’ liema ftehimiet huma għaddejjin bħalissa. Barra minn hekk, numru ta’ djalogi ġew żviluppati, fejn kwistjonijiet tal-ĠAI ġew diskussi, bħas- Sħubiji tal-Mobilità (fis-seħħ bħalissa mal-Moldova u l-Ġeorġja, mill-2008 u l-2009 rispettivament), Djalogi dwar il-Viża mal-Ukraina u l-Moldova u l-istrutturi u l-laqgħat relevanti mwaqqfa f’dawn il-kuntesti differenti. Is-Sħubiji tal-Mobilità huma għodda tal-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u huma ispirati minnha. Jikkostitwixxu qafas politiku għal djalogu msaħħaħ u mfassal apposta u kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fil-qasam tal-migrazzjoni legali, il-migrazzjoni u l-iżvilupp, il-ġlieda kontra l-migrazzjoni llegali, inkluż ir-riammisjoni. Id-Djalogu dwar il-Viża huwa qafas li jindirizza l-kundizzjonijiet għal-liberalizzazzjoni tal-viża, li jippermetti vjaġġar bla viża fuq medda qasira ta’ żmien bejn l-UE u l-pajjiż ikkonċernat. Jiddependi fuq l-implementazzjoni effettiva ta’ serje ta' parametri mill-pajjiż imsieħeb li jkopru firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet tal-ĠAI, wara pjan ta’ azzjoni dettaljat u mfassal apposta b’żewġ fażijiet. S’issa, l-UE ppreżentat żewġ Pjanijiet ta ’ Azzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Viża lill-pajjiżi tas-SL, lill-Ukraina f'Novembru 2010 u lill-Moldova f'Jannar 2011. Il-Pjanijiet ta’ Azzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Viża jiffukaw fuq oqsma ewlenin bħas-sigurtà tad-dokumenti, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-migrazzjoni, il-politika dwar l-asil, l-ordni u s-sigurtà pubblika, inkluż il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar ta’ persuni, kif ukoll ir-relazzjonijiet esterni relevanti u d-drittijiet fundamentali. Jinkludu l-ewwel sett ta’ kriterji li jikkonċernaw il-qafas tal-politika (il-leġiżlazzjoni u l-ippjanar) u t-tieni sett ta’ parametri aktar speċifiċi, li jkopru l-implementazzjoni effettiva u sostenibbli ta’ miżuri relevanti biex jiġu prodotti riżultati konkreti fuq il-post. Kien hemm qbil fuq Pjan ta ’ Azzjoni tal-ĠAI speċifiku bejn l-UE u l-Ukraina fl-2001 u rivedut fl-2007. Barra minn hekk, l-UE u l-Ukraina jiltaqgħu kull sena fuq livell Ministerjali biex jiddiskutu kwistjonijiet tal-ĠAI. Regolarment iseħħ djalogu politiku bilaterali dwar id-drogi mal-Ukraina. Ġew organizzati djalogi politiċi mal-Armenja, il-Moldova, l-Ażerbajġan u l-Ġeorġja għall-ewwel darba mill-Presidenza Pollakka. Barra minn hekk, l-UE żviluppat relazzjonijiet kuntrattwali speċifiċi ma’ xi pajjiżi fis-Sħubija tal-Lvant mal-qasam tal-ĠAI billi ġew konklużi il- Ftehimiet dwar ir-Riammissjoni u l-Faċilitazzjoni tal-Viża (il-Moldova, il-Ġeorġja u l-Ukraina[18]) u waqqfu Kumitati Konġunti taħt dawk il-ftehimiet. Negozjati dwar Ftehimiet ġodda u akbar dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viża mal-Moldova u l-Ukraina ġew imnedija f’Mejju 2011. Il-Belarus qed tipparteċipa fl-attivitajiet multilaterali tas-Sħubija tal-Lvant. Qed jiġi mfassal Pjan Interim Konġunt għall-Belarus. B’żieda ma’ dan, il-kwistjonijiet tal-ĠAI qegħdin fuq l-aġenda ta’ numru ta’ fora fuq livell reġjonali, u jinvolvu uħud mill-pajjiżi tal-UE u tas-SL jew kollha kemm huma. L-analiżi tal-oqsfa differenti għal djalogu u kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi tas-SL fuq livell bilaterali fil-qasam tal-ĠAI tikxef dehra b'diversi aspetti , bl-istess kwistjonijiet diskussi f’aktar minn qafas wieħed. Il-kumplessità tikber iżjed minħabba li uħud mill-oqsfa għandhom karattru vinkolanti (il-ftehimiet ta’ sħubija u kooperazzjoni, il-ftehimiet ta’ riammissjoni, il-ftehimiet ta’ faċilitazzjoni tal-viża) u oħrajn huma aktar operazzjonali (pereżempju l-pjattaformi ta' kooperazzjoni) jew ta ' natura politika (id-djalogi fuq livell ministerjali) u operazzjonali mħallta (is-sħubiji għall-mobilità, id-djalogu dwar il-viża u l-pjan ta’ azzjoni tiegħu). Uħud ikopru biss parti mill-aġenda tal-ĠAI (is-sħubiji għall-mobilità) u oħrajn huma parti minn struttura ta’ djalogu aktar wiesgħa (is-Sottokumitajiet tal-ĠAI). 2. Oqsfa eżistenti għal djalogu u kooperazzjoni fuq il-livell reġjonali u multilaterali Numru ta’ fora reġjonali li jiġbru flimkien l-Istati Membri tal-UE u l-Imsieħba tal-Lvant joffru pjattaformi għall-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiċi kif ukoll jimplimentaw inizjattivi transkonfinali konkreti. Madankollu, hemm xi ripetizzjoni bejniethom fir-rigward tal- ambitu topiku u ġeografiku . Fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta ’ migrazzjoni , kemm l-UE kif ukoll il-pajjiżi tas-SL huma involuti f’numru sostanzjali ta’ proċessi. Wieħed li jinkludi l-pajjiżi kolha tas-SL u uħud mill-Istati Membri tal-UE huwa l-proċess ta ’ Söderköping , li ġie maħluq fl-2001 u għandu l-għan li jservi għall-iskambju ta' esperjenzi dwar l-asil, il-protezzjoni internazzjonali, il-migrazzjoni u l-kwistjonijiet dwar il-ġestjoni tal-fruntieri bejn uħud mill-pajjiżi tal-UE u, inizjalment, il-Moldova, l-Ukraina u l-Belarus, u sussegwentement anke l-Armenja, l-Ażerbajġan u l-Ġeorġja. L-Imseħbin kollha tal-Lvant jipparteċipaw ukoll fil- Proċess ta ’ Praga (Bini ta ’ Sħubiji ta ’ Migrazzjoni) , li jiġbor ukoll l-Istati Membri tal-UE, il-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant u tax-Xlokk kif ukoll il-Pajjiżi tal-Asja Ċentrali. Għandu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-istati li jipparteċipaw fil-ġestjoni tal-migrazzjoni fid-dimensjonijiet differenti kollha tiegħu. Konferenza Ministerjali ewlenija hija ppjanata fit-3 u l-4 ta’ Novembru 2011 f’Poznan, fejn l-Istati parteċipanti huma mistennija jadottaw Pjan ta’ Azzjoni. Il-Proċess ta ’ Budapest huwa forum konsultattiv li jinvolvi l-Istati Membri tal-UE, il-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant u tax-Xlokk u l-pajjiżi tal-Asja Ċentrali, kif ukoll l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kanada u l-Awstralja. Ir-raġuni ewlenija tiegħu hija l-iskambju tal-informazzjoni u tal-esperjenzi li għandhom x'jaqsmu mal-migrazzjoni regolari u rregolari, l-asil, il-viża, il-ġestjoni tal-fruntieri, it-trraffikar ta’ persuni u l-kuntrabandu ta’ migranti, ir-riammissjoni u r-ritorn. Il-ġlieda kontra r-reati transnazzjonali hija waħda mis-suġġetti diskussi fil-kuntest tas- Sinerġija tal-Baħar l-Iswed , li għandha l-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi madwar il-Baħar l-Iswed. Wieħed mill-Imseħbin tal-Lvant – il-Moldova – jipparteċipa fiċ- Ċentru Reġjonali għall-Ġlieda Kontra l-Kriminalità Transkonfinali tal-Inizjattiva ta' Kooperazzjoni tal-Ewropa tax-Xlokk (SECI) , li hija organizzazzjoni reġjonali li tiġbor flimkien l-awtoritajiet tal-pulizija u tad-dwana minn 13-il pajjiż fl-Ewropa tax-Xlokk. Tappoġġja lill-aġenziji nazzjonali tad-dwana u tal-infurzar tal-liġi permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni, żvilupp tat-tagħrif, ippjanar konġunt u azzjoni komuni fil-qasam tar-reati transkonfinali. Fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant, ġew imwaqqfa numru ta’ pjattaformi multilaterali . Tlieta minn dawn il-pjattaformi, dwar id-demokrazija, il-governanza tajba u l-istabilità (pjattaforma 1), dwar l-integrazzjoni ekonomika u l-konverġenza mal-politiki tal-UE (pjattaforma 2) u l-kuntatti interpersonali (pjattaforma 4) jindirizzaw uħud mill-kwistjonijiet dwar il-ġustizzja u l-affarijiet interni. Tliet kumitati ddedikati, jiġifieri l-Kumitat dwar il-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, il-Kumitat dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni u l-Kumitat dwar il-Ħidma Mtejba tas-Setgħat Ġudizzjarji, ġew imwaqqfa taħt pjattaforma 1. Il-Kumitat dwar il-Ġestjoni Integrata tal - Fruntieri jippermetti lill-pajjiżi tas-SL u l-Istati Membri tal-UE li jaqsmu l-esperjenzi u jirrapurtaw dwar il-progress li jkun sar lejn l-istrateġiji dwar il-ġestjoni integrata tal-fruntieri u l-pjanijiet ta’ azzjoni. Jassigura li l-attivitajiet tat-taħriġ huma żviluppati fi ħdan approċċ strateġiku u programmatiku għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri u huma distinti kif xieraq, ibbażati fuq il-livell ta’ progress ta' kull imsieħeb fl-iżvilupp ta' strateġija dwar il-ġestjoni integrata tal-fruntieri. Biex jgħin it-titjib tal-prattiċi dwar il-ġestjoni integrata tal-fruntieri, il-kumitat appoġġja wkoll azzjonijiet biex jiġi mkejjel il-livell ta’ sodisfazzjon pubbliku bl-operazzjoni ta' kontrolli mal-fruntieri fil-pajjiżi tas-SL. Il-Kumitat dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni għandu l-għan li jiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiċi dwar il-bini tal-integrità, kif ukoll il-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni fil-pajjiżi tas-SL permezz ta’ approċċ multilaterali u bil-ħsieb li tiġi promossa implimentazzjoni aħjar tal-impenji internazzjonali, u b’mod partikulari dawk imwaqqfa mill-Kunsill tal-Ewropa u l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni. Il-parteċipanti jinkludu l-pajjiżi tas-SL, l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-UE, il-Kunsill tal-Ewropa u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. Il-“Faċilità dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, id-Demokrazija u l-Istat tad-Dritt”, iffinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea u implimentata mill-Kunsill tal-Ewropa, tinkludi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni bħala wieħed mill-oqsma ta’ kooperazzjoni. Il-Kumitat dwar il-Ħidma Mtejba tas-Setgħat Ġudizzjarji ġie mwaqqaf bl-għajnuna tal-Kunsill tal-Ewropa taħt il-qafas multilaterali tas-SL biex jirrispondi għal dawn il-ħtiġijiet. Il-Kumitat u l-attivitajiet konkreti tiegħu se jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiċi dwar it-twettiq effettiv tal-ġustizzja bil-ħsieb li tiġi promossa l-aderenza tal-pajjiżi mseħbin mal-livelli internazzjonali, b’mod partikulari dawk ifformulati fil-konvenzjonijiet relevanti tal-Kunsill tal-Ewropa u n-NU. [1] “Il-Programm ta' Stokkolma - Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini”, 17024/09. [2] Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni, 25 ta’ Mejju 2011, KUMM(2011) 303. [3] S’issa, żewġ SM ġew iffirmati ma’ pajjiżi tas-SL (il-Moldova u l-Ġeorġja) u għandu jiġi ffirmat ieħor dalwaqt (l-Armenja) (ara l-Anness). [4] Il-Kumitat dwar il-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, il-Kumitat dwar il-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni u l-Kumitat dwar il-Ħidma Mtejba tas-Setgħat Ġudizzjarji. [5] Il-proġett tal-HIMS (Stħarriġ mal-Familji dwar il-Migrazzjoni Internazzjonali - Household International Migration Surveys ) ġie żviluppat waqt il-programm ta' għajnuna teknika lill-pajjiżi tal-PEV tan-Nofsinhar MEDSTAT, u l-għan tiegħu hu li jiġbor informazzjoni dwar il-migrazzjoni, inkluż id-determinanti u l-konsegwenzi tal-migrazzjoni [6] World Bank Migration and Remittances Factbook 2011 . [7] B’żieda ma’ dan, fl-2011 l-ENPI se twaqqaf żewġ proġetti piloti li għandhom l-għan li: (a) jsaħħu l-kapaċità ta’ sorveljanza u l-kooperazzjoni transkonfinali fuq il-fruntiera bejn ir-Repubblika tal-Belarus u l-Ukraina u (b) jżidu l-kapaċitajiet tat-tmexxija tal-fruntiera bejn il-Ġeorġja u l-Armenja. [8] Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà : Ewropa sigura f'dinja aħjar" ġiet adottata fl-2003 u riveduta fl-2008. [9] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ‘L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni: Ħames passi lejn Ewropa aktar sikura’ KUMM/2010/0673 finali. [10] http://www.unodc.org/documents/Global_Report_on_TIP.pdf. [11] EU Organised Crime Threat Assessment OCTA 2011. [12] Iffirmati fl-4 ta’ Diċembru 2009 u t-12 ta’ Frar 2007 rispettivament. [13] Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti u l-alkoħol tul il-fruntiera tal-Lvant tal-UE, 24 ta’ Ġunju 2011, SEC(2011) 791 finali. [14] Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: ‘Nissieltu kontra l-Korruzzjoni fl-UE’, 6 ta’ Ġunju 2011, COM(2011) 308 finali [15] Pereżempju l-iżburżar tal-għajnuna makrofinanzjarja tal-UE hija kkundizzjonata mir-rispett kontinwat tal-Istat tad-Dritt, id-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem mill-awtoritajiet tal-pajjiżi msieħba. [16] L-aspetti ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant f’dan il-qasam se jiġu żviluppati aktar f’Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar id-dimensjoni esterna tal-ġustizzja ppjanta għall-aħħar tal-2011. [17] L-UE żviluppat djalogi sħaħ iddedikati għad-Drittijiet tal-Bniedem ma’ xi pajjiżi fis-Sħubija tal-Lvant (l-Armenja, il-Belarus, il-Ġeorġja u l-Moldova). Filwaqt li kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem huma koperti mis-Sottokumitat konġunt ĠAI&HR fil-każ tal-Ażerbajġan b’ġurnata sħiħa ddedikata għal diskussjonijiet tal-HR, fil-każ tal-Ukrajna ġurnata sħiħa fi ħdan is-Sottokumitat tal-ĠAI ġet iddedikata għar-riżorsi umani mill-2011. [18] Iffirmati fl-10 ta’ Ottubru 2007, it- 22 ta’ Novembru 2010 u t-18 ta’ Ġunju 2007 rispettivament. Il-Kummissjoni hija awtorizzata wkoll biex tinnegozja l-istess ftehimiet mal-Belarus u dalwaqt tippreżenta proposta għal dawn l-awtorizzazzjonijiet għall-Ażerbajġan u l-Armenja.