EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011DC0500
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS A Budget for Europe 2020
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT SOĊJALI U EKONOMIKU EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Baġit għall-Ewropa 2020
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT SOĊJALI U EKONOMIKU EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Baġit għall-Ewropa 2020
/* KUMM/2011/0500 finali */
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT SOĊJALI U EKONOMIKU EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Baġit għall-Ewropa 2020 /* KUMM/2011/0500 finali */
WERREJ Agrikoltura u żvilupp rurali............................................................................................................. 3 Ċittadini........................................................................................................................................ 7 Protezzjoni Ċivili........................................................................................................................... 9 Azzjoni Klimatika........................................................................................................................ 13 Kompetittività u SMEs................................................................................................................ 19 Unjoni Doganali u Tassazzjoni..................................................................................................... 23 Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u
Territorjali................................................................................... 26 Edukazzjoni u l-Kultura............................................................................................................... 31 Impjiegi u Affarijiet Soċjali.......................................................................................................... 35 Ambjent..................................................................................................................................... 40 Azzjoni Esterna........................................................................................................................... 45 Ġlieda kontra l-Frodi.................................................................................................................. 51 Saħħa u Konsumaturi.................................................................................................................. 53 Affarijiet Interni........................................................................................................................... 56 Infrastruttura – Il-Faċilità 'Nikkollegaw
l-Ewropa'........................................................................ 59 Strumenti Finanzjarji Innovattivi................................................................................................... 81 Ġustizzja..................................................................................................................................... 84 Politika dwarl-Affarijiet Marittimi u s-Sajd................................................................................... 86 Riċerka u innovazzjoni................................................................................................................. 89 Amministrazzjoni......................................................................................................................... 94 Agrikoltura u
żvilupp rurali
1.
Għanijiet tal-Politika
L-agrikoltura u l-foresti jkopru
l-maġġoranza vasta tat-territorju tagħna u għandhom rwol
ewlieni fis-saħħa tal-ekonomiji rurali u tal-pajsaġġ
rurali. Il-bdiewa jwettqu diversi funzjonijiet differenti li jvarjaw
mill-produzzjoni ta' prodotti agrikoli alimentari u mhux, għall-ġestjoni
tal-kampanja, il-konservazzjjoni tan-natura u t-turiżmu. Il-Politika Agrikola Komuni (PAK) hija mfassla
biex ikun hemm settur agrikolu modern, sostenibbli u effiċjenti fl-Ewropa.
Hija għandha l-għan li tippromwovi l-kompetittività tas-settur, li
tiżgura provvista adegwata u sigura tal-ikel u li tippreserva l-ambjent u
l-kampanja filwaqt li tipprovdi livell ta' għajxien ġust
għall-komunità agrikola. Il-PAK hija politika Ewropea ġenwina.
Minflok iħaddmu 27 politika u baġits agrikoli differenti separatament,
l-Istati Membri jikkondividu r-riżorsi u jħaddmu poltika Ewropea
unika b'baġit Ewropew uniku. Naturalment dan ifisser li proporzjon
sinifikanti mill-baġit tal-UE jiġi allokat għall-PAK.
Madankollu, dan l-approċċ huwa kemm aktar effiċjenti kif ukoll
aktar ekonomiku milli approċċ nazzjonali mhux ikkoordinat. Illum, l-agrikoltura Ewropea qed
taffaċċja diversi sfidi. Fis-snin riċenti, il-prezzijiet
agrikoli għolew b'50 % iżda l-prezzijiet tal-enerġija u
tal-fertilizzanti għolew b'200 % u 150 % rispettivament.
Ir-riżultat huwa tnaqqis drastiku fid-dħul mill-agrikoltura fuq
perjodu ta' żmien twil. Is-settur għandu jirreaġixxi
għall-isfidi tat-tibdil tal-klima u d-degradazzjoni ambjentali u
t-tħassib dejjem jikber rigward is-sigurtà alimentari, il-bilanċ
territorjali u l-objettiv tat-tkabbir sostenibbli. Il-PAK żviluppat b'mod kunsiderevoli
fis-snin riċenti minħabba li kienet affaċċjata minn dawn
l-isfidi. Ir-riforma li jmiss se tkompli dan il-proċess u se
tirriżulta f'politika aktar moderna u aktar ekoloġika mgħammra
b'tali mod li tikkontribwixxi b'mod attiv għall-għanijiet
tal-istrateġija Ewropa 2020 billi tiżblokka l-potenzjal ekonomiku
taż-żoni rurali, tiżviluppa s-swieq lokali u l-impjiegi,
takkumpanja r-ristrutturar tal-agrikoltura u tappoġġja l-introjtu tal-bdiewa
biex is-settur agrikolu jinżamm sostenibbli madwar l-Ewropa. Il-PAK riformata se tippromwovi tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklussiv billi tippromwovi effiċjenza
fl-użu tar-riżorsi sabiex tinżamm il-bażi tal-produzzjoni
għall-ikel, l-għalf u l-enerġija rinnovabbli fl-UE kollha;
inċentivi għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil
fil-klima biex ikunu protetti l-ekosistemi u jkun miġġieled it-telf
tal-bijodiversità; u appoġġ għad-diversifikazzjoni ta' attività
ekonomika fiż-żoni rurali biex ikun promoss żvilupp territorjali
bbilanċjat madwar l-Ewropa.
2.
Strumenti
Il-Kummissjoni tipproponi li tinżamm
l-istruttura kurrenti ta‘ żewġ pilastri tal-PAK. · Il-Pilastru I se jkompli jipprovdi
appoġġ dirett għall-bdiewa u miżuri ta'
appoġġ għas-suq. L-appoġġ dirett u l-miżuri
tas-suq huma totalment iffinanzjati mill-baġit tal-UE, sabiex tkun
żgurata l-applikazzjoni ta' politika komuni permezz tas-suq uniku u sabiex
tkun possibbli sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll. · Il-Pilastru II tal-PAK se jkompli
jipproduċi oġġetti ambjentali pubbliċi speċifiċi,
itejjeb il-kompetittività tas-setturi agrikoli u tal-forestrija u jippromwovi
d-diversifikazzjoni ta' attività ekonomika u kwalità ta' ħajja
fiż-żoni rurali. L-Istati Membri għandhom flessibbiltà fit-tfassil
tal-miżuri abbażi tal-bżonnijiet speċifiċi nazzjonali
u reġjonali iżda li jirriflettu l-prijoritajiet tal-UE.
Il-miżuri fil-Pilastru II huma kofinanzjati mill-Istati Membri,
fattur li jgħin biex ikun żgurat li l-objettivi sottostanti
jintlaħqu u biex ikun imsaħħaħ l-effett ta' amplifikazzjoni
tal-politika tal-iżvilupp rurali. Permezz ta' rati ta' kofinanzjament
ogħla għar-reġjuni ifqar tal-UE, il-Pilastru II
jikkontribwixxi wkoll għall-objettivi ta' koeżjoni tal-UE. Fl-istruttura taż-żewġ pilastri,
it-tfassil tal-politika se jkun modernizzat b'mod komprensiv u ssimplifikat
sabiex il-politika tkun aktar ġusta, ekoloġika u allinjata
mal-objettivi ta' Ewropa 2020. L-elementi ewlenin tar-riforma se jinkludu: · Distribuzzjoni aktar ġusta tal-appoġġ tal-introjtu
dirett Għal raġunijiet storiċi,
il-livell ta' appoġġ dirett għall-bdiewa tal-UE għal kull
ettaru huwa sostanzjalment differenti fl-UE. Pereżempju, il-pagament
dirett medju għal kull ettaru ta' art eliġibbli potenzjali u
għal kull benefiċjarju għas-sena 2013 huwa EUR 94,7
fil-Latvja u EUR 457,5 fil-Pajjiżi l-Baxxi. Il-medja tal-UE-27 hija
EUR 269,1 Il-PAK riformata se tinkludi sistema ta'
'konverġenza' li tnaqqas dawn id-distakki u tippromwovi distribuzzjoni
aktar ġusta tal-appoġġ finanzjarju. L-ibbilanċjar
mill-ġdid tal-appoġġ huwa element ewlieni tar-riforma mmirat
lejn użu aktar effikaċi tar-riżorsi baġitarji permezz ta'
pagamenti diretti ġusti u mmirati aħjar u s-sistemazzjoni aħjar
bejn id-distribuzzjoni futura tal-appoġġ tal-iżvilupp rurali u l-objettivi
tal-politiki. Dan se jsir kif ġej: l-Istati Membri kollha b'pagamenti
diretti inqas minn 90 % tal-medja tal-UE-27, matul il-perjodu se
jagħlqu terz tad-distakk bejn il-livell kurrenti u 90 % tal-pagamenti
diretti medji tal-UE. L-allokazzjoni ta' għajnuna
għall-iżvilupp rurali se tkun modernizzata wkoll, bl-ishma
determinati abbażi ta' sensiela ta' kriterji territorjali u ekonomiċi
oġġettivi li jirriflettu l-objettivi ekonomiċi, soċjali
ambjentali u territorjali futuri tal-politika. · Pagamenti diretti ekoloġiċi Il-proċess obbligatorju biex il-pagamenti
diretti jsiru ekoloġiċi huwa pilastru fundamentali tar-riforma. Dan
se jsaħħaħ il-prestazzjoni ambjentali tas-settur u se
jiddeskrivi b'mod ċar kif il-PAK riformata se tikkontribwixxi għal
firxa usa' tal-prijoritajiet tal-Unjoni. B'mod speċifiku, fil-futur, 30 %
tal-pagamenti diretti se jsiru kontinġenti fuq il-konformità ma' sensiela
ta' prattiki ambjentalment tajba li jmorru lil hinn mill-kundizzjonalità. · Appoġġ għall-bdiewa attivi Sabiex ikun żgurat l-użu
effiċjenti tar-riżorsi tal-PAK, il-benefiċċju
tal-appoġġ dirett se jkun riservat għall-bdiewa attivi. · Limitu massimu għal-livell tal-pagamenti diretti għall-ikbar
bdiewa. Bħalissa, ażjendi agrikoli kbar
jirċievu sehem disproporzjonat ta' appoġġ permezz ta' introjtu
dirett mill-PAK. Il-PAK riformata se tintroduċi proċess moderat u
progressiv ta' 'limitu massimu' tal-livell ta' appoġġ permezz ta'
introjtu dirett għall-ikbar ażjendi, filwaqt li tikkunsidra b'mod
xieraq l-ekonomiji ta' skala ta' strutturi ikbar u l-impjegar dirett li dawn
l-istrutturi jiġġeneraw. · Politika ta' żvilupp rurali ffukata fuq ir-riżultati Sabiex ikunu massimizzati s-sinerġiji bejn
il-politika tal-iżvilupp rurali u l-fondi l-oħra tal-UE
għall-iżvilupp territorjali, il-Fond Agrikolu Ewropew
għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) se jkun inkorporat fil-Kuntratti
ta' Sħubija bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru. Dawn il-kuntratti se
jkunu marbuta mal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-Programmi
ta' Riforma Nazzjonali. Huma se jistabbilixxu strateġija integrata
għall-iżvilupp territorjali appoġġjata mill-fondi
strutturali tal-UE rilevanti, inkluż l-iżvilupp rurali. Huma se
jinkludu objettivi bbażati fuq indikaturi miftiehma, investimenti strateġiċi
u għadd ta' kundizzjonalitajiet. ·
Skema ssimplifikata għall-bdiewa
żgħar Ħafna mill-benefiċjarji
tal-appoġġ dirett huma bdiewa żgħar; mekkaniżmu ta'
allokazzjoni simplifikat għall-appoġġ tagħhom se jnaqqas
sostanzjalment il-piż amministrattiv tal-Istati Membri u l-bdiewa filwaqt
li jkun newtrali għall-baġit tal-UE. · Nefqa tas-suq u mekkaniżmi ta' kriżi Illum, l-agrikoltura Ewropea qed
taffaċċja varjetà ta' sfidi, b'mod partikolari l-bżonn li jkun
hemm reazzjoni għal ċirkustanzi imprevedibbli, li għandhom
impatt f'daqqa fuq l-introjtu mill-agrikoltura, jew il-bżonn li jkunu
ffaċilitati l-adattamenti/it-tranżazzjonijiet meħtieġa
mill-ftehimiet kummerċjali internazzjonali. Għal dawn ir-raġunijiet, qed jiġi
propost li jiġu ristrutturati l-miżuri tas-suq li bħalissa huma
miġbura fil-Pilastru 1, sabiex jinħolqu u jiġu estiżi
żewġ strumenti barra l-qafas finanzjarju multiannwali. Se
jinħoloq mekkaniżmu ta' emerġenza, li jirreaġixxi għal
sitwazzjonijiet ta' kriżi (li jistgħu jirriżultaw minn problema
ta' sigurtà alimentari jew minn żviluppi f'daqqa tas-swieq), biex
jipprovdi appoġġ immedjat għall-bdiewa permezz ta'
proċedura mgħaġġla. Il-proċedura
għall-mobilizzazzjjoni tal-Fond se tkun l-istess bħal dik għal
mobilizzazzjoni tar-Riżerva għal Għajnuna ta' Emerġenza. Qed jiġi propost ukoll li jkun estiż
l-ambitu tal-interventi tal-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni biex
jipprovdi appoġġ tranżitorju għall-bdiewa sabiex ikun
iffaċilitat l-adattament tagħhom għal sitwazzjoni ġdida
tas-suq mill-effetti indiretti tal-globalizzazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni
se tipproponi li titrasferixxi l-iffinanzjar tal-appoġġ alimentari
għall-aktar persuni l-aktar fil-bżonn għall-Intestatura 1
sabiex terġa' tiġbor l-azzjonijiet għall-glieda kontra l-faqar u
l-esklużjoni u li titrasferixxi l-iffinanzjar tas-sikurezza alimentari
flimkien mal-azzjonijiet relatati mas-saħħa pubblika.
3.
Implimentazzjoni
Permezz tal-ħolqien
tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew
għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-bażi
leġiżlattiva tal-PAK kienet ristrutturata sabiex
iż-żewġ pilastri tal-PAK ikunu allinjati. Qed jiġi propost
li fil-perjodu wara l-2013, kemm jista' jkun jinżamm l-allinjament
taż-żewġ fondi. Il-proposta għal
artikolu ġdid tar-Regolament Finanzjarju dwar il-kondiviżjoni
tal-ġestjoni hija f'konformità mas-sistemi kurrenti ta' ġestjoni u
kontroll applikati għall-FAEG u l-FAEŻR. Sar ukoll issimplifikar fuq
skala kbira tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-organizzazzjoni tas-swieq
agrikoli mal-Organizzazzjoni Unika tas-Suq Komuni (Common Market Organisation
(CMO) Regolament (KE Nru 1234/2007) li jgħaqqad flimkien f'regolament
uniku d-dispożizzjonijiet li qabel kienu koperti mis-CMOs settorjali. Għall-perjodu wara l-2013,
qed issir reviżjoni tal-bażijiet leġiżlattivi kollha
tal-PAK biex ikun żgurat li s-simplifikazzjoni tkompli kull fejn ikun
neċessarju u possibbli.
4.
Allokazzjoni tal-Baġit
Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti
tal-2011. Baġit totali propost 2014-20 li minnhom · Pilastru I – pagamenti diretti u nefqa tas-suq · Pilastru II – żvilupp rurali · Sikurezza tal-ikel · Persuni l-aktar fil-bżonn · Riserva għal kriżi fis-settur agrikolu · Il-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni · Riċerka u innovazzjoni dwar is-sigurtà alimentari, il-bijoekonomija u l-agrikoltura sostenibbli (fil-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni) || EUR 386,9 biljun EUR 281,8 biljun EUR 89,9 biljun EUR 2,2 biljun EUR 2,5 biljun EUR 3,5 biljun Sa EUR 2,5 biljun EUR 4,5 biljun Ċittadini
1.
Għanijiet tal-Politika
It-Trattat ta’ Lisbona jagħti
s-setgħa liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet
taċ-ċittadidni biex jieħdu sehem b'mod sħiħ
fil-ħajja demokratika tal-UE. Il-Programm “Ewropa
għaċ-Ċittadini” jappoġġa l-proġetti
transnazzjonjali fil-qasam tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u
l-identità Ewropea. Filwaqt li jeżistu miżuri speċifiċi
f’bosta oqsma ta’ politika, il-programm “Ewropa għaċ-Ċittadini”
huwa l-unika strument li jippermetti liċ-ċittadini biex jieħdu
sehem fi kwistjonijiet Ewropej ġenerali, irrilevanti jekk ikunux
istituzzjonali – pereżempju, it-Trattati tal-UE jew l-elezzjonijiet tal-Parlament
Ewropew – jew li japplikaw f’diversi kampi. Il-komunikazzjoni, jiġifieri li
l-pubbliku ġenerali jiġi infurmat dwar il-politiki tal-UE huwa mod
kif tissaħħaħ il-kuxjenza taċ-ċittadini dwar
l-affarijiet Ewropej u tad-drittijiet tagħhom. Għalhekk,
l-attivitajiet dwar il-komunikazzjoni huma ta’ sensibilizzazzjoni dwar u
jipprovdu appoġġ għall-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni.
2.
Strumenti
L-akbar sehem tal-programm Ewropa
għaċ-Ċittadini jsosstni sħubijiet ta’
ġemellaġġ transnazzjonali bejn l-ibliet. Il-programm jipprovdi
wkoll appoġġ strutturali lil gruppi ta’ organizzazzjonijiet
tas-soċjeta ċivili u gruppi ta’ riflessjoni fuq il-livell tal-UE.
Dawn l-isħubijiet strateġiċi jiggarantixxu li
l-organizzazzjonijiet Ewropej ta’ interess pubbliku jistgħu jiżviluppaw
l-input tagħhom f’dibattiti madwar l-UE. Dan isaħħaħ
ir-responsabbiltà tal-aġenda tal-UE fost is-soċjetà ċivili u
ċ-ċittadini tal-UE u jippromwovi kultura ta’ parteċipazzjoni
ċivika għall-benefiċċju tal-UE u tal-Istati Membri.
Il-programm jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp ta’ fehim
kondiviż tal-istorja Ewropea (b’mod speċifiku fir-rigward
tal-Olokawst u tal-Istaliniżmu) billi jappoġġa proġetti ta’
tifkira. ·
Sa mill-2007, kull sena madwar miljun ċittadin
Ewropew ħa sehem b’mod dirett f’azzjonijiet appoġġati
mill-programm. ·
Bejn l-2007 u l-2010, kien hemm madwar 800
soċjetà ċivili u proġetti ta’ tifkira, u aktar minn 4 000
proġett ta’ ġemellaġġ bejn l-ibliet. ·
Il-programm jappoġġa wkoll aktar minn 50
grupp ta’ riflessjoni, gruppi ta’ organizzazzjoni u netwerks ewlenin fuq
il-livell tal-UE, li huma interlokuturi importanti tal-istituzzjonijiet u
multiplikaturi tal-UE . Flimkien ma’ dan il-programm speċifiku,
hija neċessarja aktar effiċjenza fil-komunikazzjoni lill-pubbliku
ġenerali u ta' sinerġiji aktar b'saħħithom bejn
l-attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-Kummissjoni biex jiġu ggarantiti li
l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni jiġu kkomunikati b'mod effettiv.
Għalhekk, se tiġi inkluża dispożizzjoni dwar
il-komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva, f’kull bażi
legali skont il-ġenerazzjoni l-ġdida tal-istrumenti legali
għall-2014-2020.
3.
Implimentazzjoni
Il-Programm “Ewropa
għaċ-Ċittadini” huwa amministrat b’mod ċentrali
mill-Kummissjoni li hija assistita mill-Aġenzija Eżekuttiva
għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA). Huma
appoġġati minn Kumitat għall-Programm magħmul minn
rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri. Il-Punti ta’ Kuntatt
tal-“Ewropa għaċ-Ċittadini" ġew stabbiliti fil-parti
kbira tal-pajjiżi li qegħdin jieħdu sehem biex jassistu
l-benefiċjarji fuq il-livell nazzjonali u jipprovdu feedback
lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tal-programm. Djalogu regolari
qiegħed jiġi organizzat mal-partijiet interessati fil-qafas
tal-programm. Is-sinerġiji
u l-amalgamazzjoni tar-riżorsi mill-bażijiet legali differenti
għall-komunikazzjoni se jiggarantixxu aktar konsistenza, ekonomiji ta’
skala u użu aħjar tar-riżorsi għall-azzjonijiet
tal-komunikazzjoni indirizzati lill-pubbliku ġenerali.
4.
Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020
Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti
tal-2011. Baġit totali propost 2014-2020 || EUR 203 miljun Protezzjoni
Ċivili
1.
Għanijiet tal-Politika
Il-miri totali tal-kooperazzjoni tal-UE
fil-qasam tal-protezzjoni ċivili huma biex tiġi ggarantita
protezzjoni aħjar tan-nies, tal-ambjent, tal-proprjetà u tal-wirt
kulturali fil-każ ta’ diżastri kbar naturali, teknoloġiċi u
magħmula mill-bniedem. Iż-żieda fl-għadd u
fl-intensità tad-diżastri naturali u magħmula mill-bniedem u
fl-impatt ekonomiku tagħhom titlob għal azzjoni sistematika fuq
il-livell Ewropew biex tissaħħaħ il-preparazzjoni u biex
jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ rispons, kemm ġewwa l-UE kif
ukoll barra mill-UE. Il-kooperazzjoni u s-solidarjetà Ewropea tippermetti
lill-UE inġenerali biex tkun ppreparata b’mod kollettiv biex
taffaċċja diżastri kbar u tippermetti lill-Istati Membri u stati
oħrajn li qegħdin jipparteċipaw (in-Norveġja,
il-Liechtenstein, l-Islanda u l-Kroazja) biex jamalgamaw ir-riżorsi u
jirreaġixxu bi sforz kollettiv li jimmassimizza l-impatt tar-rispons
għad-diżastru u jimminimizza t-telf uman u materjali. Meta
d-diżastru jseħħ fl-UE jew f’pajjiżi terzi, l-awtoritajiet
tal-pajjiż affetwat jistgħu jibbenefikaw mill-assistenza immedjata
u tanġibbli permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE
għall-Protezzjoni Ċivili. Il-kooperazzjoni tal-UE fil-qasam
tal-protezzjoni ċivili timmira għal: –
Faċilitar ta’ rispons rapidu u
effettiva għal kontra d-diżastri; –
Żgurar ta’ preparazzjoni
suffiċjenti ta’ atturi tal-protezzjoni ċivili
għall-emerġenzi; kif ukoll –
Żvilupp ta’ miżuri għall-prevenzjoni
tad-diżastri. L-UE żviluppat approċċ integrat
għall-ġestjoni tad-diżastri li jindirizza attivitajiet ta’
rispons, preparazzjoni u prevenzjoni. Il-Komunikazzjoni "Lejn Rispons
Ewropew Aktar b’Saħħtu għal Diżastri" ġiet
adottata[1] mill-Kummissjoni u
approvata mill-Kunsill fl-2010. L-għan ewlieni huwa li titjieb
l-effikaċja, il-koerenza u l-viżibbiltà tar-rispons tal-UE. Dan se
jsir billi jsir bini fuq it-tagħlimiet meħuda mid-diżastri
naturali li seħħew fl-Ewropa u barra mill-UE matul l-2010
(bħat-tempesta Xynthia, l-għargħar fl-Ewropa tal-Lvant, nirien
fil-foresti tal-Ewropa tan-Nofs-in-nhar, it-tixrid tal-ħama l-ħamra
fl-Ungerija, it-terremot tal-Ħaiti, l-għargħar fil-Pakistan). Il-ħolqien tal-Kapaċità Ewropea ta’
Rispons għall-Emerġenzi se tibni primarjment fuq
il-kapaċitajiet eżistenti tal-Istat Membru, biex b’hekk jiġu
evitati kostijiet addizzjonali. Fuq il-livell tal-UE, il-ħolqien ta'
Ċentru Ewropew ta’ Rispons għall-Emerġenzi b’funzjonijiet imsaħħa
ta’ ppjanar u koordinazzjoni se jkun ta’ benefiċċju għall-UE
kollha billi jiġġenera ffrankar fuq il-livell tal-Istat Membru, li
għandu jkun ogħla mill-kostijiet tal-baġit tal-UE, minkejja
ovvjament il-benefiċċji ta’ rispons rapidu u effettiv
għad-diżastru f’termini tal-ħajjiet salvati tal-bniedem li ma
jistgħux jitkejjlu f’termini finanzjarji biss. Il-miżuri ta’ politika ta’ Prevenzjoni u
Preparazzjoni kif stabbiliti fil-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni u
fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill[2] jinkludu appoġġ
għat-taħriġ u l-eżerċizzji, l-iskambju tal-esperti u
tal-proġetti ta’ kooperazzjoni li jittestjaw approċċi ġodda
biex jitnaqqas ir-riskju ta’ diżastri. Studji indipendenti
għall-organizzazzjonijiet, inkluż il-Bank Dinji indikaw li r-redditu
fuq l-investimenti fil-prevenzjoni tad-diżastru huwa bejn 400% u 700%.
2.
Strumenti
Il-Kummissjoni tipproponi li ġġedded
l-Istrument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili (CPI)
biex tipprovdi sostenn finanzjarju għall-attivitajiet li jindirizzaw
l-aspetti differenti taċ-ċiklu tal-amministrazzjoni
tad-diżastru, b’mod speċjali rispons aktar koerenti u integrat
aħjar fil-każ ta' emerġenzi, preparazzjoni mtejba biex
taffaċċja diżastri u azzjonijiet innovattivi biex tnaqqas
ir-riskju tad-diżastru. Is-CPI se jintuża wkoll
għall-ħolqien tal-Kapaċità Ewropea ta' Rispons
għall-Emerġenzi, li tibni fuq l-amalgamazzjoni volontarja
tal-assi tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri, biex tiġi
ġġenerata kost-effettività permezz ta’ disponibbiltà koordinata
tal-assi tal-protezzjoni ċivili. Is-CPI rivedut se jsaħħaħ u
jtejjeb ulterjorment il-kapaċità tal-UE għall-amministrazzjoni
tad-diżastru permezz ta’ bidla għal sistemi prevedibbli u ppjanati
minn qabel. Dan se jsir permezz ta’ ġabra aktar komprensiva ta’ informazzjoni
f’ħin reali dwar id-diżasti, kartografija mtejba tal-assi
tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri u approċċ ikkoordinat
fl-iffaċilitar tat-tqassim rapidu tal-persunal u tal-materjal
fiż-żona tad-diżastru. Dan se jappoġġa wkoll
l-attivitajiet ta’ preparazzjoni li jiffokaw fuq it-titjib tal-kwalità
tat-taħriġ, it-twessigħ tal-ambitu tat-taħriġ biex
tiġi inkluża l-prevenzjoni u l-integrazzjoni tat-taħriġ u
tal-eżerċizzji. Dan se jappoġġa wkoll l-isforzi tal-Istati
Membri biex isaħħu l-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju u biex
jiżviluppaw mekkaniżmi innovattivi ta’ żvilupp
(bħall-amalgamazzjoni tal-assigurazzjoni reġjonali).
3.
Implimentazzjoni
It-tiġdid tas-CPI se jqis ir-riżultati
tal-evalwazzjoni u l-proposti tal-partijiet interessati tal-protezzjoni
ċivili dwar kif jiġu ssimplifikati l-proċeduri u
l-mekkaniżmi ta’ ffinanzjar, kif ukoll l-esperjenza miksuba permezz ta’
proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji dwar ir-rispons rapidu. L-attivitajiet tal-protezzjoni ċivili li
ġew implimentati mill-korpi tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri
se jiġu appoġġati u ssupplimentati mill-attivitajiet tal-UE,
inkluż permezz tal-iffaċilitar ta’ azzjoni koordinata. Din se
tieħu l-forma ta’ attivitajiet bħall-amalgamazzjoni volontarja
tar-riżorsi, it-taħriġ u s-sostenn tal-kost tat-trasport biex
jitwasslu l-assi fil-postijiet ta’ emerġenza. Dan se jiffaċilità s-simplifikazzjoni
tal-proċeduri użati skont l-istrument ta' bħalissa u se
jissimplifika l-proċeduri amministrattivi, b’mod speċjali fl-oqsma
tal-għotjiet, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji ta’ trasparenza u ta’
trattament ekwu. L-għażliet li qegħdin jiġu vvalutati
jirrigwardaw it-tip ta’ operazzjonijiet li għandhom jiġu
appoġġati – taħriġ, eżerċizzju relatat
mal-emerġenzi, trasport ta’ appoġġ għall-Istati Membri
fil-ħin ta’ emerġenza, proġetti ta’ kooperazzjoni dwar
il-prevenzjoni u l-preparazzjoni għad-diżastri.
4.
Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020
Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti
tal-2011. Baġit totali propost għall-2014-2020 għall-Istrument tal-Protezzjoni Ċivili li minnhom || EUR 455 miljun Protezzjoni ċivili - interna || EUR 245 miljun Protezzjoni ċivili – esterna u Kapaċità Ewropea ta' Rispons għall-Emerġenzi || EUR 210 miljun Azzjoni
Klimatika
1.
Għanijiet tal-Politika
L-indirizzar tat-tibdil fil-klima huwa
wieħed mill-akbar sfidi li qegħdin jaffaċċjaw l-UE u
s-sħab globali tagħha. Il-bżonn ta’ azzjoni urġenti huwa
rifless b’mod ċar fl-Istrateġija Ewropa 2020 u fil-miri
ambizzjużi tal-20/20/20 tal-UE, b’mod speċjali –
li l-gassijiet serra jitnaqqsu b’20% (30% jekk
il-kondizzjonijiet ikunu adattati); –
li l-konsum tal-enerġija jitnaqqas b’20%
permezz ta’ żieda tal-effiċjenza enerġetika; kif ukoll –
li 20% tal-bżonnijiet tal-enerġija
jiġu minn riżorsi rinnovabbli. Il-bini ta’ ekonomija b'livell baxx ta'
emissjonijiet ta' karbonju u reżistenti għat-tibdil fil-klima se
jsaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa, joħloq impjiegi
ġodda u aktar ekoloġiċi, isaħħaħ is-sigurtà
tal-enerġija u joħloq benefiċċji għas-saħħa
permezz ta’ arja aktar nadifa. Biex jinkisbu l-miri dwar il-klima u
l-enerġija għall-2020 u lil hinn, se jkun hemm il-bżonn ta’
sforzi kbar u ta’ investiment. L-UE kellha rwol ċentrali
fil-monitoraġġ u fil-kisba ta’ dawn il-miri. Pereżempju, hemm
bżonn li l-isforzi jissaħħu b’mod sinifikanti biex tintlaħaq
il-mira ta’ 20 % tal-effiċjenza enerġetika, (bl-estimu ta’
bħalissa li qiegħed ibassar li se jinkiseb inqas minn 10 %), li
jista’ jwassal għal tnaqqis ta’ 25 % fl-emissjonijiet tal-gass serra.
Il-Kummissjoni fasslet l-azzjonijiet li jistgħu jippermettu lill-UE biex
tilħaq il-mira tat-tnaqqis ta’ 80-95 % tal-gass serra sal-2050[3]. Il-baġit tal-UE għandu rwol importanti
fil-promozzjoni tal-azzjoni klimatika fis-setturi kollha tal-ekonomija Ewropea
u fl-ikkatalizzar tal-investimenti speċifiċi li se jkunu
bżonnjużi biex jintlaħqu l-miri tal-klima u tiġi ggarantita
r-reżiljenza tal-klima. Dawn l-investimenti jirrigwardaw firxa
wiesgħa ta’ teknoloġiji li jtejbu l-effiċjenza enerġetika,
riżorsi ta’ enerġija rinnovabbli u infrastrutturi relatati u kif
ukoll investimenti għall-adattament għat-tibdil fil-klima. Il-kost tal-investimenti ta’ mitigazzjoni,
b’estimu ta’ madwar EUR 125 biljun fis-sena[4],
bejn il-perjodu 2014-2020 għandu jinħareġ primarjament minn
investituri privati, iżda l-baġit tal-UE jista’ jaġixxi
bħala stimulu għal infiq nazzjonali u joffri prevedibbiltà fit-tul
għall-investituri privati. L-oqsma l-aktar promettenti jinkludu r-restwar
tal-binjiet, innovazzjoni fit-trasport u d-diffużjoni ta’ teknoloġiji
ġodda, bħal netwerks intelliġenti u kif ukoll enerġija rinnovabbli. Tali investimenti għandhom potenzjal kbir
biex jagħtu spinta lill-kompetittività u lit-tkabbir fl-UE kollha.
Il-baġit tal-UE, b’mod partikolari, jista’ jġib valur miżjud
tal-UE qawwi billi jiffaċilita l-investimenti fl-Istati Membri b’potenzjal
għoli għal tnaqqis kost-effettiv tal-emissjonijiet, iżda li
għandhom kapaċità relattivament baxxa biex jinvestu. L-investiment
fl-effiċjenza enerġetika fl-Istati Membri kollha se jżid wkoll
il-produttività totali u se jikkontribwixxi biex isolvi kwistjonijiet ta’
sigurtà tal-enerġija u tal-faqar enerġetiku. Il-baġit tal-UE,
billi jsostni dawn l-investimenti, jista’ jgħin biex jitnaqqas b’mod
sinifikanti il-kost totali biex jinkisbu l-miri tal-UE dwar il-klima u
l-enerġija.
2.
Strumenti
2.1.
Integrazzjoni tal-azzjoni klimatika
Illum, l-azzjoni klimatika hija integrata
f’ħafna oqsma ta’ politika u implimentata permezz ta’ firxa ta’ strumenti
li jappoġġaw l-miri multipli tal-UE, pereżempju kemm
il-bijodiversità u l-politiki dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.
Madankollu, diġà, proporzjon tal-baġit tal-UE huwa relatat
mal-integrazzjoni tal-klima u għalhekk jikkontribwixxi
għat-tranżizzjoni tal-Ewropa għal soċjeta ta’ livell baxx
ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżiljenti għall-klima
Il-Kummissjoni għandha l-għan li żżid il-proporzjon b'minn
tal-anqas 20%, b'kontribuzzjonijiet minn politiki differenti, suġġett
għal evidenza minn valutazzjonijiet tal-impatt. Sabiex jintlaħqu l-miri tal-Ewropa 2020,
u biex partijiet oħrajn tad-dinja tingħatalhom għajnuna biex
itejbu l-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima,
is-sehem tal-baġit tal-UE relatat mal-klima jrid jiżdied b’mod
sinifikanti, inkluż fl-investimenti fi proġetti li mhumiex relatati
b’mod esklussiv mal-klima, iżda li għandhom element sinifikanti dwar
il-klima. Biex tinkiseb din il-mira, l-azzjonijiet dwar
il-mitigazzjoni u l-adattament tal-klima se jiġu integrati fil-programmi
ewlenin kollha tal-UE. ·
Il-politiki ta’ koeżjoni, enerġija u
trasport huma rilevanti ħafna mal-klima. Fir-rigward tal-politika ta’
koeżjoni, iffukar qawwi fuq ir-riżultati u tisħiħ
tal-kondizzjonalità se jiggarantixxu li l-proġetti sostnuti
mill-baġit tal-UE jikkontribwixxu b’mod attiv għall-miri tal-UE dwar
il-klima. Il-Kuntratti ta’ Sħubija mal-Istati Membri se jintużaw biex
jistimulaw u jmmonitorjaw il-progress tal-investimenti li jikkontribwixxu lejn
il-miri 20/20/20. L-integrazzjoni għandha timmira għall-“protezzjoni
kontra t-tibdil fil-klima" tal-investimenti. Il-politika ta'
koeżjoni, permezz tal-programmi operazzjonali tagħha madwar l-UE,
għandha rwol ċentrali fit-titjib tal-isforzi biex tinkiseb il-mira
tal-effiċjenza enerġetika ta’ 20 %. ·
Riċerka u innovazzjoni: l-azzjoni klimatika se tkun pilastru ewlieni fil-Qafas Strateġiku
Komuni futur għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li se jappoġġa
azzjonijiet b’impatt klimatiku pożittiv dirett jew indirett, f’oqsma
bħat-transport, enerġija, riċerka fuq il-materjali u
bijoekonomija sostenibbli. Il-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika
Strateġika jistima li l-bżonnijiet għall-2010-2020
se jkunu ta’ EUR 50 biljun għall-iżvilupp tat-teknoloġija
biex jindirizza t-tibdil fil-klima, jiżgura l-fornitura tal-enerġija
tal-UE u jiggarantixxi l-kompetittività. Parti sostanzjali tal-baġit
għandha tiġi investita permezz ta’ strumenti finanzjarji (dejn u
ekwità) biex tindirizza nuqqasijiet fil-kummerċjalizzazzjoni
tat-teknoloġiji innovattivi ta’ livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju
u kif ukoll teknoloġiji ta’ adattament[5]. ·
Il-pagamenti diretti aktar ekoloġiċi lill-bdiewa
se jkunu wieħed mill-elementi ewlenin tar-riforma tal-Politika Agrikola
Komuni (PAK). Lil hinn mill-bżonnijiet eżistenti ta' konformità
reċiproka, 30 % tal-pagamenti lill-bdiewa se jingħataw
b’kundizzjoni ta’ konformità ma’ għadd ta’ prattiki ambjentali tajbin li
se jikkontribwixxu għal agrikoltura li hija aktar favur l-ambjent. B’dan
il-mod, il-PAK riformata se tagħmel kontribuzzjoni importanti
għall-kisba tal-miri tal-UE dwar il-klima, kemm dwar il-mitigazzjoni
(pereżempju ż-żieda tal-materjal organiku fil-ħamrija,
it-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-użu tal-fertilizzant u d-demel) u dwar
l-adattament (pereżempju ż-żieda fir-reżistenza kontra
organiżmi ta' ħsara, u kif tlaħħaq mad-disponibbiltà aktar
baxxa tal-ilma). ·
Barra minn hekk, il-politika ta' żvilupp
rurali tkun dejjem aktar marbuta mal-azzjoni klimatika. Permezz tal-integrazzjoni
tal-klima u tal-ambjent, se jinħolqu inċentivi sodi għall-bdiewa
biex jipprovdu l-beni pubbliċi tal-UE u jtejbu l-użu
tat-teknoloġija effiċjenti għal settur agrikolu dejjem aktar
reżiljenti u aktar favur l-ambjent u l-klima.
2.2.
Programm LIFE +
Flimkien mal-integrazzjoni tal-miri dwar
l-azzjoni klimatika u l-ambjent, il-Kummissjoni tipproponi li tissokta bil-programm
LIFE+ u ġġibu dejjem aktar konformi mal-miri tal-Ewropa 2020,
inkluż sehem akbar tal-azzjonijiet klimatiċi. Il-LIFE+ se jissokta jaġixxi
bħala pjattaforma għall-iskambju tal-aħjar prattiki fost
l-Istati Membri u bħala katalist għal investimenti aktar effettivi.
Dan se jikkontribwixxi għal azzjoni klimatika ‘minn isfel għal fuq’,
kemm għal proġetti għall-iżvilupp ta’ proġetti
għall-bini ta’ kapaċità fuq livelli lokali/reġjonali u
għall-appoġġ lil atturi privati fl-ittestjar ta’
tekonoloġiji fuq skala żgħira fir-rigward tal-livell baxx ta’
emissjonijiet ta’ karbonju u kif ukoll adattament, b’mod speċjali
mill-SMEs. Hemm bżonn ta’ kapital inizzjali
għaż-żewġ proġetti pilota ta’ adattament u ta’
mitigazzjoni biex jiggarantixxu tagħlim ta’ politika u żvilupp
ulterjuri ta’ politika għal dawn il-prijoritajiet il-ġodda tal-UE.
Is-subprogramm tal-Azzjoni Klimatika se jiffoka fuq proġetti pilota u
proġetti ta’ dimostrazzjoni fuq skala żgħira. Il-proġetti
integrati se jintużaw ukoll, pereżempju, biex jippromwovu
strateġiji transkonfinali ta’ adattament f’żoni esposti
għall-għargħar. Is-subprogramm tal-Azzjoni Klimatika se
jappoġġa, b’mod partikolari, l-isforzi li jikkontribwixxu
għall-għanijiet li ġejjien: (1)
Mitigazzjoni: Appoġġ
għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass serra. Azzjonijiet
għall-istabbiliment ta’ proġetti pilota, li jistgħu
jintużaw biex jittestjaw approċċi innovattivi inkluż
permezz ta’ appoġġ lill-SMEs, biex itejbu l-bażi ta’
għarfien u biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-acquis dwar
il-klima. (2)
Adattament: Appoġġ
lill-isforzi li jwasslu għal aktar reżiljenza għat-tibdil
fil-klima. Azzjonijiet għall-appoġġ
tal-iżvilupp jew tal-implimentazzjoni ta’ strateġiji
nazzjonali/reġjonali/lokali ta’ adattament. Azzjonijiet li jippermettu
lill-dawk li jieħdu deċiżjonijiet biex jużaw b’mod effettiv
l-għarfien u d-dejta dwar l-impatt tat-tibdil fil-klima u b’mod
partikolari għall-adattament ta’ ppjanar relatat. (3)
Governanza u Sensibilizzazzjoni: appoġġ għall-isforzi li jwasslu għal żieda
fis-sensibilizzazzjoni, fil-komunikazzjoni, fil-kooperazzjoni u
fid-disseminazzjoni fuq l-azzjonijiet dwar il-mitigazzjoni u l-adattament
tal-klima. Azzjonijiet għas-sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini
tal-UE u l-partijiet interessati inkluż dwar il-bidla fl-imġiba.
2.3.
Id-dimensjoni globali
It-Trattat ta’ Lisbona għamel
il-ġlieda kontra it-tibdil fil-klima fuq livell internazzjonali bħala
mira speċifika tal-UE. L-UE, bħala l-akbar donatur ta’ għajnuna
u prekursur fil-mekkaniżmi bbażati fuq is-suq, għandha
għarfien espert uniku x’tikkontribwixxi. Kontribuzzjonijiet finanzjarji u
parteċipazzjoni fil-korpi governattivi tal-istrumenti u tal-fondi
internazzjonali se jiggarantixxu li l-UE tibqa’ attur ewlieni fit-tfassil
tal-politika internazzjonali futura dwar it-tibdil fil-klima. L-UE hija
determinata biex twettaq l-impenji internazzjonali tagħha dwar
finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Il-politika dwar il-klima se tiġi integrata
u tiżdied fl-istrumenti ġeografiċi ta’ azzjoni esterna
bil-għan li jiżdied b’mod sinifikanti l-iffinanzjar relatat mal-klima
skont id-direzzjoni tal-azzjoni esterna; rigward l-istrumenti tematiċi
tad-DCI, l-UE għandha timmira sabiex tonfoq inqas minn 25 %
tal-programm għall-"Beni Pubbliċi Globali" fuq l-objettivi
tat-tibdil fil-klima u dawk ambjentali. Sal-2020 il-baġit tal-UE se
jikkontribwixxi għall-iffinanzjar internazzjonali għall-finanzjament
tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima prevedut għall-pajjiżi li
qegħdin jiżviluppaw (USD 100 biljun fis-sena) fin-negozjati
tal-UNFCCC. Flimkien mal-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika
fil-baġit tal-azzjoni esterna, il-Kummissjoni qiegħda tqis
il-ħolqien ta’ mekkaniżmu/fond, barra mill-baġit, biex tamalgama
l-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri u l-baġit tal-UE.
3.
Implimentazzjoni
3.1.
Integrazzjoni
L-integrazzjoni timmassimizza s-sinerġiji
bejn il-politiki dwar it-tibdil fil-klima u oqsma oħrajn iżda trid
tkun viżibbli u soda. Se tiġi akkumpanjata minn obbligu li japplika
f’diversi oqsma li jiġi identifikat fejn il-programmi jippromwovu azzjoni
klimatika jew effiċjenza enerġetika ħalli l-UE tkun kapaċi
tistabbilixxi b’mod ċar kemm mill-ammont eżatt tal-infiq tagħha
huwa relatat mal-azzjoni klimatika. Qiegħed jiġi propost li jiġu
stabbiliti valuri referenzjarji u regoli ċari ta’ monitoraġġ u
ta’ rappurtar għall-istrumenti rilevanti kollha ta’ politika tal-UE.
Il-qafas għandu jkun sempliċi u pragmatiku u għandu jinbena fuq
żewġ elementi: 1) proċeduri komuni ta’ intraċċar
għan-nefqa relatata mal-klima u 2) l-istabbiliment tal-mira fil-politiki
kollha rilevanti u fil-monitoraġġ tar-riżultati. L-intraċċar tan-nefqa relatata
mal-klima se tiġi integrata fil-metodoloġija eżistenti
għall-kejl tal-prestazzjoni użata fil-programmi tal-UE. L-istrumenti
rilevanti kollha se jinkludu mira speċifika relatata mal-klima,
akkumpanjata minn indikatur tar-riżultat. In-nefqa kollha se tiġi
mmarkata fi tliet kategoriji: nefqa relatata biss mal-klima (100%); nefqa
relatata b’mod sinifikanti mal-klima (40%); u nefqa mhux relatata mal-klima (0%).
Dan huwa bbażat fuq metodoloġija stabbilita tal-OECD
("indikaturi ta’ Rio"), iżda ma jeskludix l-użu ta’
metodoloġiji aktar preċiżi f’oqsma ta’ politika fejn dawn ikunu
disponibbli. Il-monitoraġġ tal-kisba
tar-riżultati se jiggarantixxi l-effikaċja tal-isforz ta’
integrazzjoni matul iċ-ċiklu baġitarju li jmiss. Dan se
jgħin ukoll biex tiġi identifikata l-effikaċja ta’ programmi
differenti ta’ infiq u l-kundizzjonalitajiet mehmuża magħhom.
3.2.
LIFE+
Il-programm attwali tal-LIFE+ jitmexxa
mill-Kummissjoni b'mod dirett u ċentralizzat. Il-Kummissjoni tqis li
l-programm li jmiss għandu jibqa' ġestit b'mod ċentralizzat,
iżda li l-kompiti ta’ ġestjoni jistgħu, fil-biċċa
l-kbira tagħhom, jiġu ddelegati lil aġenzija eżekuttiva
diġà eżistenti. Il-kundizzjonijiet u t-termini tad-delegazzjoni
għandhom iqisu l-bżonn għall-Kummissjoni li żżomm
rabtiet ta’ politika b’saħħithom fir-rigward tal-Proġetti
Integrati.
4.
Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020
Ċifri fi prezzijiet kostanti tal-2011.
Huma esklużi l-fondi għall-integrazzjoni, li jinsabu inklużi
fl-allokazzjonijiet baġitarji għall-istrumenti ta’ finanzjament
settorjali. Programm LIFE + (subprogramm tal-klima) || EUR 800 miljun Kompetittività
u SMEs
1.
Għanijiet tal-Politika
Il-promozzjoni tal-kompetittività tal-industrija
tal-UE - b’mod partikolari l-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju
(SMEs) – u l-għajnuna għall-aġġustament tal-proċessi
ta’ produzzjoni u servizzi lil ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’
karbonju, reżiljenti għall-klima, b'użu effiċjenti ta’
riżorsi huma l-miri ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020. L-UE
qiegħda taħdem biex ittejjeb l-ambjent tan-negozju u biex
tappoġġa l-iżvilupp ta’ bażi industrijali soda u
diversifikata kapaċi li tikkompeti fuq skala globali. Hemm bżonn ta’ sforz partikolati biex issir
il-promozzjoni tal-iżvilupp tal-SME. L-SMEs huma sors kbir ta’ tkabbir
ekonomiku u ta’ ħolqien tax-xogħol fl-UE, u jirrappreżentaw
aktar minn 67 % tal-impjiegi fis-settur privat u jipprovdu aktar minn 58 %
tat-total tal-fatturat tal-UE. Il-ħolqien tal-kundizzjonijiet
għall-SMEs biex jiffjorixxu huwa parti mill-istrateġija tal-UE dwar
it-tkabbir u l-impjiegi, kif deskritt fil-komunikazzjoni prinċipali
tal-Kummissjoni dwar il-Politika Industrijali tal-Ewropa 2020[6]. L-UE għandha rwol importanti fil-ftuħ
tal-potenzjal tat-tkabbir tas-settur tal-SMEs, inkluż permezz ta’ użu
mmirat tal-baġit tal-UE. L-attivitajiet f’dan il-qasam jiffokaw fuq
l-indirizzar tan-nuqqasijiet ewlenin tas-suq li jillimitaw it-tkabbir tal-SMEs
- pereżempju fir-rigward tal-aċċess għal finanzi – u
jiggarantixxu li l-SMEs huma kapaċi li jieħdu vantaġġ
sħiħ tal-potenzjal enormi tas-suq uniku Ewropew. L-użu strateġiku u innovattiv
tal-baġit tal-UE se jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal dawn
l-isforzi. Il-baġit tal-UE se jintuża biex jgħin jagħti
l-iffinanzjar, li huwa tant bżonnjuż, ta’ dejn u ekwità permezz
tal-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi u biex issostni firxa
sħiħa ta’ attivitajiet biex jippromwovi l-iżvilupp tal-SMEs fuq
il-livell Ewropew. Flimkien, dawn l-attivitajiet se jagħtu spinta
sinifikanti lis-settur tal-SMEs.
2.
Strumenti
L-istrateġija Ewropea
għall-kompetittività industrijali u l-SMEs se tiffoka fuq il-promozzjoni
ta’ attivitajiet favur l-SMEs fil-firxa sħiħa tal-politiki u
l-porgrammi ta’ infiq tal-UE u kif jiġi pprovdut appoġġ u
servizzi dedikati li jirriflettu l-bżonnijiet partikolari tal-komunità
tal-SMEs fuq livell Ewropew.
2.1.
Promozzjoni tal-kompetittività Industrijali u
l-SMEs
Huwa essenzjali li jitqiesu l-interessi u
ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-SMEs fit-tfassil tal-politiki
tal-UE u tal-programmi ta’ ffinanzjar. B’mod partikolari, il-qafas finanzjarju futur se
jitfassal biex jiffaċilita l-parteċipazzjoni tan-negozji
żgħar fil-programmi ta’ ffinanzjar, pereżempju billi
jissemplifika r-regoli, inaqqas il-kostijiet ta’ parteċipazzjoni,
jaċċelera l-proċeduri tal-għoti u jipprovdi "one-stop
shop" biex ikun eħfef għall-benefiċjarji tal-iffinanzjar
tal-UE.
2.2.
Programm ddedikat għall-kompetittività
industrijali u għall-SMEs
Flimkien mal-promozzjoni tal-interessi tal-SMEs
u tal-passi li ttieħdu biex jissaħħu l-koordinazzjoni u
s-simplifikazzjoni tal-programmi ta’ ffinanzjar, il-baġit tal-UE se
jipprovdi wkoll sostenn finanzjarju mmirat lill-SMEs. Il-Kummissjoni tipproponi
li tistabbilixxi "Programm iddedikat għall-Kompetittività u
għall-SMEs" bħala suċċessur għall-parti li ma
tinkludiex l-innovazzjoni tal-“Programm Qafas dwar il-Kompetittività u
l-Innovazzjoni" (CIP). L-appoġġ kollu tar-riċerka u tal-innovazzjoni
lill-SMEs (inkluża l-parti tal-innovazzjoni tas-CIP) se tiġi
inkluża fil-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u
l-Innovazzjoni. Il-"Programm dwar il-Kompetittività u l-SMEs" se
jiffoka primarjament fuq il-miżuri biex jipprowmovi SMEs aktar dinamiċi
u kompetittivi internazzjonalment. Dawn il-miżuri se jinkludu:
2.2.1.
Aċċess għall-iffinanzjar:
l-istrumenti finanzjarji għat-tkabbir
L-istrumenti finanzjarji għat-tkabbir se
jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs għall-iffinanzjar permezz
tal-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi. Dawn l-istrumenti se
jisfruttaw bi sħiħ il-pjattaformi l-ġodda ta’ dejn u ekwità biex
jipprovdu kemm faċilitajiet ta’ekwità kif ukoll garanziji tas-self.
Strumenti finanzjarji, għall-investimenti għall-fażi ta’ bidu u
għat-tkabbir, b’mod partikolari kapital tar-riskju, se jiġu pprovduti
wkoll fil-Qafas Strateġiku Komuni futur għar-Riċerka u
l-Innovazzjoni għall-kumpaniji innovattivi u l-SMEs L-istrumenti
fil-programm ta' Kompetittività u tal-SMEs se jinkludu: (1)
Faċilità ta’ ekwità
għall-fażi ta’ tkabbir tal-investiment, li se tipprovdi finanzjar
ta’ ekwità rimborsabbli b’orjentament kummerċjali primarjament fil-forma
ta’ kapital tar-riskju (KR) permezz intermedjarji finanzjarji lill-SMEs. Huma
mbassra żewġ miżuri: –
L-investimenti fil-fondi tal-KR li joperaw b’mod
transkonfinali fl-UE u li huma ffukati li jinvestu f’impriżi orjentati
lejn it-tkabbir, b’hekk isostnu l-iżvilupp għal suq tal-KR madwar
l-UE. –
“Fond ta’ fondi” (jew “il-fond Ewropew”) li
jinvesti b’mod transkonfinali fil-fondi tal-KR li sussegwentament jinvestu
f’intrapriżi, b’mod partikolari fil-fażi tagħhom ta’ espansjoni
internazzjonali. (2)
Faċilità ta’
self, li tipprovdi arranġamenti diretti jew oħrajn li
jikkondividu r-riskju ma’ intermedjarji finanzjarji sabiex ikopru s-self għall-SMEs.
Il-faċilità tista’ tiġġenera effet għoli ta'
ingranaġġ u tista' tipprovdi self transkonfinali jew self minn bosta
pajjiżi li ma jistgħux jinkisbu faċilment permezz ta’
faċilitajiet fil-livell nazzjonali. Sabiex tiġi ggarantita l-kumplimentarjetà,
dawn l-attivitajiet se jiġu kkoordinati mill-qrib mat-tipi ta’ azzjoni li
ttieħdu fil-politika ta’ koeżjoni taħt ġestjjoni
kondiviża.
2.2.2.
Titjib tal-kompetittività u tas-sostenibbiltà
tal-industrija tal-UE
Din il-linja tal-programm tal-Kompetittività u
tal-SMEs se tappoġġa azzjonijiet, inklużi: ·
Attivitajiet għat-titjib tal-kompetittività
Ewropea: Azzjoni tal-UE f’dan il-qasam se tiffoka fuq
l-appoġġar tal-koerenza u tal-konsistenza fl-implimentazzjoni kif
ukoll tfassil informat ta’ politika fuq il-livell Ewropew. B’mod partikolari,
se ttejjeb l-ambjent ekonomiku u regolatorju permezz ta’ valutazzjoni
komparattiva, l-iskambju tal-aħjar prattiki u attivitajiet settorjali. ·
Żvilupp tal-politika dwar l-SMEs u
l-promozzjoni tal-kompetittività tal-SMEs skont il-miri tal-“Att dwar
in-Negozji ż-Żgħar” (Small Business Act - SBA). L-azzjonijiet tal-UE se jinkludu tisħiħ tal-użu
tal-prinċipju "L-Ewwel Aħseb fiż-Żgħir”
fit-tfassil tal-politika tal-UE u tal-Istati Membri, li jidentifikaw u
jiskambjaw l-aħjar prattiki sabiex jikkontribwixxu
għall-implimentazzjoni tal-SBA, iżommu punt wieħed ta’ dħul
għall-politiki tal-UE – il-Portal tan-Negozji ż-Żgħar u
l-appoġġ lill-SMEs biex jiġi sfruttat il-potenzjal tas-suq uniku. ·
Turiżmu:
Il-miżuri tal-UE dwar it-turiżmu se jiffukaw, inter alia, biex
tiġi pprovduta informazzjoni affidabbli fuq it-tendenzi fid-domanda
tat-turiżmu fuq il-livell Ewropew; l-iżvilupp tal-kompetittività
fl-industrija tat-turiżmu u l-promozzjoni tal-użu tal-ICT
mill-impriżi tat-turiżmu; il-ġlieda kontra t-turiżmu li
jiddependi fuq l-istaġuni; il-promozzjoni ta’ prodotti u destinazzjonijiet
ta' turiżmu sostenibbli; l-immobilizzar ta’ qafas dwar il-ħiliet u
l-kompetenzi għall-impjegati u minn iħaddem fis-settur;
l-iffaċilitar tal-iskambju tal-aħjar prattiki u l-ħolqien ta’
sħubija. Skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona,
il-miżuri tal-UE dwar it-turiżmu se jinkoraġixxu l-kooperazzjoni
bejn l-Istati Membri billi jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni
tal-offerta tat-turiżmu transnazzjonali, jikkoordinaw l-isforzi nazzjonali
għat-tisħiħ tal-viżibbiltà tal-Ewropa fis-swieq terzi u
jippromwovu b’mod konġunt destinazzjonijiet Ewropej emerġenti u mhux
tradizzjonali. ·
Kunċetti ġodda ta’ kummerċ, prodotti sostenibbli, ibbażati fuq id-disinn u
skont ix-xewqa tal-utent: Din l-inizzjattiva se tiffoka fuq l-użu
kummerċjali tal-kunċetti u l-ideat rilevanti fis-setturi tat-tessuti,
taż-żraben u tal-isport u ta’ kwalunkwe prodott ieħor
għall-konsumatur.
2.2.3.
Aċċess għas-swieq
Dawn l-attivitajiet se jinkludu: ·
Dispożizzjoni ta’
servizzi ta' appoġġ għan-negozju orjentati lejn it-tkabbir
permezz tan-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi: Bħala
one-stop-shop għall-SMEs, in-Netwerk Ewropa għall-Intrapriża, b’600
organizzazzjoni sħab f’49 pajjiż, se jkompli jagħti servizzi
komprensivi u integrati lill-SMEs li jinkludu: –
servizzi ta’ informazzjoni u ta’ konsulenza dwar
kwistjonijiet tal-UE, –
l-iffaċilitar ta’ sħubiji transkonfinali
billi tiġi amministrata bażi tad-dejta ta’ kooperazzjoni b’13 000
talba u offerta attivi għall-kooperazzjoni, –
servizzi ta’ internazzjonalizzazzjoni fl-UE li
jwasslu għal 2 500 kooperazzjoni ta’ negozju, ftehimiet ta’
sħubija teknoloġika u tal-R&D kull sena, –
l-infurmar lill-SMEs dwar
il-leġiżlazzjoni tal-UE u l-promozzjoni tal-programmi ta’ ffinanzjar
tal-UE, inkluż il-Qafas Strateġiku Komuni futur
għar-Riċerka u l-Innovazzjoni; –
il-fornitura ta’ mezz ta’ komunikazzjoni bejn
miż-żewġ naħat bejn l-SMEs u l-Kummissjoni fejn ġew
involuti 10 000 SME; –
appoġġ għat-titjib tal-għarfien
finanzjarju tal-SMEs; kif ukoll –
aċċess għall-effiċjenza
enerġetika u għall-għarfien espert ambjentali u klimatiku
mill-SMEs. ·
Appoġġ tan-negozju tal-SME fis-swieq
il-barra mill-UE: Biex ikun hemm aċċess
b’suċċess fis-swieq tal-pajjiżi terzi, l-SMEs iridu jkunu
mgħamra bil-ħiliet u l-għarfien xieraq tal-qafas regolatorju
tal-pajjiż terz. L-attivitajiet proposti f’dan il-qasam jinkludu t-tqabbil
tad-domanda għas-servizzi mal-provvediment tas-servizz atwalment,
il-ħolqien ta’ portal fuq l-internet, fejn ikun xieraq, f’każi magħżula,
l-istabbiliment ta’ u/jew il-kontinwazzjoni tal-appoġġ taċ-
Ċentri tal-UE għall-SMEs, f’kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet ta'
negozji lokali Ewropej u tal-Istati Membri. Iċ-Ċentri tal-UE
għall-SME se jipprovdu servizzi ta’ appoġġ komprensivi
għall-SMEs li joperaw fis-swieq barra mill-UE. ·
Kooperazzjoni industrijali internazzjonali: L-attivitajiet se jiffokaw fuq it-tnaqqis tad-differenzi fl-ambjenti
regolatorji u tan-negozju bejn l-UE u l-isħab kummerċjali ewlenin
tagħha u l-pajjiżi fil-“Viċinat Ewropew” bi djalogu regolatorju
minn gvern għall-ieħor, djalogi minn negozju għall-ieħor u
“azzjonijiet diretti” ma’ pajjiżi terzi bħal laqgħat
tematiċi u konferenzi.
2.2.4.
Promozzjoni ta’ Intraprenditorija
L-attivitajiet f’dan il-qasam se jinkludu
s-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u l-iżvilupp
tal-ħiliet u tal-atitudnijiet imprenditorjali, b’mod speċjali fost
l-intraprendituri l-ġodda, iż-żgħażagħ u n-nisa.
L-attivitajiet kollha se jkollhom dimensjoni Ewropea qawwija. Il-programm ta’skambju Erasmus
għall-Intraprendituri joffri lill-intraprendituri l-ġodda jew
prospettivi l-possibbiltà li jaħdmu sa sitt xhur ma ;intraprenditur
esperjenzjat f’pajjiż ieħor tal-UE. L-iskema Ewropea tal-mobbiltà
tiffoka biex tippromwovi l-intraprenditorija u biex tappoġġa
l-internazzjonalizzazzjoni u l-kompetittività tal-impriżi mikro u
żgħar fl-UE.
3.
Implimentazzjoni
Il-biċċa l-kbira tal-amministrazzjoni
tal-Programm il-ġdid dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni se
tingħata f’idejn korpi esterni, b’mod partikolari lill-Grupp tal-BEI
għall-"Istrumenti Finanzjarji għat-Tkabbir" u
(is-suċċessur tal-) l-Aġenzija Eżekuttiva
għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (EACI) għal attivitajiet
oħrajn relatati mal-SMEs
4.
Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020
Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti tal-2011. Programm dwar il-Kompetittività u l-SMEs || EUR 2,4 biljun Unjoni Doganali
u Tassazzjoni
1.
Għanijiet tal-Politika
Waħda mill-punti fundamentali tas-suq
intern hija l-unjoni doganali. Din tippermetti li suq intern mingħajr
fruntieri jkun jista’ jopera billi jiżgura li prodotti li joriġinaw
minn pajjiżi terzi jkunu konformi ma' regoli mifthema mal-mument li
jidħlu jew ikunu rilaxxati biex jiċċirkolaw, u għaldaqstant
jistgħu jiċċaqalqu b’mod ħieles fis-suq intern. L-unjoni
doganali hija wkoll l-fergħa operazzjonali tal-politika kummerċjali
komuni, li timplimenta ftehimiet kummerċjali bilaterali u multilaterali,
tiġbor id-dazji, tapplika l-miżuri tal-kummerċ (bħar-regoli
ta’ oriġini), embargos u restrizzjonijiet oħrajn. Addizjonalment, id-dwana għandha funzjoni
dejjem aktar protettiva, bħall-kontribuzzjoni għas-sigurtà tal-katina
tal-fornitura, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità
organizzata (pereżempju, ħasil tal-flus, prekursuri tad-droga u
kummerċ illegali fl-armi) u l-infurzar tad-drittijiet ta' proprjetà
intellettwali mal-fruntiera. Hija tikkontribwixxi għal kundizzjonijiet
ekwi billi tiggarantixxi li prodotti importati jkunu konformi mal-istess
standards tekniċi, tas-saħħa u tas-sikurezza bħall-prodotti
tal-UE. Il-kummerċ internazzjonali qiegħed
jespandi b’mod kostanti u l-proċessi effiċjenti ta' importazzjoni u
ta' esportazzjoni huma kruċjali għall-kompetittività tal-ekonomija
tal-UE. Fl-istess ħin qegħdin jikbru r-riskji ta’ sigurtà u
sikurezza. Għaldqastant, l-UE qiegħda taffaċċja sfida
doppja li se tifforma l-prijoritajiet tagħha għall-ġejjieni:
biex tiffaċilità l-fluss tal-prodotti għal kummerċjanti legali
filwaqt li fl-istess ħin tipproteġi ċ-ċittadini kontra
r-riskji għas-sikurezza u sigurtà tagħhom. L-uffiċjali doganali nazzjonali ta’
kuljum huma responsabbli għat-tħaddim bla xkiel tal-unjoni doganali.
Dan jirrikjedi netwerking operazzjonali intens bejn l-amministrazzjonijiet
doganali, inkluż permezz ta’ infrastruttura tal-IT mill-aktar avvanzata u
sistemi li jippermettulhom jaġġixxu bħala amministrazzjoni
doganali globali . L-iffinanzjar ta’ ċerti azzjonijiet permezz
tal-baġit tal-UE minflok programmi nazzjonali separati jagħmel sens
ekonomiku. Din hija r-raġuni għaliex programm ffinanzjat mill-UE – il-programm
ta’ kooperazzjoni Customs – isostni dan in-netwerking u din
il-kooperazzjoni b’bosta metodi prattiki. In-negozji u ċ-ċittadini tal-UE
qegħdin jaffaċċjaw varjetà ta’ ostakoli relatati mat-taxxa meta
jieħdu sehem f’attivitajiet transkonfinali. Tali ostakoli jirriżultaw
minn frammentazzjoni u diverġenza fil-metodu kif jiġu trattati
l-istess tranżazzjonijiet fi Stati Membri differenti. Din hija
r-raġuni għaliex it-tneħħija ta’ dawn l-ostakoli u l-kisba
ta’ koordinazzjoni ulterjuri tat-taxxa bejn l-Istati Membri – b’rispett
sħiħ tal-kompetenzi tal-Istati Membri f’dan il-qasam – hija
waħda mill-prijoritajiet għat-tisħiħ u
għall-approfondiment tas-suq uniku. Il-frodi tat-taxxa kienet u tibqa’ sfida serja
għall-UE u għall-Istati Membri, l-aktar meta d-dixxiplina fiskali
hija tal-akbar importanza. Il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa fis-suq
uniku hija għaldaqstant fuq quddiem fl-aġenda tal-politika tal-UE
dwar it-tassazzjoni. Biex tiġi miġġielda l-frodi fis-suq uniku,
huwa neċessarju li jkun hemm arranġamenti tajba ta’ kooperazzjoni
amministrattiva bejn l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri dwar it-taxxa u
l-kondiviżjoni effiċjenti ta’ informazzjoni dwar
it-tranżazzjonijiet, in-negozji jew l-iskemi ta’ frodi. Pereżempju,
il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT u tas-sisa hija ffaċilitata
ħafna bis-sistemi li jippermettu l-iskambju rapidu ta’ informazzjoni bejn
l-amministrazzjonijiet. L-UE għandha rwol indispensabbli
fl-assistenza lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu s-sistemi u
l-proċessi neċessarji għal kooperazzjoni transkonfinali effettiva.
B’mod partikolari, il-programm ta’ kooperazzjoni Fiscalis għandu
rwol ewlieni fl-iffaċilitar ta’ din il-kooperazzjoni, biex b’hekk
iżid valur lill-isforzi proprji tal-Istati Membri f’dan il-qasam.
2.
Strumenti
Il-Kummissjoni tipproponi ġenerazzjoni
ġdida tal-programmi Customs ("Customs 2020") u
tat-Tassazzjoni ("Fiscalis 2020"). Iż-żewġ programmi se jkunu
strumentali għas-sostenn u għat-tisħiħ tas-suq intern
fid-deċenju li jmiss. Il-benefiċċji se jitgawdew mill-partijiet
interessati kollha permezz ta’ ambjent tan-negozju aktar effiċjenti u
sigur, sikurezza u sigurtà akbar għaċ-ċittadini, u
implimentazzjoni aktar effiċjetni u effettiva tal-ordni pubbliku
għall-gvernijiet. Dawn il-programmi se jgħinu
lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa u dawk doganali tal-Istati Membri biex
jinteraġixxu b’mod aktar effiċjenti, appoġġati minn sistemi
moderni u effiċjenti tal-iskambju ta’ informazzjoni biex jiffaċilitaw
il-kummerċ leġittimu filwaqt li jiġġieldu attivitajiet frodulenti.
Tali faċilitajiet pan-Ewropej jistgħu jiġu pprovduti bl-aktar
mod effiċjenti u ekonomiku fuq il-livell tal-UE: Pereżempju,
id-disponibbiltà ta’ netwerk ta’ kompjuter trans-Ewropew sigur madwar l-Ewropa
kollha li jgħaqqad l-amministrazzjonijiet doganali u tat-taxxa
jiġġenera ffrankar annwali ta’ EUR 35 miljun
għall-Istati Membri, filwaqt li jiswa’ biss EUR 11 miljun fuq
il-livell ċentrali tal-UE. Il-programmi se
jsostnu dawn l-attivitajiet li ġejjin: ·
Sistemi trans-Ewropej tal-IT biex issir kondiviżjoni tad-dejta u tal-proċessi bejn
l-awtoritajiet nazzjonali doganali u tat-taxxa permezz ta’ applikazzjonijiet
interoperabbli tal-IT li jippermettu lill-amministrazzjonijiet biex jikkooperaw
u ‘jaġixxu bħal entità waħda’ u jsaħħu ulterjorment
l-e-amministrazzjoni għan-negozji u għaċ-ċittadini; ·
Netwerks umani u bini ta’ kompetenza msaħħa li jistimulaw kooperazzjoni
prattika, kondiviżjoni tal-għarfien, u l-identifikazzjoni u
d-disseminazzjoni tal-aħjar prattiki u taħriġ bejn
l-uffiċjali doganali nazzjonali, uffiċjali nazzjonali tat-taxxa, u
r-rappreżentanti tal-kummerċ; ·
Bini ta' kapaċità tal-infrastruttura għall-kofinanzjament tal-akkwist ta’ tagħmir operazzjonali
speċifiku meħtieġ biex jitwettqu kompiti ta’ kontroll u ta’
sorveljanza doganali fil-fruntieri esterni tal-UE, li huwa fl-interess
tal-Istati Membri kollha.
3.
Implimentazzjoni
Il-programmi Customs u Fiscalis huma
implimentati skont il-prijorità. Il-programmi ta’ ħidma huma stabbiliti –
flimkien mal-partijiet interessati – skont il-prijoritajiet għal perjodu
speċifiku. Il-bażijiet legali ta’ dawn il-programmi se jitfasslu
mill-ġdid sabiex jinbidlu minn programmi ta’ ħidma multiannwali
għal dawk annwali u sabiex jissimplifikaw l-arranġamenti ta’
bħalissa. L-amministrazzjoni ċentrali diretta li
hemm fis-seħħ bħalissa se tinżamm u se tiġi
issimplifikata b’mod sħiħ għaż-żewġ programmi
sabiex tkun żgurata l-effikaċja massimia f’termini
tal-appoġġ ta’ kuljum tal-ġestjoni fuq il-livell tal-Kummissjoni
u dak nazzjonali u sabiex tippermetti fehim aħjar tar-regoli ta’
implimentazzjoni mill-partijiet interessati kollha. Kuntratti ta’
akkwist, li jirrappreżentaw il-parti l-kbira tal-baġit
tal-programmi, se jiġu eżegwiti primarjament mill-Kummissjoni skont
ir-regoli tal-UE u billi jintużaw regoli komuni għall-assigurazzjoni
ta’ kwalità u aċċettazzjoni. Iż-żewġ programmi huma mfassla
biex l-UE tkun tista’ tirreaġixxi b’mod xieraq u rapidu
f'sitwazzjonijiet li jevolvu malajr. Li l-programmi jkollhom strument
imfassal apposta u kif ukoll mekkaniżmu flessibbli għas-sottomissjoni
ta’ proposti se jippermetti l-implimentazzjoni effiċjenti tal-attivitajiet
tal-programm. Hemm każ ċar
għall-applikazzjoni ta’ aktar metodi alternattivi ta’ finanzjament biex
jiġu koperti l-kostijiet tal-parteċipazzjoni u tal-organizzazzjoni.
Il-Kummissjoni se tissostitwixxi (għall-inqas b’mod parzjali)
l-applikazzjoni ta’ bħalissa tal-kostijiet reali bil-pagament ta’ somom
ta' flus f’daqqa.
4.
Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020
Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti
tal-2011. Baġit totali propost 2014-2020 Għal Customs 2020 u għal Fiscalis 2020 || EUR 690 miljun Koeżjoni
Ekonomika, Soċjali u Territorjali
1.
Għanijiet tal-Politika
L-għan ewlieni tal-politika ta'
koeżjoni tal-UE huwa li jitnaqqsu d-diskrepanzi ekonomiċi,
soċjali u territorjali sinifikanti li għadhom jeżistu bejn
ir-reġjuni tal-Ewropa. Jekk ma titteħidx azzjoni sabiex jitnaqqsu
dawn id-diskrepanzi, uħud mis-sisien tal-UE, inkluż is-suq uniku u
l-munita,tal-euro jiddgħajfu. Il-politika ta' koeżjoni għandha wkoll
rwol ewlieni biex l-għanijiet ta' Ewropa 2020 jintlaħqu madwar
l-UE kollha. Infiq fil-koeżjoni mmirat tajjeb jista' jagħti valur
miżjud reali, iħeġġeġ it-tkabbir u joħloq
l-impjiegi fir-reġjuni tal-Ewropa. F'konformità mal-konklużjonijiet
tal-Ħames Rapport ta' Koeżjoni[7], il-Kummissjoni
tipproponi li ssaħħaħ il-fokus fuq ir-riżultati u l-valur
miżjud tal-UE billi torbot il-politika ta' Koeżjoni
mal-għanijiet tal-Ewropa 2020 b'mod aktar sistematiku. B'mod partikolari, il-Kummissjoni qed tipproponi
bidliet importanti dwar kif hija mfassla u implimentata il-politika ta'
koeżjoni. Il-finanzjament se jkun ikkonċentrat fuq numru
iżgħar ta' prijoritajiet, se jiġi monitorjat aktar mill-qrib
il-progress lejn l-għanijiet maqbula u se jiġu stabbiliti
kundizzjonalitajiet stretti f'kuntratti ta' sħubija mal-Istati Membri. Dan
se jippermetti lill-politika ta' koeżjoni tal-UE li tagħti l-ikbar
kontribuzzjoni possibbli għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u
territorjali u l-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi.
2.
Strumenti
2.1.
Qafas ta' strateġija komuni
Il-Kummissjoni qed tipproponi li tiġbor
flimkien il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond
Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni taħt Qafas ta'
Strateġija Komuni, li se jkopri wkoll il-Fond Agrikolu Ewropew ta'
Garanzija għall-Iżvulupp Rurali u l-Fond Ewropew
għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd. Dan se jiżgura koerenza akbar
bejn is-sorsi ta' finanzjament u attenzjoni akbar fuq Ewropa 2020.
2.2.
Konċentrazzjoni mtejba fuq Ewropa 2020
Sabiex tiżdied l-effettività fuq l-infiq
ta' koeżjoni, il-finanzjament fil-ġejjieni se jkun immirat fuq numru
limitat ta' għanijiet marbutin mal-prijoritajiet ta' Ewropa 2020. Il-finanzjament tal-Koeżjoni se jkompli
jikkonċentra fuq ir-reġjuni u l-Istati Membri l-inqas
żviluppati. Madankollu, fid-dawl tad-diffikultajiet li kellhom l-Istati
Membri biex jassorbu l-fondi strutturali u biex jiġbru l-kofinanzjament
meħtieġ, l-allokazzjoni tal-koeżjoni se tkun limitata għal 2,5 %
tal-ING. Se tiġi introdotta kategorija ta'
reġjun ġdida -"reġjuni ta' tranżizzjoni"-
sabiex tieħu post is-sistema ta' tneħħiha u introduzzjoni
gradwali (phasing-out and phasing-in) ta' bħalissa. Din il-kategorija se
tinkludi r-reġjuni kollha bi PDG ta' bejn 75 % u 90% tal-medja
tal-UE-27 għall kull ras, u b'mod aktar partikolari: · Reġjuni li bħalissa huma eliġibbli għall-għan
ta' konverġenza iżda li l-PDG għal kull ras tagħhom kiber
aktar minn 75 % tal-medja tal-UE-27. Bħala mezz ta' sikurezza, dawn
ir-reġjuni se jżommu żewġ terzi tal-allokazzjoni attwali;
kif ukoll · Reġjuni li – għalkemm bħalissa mhumiex eliġibbli
għall-għan ta' konverġenza – għandhom PDG ta' bejn 75 %
u 90 % tal-medja tal-UE-27għal kull ras. Il-livell ta'
appoġġ se jvarja skont il-livell tal-PDG, sabiex reġjuni bi PDG
li huwa qrib tad-90 % tal-medja tal-UE jirċievu intensità
tal-għajnuna simili għal dik ta' reġjuni aktar żviluppati. Reġjuni ta' kompetittività bi PDG ogħla minn 90 % tal-medja tal-UE se jkomplu
jirċievu appoġġ mill-fond ta' koeżjoni għal numru
limitat ta' prijoritajiet. Reġjuni ta' trażizzjoni u dawk ta'
kompetittività se jkunu mitluba li jiffokaw l-allokazzjoni sħiħa
tagħhom fuq il-finanzjament ta' koeżjoni (ħlief għall–FSE)
primarjament dwar l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija
rinovabbli; innovazzjoni u kompetittività tal-SME (intrapriżi
żgħar u ta' daqs medju). F'dawn ir-reġjuni l-investimenti
fl-enerġija enerġetika u fl-enerġija rinovabbli se jkun ta'
mill-inqas 20 %. Ir-reġjuni ta' konverġenza se jkunu
jistgħu jiddedikaw l-allokazzjoni tagħhom għal firxa usa' ta'
għanijiet li jirriflettu firxa usa' ta' ħtiġijiet ta'
żvilupp. Fl-aħħar nett, il-kooperazzjoni
territorjali se tibqa' jkollha rwol fl-għajnuna lir-reġjuni
sabiex jegħlbu l-iżvantaġġi tal-ppożizzjoni
tagħhom fuq fruntieri interni jew esterni, fil-kontribuzzjoni għal
politika tal-viċinat ambizzjuża u fl-indirizzar ta' sfidi
transkonfinali u transnazzjonali. L-istrumenti ta' koeżjoni se jintużaw
sabiex jintlaħqu għanijiet differenti imma li jikkumplimentaw lil
xulxin: · Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali Il-FEŻR jimmira sabiex
issaħħaħ il-koeżjoni soċjali u ekonomika tal-Unjoni
Ewropea billi jikkorreġi l-iżbilanċi bejn ir-reġjuni
tagħha. Il-FEŻR jappoġġa l-iżvilupp reġjonali u
lokali billi jikkofinanzja investimenti fir-riċerka u l-iżvuilupp u
fl-innovazzjoni; tibdil fil-klima u ambjent; appoġġ fin-negozju
tal-SMEs; Servizzi ta' interessi ġenerali ekonomiċi; telekomunikazzjoni,
enerġija u infrastruttura tat-trasport; saħħa, edukazzjoni u
infrastrutturi soċjali; u żvilupp urban sostenibbli. Kuntrarju għall-perjodu attwali, dawn
it-tipi kollha ta' investiment se jkunu kapaċi jiġu iffinanzjati
fil-futur mhux biss permezz ta' għotjiet imma wkoll bi strumenti
finanzjarji (fondi ta' riskju ta' kapital ta' riskju, fondi ta' żvilupp
lokali eċċ). · Fond Soċjali Ewropew Il-Fond Soċjali Ewropew jimmira li
jsaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali
bl-appoġġ għall-promozzjoni tal-impjiegi; l-investiment
fil-ħiliet, fl-edukazzjoni u fit-tagħlim tul il-ħajja;
l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar; u t-titjib
tal-kapaċità istituzzjonali u amministrazzjoni pubblika effiċjenti. Se jiġu stabbiliti partijiet minimi
għall-Fond Soċjali Ewropew għal kull kategorija ta' reġjuni
(25 % tar-reġjuni ta' konverġenza; 40 % għal
tranżizzjoni; u 52 % għall-kompetittività tar-reġjuni) u
l-ambitu tal-Fond Soċjali Ewropew se jiġi estiż sabiex ikopri
l-kost ta' tagħmir marbut mal-investiment fil-kapital soċjali u uman. ·
Fond ta' Koeżjoni Il-Fond ta' Koeżjoni jgħin lill-Istati
Membri li l-ING għal kull abitant tagħhom huwa inqas minn 90 %
tal-medja tal-UE-27 fl-investiment fin-netwerks tat-trasport TEN-T u
fl-ambjent. Parti mill-allokazzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni (EUR 10 bijuni)
se titwarrab għall-finanzjament ta’ netwerks ewlenin tat-trasport
taħt il-faċiltità "Connecting Europe" (ara wkoll l-iskeda
separata) IL-Fond ta' Koeżjoni jista' jappoġġa wkoll
proġetti marbutin mal-enerġija, sakemm dawn jippreżentaw b'mod
ċar benefiċċju għall-ambjent, pereżempju
bil-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-użu
tal-enerġija rinovabbli.
3.
Implimentazzjoni
3.1.
Ġestjoni mqassma
L-appoġġ provdut permezz tal-politika
ta' koeżjoni se jkompli jkun suġġett għal ġestjoni
mqassma mill-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri (ħlief għal
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li se tkun ġestita b'mod
ċentrali), li se tintalab tipprovdi kofinanzjament. Pajjiżi li qed
jirċievu għajnuna finanzjarja skont l-Artikolu 136 u 143
tat-TFUE se jkollhom il-possibbiltà li jibbenefikaw minn rata aħjar ta'
kofinanzjament.
3.2.
Kuntratti ta' Sħubija
Il-Kuntratti ta' Sħubija bejn
il-Kummissjoni u kull Stat Membru se jistabbilixxu l-impenji tal-imsieħba
f'livell nazzjonali u reġjonali u l-Kummissjoni. Huma se jintrabtu
mal-għanijiet tal-istrateġija ta' Ewropa 2020 u tal-Programmi
Nazzjonali ta' Riforma. Se jistabbilixxu strateġija integrata
għall-iżvilupp territorjali sostnuta mill-fondi strutturali kollha
rilevanti tal-UE u jinkludu l-għanijiet ibbażati fuq indikaturi
maqbula, investimenti strateġiċi u għadd ta'
kundizzjonalitajiet. Se jkunu jinkludu impenji li jagħtu rendikont annwali
tal-progress fir-rapporti annwali fuq il-politika ta' koeżjoni u
f'rappurtar pubbliku ieħor.
3.3.
Programmazzjoni integrata
L-Istati Membri fil-futur se jiġu
mħeġġa biex jużaw il-programmi ffinanzjati minn fondi
differenti għat-tħejjija, n-negozjar, l-ġestjoni u
l-implimentazzjoni, partikolarment fejn hemm l-ikbar ħtieġa ta'
koordinazzjoni mtejba ta' kapital uman u ta' investimenti fl-infrastuttura. Fejn xieraq, se jiġi stabbilit "fond
ewlieni" marbut mal-qasam (oqsma) tal-politika tal-programm. L-interventi
tal-fond ewlieni se jkunu kumplimentati bl-interventi minn fondi strutturali
oħra sabiex jiżguraw sostenn koerenti għal għanijiet
tematiċi differenti skont il-politika ta' koeżjoni.
3.4.
Kundizzjonalità
Se jiġu introdotti dispożizzjonijiet
ġodda ta' kundizzjonalità sabiex jiżguraw li l-finanzjament tal-UE
huwa ffukat fuq riżultati li joħolqu inċentivi
b'saħħithom għall-Istati Membri biex jiżguraw li
l-objettivi u l-miri ta' Ewropa 2020 jintlaħqu permezz tal-politika
ta' Koeżjoni. U l-kundizzjonalità marbuta mal-governanza ekonomika
l-ġdida se tikkumplimenta l-kundizzjonalitajiet tas-settur speċifiku
ex ante stabbiliti f'kull kuntratt, sabiex jiġi żgurat li
l-effikaċja tan-nefqa tal-koeżjoni mhux qed tiddgħajjef
minħabba politiki makrofiskali ħżiena. Il-kundizzjonalità se tieħu l-forma kemm
ta' kundizzjonijiet "ex-ante" li jridu jkunu stabbiliti qabel
l-iżborż tal-fondi u kif ukoll ta' kundizzjonijiet
"ex-post" li se jissoġġettaw ir-rilaxx ta' fondi
addizzjonali skont il-kisba ta' riżultati speċifikati minn qabel.
Sabiex dan jiġi ffaċilitat, se jiġu speċifikati stadji
ewlenin u indikaturi u l-progress se jiġi monitorjat b'mod strett permezz
ta' rappurtar annwali. In-nuqqas ta' progress se jwassal għal sospensjoni
jew il-kanċllazzjoni tal-fondi.
3.5.
Riżerva għall-prestazzjoni
Sabiex jissaħħaħ l-iffukar fuq
ir-riżultati u l-kisba tal-objettivi ta' Ewropa 2020, matul
l-analiżi interim, 5 % tal-baġit ta' koeżjoni se jitwarrab
u jiġi allokat għall-Istati Membri u reġjuni li l-programmi
tagħhom ikunu laħqu l-istadji ewlenin b'rabta mal-kisba tal-objettivi
tal-programm relatati mal-objettivi u l-miri ta' Ewropa 2020. L-istadji
ewlenin se jkunu definiti skont ir-regolamenti għall-politika ta'
koeżjoni.
3.6.
Finanzjament innovattiv
Minbarra l-għoti ta' finanzjament, qed
jiġi propost li s-sostenn tal-koeżjoni għal intrapriżi u
proġetti li mistennija jiġġeneraw redditi finanzjarji
sostanzjali se jingħata primarjament permezz ta' strumenti finanzjarji.
(Ara wkoll l-iskeda separata fuq l-istrumenti finanzjarji innovattivi)
4.
Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020
Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti
tal-2011. Baġit totali propost 2014-2020 Li minnhom || EUR 376 biljun · Reġjuni ta' Konverġenza · Reġjuni ta' Tranżizzjoni · Reġjuni ta' Kompetittività · Kooperazzjoni territorjali · Fond ta' Koeżjoni · Allokazzjoni addizzjonali għal reġjuni l-aktar imbiegħda b'poplazzjoni baxxa || EUR 162,2 biljun EUR 39 biljun EUR 53,1 biljun EUR 11,7 biljun EUR 68,7 biljun EUR 926 miljun · Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, għat-trasport, l-enerġija u l-ICT || EUR 40 biljun u EUR 10 biljuni imwarrbin fil-Fond ta' Koeżjoni Edukazzjoni u
l-Kultura
1.
Għanijiet tal-Politika
L-edukazzjoni u t-taħriġ huma essenzjali għall-iżvilupp u t-tkabbir tal-ekonomija
Ewropea u ser ikollhom rwol importanti fil-kisba kollettiva tal-miri
tal-Ewropa 2020. Investiment miżjud fil-kapital uman u
l-immodernizzar tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ se jgħinu
lill-UE sabiex issir ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva. Ħafna minn dan l-investiment ser isir fuq
livell nazzjonali. Madankollu, b’għadd dejjem jikber ta’ ċittadini
Ewropej li qegħdin iħarsu lil hinn mill-fruntieri nazzjonali
għall-opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ, l-UE
għandha rwol importanti sabiex tiggarantixxi li l-opportunitajiet tas-suq
uniku jsiru disponibbli għal kulħadd. L-UE taħdem sabiex tippromwovi
l-edukazzjoni u t-taħriġ f’firxa wiesgħa ta’ modi. Il-programmi
għall-promozzjoni tal-mobbiltà transnazzjonali fit-tagħlim –
bħall-programm Erasmus – urew li huma ta’ suċċess
kbir, billi jgħinu lin-nies jiksbu ħiliet ġodda li jkunu
bżonnjużi fl-impjiegi tal-ġejjieni. Il-mobbiltà miżjuda
tista’ tikkontribwixxi wkoll għar-riforma tas-sistemi tal-edukazzjoni u
t-taħriġ billi tiffaċilita d-disseminazzjoni transkonfinali
tal-ideat u tal-aħjar prattiki. Permezz ta’ taħlita ta’ programmi ta’
finanzjament immirati u flimkien ma’ sorsi oħrajn ta’ finanzjament,
bħall-fondi strutturali, il-baġit tal-UE jista’ jipprovdi valur
miżjud reali billi jippromwovi l-mobbiltà, jiffaċilita
l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki u jsostni lill-Istati
Membri fl-immodernizzar tas-sistemi tagħhom tal-edukazzjoni u
t-taħriġ. Id-diversità kulturali tal-Ewropa hija waħda mill-aktar aspetti b'saħħithom tagħna,
li tarrikkixxi u tispira liċ-ċittadini u tipprovdi
benefiċċji ekonomiċi reali. Ir-rwol ekonomiku u soċjali
tal-industrji kulturali u kreattivi qiegħed dejjem isir aktar evidenti, u
jirrappreżenta 4,5 % tal-PDG Ewropew totali fl-2008 u
jirrappreżenta madwar 3,8 % tal-forza tax-xogħol. L-UE
taħdem b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri f’dan il-qasam sabiex
tutilizza l-potenzjal tas-suq uniku u sabiex tipprovdi l-kondizzjonijiet tajbin
għall-industrji kulturali u kreattivi sabiex jiffjorixxu. Il-ġenerazzjoni li jmiss tal-programmi
ffinanzjati mill-baġit tal-UE se tindirizza d-dgħufijiet li
jillimitaw il-potenzjal ta’ tkabbir ta’ dan is-settur, billi tittratta
l-frammentazzjoni tas-suq, issaħħaħ il-kompetittività fis-setturi
kulturali u awdjoviżivi, u tiffoka fuq il-miżuri tal-bini ta’
kapaċità u fuq l-appoġġ għaċ-ċirkulazzjoni
tax-xogħlijiet kulturali.
2.
Strumenti
Il-Kummissjoni tipproponi li l-baġit tal-UE
jsostni l-politika għall-edukazzjoni u għall-kultura permezz ta’
żewġ strumenti ewlenin:
2.1.
Programm għall-edukazzjoni,
it-taħriġ u ż-żgħażagħ - 'Edukazzjoni
Ewropa'
Dan il-programm se jgħaqqad
is-subprogrammi, li bħalissa huma separati, tal-Programm tat-Tagħlim
Tul il-Ħajja, l-aspetti internazzjonali tal-Edukazzjoni Għolja,
inkluż l-Erasmus Mundus, u Żgħażagħ fl-Azzjoni. Dan se
jippermetti li jkun hemm effiċjenza akbar, iffukar strateġiku aktar
b’saħħtu u l-isfruttar ta’ sinerġiji bejn l-aspetti varji
tal-programm. Għalkemm dawn jikkostitwixxu l-aktar lawrji
tal-edukazzjoni effiċjenti għall-impjiegi u r-riċerka
innovattivi, l-istrumenti attwali tal-UE għall-mobbiltà mhumiex adattati
għall-istudenti tal-masters. L-aktar mod kost-effiċjenti biex din
il-kategorija ta’ studenti tintlaħaq huwa li jintuża l-baġit
tal-UE biex jinkisbu fondi mis-settur privat, priċipalment il-banek
nazzjonali, biex tiġi ggarantita l-portabilità tas-self u l-għotjiet
tal-istudenti. L-azzjonijiet attwalment appoġġjati
mill-programm Leonardo se jingħataw spinta bħala parti mill-isforzi
fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u
l-Kummissjoni se taħdem mal-EIB biex tipprovdi garanziji għas-self
lill-istudenti tal-Masters li jixtiequ jagħmlu l-Masters tagħhom fi
Stat Membru ieħor. Dan il-programm il-ġdid se jiffoka fuq: –
il-provediment ta’ opportunitajiet immirati ta’
tagħlim transnazzjonali; –
it-tqabbil tad-domanda tas-suq tax-xogħol
mal-ħiliet sabiex tingħata spinta lill-impjegabbiltà, lill-ispirtu
imprenditorjali u lill-parteċipazzjoni
taż-żgħażagħ; –
il-volontarjat kif ukoll it-tagħlim formali u
dak li mhux formali; kif ukoll –
l-appoġġ għal riformi wiesa’ u
l-immodernizzar tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ mal-Ewropa
kollha u lil hinn minnha. B’mod konkrett, il-programm ser ikollu tliet
linji ewlenin ta’ azzjoni: (1)
Mobbiltà transnazzjonali tat-tagħlim – kull
sena madwar 800 000 ċittadin tal-UE, prinċipalment
studenti, jistgħu jiġu megħjuna sabiex ikunu mobbli. (2)
Attivitajiet ta’ kooperazzjoni bejn
l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u d-dinja tax-xogħol se jiġu
apppoġġati sabiex jippromwovu l-immodernizzar tal-edukazzjoni,
l-innovazzjoni u l-intraprenditorija. (3)
Se jiġi provdut appoġġ politiku
sabiex tinġabar evidenza dwar l-effikaċja tal-investimenti
fl-edukazzjoni u sabiex jgħin lill-Istati Membri jimplimentaw politiki
effettivi. Kondizzjonijiet stretti ta’ kwalità rigward
il-mobbiltà, konċentrazzjoni fuq il-miri ewlenin ta’ politika fejn
il-massa kritika tista’ tinkiseb u l-kumplimentarjetà ma’ programmi oħrajn
tal-EU se jkunu strumentali sabiex jiġi ggarantit valur miżjud Ewropew
għoli ħafna. Il-programm Edukazzjoni Ewropa se jinkorpora
l-programmi internazzjonali eżistenti bħall-Erasmus Mundus, Tempus,
Alfa u Edulink u programmi ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi industrjalizzati
taħt l-istess strument, u se jakkomoda miri differenti (l-attraenza
taż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja, l-eċċellenza,
is-solidarjetà u l-ekwità). Dan l-approċċ ser itemm
il-frammentazzjoni li hemm bħalissa fl-istrumenti tal-UE li
jappoġġaw il-kooperazzjoni internazzjonali fl-edukazzjoni
għolja, u li tagħmilha diffiċli għall-istudenti u
għall-universitajiet sabiex jaċċedu għall-informazzjoni
dwar l-opportunitajiet tal-edukazzjoni għolja tal-Ewropa u
għall-edukazzjoni għolja tal-UE sabiex tkun viżibbli fix-xena
globali.
2.2.
Sport
Bħala parti mill-programm Edukazzjoni
Ewropa, is-subprogramm propost tal-Isport se jiffoka fuq: ·
li jittratta theddidiet transnazzjonali li huma
speċifiċi għall-isport bħal doping, vjolenza, razziżmu
u intollerenza, jew kwistjonijiet relatati mal-integrità tal-kompetizzjonijiet
u tal-persuni li jipprattikaw l-isports; ·
li jiżviluppa kooperazzjoni Ewropea fl-isport
permezz ta’, pereżempju, linji gwida għal karrieri doppji tal-atleti
jew valuri referenzjarji għal governanza tajba tal-organizzazzjonijiet
sportivi; kif ukoll ·
li jappoġġa organizzazzjonijiet sportivi
lokali li jista’ jkollhom rwol fl-indirizzar ta’ sfidi soċjoekonomiċi
usa’ bħall-inklużjoni soċjali. Dan il-programm ser iwassal il-valur miżjud
tal-UE lil kwistjonijiet li joriġinaw min-natura speċifika
tal-isport, se jimmobilizza l-iffinanzjar tas-settur privat minn atturi
fil-qasam tal-isport, u se jappoġġa organizzazzjonijiet fil-bażi
tal-piramida tal-isports – mhux il-livell professjonali ta’ fuq nett.
2.3.
Programm għall-kultura u l-industrija
awdjoviżiva - 'Ewropa Kreattiva'
Dan il-programm se jgħaqqad il-programmi
ta’ bħalissa Culture, MEDIA u MEDIA Mundus sabiex jiffoka s-sostenn fuq
il-kisba tal-għanijiet tal-Ewropa 2020 u sabiex jiġi sfruttat
il-potenzjal tal-ħolqien tax-xogħol tas-setturi kulturali u
kreattivi. Il-programm se jikkomplimenta programmi oħrajn tal-UE billi
jimmira b’mod speċifiku l-bżonnijiet tas-setturi kulturali u
kreattivi li qegħdin jimmiraw li joperaw lil hinn mill-fruntieri
nazzjonali, u b’rabta b’saħħita mal-promozzjoni tad-diversità
kulturali lingwistika. L-ispeċifiċitajiet ta’ kull settur se
jiġu indirizzati, inkluż permezz ta’ allokazzjoni tal-baġit
apposta, u t-tielet element se jipprovdi appoġġ orizzontali
lill-industrji kreattivi u kulturali permezz tal-użu ta’ strumenti
finanzjarji innovattivi.
3.
Implimentazzjoni
L-implimentazzjoni tal-programmi l-ġodda se
jiġu ssimplifikati ħafna. Il-programm Edukazzjoni Ewropa
l-ġdid ser jissimplifika ferm l-azzjonijiet u r-regoli permezz
tat-tneħħija tas-subprogrammi, it-tnaqqis fl-għadd totali ta’
attivitajiet u ż-żieda fl-użu tas-somom ta' flus f’daqqa. Il-programm Ewropa Kreattiva se jiġi
ġestiti b’mod ċentrali permezz tal-Aġenzija Eżekuttiva
tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA), kif inhu l-każ
bħalissa kemm għal Culture u kif ukoll għal MEDIA. Għadd
żgħir ta’ azzjonijiet se jiġu ġestiti b’mod dirett
mill-Kummissjoni (pereżempju, il-Kapitali Ewropej tal-Kultura,
il-premjijiet kulturali tal-UE, azzjonijiet konġunti mal-istituzzjonijiet
internazzjonali). L-elementi Culture u MEDIA tal-programm Ewropa
Kreattiva se jiġu komplementati minn strument finanzjarju innovattiv,
amministrat mill-grupp tal-BEI, sabiex jipprovdu finanzjament ta’ dejn u ekwità
lill-industriji kulturali u kreattivi (CCI). Dan se jindirizza
wieħed mill-ostakoli ewlenin għall-iżvilupp tal-kontenut
kulturali u kreattiv – l-aċċess għall-iffinanzjar – u jista’
jilħaq lill-industrji kulturali u kreattivi li mhumiex sostnuti minn
programmi oħrajn tal-UE.
4.
Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020
Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti
tal-2011. Baġit totali propost 2014-2020 li minnhom || EUR 16,8 biljun · Edukazzjoni Ewropa || EUR 15,2 biljun · Ewropa Kreattiva || EUR 1,6 biljun Impjiegi u
Affarijiet Soċjali
1.
Għanijiet tal-Politika
L-Unjoni Ewropea qed tiffaċċja sfidi
kunsiderevoli fil-qasam tal-impjiegi u dak soċjali. Illum, kważi 23 miljun
ruħ huma qiegħda u 'l fuq minn 113-il miljun huma stmati li
jgħixu fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni[8].
Il-kwistjonijiet soċjali u tal-impjiegi huma tħassib primarju
għaċ-ċittadini Ewropej u huwa qasam fejn huwa mistenni aktar mill-Unjoni.
Minkejja titjib riċenti fil-perspettiva ekonomika, il-prospetti
tal-impjiegi għadhom mhux ċari fit-terminu l-medju, fost affarijiet
oħrajn minħabba n-nuqqas ta’ uniformità fis-sitwazzjonijiet
tal-Istati Membri u l-pressjonijiet mistennija fuq ir-ristrutturar ekonomiku
mill-ekonomija globali. Il-qgħad u r-rati persistentement
għolja tal-faqar jirrikjedu azzjoni komprensiva. Il-politiki li diġà
ġew implimentati jeħtieġ li jiġu aġġornati u
msaħħa billi l-Unjoni qed taffaċċja sfidi urġenti:
nuqqasijiet fil-livelli tal-ħiliet, rendiment baxx fil-politika tas-suq
tax-xogħol attiv u fis-sistemi edukattivi, l-esklużjoni soċjali
tal-gruppi marġinalizzati u mobbiltà baxxa tal-ħaddiema. Ħafna
minn dawn l-isfidi marru għall-agħar bil-kriżi finanzjarja u
ekonomika, ix-xejriet demografiċi u migratorji u l-pass
mgħaġġel tal-bidla teknoloġika. Sakemm ma jiġux
indirizzati b’mod effettiv, dawn se jkunu theddida partikolari
għall-koeżjoni soċjali u l-kompetittività. Ir-responsabbiltà ewlenija
għall-immodernizzar tas-sistemi tal-politiki soċjali u tas-suq
tax-xogħol se tibqa’ tal-Istati Membri; Madankollu, l-UE tagħti aktar
valur lill-isforzi tagħhom billi taġixxi bħala katalist
għall-promozzjoni u l-faċilitazzjoni tar-riformi, billi tipprovdi
l-finanzjament, partikolarment permezz tal-Fond Soċjali Ewropew, u billi
tagħti setgħat lill-imsieħba soċjali,
lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lil partijiet
interessati oħra li għandhom rwol kruċjali x’jaqdu fit-twettiq
tar-riformi.
2.
Strumenti
Se titwaqqaf inizjattiva Ewropea fil-qasam
tal-impjiegi u tal-inklużjoni soċjali permezz ta’ azzjoni
konġunta fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali,
l-impjiegi u l-inklużjoni. Il-finanzjament f’dan il-qasam se jingħata
essenzjalment minn tliet strumenti ewlenin. Dawn se jkunu allinjati
bis-sħiħ mal-għanijiet tal-Ewropa 2020 u t-twassil
tagħhom se jiġi mtejjeb b’komplementarjetà msaħħa ma’
strumenti oħrajn u bis-simplifikazzjoni tal-proċeduri relevanti.
2.1.
Il-Fond Soċjali Ewropew
Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) se
jagħti finanzjament għall-azzjonijiet strutturali
għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.
Il-finanzjament se jkun ikkonċentrat fuq il-prijoritajiet ewlenin
tal-istrateġija Ewropa 2020, partikolarment permezz ta’ erba’
‘opportunitajiet ta’ investiment’: –
il-promozzjoni tal-impjiegi; –
l-investiment fil-ħiliet, fl-edukazzjoni u
fit-tagħlim tul il-ħajja; –
l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda
kontra l-faqar; kif ukoll –
it-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u
l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti. Fi ħdan dawn l-opportunitajiet, il-FSE se
jikkontribwixxi wkoll għal għanijiet politiċi oħrajn,
bħall-faċilitazzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'użu
baxx tal-karbonju u użu effiċjenti tar-riżorsi, il-promozzjoni
tar-riċerka u l-innovazzjoni, speċjalment fil-qasam soċjali,
it-tisħiħ tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra
d-diskriminazzjoni. Huwa propost li l-azzjonijiet jiġu raggruppati,
partikolarment favur l-inklużjoni soċjali, bit-trasferiment
tal-iskema tal-appoġġ alimentari għall-persuni l-aktar
fil-bżonn għall-FSE. Għall-perjodu wara l-2013, il-FSE se jkun
kopert bil-Qafas Strateġiku Komuni (QSK) għall-fondi strutturali[9].
Il-finanzjament se jiġi pprogrammat bħala parti mill-Kuntratti ta’
Sħubija li se jiġu nnegozjati mal-Istati Membri. Il-miri stipulati se
jiġu allinjati mal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma u se jittraduċu
l-għanijiet miftiehma f’deċiżjonijiet dwar l-investiment. Biex ikun hemm aktar enfasi fuq
ir-riżultati, se jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità,
ibbażat fuq ġabra komprensiva ta’ rekwiżiti definiti minn qabel,
biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-baġit tal-UE u jistimola u
jappoġġa r-riformi meħtieġa fl-Istati Membri. Sabiex il-FSE jagħmel kontribut reali
lill-miri tal-istrateġija Ewropa 2020, tinħtieġ massa
kritika ta’ finanzjament fil-livell tal-UE u wkoll fil-livell tal-programmi
operazzjonali. Is-sehem minimu meħtieġ tal-investimenti tal-politika
ta’ koeżjoni allokat lill-FSE se jingħata skont il-kategoriji
differenti tar-reġjuni li jirriflettu l-intensitajiet differenti ta'
għajnuna li jirċievu u l-isfidi li jiffaċċjaw: dan se jsir
billi jiġu stabbiliti ishma minimi għall-FSE mis-sostenn tal-fondi
strutturali għal kull kategorija ta’ reġjuni (25 %
għar-reġjuni ta’ konverġenza, 40 % għar-reġjuni
ta’ tranżizzjoni, 52 % għar-reġjuni ta’ kompetittività,
abbażi tal-Fond ta’ Koeżjoni li jkompli jirrappreżenta terz
tal-allokazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni fi Stati Membri eliġibbli,
u bl-esklużjoni tal-kooperazzjoni territorjali). L-applikazzjoni ta’ dawn l-ishma
tirriżulta f’sehem minimu globali għall-FSE ta’ 25 %
tal-baġit allokat għall-politika ta' koeżjoni.
2.2.
Programm integrat għall-impjiegi, il-politika
soċjali u l-inklużjoni
Il-programm integrat għall-impjiegi,
il-politika soċjali u l-inklużjoni se
jikkontribwixxi għat-twettiq tal-istrateġija Ewropa 2020 u
l-miri ewlenin tagħha li jsaħħu lil xulxin reċiprokament,
permezz ta’ sostenn għall-azzjonijiet li jippromwovu livell għoli ta’
impjiegi u ħarsien soċjali xieraq, jiġġieldu
l-esklużjoni soċjali u l-faqar u jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol.
Il-programm se jaġixxi bħala katalista għall-bidla fl-Istati
Membri u se jkun magħmul mill-elementi li ġejjin: ·
Pjattaforma Ewropea għall-proċessi
tat-tagħlim reċiproku biex ittejjeb il-bażi tal-evidenza
għat-tfassil u l-implimentazzjoni tar-riformi u għall-promozzjoni
tal-involviment tal-partijiet interessati fit-tfassil tal-politika biex
tissaħħaħ is-sjieda tal-impjiegi tal-UE u l-għanijiet
tal-politika soċjali u tal-inklużjoni, u li tibni fuq l-esperjenza ta'
suċċess bil-Programm tal-Progress; ·
Il-promozzjoni tal-innovazzjoni soċjali
abbażi tal-evidenza biex jissaħħu l-isforzi tal-Istati
Membri biex jimmodernizzaw is-sistemi tal-politika soċjali u tal-impjiegi
bl-użu ta’ metodi ppruvati għat-tfassil, l-implimentazzjoni u
l-evalwazzjoni tal-innovazzjoni u tqassim aktar effettiv tal-informazzjoni; ·
Il-promozzjoni tal-mobbiltà tal-ħaddiema
fl-UE u t-titjib tal-aċċess għall-opportunitajiet tal-impjiegi,
partikolarment għaż-żgħażagħ, u li tibni fuq
l-attivitajiet tan-netwerk EURES; ·
Appoġġ tal-intraprenditorija u
l-impjiegi indipendenti bħala mezzi għall-ħolqien
tal-impjiegi u għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali
biż-żieda tad-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà
tal-mikrofinanzi għall-gruppi vulnerabbli, il-mikrointrapriżi u
l-ekonomija soċjali, u li jibni fuq il-Faċilità tal-Progress
tal-Mikrofinanzi.
2.3.
Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament
għall-Globalizzazzjoni
Se jingħata sostenn speċifiku
lill-ħaddiema li jingħataw is-sensja
b’riżultat ta’ bidla strutturali kbira permezz tal-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG). Permezz tal-FEG, l-UE se tkompli tgħin
lill-Istati Membri biex jipprovdu appoġġ individwalizzat
għall-ħaddiema li jingħataw is-senjsa minħabba bidliet
strutturali kbar ikkawżati miż-żieda fil-globalizzazzjoni
tal-produzzjoni u x-xejriet tal-kummerċ. Barra minn hekk, il-FEG se
tindirizza s-sensji fuq skala kbira li jirriżultaw minn tfixkil serju
tal-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali kkawżat minn
kriżi f’daqqa u mhux mistennija. Il-FEG għandu l-għan li
jilħaq rata ta’ 50 % ta’ ħaddiema megħjuna jsibu
xogħol ġdid u stabbli wara 12-il xahar[10]. Il-Kummissjoni se tipproponi li testendi
l-ambitu tal-FEG biex jipprovdi kumpens f’ċerti każijiet
għall-konsegwenzi tal-globalizzazzjoni fuq ċerti setturi agrikoli.
2.4.
Linji tal-baġit awtonomi
Barra minn dawn l-istrumenti u
bis-saħħa tas-setgħat konferiti lilha mit-Trattat,
il-Kummissjoni se tkompli timplimenta l-linji tal-baġit awtonomi[11]
sabiex: –
tiffaċilita d-djalogu soċjali Ewropew li
huwa komponent kruċjali tal-mudell soċjali Ewropew; –
tanalizza u tevalwa x-xejriet ewlenin
fil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar iċ-ċaqliq ħieles
tal-persuni u tippromwovi l-koordinazzjoni tas-sistemi nazzjonali tas-sigurtà
soċjali; kif ukoll –
tanalizza s-sitwazzjoni soċjali u l-impatt
tal-bidla demografika.
3.
Implimentazzjoni
It-tnaqqis fin-numru tal-istrumenti finanzjarji
u l-linji tal-baġit u s-simplifikazzjoni tal-metodi u s-sistemi
tal-ġestjoni u l-implimentazzjoni se jippermettu integrazzjoni ikbar
tal-istrumenti u jwasslu għal simplifikazzjoni kunsiderevoli, partikolarment
għall-benefiċjarji.
3.1.
Il-Fond Soċjali Ewropew
L-implimentazzjoni tal-FSE se jiffoka fuq
approċċ imsaħħaħ ibbażat fuq ir-riżulati,
permezz tal-inkorporazzjoni tal-FSE fil-Qafas Strateġiku Komuni
għall-istrumenti kondiviżi kollha tal-ġestjoni u l-Kuntratti
tas-Sħubija nnegozjati mal-Istati Membri. L-implimentazzjoni se tiġi issimplifikata
wkoll. Se jsir użu ikbar minn alternattivi ssimplifikati tal-kost,
partikolarment għall-proġetti ż-żgħar, sabiex b’hekk
jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u r-reġjuni u
jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament
għall-inizjattivi lokali. Se jkun possibbli wkoll irbit aktar strett
tal-pagamenti mal-ksib tal-miri definiti minn qabel fil-Kuntratti ta’
Sħubija abbażi ta' pjanijiet ta’ azzjoni konġunti. Fl-aħħar nett, se jiddaħħlu
mekkaniżmi ta’ inċentiv bbażati fuq ir-riżultati biex
jiġu ppremjati l-programmi u l-miżuri ta’ suċċess u
jistimolaw il-bidliet f’dawk b’rendiment baxx.
3.2.
Programm integrat (ġestjoni diretta)
għall-impjiegi, il-politika soċjali u l-inklużjoni
Il-programm ġdid integrat
għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali se jitmexxa direttament
mill-Kummissjoni. Il-proċeduri ewlenin jinkludu sejħiet
għall-offerti, sejħiet għall-proposti u ġestjoni
konġunta – partikolarment għall-implimentazzjoni tal-faċilità
ta’ mikrofinanzi f’kollaborazzjoni mal-Fond Ewropew tal-Investiment.
Il-programm il-ġdid se jiffoka fuq proġetti kbar b’valur miżjud
Ewropew ċar sabiex tintlaħaq massa kritika u jitnaqqas l-piż
amministrattiv. Se jiġu introdotti regoli u proċeduri armonizzati u
simplifikati biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-programm,
partikolarment għall-organizzjonijiet iż-żgħar. Barra minn hekk, se jiġi stabbilit
programmar multiannwali biex jistipula l-għanijiet politiċi fit-tul
flimkien mal-finanzjament annwali, sabiex b’hekk il-programm ikun tassew
strument immexxi mill-politika. Il-programm se jiġi implimentat permezz
ta’ approċċ ta’ ġestjoni bbażata fuq ir-riżultati li
jinvolvi monitoraġġ regolari tal-progress b’indikaturi ċari.
3.3.
Appoġġ għall-ħaddiema li jingħataw
is-sensja
Il-mobilizzazzjoni tal-FEG se tkompli tirrikjedi
deċiżjoni tal-awtorità baġitarja. Il-Kummissjoni se tfittex li
tiżgura li t-tħaddim tal-FEG isir aktar sempliċi u aktar
risponsiv għaċ-ċirkostanzi ekonomiċi jinbidlu.
3.4.
Linji tal-baġit awtonomi
L-implimentazzjoni tal-linji tal-baġit
awtonomi se tkun ikkoordinata bis-sħiħ maż-żewġ
strumenti biex tiġi evitata d-duplikazzjoni u biex jiżdiedu
s-sinerġiji. In-numru tagħhom se jitnaqqas u l-proġetti l-kbar
se jingħataw prijorità sabiex tinkiseb massa kritika u jitnaqqas
il-piż amministrattiv.
4.
Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020
Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti
tal-2011. Baġit totali propost 2014-2020 li minnhom || EUR 88,3 biljun · Il-Fond Soċjali Ewropew (ibbażat fuq il-formola 25/40/52 għal kull kategorija tar-reġjuni li tirriżulta f’25 % tal-envelopp tal-koeżjoni, ħlief il-Faċilità Ngħaqqdu l-Ewropa) || EUR 84 biljun · Politika Integrata għall-Impjiegi, il-Politika Soċjali u l-Inklużjoni || EUR 850 miljun · Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni || EUR 3 biljun · Linji tal-Baġit Awtonomi || EUR 400 miljun Ambjent
1.
Għanijiet tal-Politika
Il-politika
ambjentali tal-Unjoni Ewropea tikkontribwixxi lejn l-għan ta’ tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, fil-qafas ta’ Ewropa 2020. L-investimenti
li jsiru fil-ħarsien tal-ambjent huma investimenti fil-modernizzazzjoni
tas-soċjetajiet tagħna, u għandhom jgħinu biex l-Ewropa
tevolvi f'ekonomija msejsa fuq l-għarfien u l-effiċjenza fl-użu
tar-riżorsi. Dawn l-investimenti huma tal-ikbar siwi
għall-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent. It-triq lejn ekonomija aktar ħadra timplika
t-tnaqqis tal-kostijiet ambjentali permezz ta’ użu aktar effiċjenti
tar-riżorsi, b'mod li jsir kontribut lejn it-tkabbir, il-kompetittività u
l-ħolqien ta’ impjiegi. Il-ħarsien tal-bijodiversità –il-kapital
naturali tagħna–, u t-tisħiħ tal-ekosistemi se jagħtu
kontribut importanti lejn l-għanijiet tagħna ta’ tkabbir sostenibbli.
L-ekosistemi jipprovdulna l-ikel, l-ilma frisk, materja prima u ħafna
benefiċċji oħra, u b'hekk jikkontribwixxu
għall-produttività u għall-kwalità tal-ħajja, filwaqt li jnaqqsu
l-ispejjeż tas-saħħa pubblika. Ir-restawr tal-ekosistemi u
tas-servizzi li jipprovdu jikkontribwixxi lejn l-ekonomija l-ħadra permezz
ta’ ħiliet, impjiegi u opportunitajiet kummerċjali ġodda, billi
jixpruna l-innovazzjoni u b'hekk jagħti sehem importanti fl-isfidi
tat-taffija tat-tibdil fil-klima u l-addattament għalih. Huwa magħruf ferm il-valur miżjud
tal-ħidma konġunta fuq il-livell Ewropew biex jinkisbu għanijiet
komuni fil-qasam tal-ambjent, billi l-kwistjonijiet ambjentali jisbqu
l-fruntieri nazzjonali. Il-kollaborazzjoni fil-qrib mal-ġirien tal-UE u
mal-ekonomiji emerġenti hija prerekwiżit għal Ewropa aktar
ħadra. Is-sostenibbiltà ambjentali hija wkoll wieħed mill-Għanijiet
ta’ Żvilupp tal-Millenju (Millenium Development Goals), li l-UE hija
impenjata li tilħaq. Minbarra l-vantaġġi
tal-leġiżlazzjoni ambjentali Ewropea, il-baġit tal-UE jista'
jikkontribwixxi lejn l-għanijiet ambjentali kemm permezz ta’ programmi
ddedikati, kif ukoll billi jiġi żgurat li dawk l-għanijiet ikunu
inkorporati bis-sħiħ fl-attivitajiet sostnuti mill-baġit.
2.
Strumenti
2.1.
Integrazzjoni
Il-prijoritajiet tal-politika ambjentali se
jiġu integrati fl-istrumenti kollha ewlenin tal-finanzjament tal-UE,
fil-programmi ta’ koeżjoni, agrikultura, il-politika marittima u s-sajd,
ir-riċerka u l-innovazzjoni, u l-għajnuna esterna. Dan
l-approċċ għandu jkattar kemm jista' jkun is-sinerġiji bejn
il-politiki ambjentali u oqsma oħra, b'qies għall-fatt li l-istess
azzjonijiet jistgħu u għandhom ifittxu firxa wiesgħa ta’
għanijiet kumplimentari. Dan l-approċċ se jgħin ukoll biex
tiġi evitata proliferazzjoni ta’ programmi, u biex inaqqas safejn
possibbli l-piż amministrattiv. ·
Agrikoltura Għan
ewlieni tar-riforma tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) huwa t-trawwim ta’
għanijiet ambjentali permezz ta' pagamenti diretti aktar
ekoloġiċi lill-bdiewa. 30 % mill-pagamenti diretti se jkunu
soġġetti għall-kundizzjoni li tiġi rispettata firxa
tal-aqwa prattiki ambjentali, miżjuda mal-obbligi diġà eżistenti
ta’ kundizzjonalità. Barra minn hekk, l-iżvilupp rurali fil-qafas
tal-PAK se jerġa' jiġi ċċentrat fuq it-twassil ta’ beni
pubbliċi, inkluż permezz ta’ miżuri agriambjentali. Dawn
il-miżuri se jgħinu biex jiġi żgurat li s-settur agrikolu
tal-UE jkun sostenibbli, u jibqa' fornitur ewlieni ta' beni pubbliċi
ambjentali bħalma huma l-ilma nadif, il-bijodiversità, il-ħarsien
tal-ħamrija, arja aktar nadifa, u l-ħarsien tal-pajsaġġi.
Dan għandu jikkontribwixxi wkoll għall-ksib tal-għanijiet tal-UE
f'dak li jirrigwarda l-klima, kemm ta’ taffija kif ukoll ta’ addattament. ·
Politika dwarl-Affarijiet Marittimi u s-Sajd Fil-ġejjieni, is-sostenibbiltà ambjentali se tkun fil-qofol
tal-politika marittima u tas-sajd. Dan se jinkiseb, fost l-oħrajn, billi
jitnaqqas is-sajd żejjed u l-kapaċità żejda, kif ukoll billi
jitnaqqsu l-impatti diretti (ngħidu aħna, il-qbid inċidentali
jew impatt fuq qiegħ il-baħar), filwaqt li jingħata
appoġġ liż-żoni marittimi protetti. Il-Politika Marittima
Integrata se tkompli tiddefinixxi l-fruntieri tas-sostenibbiltà
tal-attivitajiet tal-bniedem li jkollhom impatt fuq l-ambjent tal-baħar,
bħala parti mill-implimentazzjoni tad-Direttiva ta’ Qafas dwar
l-Istrateġija Marittima. ·
Politika ta’ Koeżjoni Il-politika ta’ koeżjoni ser tiġi mmodifikata biex tiffoka
aktar fuq il-prijoritajiet tal-Ewropa 2020, fosthom l-għan li l-UE ssir
ekonomija aktar ħadra, kompetittiva, u li tuża r-riżorsi b'mod
aktar effiċjenti. Dan għandu jinkiseb permezz ta’ attenzjoni qawwija
fuq ir-riżultati u l-kundizzjonalità, inkluż f'dak li għandu
x'jaqsam mal-għanijiet ambjentali. Dawn l-għanijiet jinkludu
l-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-acquis ambjentali (ilma, skart,
il-baħar, nitrati, id-Direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali,
il-kwalità tal-arja u l-leġiżlazzjoni dwar l-għargħar) u
l-iffinanzjar ta’ infrastruttura ambjentali relatata; il-ħarsien u
r-restawr tal-biodervisità u ta’ servizzi dwar l-ekosistemi, inkluż
permezz tal-iżvilupp tal-infrastrutturi ekoloġiċi u t-tnaqqis u
l-prevenzjoni tad-deżertifikazzjoni. Il-protezzjoni tal-ambjent kontra
t-tibdil fil-klima se tissaħħaħ bħala parti mill-politika
ta’ koeżjoni. ·
Riċerka u innovazzjoni Il-Qafas Strateġiku Komuni l-ġdid għar-Riċerka u
l-Innovazzjoni se jikkontribwixxi biex jixprunaw l-avvanzi xjentifiċi u
teknoloġiċi meħtieġa għat-tranżizzjoni lejn
ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi. It-tkomplija u
t-twessigħ tal-appoġġ finanzjarju għall-ekoinnovazzjoni
se jgħinu wkoll biex isir tkabbir aktar intelliġenti u sostenibbbli.
Is-sħubijiet għall-innovazzjoni se jkollhom impatt dirett fuq
l-effiċjenza tar-riżorsi, ngħidu aħna fl-oqsma tal-ilma,
l-ekosistemi, il-materja prima u l-bliet intelliġenti. ·
Fl-azzjoni esterna, l-Istrument
għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni se jgħin lill-pajjiżi
kandidati jiffinanzjaw l-infrastruttura ambjentali tagħhom, kif ukoll biex
jibnu l-kapaċità meħtieġa biex isiru konformi mal-acquis tal-UE.
Permezz tad-djalogu dwar il-politiki fuq il-livelli reġjonali u
nazzjonali, il-Kummissjoni se tissokta tintegra l-appoġġ
għall-ambjent fil-qafas tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u
Sħubija. L-ambjent għandu jkompli jiġi integrat ukoll
fil-programmi ta’ għajnuna lill-pajjiżi li qegħdin
jiżviluppaw. Il-bijodiversità u l-ekosistemi huma beni pubbliċi
globali ewlenin, u se jkunu parti mill-programm tematiku ppjanat
għall-beni pubbliċi u l-isfidi globali. It-Trattat ta’ Liżbona
jagħti lill-UE rwol aktar qawwi fil-ftehimiet ambjentali multilaterali kif
ukoll fil-governanza ambjentali internazzjonali, u l-finanzjament imtejjeb se
jkun xhieda ta’ dan.
2.2.
Strument iddedikat għall-Ambjent u
għall-Azzjoni kontra t-Tibdil fil-Klima
Minbarra l-integrazzjoni, il-Kummissjoni
tipproponi li jissokta l-programm LIFE+, u li jiġi allinjat aktar
mill-qrib mal-għanijiet tal-Ewropa 2020. Bħalma hu l-każ
fil-perjodu ta’ programmar attwali, l-istrument il-ġdid se jkopri, fi
programm waħdieni, firxa ta’ azzjonijiet fl-oqsma tal-ambjent u
tal-azzjoni kontra t-tibdil fil-klima. Skont is-subprogramm tal-Ambjent[12], l-istrument se jiffoka fuq żewġ tipi ta’ proġett:
il-Proġetti Integrati ġodda, li l-għadd u s-sehem finanzjarju
tagħhom se jiżdied progressivament matul id-dewmien tal-programm; u
proġetti “tradizzjonali”. Il-Kummissjoni tqis li l-proġetti integrati
jistgħu jiżvolġu rwol essenzjali bħala xprun għall-ksib
ta' għanijiet bħall-ħarsien u r-restawr tal-bijodiversità u
l-ekosistemi, il-ġestjoni effettiva tan-netwerk Natura 2000,
it-trawwim tal-governanza ambjentali, u l-ġestjoni tal-ilma u tal-iskart u
l-immobilizzar, b'mod effettiv ta’ fondi oħra għal dawn
l-għanijiet. L-għażla tal-proġetti se tibqa' tissejjes fuq
il-valur miżjud li joffru għall-UE, kif ukoll fuq il-potenzjal
għat-trażmissjoni tal-għarfien. Il-Proġetti Integrati tal-LIFE huma
ddisinjati biex jiddemostraw l-implimentazzjoni sostenibbli ta’ pjanijiet ta’
azzjoni ambjentali[13] marbutin ma' direttivi
ambjentali ewlenin tal-UE, bħad-Direttiva dwar il-Ħabitats jew
id-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma. Il-Proġetti Integrati se jagħtu
appoġġ lil sensiela ta’ attivitajiet u miżuri speċifiċi.
Il-finanzjament addizzjonali għal dawn il-proġetti se jinġibed
minn programmi oħra ta' finanzjament tal-UE, kif ukoll minn fondi
nazzjonali, reġjonali u tas-settur privat, u se jiġu indirizzati lejn
l-għanijiet ambjentali. B'hekk, il-finanzjament tal-LIFE għandu jservi
ta’ xprun li jiżgura l-konsistenza u l-attenzjoni strateġika
ambjentali, billi jiġu sfruttati bis-sħiħ is-sinerġiji, u
tiġi stabbilita kooperazzjoni aktar strutturata ma' fondi oħra tal-UE
permezz tal-Qafas Strateġiku Komuni. Is-subprogramm għall-Ambjent se jkun
imqassam skont il-prijoritajiet li ġejjin: (a)
LIFE Biodiversity,filwaqt
li tibqa' tiffoka fuq Natura 2000 u fuq l-iżvilupp u l-qsim tal-aqwa
prattiki fil-qasam tal-bijodiversità, din il-kategorija se tindirizza wkoll
sfidi usa' marbutin mal-bijodiversità, skont il-mira tal-istrateġija
tal-bijodiversità ta’ Ewropa 2020 li jinżammu u jiġu restawrati
l-ekosistemi u s-servizzi tagħhom; (b)
LIFE Environment din
il-kategorija se tiffoka fuq l-appoġġ għall-implimentazzjoni
tal-politika ambjentali tal-UE min-naħa tas-settur pubbliku u dak privat,
u b'mod partikulari, l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali
relevanti għall-għanijiet ta’ Ewropa 2020 fejn tidħol
l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi (ngħidu aħna,
id-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma jew id-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart). (c)
LIFE Governance din
il-kategorija se tappoġġja l-ħolqien ta’ pjattaformi
għall-iskambju tal-aqwa prattiki għall-konformità mtejba
mal-prijoritajiet u l-infurzar tal-politika ambjentali tal-UE,
għall-iżvilupp tal-politika u t-teħid ta'
deċiżjonijiet imsejjes fuq l-għarfien (eż. b'tixrid wiesa’
tar-riżultati tal-proġetti), b'enfasi fuq il-governanza tajba. Din
il-kategorija se tappoġġja wkoll lill-NGOs ambjentali u trawwem
it-tqajjim tal-kuxjenza, l-attiviżmu u t-tixrid tat-tagħrif
ambjentali, billi dawn huma marbutin sew mal-għan li tinkiseb governanza
tajba u l-implimentazzjoni u l-konformità sħaħ.
2.3.
Il-finanzjament għall-bijodiversità
Il-finanzjament tal-Istrateġija tal-UE
għall-Bijodiversità sal-2020[14] jitlob li l-bijodiversità
tiġi integrata tul il-baġit tal-UE, kemm fi ħdan l-UE
permezz tal-istrumenti ewlenin ta’ finanzjament, kif ukoll permezz ta' fondi
għall-azzjoni esterna. Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-infiq
tal-UE, huwa importanti wkoll li jitkattru kemm jista' jkun is-sinerġiji
fil-finanzjament fil-qasam tat-tibdil fil-klima, permezz tal-finanzjament ta’
proġetti ta’ addattament u taffija msejsa fuq l-ekosistemi, li jipprovdu
wkoll servizzi usa' fl-UE kif ukoll lil hinn minnha. It-tmexxija effettiva u r-restawr
taż-żoni protetti tan-Natura 2000 huma tal-ikbar importanza biex
tintlaħaq il-mira tal-Ewropa 2020, stabbilita mill-Kunsill Ewropew
fl-2010, li jitwaqqaf u jitreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità
fl-UE. Fuq il-livell tal-UE, approċċ integrat imsaħħaħ
li juża l-fondi settorjali varji tal-UE, u l-iżgurar tal-konsistenza
tagħhom mal-prijoritajiet tal-oqfsa ta’ azzjoni tan-Natura 2000
flimkien ma' kategorija msaħħa ta’ LIFE Bijodiversità, għandhom
jipprovdu sisien sodi għall-istrateġija l-ġdida ta’ finanzjament
tan-Natura 2000. F'dak li jirrigwarda l-politika esterna, l-UE
ntrabtet, flimkien ma' parteċipanti oħra, waqt l-10 laqgħa
tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità
Bijoloġika (CBD COP10) f'Ottubru 2010 f'Nagoya, li żżid b'mod
sostanzjali l-mobbilizzazzjoni tar-riżorsi finanzjarji
għall-bijodiversità dinjija sal-2020. Il-finanzjament mill-baġit
tal-UE se jiġi pprovdut mill-allokazzjonijiet ġeografiċi u
reġjonali tal-programmi ta’ azzjoni esterna tal-UE, kif ukoll permezz
tal-programm tematiku għall-beni pubbliċi globali. Minbarra l-integrazzjoni tal-bijodiversità
fil-baġit tal-azzjoni esterna, il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll
il-ħolqien ta' mekkaniżmu jew fond barra mill-baġit, sabiex
jinġabru flimkien kontributi mill-Istati Membri u mill-baġit tal-UE.
3.
Implimentazzjoni
3.1.
Integrazzjoni
L-integrazzjoni se ssir permezz tal-istrutturi u
l-istrumenti deskritti fid-dossiers dwar il-politiki settorjali. Sabiex
jiġi żgurat it-twassil tar-riżultati, se jkun hemm parametri
stabbiliti biċ-ċar, kif ukoll regoli ta’ mmonitorjar u rappurtar
għall-istrumenti ta’ politika kollha relevanti tal-UE, bl-indikaturi
xierqa. Sabiex jitkattru s-sinerġiji bejn
l-għanijiet differenti ta' politika, ġiet ppjanata proċedura ta’
segwiment tal-infiq marbut mal-ambjent, simili għal dik proposta
għall-infiq marbut mal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. F'dak li jirrigwarda l-bijodiversità,
l-'indikaturi ta’ Rio' stabbiliti mill-OECD, li diġà qed jintużaw
mill-Kummissjoni għall-istrumenti esterni, se jiġu integrati
fil-metodoloġija eżistenti għat-tkejjil tar-rendiment
tal-programmi tal-UE. L-indikaturi għandhom jgħinu wkoll biex juru
l-benefiċċji sekondarji tal-infiq għall-bijodiversità u
għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, kif ukoll biex jixħtu
dawl fuq il-benefiċċji sekondarji, għall-bijodiversità,
tal-infiq għall-azzjonijiet tar-REDD+ (Reducing Emissions from
Deforestation and Forest Degradation).
3.2.
Strument speċifiku għall-Azzjoni
għall-Ambjent u kontra t-Tibdil fil-Klima
Il-programm attwali tal-LIFE+ jitmexxa
mill-Kummissjoni b'mod dirett u ċentralizzat. Il-Kummissjoni tqis li
l-programm li jmiss għandu jibqa' ġestit b'mod ċentralizzat,
iżda li l-kompiti ta’ ġestjoni jistgħu, fil-biċċa
l-kbira tagħhom, jiġu ddelegati lil aġenzija eżekuttiva
diġà eżistenti. L-estent, il-kundizzjonijiet u t-termini
tad-delegazzjoni jkollhom iqisu l-ħtieġa li l-Kummissjoni
żżomm rabtiet mill-qrib ħafna f'dak li jirrigwarda l-politika
tal-Proġetti Integrati.
4.
Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020
Iċ-ċifri kollha fi prezzijiet
kostanti tal-2011. Huma esklużi l-fondi għall-integrazzjoni, li
jinsabu inklużi fl-allokazzjonijiet baġitarji għall-istrumenti
ta’ finanzjament settorjali. Programm LIFE + (subprogramm tal-ambjent) || EUR 2,4 biljun Azzjoni Esterna
1.
Għanijiet tal-Politika
L-Unjoni Ewropea hija attur globali
minħabba l-popolazzjoni u s-setgħa ekonomika tagħha. B’500 miljun
ċittadin, hija tirrappreżenta 25 % tal-prodott domestiku gross
tad-dinja u 20% tal-kummerċ globali. L-Unjoni hija wkoll attur politiku
attiv, b’interessi ta’ sigurtà u responsabbiltajiet reġjonali (b’mod
partikolari fil-viċinat tagħha) u globali. B’mod partikolari, hija
turi solidarjetà billi tipprovdi aktar minn nofs l-għajnuna kollha
internazzjonali għall-iżvilupp u hija l-akbar donatur ta’ assistenza
umanitarja. Hija involuta b’mod attiv fil-protezzjoni tad-drittijiet
tal-bniedem, il-promozzjoni ta’ aġenda tax-xogħol diċenti,
valuri universali u konvenzjonijiet ambjentali u soċjali internazzjonali
oħrajn. L-UE hija wkoll dejjem aktar attiva
fil-prevenzjoni tal-kunflitt, l-immaniġjar tal-kriżijiet u l-bini
tal-paċi, permezz ta’ missjonijiet ta’ immaniġjar tal-kriżijiet
immexxija mill-UE kif ukoll permezz ta’ strumenti tal-UE għar-rispons u
għall-istabilizzazzjoni tal-kriżi. L-UE tappoġġa wkoll
il-missjonijiet tan-NU u tal-Unjoni Afrikana għaż-żamma
tal-paċi u tar-restawr tal-paċi fil-pajjiżi fraġli jew
mifnija bi gwerra. Barra minn hekk, l-UE hija impenjata fl-appoġġ
tas-sistema multilaterali u fir-riforma tagħha, in-negozjati multilaterali
ta’ Doha dwar il-kummerċ, in-negozjati tal-UNFCCC (Konvenzjoni Qafas
tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima) dwar it-tibdil fil-klima,
in-negozjati tas-CBD (Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika) dwar
il-bijodiversità u n-negozjati dwar il-ftehimiet multilaterali, riformi tal-G-8
u tal-G-20 u l-aġenda dwar il-governanza globali. B’hekk il-politiki esterni huma qasam importanti
ta’ azzjoni għall-UE, qasam li ġie msaħħaħ fil-qafas
istituzzjonali l-ġdid tat-Trattat ta’ Lisbona. L-UE tuża strumenti finanzjarji
għar-relazzjonijiet esterni biex issostni l-implimentazzjoni ta’ dawn
il-politiki esterni, b’mod partikolari: (1)
Promozzjoni u difiża tal-valuri tal-UE
l-barra mill-Unjoni. It-tqegħid tad-drittijiet
tal-bniedem, id-demokrazija u d-dritt tal-istat fil-qalba,. Avvenimenti riċenti
f’partijiet differenti tad-dinja qegħdin jitolbu għal reviżjoni
tal-assistenza tal-UE lil proċessi transnazzjonali u demokratiċi u
lil soċjetà ċivili. (2)
Projettar ta’
politiki tal-UE b’appoġġ għall-indirizzar tal-isfidi
globali ewlenin bħall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima,
it-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità, u l-protezzjoni
tal-beni pubbliċi globali u tar-riżorsi għandhom
jissaħħu ulterjorment. Il-Kummissjoni tipproponi li tiżviluppa
aġenda proattiva tal-UE u interessi reċiproki ma’ pajjiżi terzi,
b’iffokar speċifiku fuq msieħba strateġiċi. (3)
Żieda tal-impatt tal-kooperazzjoni
tal-iżvilupp tal-UE, bil-għan ewlieni li
tgħin sabiex jinqered il-faqar. L-UE se tiffoka l-għajnuna fuq dawk
l-oqsma fejn l-UE tkun tista’ toffri għarfien espert partikolari, u
tiddiferenzja fost il-pajjiżi u reġjuni sħab biex tiggarantixxi
li r-riżorsi ta’ għajnuna jiġu allokati skont
il-bżonnijiet, il-kapaċitajiet, l-interessi u l-impenji; ttejjeb
il-koordinazzjoni tal-għajnuna u l-koerenza tal-politika
għall-iżvilupp; u tiggarantixxi ffinanzjar adekwat
għall-iżvilupp. Se jinħoloq strument pan-Afrikan biex
jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Konġunta bejn
l-Afrika u l-Ewropa, li jiffoka fuq valur miżjud ċar ta’ attivitajiet
transreġjonali u transkontinentali. Se jkun flessibbli biżżejjed
biex jakkomoda kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri tal-UE, l-Istati Afrikani,
l-istituzzjonijiet finanzjarji u s-settur privat. (4)
Investiment fil-prosperità fit-tul u
l-istabbiltà tal-Viċinat tal-UE. L-għan li
tiġi stabbilita żona ta’ stabbiltà, prosperità u demokrazija se
jiġi segwit kemm permezz tal-preparazzjoni ta’ pajjiżi kandidati
(potenzjali) għal sħubija u permezz tal-politka mġedda
tagħna dwar il-viċinat. L-UE se tkun attiva fl-appoġġ
tal-valuri tal-prinċipji demokratiċi fil-viċinat tagħha u
distribuzzjoni aktar ekwa tal-benefiċji tat-tkabbir permezz ta’
kooperazzjoni politika akbar u integrazzjoni ekonomika aktar profonda
fin-Nofs-in-nhar u fil-Lvant. (5)
Tisħiħ tas-solidarjetà Ewropea wara
diżastri naturali jew magħmula mill-bniedem. Li jinżammu l-prinċipji mifthema b’mod internazzjonali
tal-liġi umanitarja u t-titjib tal-kapaċità tagħha,
fl-għajnuna umanitarja u fil-protezzjoni ċivili, il-baġit tal-UE
se jsostni azzjonijiet biex jantiċipaw, jippreparaw għal, jipprevjenu
u jirrispondu b’mod aktar rapidu għal diżastri u jieħdu sehem
b’mod aktar flessibbli fl-azzjonijiet ta’ żvilupp biex jerġgħu
jibnu mill-kriżi u biex jiżviluppaw reżistenza
għall-ġejjieni. (6)
Titjib tal-prevenzjoni u tar-riżoluzzjoni
tal-kriżi. Se tiżdied l-azzjoni tal-UE dwar
il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kriżi, li tippreserva l-paċi
u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali, inkluż
it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-UE għall-preparazzjoni
għall-kriżi. Ewropa miftuħa, li topera f’qafas
internazzjonali msejjes fuq regoli, hija l-aħjar triq biex jitgawdew
il-benefiċċji tal-globalizzazzjoni li se jagtħu spinta 'l
quddiem lit-tkabbir u l-impjiegi.
2.
Instruments
Il-Kummissjoni tipproponi l-istruttura li
ġejja għall-istrumenti futuri tal-EU dwar l-azzjoni esterna:
2.1.
Kooperazzjoni għall-iżvilupp
Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li tibni
fuq l-istrument tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (DCI) ta’
bħalissa rigward l-ambitu ġeografiku u tematiku. Hija tipproponi li
l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) li jkopri l-kooperazzjoni mal-AKP
(pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku) u l-OCT (pajjiżi
u territorji ekstra-Ewropej) għandu jibqa’ barra mill-baġit
għall-perjodu tal-MFF li jmiss.
2.2.
Strument għall-pajjiżi tat-tkabbir
Strument wieħed integrat ta’ qabel
l-adeżjoni huwa propost bħala l-pilastru finanzjarju
tal-Istrateġija dwar it-Tkabbir, li jinkludi d-dimensjonijiet kollha
tal-politiki interni u tal-kwistjonijiet tematiċi. Il-mira se tkun li
jiġi ggarantit li l-pajjiżi kandidati u kif ukoll l-kandidati
potenzjali jkunu preparati bi sħiħ għal adeżjoni eventwali.
L-emfażi se tintefa’ fuq l-iżvilupp soċjoekonomiku, fuq
il-kooperazzjoni reġjonali, fuq l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-acquis,
u fuq il-preparazzjoni għall-amministrazzjoni tal-politiki interni
malli ssir l-adeżjoni. Se jiġi implimentat permezz programmi
nazzjonali/multibenefiċjarji mifthema mal-benefiċjarji u se
jirrifletti wkoll l-Fondi Strutturali, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond
Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), inkluż
l-iffukar tagħhom mill-ġdid biex jiġu pprovduti l-beni
pubbliċi. Barra minn hekk, l-istrumenti politiċi u finanzjarji
relatati mal-kriżi (Assistenza Makrofinanzjarja, u Strument
għall-Istabbilità) se jibqgħu jkunu disponibbli
għall-pajjiżi tat-tkabbir, sabiex jintużaw meta jkun hemm
bżonn.
2.3.
Strument Ewropew ta' Viċinat (ENI)
L-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI) se
jibbenefika lill-pajjiżi ġirien tal-UE li jappoġġaw
kooperazzjoni politika aktar profonda, integrazzjoni ekonomika aktar mill-qrib
mal-UE u appoġġ għal tranżizzjoni effettiva u sostenibbli
lejn id-demokrazija. Il-kooperazzjoni mal-ġirien tal-UE se tkun
ibbażata fuq il-prinċipju ta’ ‘aktar għal aktar', skont
il-konklużjonijiet tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 'Rispons ġdid
għal viċinat li qiegħed jinbidel'. L-ENI se jipprovdi l-parti
l-kbira tal-iffinanzjar tal-UE għall-Viċinat u se jiġi
kkumplimentat minn strumenti oħrajn kif xieraq[15].
2.4.
Strument ta’ Sħubija
Dan il-programm il-ġdid se jipprovdi
sostenn ad hoc għall-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi kollha (dawk li
mhumiex qegħdin jiżviluppaw u dawk li qegħdin jiżviluppaw)
b’iffokoar speċifiku fuq l-imsieħba strateġiċi / ekonomiji
emerġenti. Dan se jiffinanzja attivitajiet biex jappoġġa
l-projjezzjoni tal-politika tal-UE l-barra mill-Unjoni permezz kooperazzjoni
bilaterali u approċċi komuni għall-isfidi, l-isħubijiet
ekonomiċi u l-kooperazzjoni tan-negozju, l-attivitajiet u n-netwerks
tad-diplomazija pubblika, u kuntatti bejn il-persuni; l-imġiba
tad-diskussjonijiet ta’ politika u tal-attivitajiet konġunti ma’
pajjiżi sħab individwali; u l-promozzjoni tal-kummerċ u
tal-investiment u tal-konverġenza regolatorja mal-imsieħba
strateġiċi.
2.5.
Promozzjoni madwar id-dinja tad-drittijiet
tal-bniedem
Strument Ewropew għad-Demokrazija u
għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) imsaħħaħ se jiffoka fuq
żewġ attivitajiet. L-ewwel, se jkun hemm appoġġ
imsaħħaħ għall-iżvilupp ta’ soċjetajiet
ċivili sodi u għar-rwol speċifiku tagħhom bħala atturi
għall-bidla u bħala appoġġ tad-drittijiet tal-bniedem u
tad-demokrazija. Dan se jinkludi kapaċità msaħħa għall-UE
biex tirreaġġixxi fil-waqt għall-emerġenzi tad-drittijiet
tal-bniedem u kif ukoll appoġġ aktar b’saħħtu
lill-osservazzjonijiet u mekkaniżmi internazzjonali u reġjonali
tad-drittijiet tal-bniedem. It-tieni, biex jingħata appoġġ
lill-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali u titjib fil-proċessi
elettorali.
2.6.
Solidarjetà u għajnuna
għall-poplazzjonijiet li qegħdin jaffaċċjaw diżastri
naturali jew magħmula mill-bniedem
L-Assistenza Umanitarja u l-Protezzjoni
Ċivili se jissaħħu u jibqgħu jsegwu approċċ
bbażat fuq il-bżonnijiet u fuq il-prinċipji. –
L-Istrument għall-Għajnuna Umanitarja se
jagħti rsipons għad-diżastri naturali jew magħmula
mill-bniedem, ibbażat fuq il-prinċipji internazzjonali tal-liġi
umanitarja, u permezz tal-użu tal-organizzazzjonijiet speċjalizzati.
–
Il-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili se
jirreaġixxi għad-diżastri naturali jew magħmula
mill-bniedem fil-pajjiżi terzi permezz tal-koordinazzjoni
tal-aġenziji tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri tal-UE.
2.7.
Prevenzjoni u amministrazzjoni tal-kriżi
Hemm bosta elementi għall-ħidma tal-UE
f’dan il-qasam: ·
Ir-reazzjoni għall-kriżi permezz
tal-Istrument għall-Istabbiltà (IfS), inklużi d-diżastri
naturali, l-iffokar fuq il-prevenzjoni tal-kunflitt, il-bini tal-paċi u
l-bini tal-Istat. Il-kapaċità fit-tul tiegħu se jindirizza theddidiet
globali u transreġjonali bħall-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda
tal-massa, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata,
il-prevenzjoni tal-ittraffikar illegali, eċċ. ·
L-indirizzar tal-bżonnijiet finanzjarji
għal perjodu qasir tal-pajjiżi suġġetti għal programmi
ta’ stabilizzazzjoni u aġġustament permezz ta’ Assistenza
Makrofinanzjarja (MFA). ·
Il-promozzjoni tas-sikurezza nukleari bħala
sostenn tar-regolamenti internazzjonali permezz ta’ Strument
għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari (INSC).
L-għan se jkun li tiġi appoġġata l-promozzjoni ta’ livell
għoli tas-sikurezza nukleari, radjuprotezzjoni u l-applikazzjoni ta’
salvagwardji effiċjenti u effettivi tal-materjal nukleari fil-pajjiżi
terzi. ·
Barra minn hekk, il-baġit tal-Politika Estera
u ta' Sigurtà Komuni se jsostni l-azzjonijiet ta’ mingħajr
implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża.
3.
Implimentazzjoni
L-implimentazzjoni tal-programmi l-ġodda se
tiġi ssimplifikata ulterjorment, b’mod partikolari biex jinkludi
l-effikaċja tal-għajnuna. L-istrumenti l-ġodda se jinkludu, fejn
xieraq, ir-responsabbiltà reċiproka fl-allokazzjoni u fit-tqassim
tal-fondi. Iżidu s-sinerġiji fl-użu tal-fondi esterni
biex miri politiki multipli tal-UE jiġu mfittxija, pereżempju biex
jiġu ssosdisfatti l-impennji tal-UE dwar it-tnaqqis tal-faqar u
l-iffinanzjar tal-bijodiversità. Se tiġi proposta wkoll flessibbiltà
miżjuda f’azzjonijiet esterni. Il-mekkaniżmi tal-baġit li
qegħdin barra mill-qafas finanzjarju sabiex ilaħqu mal-eventi kbar
mhux previsti se jiġu msaħħa (Riżerva għal
Għajnuna ta' Emerġenza, Strument ta’ Flessibbiltà). Is-simplifikazzjoni
se tingħata permezz ta’ delinjazzjoni ċara u tnaqqis ta’
koinċidenzi bejn l-istrumenti, sabiex jiġu identifikati b’mod
individwali b’miri ta’ politika definiti b’mod ċar. Se tiġi prposta
wkoll is-simplifikazzjoni tar-regoli u tal-proċeduri biex tiġi
pprovduta l-assistenza tal-UE, b’mod speċjali għall-ipprogrammar biex
iwassal għal azzjoni konġunta mal-Istati Membri. Użu ieħor tal-istrumenti
finanzjarji innovattivi huwa propost fl-istrumenti kollha (b’mod
partikolari permezz ta’ faċilitajiet ta’ investiment reġjonali) li
għandhom jippermettu għal sehem akbar ta’ għotjiet sabiex
jitħalltu mas-self, sabiex jiġi mmobilizzat finanzjar addizzjonali
biex jiġu koperti l-bżonnijiet tal-pajjiżi sħab. Qiegħed jitqies biex jiżdied l-iskrutinju
demokratiku tal-għajnuna esterna. Dan jista’ jinkiseb bl-użu ta’
atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għal ċerti
aspetti tal-programm, mhux biss jitpoġġew il-koleġiżlaturi
fuq livell ekwu iżda tiġi ggarantita wkoll aktar flessibbiltà
fl-ipprogrammar. Għall-FEŻ, qiegħed jiġi propost li
l-iskrutinju jinġab fuq l-istess livell mad-DCI, filwqat li jitqiesu
l-ispeċifiċitajiet ta’ dan l-istrument.
4.
Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020
Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti
tal-2011. Baġit totali propost 2014-2020 li minnhom || EUR 70 biljun · Strument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni || EUR 20,6 biljun · Strument ta’ Qabel l-Adeżjoni || EUR 12,5 biljun · Strument Ewropew ta' Viċinat || EUR 16,1 biljun · Strument ta’ Sħubija || EUR 1 biljun · Strument għall-Istabbiltà || EUR 2,5 biljun · L-istrument Ewropew għad-demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem || EUR 1,4 biljun · Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni || EUR 2,5 biljun · Strument għall-Għajnuna Umanitarja || EUR 6,4 biljun · Protezzjoni Ċivili u Kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni għall-Emerġenzi || EUR 0,2 biljun · Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja || EUR 0,2 biljun · Strument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari || EUR 0,56 biljun · Assistenza Makrofinanzjarja || EUR 0,6 biljun · Fond ta’ Garanzija għal Azzjonijiet Esterni || EUR 1,26 biljun Riżerva għal Għajnuna ta' Emerġenza || EUR 2,45 biljun Baġit totali propost skont il-11 il-FEŻ || EUR 30,3 biljun Ġlieda
kontra l-Frodi
1.
Għanijiet tal-Politika
L-għan tal-politika tal-UE ta' kontra
l-frodi hija li tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea
pemezz tal-prevenzjoni, id-deterrent, l-investigazzjoni u l-iżgurar ta'
prosekuzzjoni tal-frodi kontra l-baġit tal-UE. Il-politika hija
implimentata mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) li jifforma
parti mill-Kummissjoni iżda jmexxi l-investigazzjonijiet f'indipendenza
sħiħa. Bħala servizz tal-Kummissjoni, l-OLAF
jamministra l-programmi deskritti hawn taħt b'appoġġ
għall-politiki tal-Unjoni ta' kontra l-frodi. Faxxa partikolari ta'
attivitajiet hija d-difiża tal-Ewro kontra l-falsifikazzjoni ta' flus
karti u muniti, li hija ċentrali għall-funzjonament tal-munita unika.
2.
Strumenti
Tliet programmi huma mfassla biex jikkoordinaw
l-azzjoni tal-Istati Membri biex jikkumbattu l-frodi kontra l-baġit,
f'konformita mad-dover ta' kooperazzjoni mill-qrib u regolari skont
l-Artikolu 325 tat-TFUE. ·
Il-programm Hercule II jippromwovi
l-attività kontra l-frodi permezz tat-tisħiħ ta' kooperazzjoni
transnazzjonali u multidixxiplinarja, it-taħriġ, studji legali
speċjalizzati, il-forniment ta' servizzi speċjalizzati oħra ta'
kontra l-frodi lill-awtoritajiet fl-Istati Membri b'responsabbiltajiet f'dan
il-qasam (il-pulizija u l-aġenziji doganali, il-prosekuturi pubbliċi,
eċċ.), il-ħolqien ta' netwerks bejn il-professjonijisti
inklużi pajjiżi ta' adeżjoni jew kandidati u l-finanzjament ta'
tagħmir tekniku għall-Istati Membri. Il-programm Hercule għandu
rwol partikolari fl-appoġġ tal-ġlieda kontra l-kuntrabandu
tas-sigaretti. ·
Is-Sistema ta' Informazzjoni għal Kontra
l-Frodi (AFIS) tipprovdi infrastruttura sigura għall-iskambju ta'
informazzjoni relatata mal-frodi fost l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u
l-Kummissjoni. Din l-infrastruttura tippermetti wkoll operazzjonijiet
konġunti li jinvolvu Stati Membri u pajjiżi terzi li jikkoordinaw
ir-riżorsi ta' servizzi differenti kontra riskji għolja mmirati ta'
interess komuni. ·
Il-programm Pericles iddedikat
għall-protezzjoni tal-Euro kontra l-falsifikazzjoni jipprovdi skambji ta'
persunal, assistenza u programmi ta' taħriġ. Il-ġlieda kontra
l-falsifikazzjoni tal-Euro kienet suċċess b’riżultat ta' sett
ta' miżuri koerenti b'enfasi fuq kooperazzjoni mill-qrib bejn l-atturi kollha
involuti fil-livell nazzjonali u dak Ewropew, kif ukoll taħriġ u
tkabbir ta' sensibilizzazzjoni. Barra mill-programm ta' nefqa speċifiku
kontra l-frodi, koerenza ikbar fid-dispożizzjonijiet kontra l-frodi matul
il-firxa kollha tal-programmi ta' nefqa se tgħin biex ikun garantit li
l-impenn tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-frodi ikun implimentat b'mod
effettiv. Dispożizzjonijiet kontra l-frodi għalhekk se jiġu
inklużi f'kull bażi legali tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta'
programmi 2014-2020.
3.
Implimentazzjoni
L-evalwazzjonijiet tal-programmi Hercule
preċedenti wrew impatt sinifikanti f'dak li hu titjib fil-livell ta'
tagħmir tekniku utiliżżat mill-Istati Membri,
il-faċilitazzjoni ta' operazzjonijiet transkonfinali, u l-kwalità
tal-evidenza. Il-kuntatti bejn uffiċjali speċjalisti tal-infurzar
tal-liġi ġew imsaħħa. L-istudji legali ffukaw fuq
kwistjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw operazzjonijiet
transkonfinali kontra l-frodi saħħew il-bażi
għall-kooperazzjoni. L-użu tal-AFIS fl-Istati Membri
żdied sostanzjalment wara l-introduzzjoni ta' teknoloġija ġdida
fl-2010. Hemm aktar titjib ippjanat, b'mod partikolari l-iffaċilitar
tal-analiżi tar-riskju. Se tiżdied il-kapaċità li jitmexxew
operazzjonijiet doganali konġunti. Il-programm Pericles ikkontribwixxa
għal-livell relattivament baxx ta' falsifikazzjoni tal-karti u l-muniti
tal-Euro u għall-azzjonijiet b'suċċess biex jitwaqqfu l-flus
foloz qabel ma fil-fatt jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni. B'madwar 110
azzjoni u kważi 6 000 uffiċjal imħarreġ, Pericles
jifforma parti importanti mis-sett ta' miżuri li jipproteġu l-Euro
kontra l-iffalsifikar. Dawn il-programmi huma implimentati permezz
ta' għotjiet u akkwist pubbliku. Il-proposta għat-tliet programmi hija li
jitjieb l-approċċ attwali fid-dawl tal-esperjenza, konsistenti
mal-Istrateġija tal-Kummissjoni ta' Kontra l-Frodi, filwaqt li
jinżammu livelli xierqa ta' nfiq.
4.
Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020
Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti
tal-2011. Baġit totali propost 2014-2020 għal HERCULES, PERICLES U AFIS || EUR 150 miljun Saħħa
u Konsumaturi
1.
Għanijiet tal-Politika
Il-politika tal-Unjoni Ewropea dwar
is-saħħa u l-konsumaturi tiffoka fuq kwistjonijiet li huma ta'
importanza ċentrali għaċ-ċittadini Ewropej kollha –
is-saħħa u s-sikurezza tagħhom u d-disponibbiltà ta’ firxa vasta
ta’ ikel u prodotti għall-konsumatur f’suq intern effiċjenti u sigur.
Il-politiki tal-UE f’dan il-qasam huma mfassla sabiex jagħtu s-setgħa
lill-konsumaturi Ewropej, jipproteġu u jtejjbu s-saħħa
taċ-ċittadini Ewropej, jiggarantixxu li l-ikel ikun sigur u
sustanzjuż, u jipproteġu s-saħħa tal-pjanti u l-benesseri
tal-annimali. Il-Kummissjoni għandha responsabbiltà
partikolari biex tgħin tipproteġi u tgħolli l-istatus
tas-saħħa u l-kundizzjoni tal-annimali fil-Komunità, b’mod
partikolari annimali li jipproduċu l-ikel, filwaqt li tippermetti
l-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta’ annimali u prodotti
mill-annimali skont standards xierqa tas-saħħa u obbligi
internazzjonali. Bl-istess mod l-UE tissorvelja l-kummerċjalizzazzjoni u
l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u tistabbilixxi
standards għall-monitoraġġ u l-kontroll tar-residwi
tal-pestiċidi. Hija timplimenta miżuri preventivi sabiex tiġi
evitata l-introduzzjoni u l-firxa ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara
lill-pjanti jew prodotti mill-pjanti fi ħdan l-UE. Hija tiggarantixxi
wkoll kundizzjonijiet ta' kwalità għall-bejgħ ta’ żerriegħa
u materjali ta’ tnissil fi ħdan l-UE. Din il-ħidma titwettaq b’mod
aktar effiċjenti u b’mod aktar ekonomiku permezz tal-baġit tal-UE
milli permezz 27 baġit nazzjonali differenti. Il-promozzjoni tas-saħħa hija parti
integrali tal-miri ta’ tkabbir intelliġenti u inklużiv
tal-Ewropa 2020. Li n-nies jinżammu b’saħħithom u attivi
għal perjodu itwal għandu impatt pożittiv fuq il-produttività u
l-kompetittività. L-innovazzjoni fil-kura tas-saħħa tgħin biex
tiġi indirizzata l-isfida tas-sostenibbiltà fis-settur fil-kuntest
tal-bidla demografika. Bl-istess mod, il-politika tal-konsumatur
tikkontribwixxi ħafna għall-effikaċja tal-ekonomija Ewropea
billi tagħti s-setgħa liċ-ċittadini li jkollhom rwol sħiħ
fis-suq uniku u ssaħħaħ l-abbiltà u l-kunfidenza tagħhom li
jixtru prodotti u servizzi transkonfinali, b’mod partikolari mill-internet.
Minħabba li n-nefqa min-naħa tal-konsumaturi hija ta' 56 %
tal-PDG tal-UE, politika effettiva tal-konsumatur tista’ tagħti kontribut
attiv għall-miri tal-Ewropa 2020. Il-programmi ffinanzjati bħala parti
mill-politika tal-UE dwar is-saħħa u l-konsumaturi jikkontribwixxu
għall-benesseri taċ-ċittadini Ewropej. Il-valur miżjud
tal-programmi tal-UE dwar is-saħħa u l-konsumaturi jinsab
fil-kapaċità tagħhom li jittrattaw kwistjonijiet li ma jistgħux
jiġu indirizzati bl-istess effettività mill-Istati Membri meta
jaġixxu waħedhom. Pereżempju, attivitajiet
għall-promozzjoni tax-xiri transkonfinali jew ta' reazzjoni għal
sfidi importanti, mard jew pandemiji li jaffetwaw diversi Stati Membri
jeħtieġu rispons kkoordinat u koerenti. Bl-istess mod, il-mard
tal-annimali u tal-pjanti ma jirrispettax il-fruntieri nazzjonali.
L-iżgurar ta’ livell uniformi u għoli tas-saħħa
tal-annimali u tas-sigurtà fl-ikel madwar l-UE kollha tippermetti l-moviment
liberu ta’ annimali ħajjin u prodotti mill-annimali, li huwa essenzjali
għat-tħaddim tas-suq uniku, huwa ta' benefiċċju
għall-konsumaturi minħabba għażla usa' u aktar
kompetizzjoni, u tippermetti lill-produtturi tal-ikel tal-UE igawdu l-ekonomiji
tal-kobor.
2.
Strumenti
Il-Kummissjoni tipproponi l-programmi li
ġejjin b'appoġġ għat-twettiq tal-politika tal-UE dwar
is-saħħa u l-konsumaturi.
2.1.
Is-Saħħa
2.1.1.
Programm tas-Saħħa għat-Tkabbir
Il-programm il-ġdid is-Saħħa
għat-Tkabbir ser ikun orjentat lejn azzjonijiet b’valur miżjud
ċar tal-UE, skont l-objettivi tal-Ewropa 2020 u obbligi legali
ġodda. L-għan ewlieni huwa li ssir ħidma flimkien mal-Istati
Membri għall-protezzjoni taċ-ċittadini minn theddidiet transkonfinali
għas-saħħa, sabiex tiżdied is-sostenibbiltà tas-servizzi
tas-saħħa u biex titjieb is-saħħa tal-popolazzjoni, filwaqt
li tiġi inkoraġġita l-innovazzjoni fis-saħħa.
Pereżempju, il-programm ser jappoġġa l-politika dwar
is-saħħa billi jiżviluppa l-aħjar prattiki u linji gwida
għad-dijanjożi u t-trattament ta’ mard rari, isostni n-netwerks
Ewropej ta’ referenza dwar il-mard, jiżviluppa l-aħjar prattiki u
linji gwida għall-iskrining tal-kanċer u jiżviluppa approċċ
komuni tal-UE għall-valutazzjonijiet tat-teknoloġija
tas-saħħa u l-e-Saħħa. Ir-riċerka u l-azzjonijiet ta'
innovazzjoni fil-qasam tas-saħħa se jkollhom appoġġ
mill-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.
2.1.2.
Saħħa tal-Annimali u tal-Pjanti u Sigurtà
tal-Ikel
Il-programm għas-Saħħa tal-Annimali
u tal-Pjanti u s-Sigurtà fl-Ikel jiffoka fuq il-qerda tal-mard tal-annimali,
il-fond veterinarju ta’ emerġenza u azzjonijiet relatati
bħall-iffinanzjar tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE, programmi ta’
taħriġ u banek tat-tilqim. Il-programm futur se jissokta b'dawn
l-attivitajiet b’enfasi msaħħa fuq ir-riżultati. Il-programm se
jiffinanzja wkoll azzjoni addizzjonali u meħtieġa ħafna biex
tindirizza l-organiżmi u l-mard li jeqirdu s-saħħa tal-pjanti u
li qegħdin isiru dejjem aktar prevalenti madwar l-UE.
2.2.
Konsumaturi
Programm tal-Konsumaturi Il-programmi tal-Konsumaturi jippromwovi
l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi bħala mezz ewlieni biex
jintlaħaq livell għoli ta' protezzjoni madwar is-suq uniku.
Il-programm se jiffoka fuq it-titjib tal-fluss tal-informazzjoni
lill-konsumaturi u r-rappreżentazzjoni tal-interessi tal-konsumaturi. Ser
isostni l-applikazzjoni effettiva tar-regoli dwar il-protezzjoni
tal-konsumatur, permezz ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u
l-organizzazzjonijiet responsabbli għall-implimentazzjoni tagħhom,
informazzjoni, edukazzjoni u riżoluzzjoni tat-tilwim. Il-programm
il-ġdid se jibni fuq ir-riżultati pożittivi tal-programm ta’
bħalissa b'xi ffukar mill-ġdid biex jiġu indirizzati
prijoritajiet ġodda ewlenin. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tipproponi
li żżid ir-riżorsi ddedikati għar-riżoluzzjoni
alternattiva tat-tilwim u għall-bini ta’ kapaċità sabiex
tingħata konsulenza lill-konsumaturi meta jagħmlu xiri
transkonfinali.
3.
Implimentazzjoni
Il-baġit għas-saħħa u
l-konsumaturi huwa implimentat permezz ta' ġestjoni ċentralizzata
diretta u indiretta. Il-parti l-kbira tal-baġit għall-ikel u
għall-għalf huwa implimentat b'ġestjoni diretta
ċentralizzata, l-aktar permezz ta’ għotjiet imħalsa
lill-awtoritajiet tal-Istati Membri. Fl-2004, il-Kummissjoni stabbiliet Aġenzija
Eżekutiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi sabiex tamministra
il-Programm għas-Saħħa Pubblika. Il-mandat tal-Aġenzija
twessa' fl-2008 biex ikopri l-implimentazzjoni tal-programm tal-Konsumaturi u
tal-miżuri ta' taħriġ dwar is-sigurtà tal-ikel ffinanzjati
mill-baġit għall-ikel u l-għalf . F’dan il-qasam hemm għadd
ta’ aġenziji regolatorji li huma attivi: l-Uffiċċju Komunitarju
tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO), iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni
u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)
u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA). Is-CPVO jiffinanzja
lilu nnifsu permezz ta' tariffi. L-ECDC u l-EFSA huma ffinanzjati minn sussidju
baġitarju annwali, filwaqt li l-EMA tirċivi sussidju baġitarju
flimkiem ma' tariffi mis-settur privat. Dawn il-korpi se jintużaw sabiex
jiġu implimentati l-programmi l-ġodda fl-oqsma tagħhom ta’
kompetenza.
4.
Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020
Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti
tal-2011. Baġit totali propost 2014-2020 li minnhom || EUR 2,75 biljun · Sigurtà tal-Ikel || EUR 2,2 biljun · Programm tas-Saħħa għat-Tkabbir || EUR 396 miljun · Programm tal-Konsumaturi || EUR 175 miljun Affarijiet
Interni
1.
Għanijiet tal-Politika
L-għan tal-politika tal-Unjoni Ewropea dwar
l-affarijiet interni huwa li jinħoloq qasam mingħajr fruntieri
interni fejn in-nies jistgħu jidħlu, jiċċaqalqu,
jgħixu u jaħdmu b'mod ħieles, kunfidenti li l-jeddijiet
tagħhom huma rrispettati bis-sħiħ u li s-sikurezza tagħhom
hija ggarantita. L-UE għandha rwol deċiżiv billi
tindirizza t-theddidiet tal-kriminalità serja u organizzata,
iċ-ċiberkriminalità u t-terroriżmu, u billi tiżgura
l-ġestjoni effettiva tal-fruntieri esterni tal-UE u billi tirreaġixxi
malajr għal kriżijiet emerġenti kkawżati minn diżastri
naturali jew li jagħmel il-bniedem. Fl-era tal-globalizzazzjoni, fejn
it-theddidiet qegħdin jikbru u dejjem għandhom dimensjoni dejjem
aktar transnazzjonali, l-ebda Stat Membru m'hu ser ikun kapaċi
jirreaġixxi waħdu b’mod effettiv. Hemm bżonn ta’ tweġiba
Ewropea koerenti u komprensiva sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet
tal-infurzar tal-liġi jkunu jistgħu jaħdmu b’mod effettiv
transkonfinalment u bejn il-ġurisdizzjonijiet. Il-kooperazzjoni u s-solidarjetà fuq il-livell
tal-UE diġa’ ppermettew progress sostanzjali fil-bini ta' Ewropa aktar
miftuħa u aktar sigura. L-UE se tkompli taffaċċja sfidi
importanti, mhux l-inqas fil-kuntest ta’ popolazzjoni li qiegħda
tixjieħ u forza tax-xogħol li qiegħda tonqos. Politika
għall-imigrazzjoni legali u ta’ integrazzjoni li tħares 'il quddiem
hija kruċjali biex jissaħħu l-kompetittività u l-koeżjoni
soċjali tal-UE, jistagħnew is-soċjetajiet tagħna u
jinħolqu opportunitajiet għal kulħadd. Għandna bżonn
li nindirizzaw il-migrazzjoni rregolari u niġġieldu t-traffikar
tal-bnedmin u forom oħrajn ta’ jasar modern. Fl-istess ħin, l-UE trid
tkompli turi solidarjetà ma’ dawk li għandhom bżonn protezzjoni
internazzjonali. It-tlestija ta’ Sistema Ewropea Komuni tal-Asil aktar
sigura u aktar effiċjenti li tirrifletti l-valuri tagħna tibqa’
prijorità. Is-sostenn mill-baġit tal-UE jista’ joffri
valur miżjud ġenwin f’dan il-qasam. L-iffinanzjar tal-UE huwa sinjal
tanġibbli tas-solidarjetà u tal-kondiviżjoni tar-responsabbiltà li
huma indispensabbli biex nirreaġixxu għall-isfidi komuni tagħna.
Pereżempju, il-kontroll tal-fruntieri esterni tal-UE huwa kundizzjoni
bażika għall-moviment liberu u jsir mill-Istati Membri fl-interess
tal-UE kollha kemm hi u f'isimha. Barra minn hekk, f'sitwazzjoni fejn Stat
Membru jkollu jiffaċċja pressjonijiet eċċezzjonali
fil-fruntieri tiegħu, l-UE għandha tkun kapaċi tipprovdi
appoġġ adegwat. Bl-istess mod, dawk l-Istati Membri li, minħabba
l-qagħda ġeografika tagħhom, jidħlu f‘kostijiet
sproporzjonati minħabba l-flussi ta’ migrazzjoni għandhom
jirċievu sostenn finanzjarju xieraq permezz tal-baġit tal-UE. Il-finanzjament tal-UE jista’ jgħin ukoll
biex jippromwovi l-effiċjenzi permezz tal-konċentrazzjoni
tar-riżorsi u r-rinfurzar tal-kooperazzjoni prattika transnazzjonali bejn
l-Istati Membri, u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. Dan huwa
rilevanti b’mod partikolari fil-qasam tas-sikurezza interna, fejn is-sostenn
finanzjarju għal operazzjonijiet konġunti bħal Timijiet
Konġunti ta’ Investigazzjoni isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn
il-pulizija, id-dwana, il-gwardji tal-fruntiera u l-awtoritajiet
ġudizzjarji. Flimkien mas-sostenn għall-aspetti interni
tal-politki dwar l-affarijiet interni, fondi suffiċjenti mill-UE
għandhom jkunu disponibbli wkoll biex isaħħu d-dimensjoni
esterna tal-politika dwar l-affarijiet interni b'koerenza sħiħa
mal-azzjoni esterna tal-UE; pereżempju, billi jingħata sostenn
għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet għar-riammissjoni u
għas-Sħubijiet ta’ Mobbiltà, billi tingħata għajnuna lil
pajjiżi terzi biex jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom
għas-sorveljanza tal-fruntiera jew billi jingħataw fondi
għall-ġlieda kontra n-netwerks kriminali internazzjonali,
it-traffikar tal-bnedmin u t-traffikar tal-armi u d-drogi.
2.
Strumenti
Il-Kummissjoni tipproponi li tissimplifika
l-istruttura tal-iffinanzjar tal-UE f’dan il-qasam billi tnaqqas l-għadd
tal-programmi finanzjarji għal tnejn: –
Il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil ser
isostni l-azzjonijiet rigward l-asil u l-migrazzjoni, l-integrazzjoni
taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi u r-ritorn. –
Il-Fond dwar is-Sigurtà Interna se
jagħti assistenza finanzjarja għall-inizjattivi fl-oqsma
tal-fruntieri esterni u tas-sikurezza interna. Iż-żewġ fondi għandu
jkollhom dimensjoni esterna mdaqqsa sabiex jiggarantixxu li l-UE jkollha
l-mezzi biex issegwi l-prijoritajiet tal-politiki tagħha dwar l-affarijiet
interni fir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi u biex tiddefendi
l-interessi tal-UE. Se jkun disponibbli sostenn finanzjarju biex tiġi
ggarantità l-kontinwità territorjali tal-iffinanzjar, li tibda fl-UE u tissokta
f'pajjiżi terzi. Ngħidu aħna, fir-rigward tar-risistemazzjoni
tar-rifuġjati, il-ftehimiet ta’ riammissjoni, il-programmi reġjonali
għall-protezzjoni, il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari,
it-tisħiħ tal-ġestjoni tal-fruntiera u l-kooperazzjoni
tal-pulizija ma’ pereżempju pajjiżi ġirien. L-istrumenti se jipprovdu wkoll għal reazzjoni
rapida fil-każ ta’ emerġenzi, bil-fond(i)
imfassal/imfasslin tali li l-UE tkun tista’ tirreaġixxi kif xieraq
f'sitwazzjonijiet li jevolvu malajr.
3.
Implimentazzjoni
It-tnaqqis fl-għadd ta’
programmi u tar-regoli tagħhom ta’ implimentazzjoni korrispondenti ser
jissimplifika l-proċeduri u jippermetti fehim aħjar tar-regoli
mill-partijiet interessati kollha. Iċ-ċaqliq minn ġestjoni diretta
għal ġestjoni kondiviża fejn ikun possibbli ser ineħħi
l-piżijiet burokratiċi mhux meħtieġa. Il-ġestjoni
diretta se tinżamm għal proġetti speċifiċi
transnazzjonali jew partikolararment innovattivi u sabiex jingħata
appoġġ lil entitajiet li mhumiex Stati, kif ukoll sabiex jitmexxew
'il quddiem avvenimenti u studji. Se tinżamm ukoll
għall-mekkaniżmu flessibbli ta' rispons ta' emerġenza u
għad-dimensjoni esterna. Rigward il-fondi b’ġestjoni kondiviża,
huwa propost li dawn jiċċaqalqu għal sistema ta' programmar
multiannwali ibbażat fuq ir-riżultati, minflok programmi annwali. Dan
se jikkontribwixxi għal iffukar aħjar fuq l-objettivi u fuq l-output,
ser inaqqas ix-xogħol għall-partijiet interessati kollha u ser
inaqqas iż-żmien meħtieġ għall-approvazzjoni tal-programmi
nazzjonali, biex b’hekk jitħaffef ir-rilaxx tal-fondi. Għadd ta’ aġenziji jappoġġaw
il-ħidma tal-UE f’dan il-qasam, inkluż l-Europol, il-Frontex,
l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil,
il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, iċ-Ċentru Ewropew
għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga u
l-Aġenzija tal-IT. Hemm skop u bżonn li jitjiebu s-sinerġija u
l-koerenza bejn l-attivitajiet tal-Kummissjoni u tal-aġenziji tagħha
sabiex jiġi żgurat li l-aġenziji jkunu effettivi
fl-appoġġ tal-kooperazzjoni prattika fost l-Istati Membri. Sistemi tal-IT fuq skala kbira (bħas-SIS u
l-VIS) għandhom parti kbira mill-baġit f'dan il-qasam. Huma
jġibu valur miżjud għoli tal-UE. Dawn is-sistemi bħalissa
huma ġestiti mill-Kummissjoni, iżda l-ġestjoni tagħhom se
tgħaddi gradwalment għand l-Aġenzija tal-IT, li se tibda
l-operazzjonijiet tagħha fl-2012. L-Aġenzija tal-IT se tkun
responsabbli wkoll għall-iżvilupp u l-ġestjoni tas-sistemi
futuri tal-IT f'dan il-qasam.
4.
Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020
Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti
tal-2011. Baġit totali propost 2014-2020 li minnhom || EUR 8,23 biljun · Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil || EUR 3,4 biljun · Fond għas-Sigurtà Interna || EUR 4,1 biljun · Sistemi tal-IT || EUR 730 miljun Infrastruttura
– Il-Faċilità 'Nikkollegaw l-Ewropa'
1.
Għanijiet tal-Politika
Il-futur ekonomiku tal-Ewropa jeħtieġ
netwerks ta' trasport, tal-enerġija u tal-informazzjoni diġitali li
huma intelliġenti, sostenibbli u kompletament interkonnessi. Dawn huma
kundizzjoni meħtieġa għat-tlestija tas-suq uniku Ewropew. Dawn
se jgħinu wkoll biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE għal tkabbir
sostenibbli spjegat fl-Istrateġija Ewropa 2020 u l-objettivi
ambizzjużi tal-UE "20-20-20" fil-qasam tal-politika dwar
l-enerġija u l-klima[16]. Filwaqt li s-suq hu mistenni jkollu rwol
importanti fit-twassil tal-infrastrutturi meħtieġa permezz ta'
investiment xieraq u mekkaniżmi tal-prezzijiet, mingħajr intervent
pubbliku proprju (inkluż mill-baġit tal-UE) xi investimenti
fl-infrastruttura ma jsirux jew se jiddewmu sa ħafna wara l-iskadenza tal-2020.
Fis-settur tal-enerġija, fl-2010
l-Kummissjoni ddefiniet il-kuriduri prijoritarji għat-trasport
tal-elettriku (erbgħa), il-gass (tlieta) u ż–żejt. Huwa
kkalkulat li sal-2020 huma meħtieġa madwar EUR 200 biljun
f'investiment għall-pajpijiet tal-gass u l-grilji tal-elettriku. Minn dan l-investiment totali, EUR 100 biljun
għandhom jiġu mis-suq mingħajr għajnuna, filwaqt li
l-EUR 100 biljun l-oħra se jeħtieġu azzjoni pubblika
sabiex jinstab u għall-ingranaġġ tal-kapital privat
meħtieġ. Fis-settur tat-trasport, l-infrastruttura
għandha tiġi ppjanata b'tali mod li timmassimizza l-impatt
pożittiv fuq it-tkabbir eknomomiku u timminimizza l-impatt negattiv fuq
l-ambjent. L-infrastruttura tat-trasport ma żviluppatx bl-istess ritmu
fil-partijiet tal-Lvant u tal-Punent tal-UE, li jeħtieġu jiġu
kkollegati. L-Ewropa teħtieġ ‘netwerk ewlieni’ pan-Ewropew
b'kuriduri li jwasslu t-traffiku tal-mekanzija u tal-passiġġieri
b'ħafna effiċjenza u b'emissjonijiet baxxi, li jagħmel użu
estensiv minn infrastruttura eżistenti, li jimla fejn hemm vojt u jtaffi
l-konġestjonijiet u jagħmel użu aktar effiċjenti tas
servizzi f'kumbinazzjonijiet multimodali. Dan in-netwerk ewlieni se jkollu
sostenn mill-faċilità Nikkolegaw l-Ewropa u kkumplimentat minn netwerk
komprensiv ta' infrastrutturi nazzjonali (li jistgħu jkunu sostnuti
mill-fondi strutturali). In-netwerk ewlieni se jiġi stabbilit permezz ta'
metodoloġija ta' ppjanar pan-Ewropea. Lil hinn mill-manutenzjoni tal-assi
attwali, in-netwerk komprensiv se jkun ibbażat fuq it-TEN-T kurrenti u
jiġbor fih l-infrastruttura attwali u ppjanata fl-Istati Membri. Il-kost
tal-iżvilupp tal-infrastruttura tal-UE biex twieġeb għad-domanda
tat-trasport ġie stmat li se jiġi jiswa aktar minn EUR 1,5 triljun
għall-2010-2030. Biex jitlesta n-netwerk TEN-T jinħtieġu madwar
EUR 500 biljun sal-2020 , li minnhom EUR 250 biljun se
jkunu biex jitneħħew il-konġestjonijiet ewlenin. In-netwerks diġitali,
kemm fiżiċi kif ukoll dawk ibbażati fuq is-servizz, huma xprun
ewleni għal tkabbir intelliġenti. Bħala
parti mill-Aġenda diġitali, sal-2013 kull Ewropew għandu jkollu
aċċess għal broadband bażiku u sal-2020 għal broadband
veloċi u ultra veloċi. F'Settembru 2010, il-Kummissjoni indikat
il-passi li hi u l-Istati Membri jistgħu jieħdu biex jingħata
bidu għall-investiment ta' bejn EUR 180 biljun u EUR 270 biljun
meħtieġ biex sal-2020 il-broadband veloċi jasal f'kull dar. Hemm
ħtieġa ta' intervent pubbliku ffukat biex jistimula l-investiment
privat fejn is-suq huwa dgħajjef. Hekk kif l-Ewropa qed timmodernizza,
arkitetturi komuni għal servizzi diġitali se jgħinu
liċ-ċittadini li qed isiru dejjem aktar mobbli, jagħmlu
possibbli l-iżvilupp tas-suq uniku diġitali, jistimulaw
l-iżvilupp ta' servizzi transkonfinali, u jnaqqsu l-kostijiet
tat-transazzjonijiet għall-impriżi, b'mod partikolari għall-SMEs
li jkunu qed ifittxu opportunitajiet ta' tkabbir lil hinn mis-swieq
domestiċi.
2.
Strumenti
Fi ħdan l-intestatura li taqqgħad
mill-ġdid l-azzjonjiet kollha li jappoġġaw il-koeżjoni
ekonomika, soċjali u territorjali, il-Kummissjoni qed tipproponi li tinħoloq
il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa biex tmexxi 'l quddiem it-tlestija
tan-"newerk ewlieni tat-trasport", il-"kuriduri prioritarji
tal-enerġija" u l-infrastruttura diġitali li teħtieġ
l-UE għall-kompetittività sostenibbli futura tagħha. Hija se
tagħti appoġġ lil infrastrutturi b'dimensjoni Ewropea u tas-Suq
Uniku, u timmira s-sostenn tal-UE fuq netwerks prioritarji li jridu jiġu
implimentati sal-2020 u fejn hi meħteġa l-aktar l-azzjoni Ewropea.
Minħabba l-kumplessità dejjem tiżdied tan-netwerks, il-koordinazzjoni
effettiva li se timminimizza l-kosti għaċ-ċittadini kollha
tista' tintlaħaq biss fil-livell Ewropew. Barra minn hekk, il-kompitu hu li jinbena
ambjent li jwassal għal investiment privat u jiġu żviluppati
strumenti li jkunu mezz ta' attrazzjoni għal investituri fl-infrastruttura
speċjalizzata. L-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea jeħtieġ li
jistabbilixxu l-kundizzjoinjiet biex jistimulaw l-investiment privat u
jeħtieġ li jżidu l-isforzi tagħhom minkejja, u minħabba
d-diffikultajiet finanzjarji attwali li qed jiffaċċaw l-awtoritajiet
pubbliċi kollha. Biex ikunu effettivi l-aktar, tali mezzi
jeħtieġ ikunu multisettorijali u mifruxin fuq diversi pajjiżi
biex tiġi massimizzata d-diversifikazzjoni u b'hekk jitnaqqas ir-riskju.
Dan jista' jintlaħaq biss fil-livell Ewropew u fuq il-bażi ta'
kuriduri definiti sew u oqsma ta' investiment immirati tajjeb. Jekk jiġu
attirati l-flus frankati lejn investimenti fit-tul li jsaħħu
t-tkabbir tiġi stimulata l-ekonomija, jinħolqu l-impjiegi,
jiżdied il-konsum u jingħata appoġġ lill-miri maqbula minn
kulħadd bħala parti mill-istrateġija Ewropa 2020. Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa se
tagħti sostenn lil proġetti pan-Ewropej fejn approċċ
ikkoordinat u ottimizzat se jnaqqss il-kostijiet kollettivi jew jindirizza
l-kwistjoni ta' redditi mhux indaqs. Barra minn hekk, permezz tat-twaqqif
konġunt ta' strumenti finanzjarji, se tipprovedi għodod biex
jiġu attirati fondi mis-settur privat kemm mill-UE kif ukoll lil hinn
minnha. Il-finanzjament ta' proġetti b'hekk se jikkumplimenta
t-tħaddim tal-fondi tal-UE. Il-faċilità 'Nikkollegaw l-Ewropa' se
tisfrutta wkoll sinerġiji fl-infrastruttura soda (pereżempju billi
jsir xogħol konġunt fuq kollegamenti kbar transkonfinali fit-trasport
u l-enerġija) u bit-tixrid ta' teknoloġiji intelliġenti ta'
informazzjoni fl-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija.
3.
implimentazzjoni
Il-Faċilità tal-Infrastruttura se jkollha
fond uniku ta' EUR 40 biljun għall-perjodu 2014-2020. Fi
ħdan dan l-ammont se jiġu allokati fondi speċifiċi
għan-netwerks tal-enerġija, tat-trasport u l-informazzjoni
diġitali. Il-Faċilità se tkun ġestita b'mod ċentrali
mill-Kummissjoni bl-appoġġ ta' aġenzija eżekuttiva
(bħall-aġenzija TEN-T attwali) u ta' intermedjarji finanzjarji.
L-implimentazzjoni teknika attwali ta' proġetti fil-prattika
(pereżempju l-akkwist u s-sejħiet għall-offerti) se jssir
mill-promoturi tal-proġetti. Il-Faċilità se tkun ikkumplimentata
b'EUR 10 biljuni addizzjonali riservati għal investimenti
f'infrastrutturi tat-trasport relatati fi ħdan il-fond ta' Koeżjoni. Skont is-setturi, il-pożizzjoni
ġeografika u t-tip ta' proġetti, se japplikaw rati ta' finanzjament
differenti, li jibbilanċjaw kemm il-ħtieġa biex jiġi
massimizzat l-ingranaġġ kif ukoll biex titħaffef b'mod
sostanzjali l-implimentazzjoni tal-proġett. Ir-rati massimi
tal-kofinanzjament se jkunu modulati abbażi ta; analiżi kost-benefika
ta' kull proġett, id-disponibbiltà tar-riżorsi tal-baġit u
l-ħtieġa li jiġi massimizzat l-ingranaġġ tal-fondi
mill-UE. Għat-tliet setturi, l-impatt tar-rata ta’ kofinanzjament
applikabbli tiddependi ħafna mill-istatus ekonomiku/żvilupp
tal-pajjiżi kkonċernati[17]. Rigward l-enerġija
speċifikament, il-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku (EERP) wera wkoll li
kienet meħtieġa rata ogħla ta' kofinanzjament biex jinħolqu
proġetti biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista[18].
Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa se
jġġib flimkien strumenti bbażati fuq is-suq ma' sostenn dirett
tal-UE sabiex jiġi ottimizzat l-impatt tal-finanzjament. L-impatti ta'
ingranaġġ għoli fuq strumenti finanzjarji innovattivi
(pereżempju li jistgħu jkunu għoljin sa 1:25 fuq bonds
tal-proġetti) u l-assorbiment b'suċċess ta' sostenn dirett
tal-UE (kif sar fl-EERP jew fil-programm TEN-T) se jagħtu kontribut
sinifikanti biex jittaffew ir-riskji u jiġi ffaċilitat
l-aċċess għall-kapital għall-ħtiġiet ta'
investiment kbir ħafna. Il-bżonnijiet għal netwerk prioritarju
ewlieni li jkopri l-Ewropa kollha kienu identifikati fil-linji gwida riveduti
tat-TEN-T (li se jiġu adottati f'Settembru 2011), fil-pakkett dwar
l-Infrastruttura tal-Enerġija (COM(2010)677) endorsjat mill-Kunsill
Ewropew fl-4 ta' Frar 2011 u fl-Aġenda Diġitali
għall-Ewropa (COM(2010)245) rispettivament. Lista proposta ta' kollegamenti li jridu
jiġu ffinanzjati hija ppreżentata fl-anness.
4.
Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020
Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti
tal-2011. Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li minnhom || EUR 40 biljun · Enerġija || EUR 9,1 biljun · Trasport || EUR 21,7 biljun · ICT/Informazzjoni Diġitali || EUR 9,2 biljun Ammonti mill-Fond ta' Koeżjoni intiżi għall-infrastrutturi tat-trasport || EUR 10 biljun Total || EUR 50 biljun Lista
preliminari tal-Kurituri Ewropej tal-Mobilità u l-Proġetti tan-Netwerk
Ewlieni tat-Trasport Prijoritajiet Orizzontali Ġestjoni u Servizzi Innovattivi || Sema Ewropew Uniku - SESAR Ġestjoni u Servizzi Innovattivi || Sistema tal-Ġestjoni tat-Traffiku għat-Toroq, il-Ferroviji u l-Passaġġi Interni tal-Ilma (ITS, ERTMS u RIS Ġestjoni u Servizzi Innovattivi || Portijiet u Ajruporti tan-Netwerk Ewlieni || || || Kurituri Ewropej Proġetti Mħejjija fuq il-Kurituri tan-Netwerk Ewlieni tat-TEN-T || Taqsimiet li għandhom jiġu ffinanzjati sal-2020 || modalità || Dati ewlenin 1. Kuritur Baltiku - Adrijatiku - Helsinki – Tallinn – Riga – Kaunas – Warszawa – Katowice - Gdynia – Katowice - Katowice – Ostrava – Brno- Wien - Katowice – Žilina – Bratislava – Wien - Wien – Graz – Udine (inkluż Koralm) – Venezia - Graz – Maribor – Ljubljana – Trieste / Koper – Venezia - Venezia – Bologna - Ravenna || || || || Tallinn - Riga - Kaunas - Warszawa || Multimodali || l-istudju tal-fattibilità huwa ffinalizzat, it-titjib tal-linja eżistenti għandu jitlesta sal-2015, ix-xogħlijiet għal linja ġdida għandhom jibdew qabel l-2020 Konnessjoni multimodali Gdynia – Katowice || Multimodali || It-titjib għal 160 kmh jinsab għaddej Katowice - Ostrava - Brno & Katowice - Žilina - Bratislava || Ferrovija || jinsab għaddej it-titjib Konnessjoni bil-ferrovija Bratislava – ajruport ta' Vjenna || Ferrovija || qegħda tinbena l-interkonnessjoni tal-ajruport Konnessjoni bil-ferrovija Wien – Graz – Klagenfurt (Semmering, Koralm) || Ferrovija || jinsabu għaddejjin studji dettaljati għal Semmering, il-kostruzzjoni tinsab għaddejja għal Koralm sal-2024 Konnessjoni bil-ferrovija Klagenfurt - Udine (Pontebbana) || Ferrovija || se jitqiegħdu fil-post is-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku Konnessjoni bil-ferrovija Graz – Maribor || Ferrovija || għandha titlesta wara l-2020 Konnessjoni bil-ferrovija Maribor – Ljubljana – Trieste || Ferrovija || jinsabu għaddejjin l-istudji u titjib parzjali Konnessjoni bil-ferrovija ta' Koper || Ferrovija || jinsab għaddej it-titjib Venezia – Bologna – Ravenna || Ferrovija || se jitqiegħdu fil-post sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku, titjib tal-interkonnessjoni modali || || || 2. Kuritur Warszawa – Berlin – Amsterdam - Amsterdam (Rotterdam) – Hannover – Berlin – Poznań – Warzsawa || || || || Konnessjoni multimodali Warszawa - Poznań –Fruntiera DE || Multimodali || jinsab għaddej it-titjib tat-triq u l-ferrovija, jinsabu għaddejjin l-istudji għall-ferrovija b'veloċità għolja Konnessjoni bil-ferrovija Fruntiera PL - Berlin - Hannover - Amsterdam || Ferrovija || jinsabu għaddejjin l-istudji, se jitqiegħdu fil-post sistemi tal-ġesjoni tat-traffiku Il-locks ta' Amsterdam || IWW || l-istudji jinsabu għaddejjin || || || 3. Il-Kuritur Mediterranju Algeciras – Madrid – Tarragona - Valencia – Tarragona - Tarragona – Barcelona – Perpignan – Lyon – Torino – Milano - Milano – Venezia - Ljubljana – Budapest – Fruntiera UA || || || || Konnessjoni ferrovjarja Algeciras – Madrid || Ferrovija || jinsabu għaddejjin l-istudji, għandu jibda x-xogħol qabel l-2015, għandha titlesta fl-2020 Konnessjoni ferrovjarja Valencia - Taragona - Barcelona || Ferrovija || kostruzzjoni bejn l-2014 - 2020 Barcelona - Perpignan || Ferrovija || jinsab għaddej ix-xogħol, għandha titlesta sal-2015 Konnessjoni ferrovjarja diretta Perpignan – Montpellier || Ferrovija || il-bypass Nîmes – Montpellier għandha tkun operattiva fl-2017, Montpellier – Perpignan għall-2020 Konnessjoni ferrovjarja Lyon – Turin || Ferrovija || ix-xogħol għandu jitlesta fl-2025 Milano – Brescia || Ferrovija || jinsab għaddej it-titjib Brescia - Valenzia – Trieste || Ferrovija || ix-xogħlijiet fuq diversi sezzjonijiet għandhom jibdew qabel l-2014 Trieste - Divača || Ferrovija || jinsabu għaddejjin l-istudji u titjib parzjali Maribor - Budapest – Záhony || Ferrovija || jinsab għaddej ix-xogħol || || || 4. Hamburg – Rostock – Constanta – Burgas – Piraeus – Il-Kuritur ta' Lefkosia - Hamburg – Berlin - Rostock – Berlin - Berlin – Praha – Brno – Bratislava – Budapest - Arad - Arad – Bucureşti – Constanţa - Arad – Timişoara – Sofia – Burgas - Sofia – Thessaloniki – Piraeus – Lefkosia || || || || Hamburg - Berlin u Rostock – Berlin - Dresden || || se jitqiegħdu fil-post is-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku Dresden - Praha || || se jitqiegħdu fil-post is-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku, l-istudji għall-ferrovija ta' veloċità għolja jinsabu għaddejjin Il-locks ta' Děčín || IWW || l-istudji jinsabu għaddejjin Konnessjoni multimodali Bratislava - Budapest (inkluż iċ-ċirku ta' madwar Budapest) || Multimodali || jinsab għaddej ix-xogħol Konnessjoni multimodali Budapest - Bucureşti - Constanţa, Arad - Timişoara - Calafat || Multimodali || l-aġġornament fl-HU huwa kważi lest, u jinsab għaddej fir-RO Konnessjoni multimodali Calafat - Sofia - Burgas Sofia - Thessaloniki || Multimodali || l-istudji Calafat -Sofia - Thessaloniki jinsabu għaddejjin, it-titjib ta' Sofia - Burgas jinsab għaddej Investimenti fil-portijiet u konnessjonijiet multimodali f'CY || Multimodali || se jitqiegħdu fil-post sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku, titjib tal-interkonnessjoni modali || || || 5. Kuritur Helsinki - Valletta - Helsinki – Turku – Stockholm – Malmö – København – Hamburg (inkluża Fehmarn) - Hamburg – Hannover – Nurnberg – München – Verona (inkluż il-Mina ta' Bażi ta' Brenner) – Bologna – Roma – Napoli – Bari – Valletta || || || || Helsinki - Turku || Multimodali || jinsab għaddej ix-xogħol Stockholm - Malmö (Trijangolu Nordiku) || Multimodali || jinsab għaddej ix-xogħol Fehmarn biss || Multimodali || jinsabu għaddejjin l-istudji, ix-xogħlijiet tal-kostruzzjoni tal-Fehmarn bejn l-2014 u l-2020 konnessjoni multimodali København - Hamburg permezz ta' Fehmarn: rotot ta' aċċess || Multimodali || ir-rotot ta' aċċess DK se jitlestew sal-2020, ir-rotot ta' aċċess tal-Ġermanja se jitlestew f'żewġ passi (2020- 2027) Punti ta' konġestjoni ferrovjarji bejn Hamburg u München || Ferrovija || mistennija li titlesta madwar l-2017 München - Wörgl: aċċess għall-Mina ta' Bażi ta' Brenner u s-sezzjoni li taqsam il-fruntiera || Ferrovija || tnedew l-istudji Mina ta' Bażi ta' Brenner || Ferrovija || ix-xogħlijiet fuq il-mina prinċipali 2010-2024 Rotot ta' aċċess għal Verona tal-Mina ta' Bażi ta' Brenner || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin Verona - Bologna - Roma - Napoli || Ferrovija || Titjib tal-interkonnessjoni modali Napoli - Bari – Valletta || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin Investimenti fil-portijiet u konnessjonijiet multimodali f'MT || Multimodali || se jitqiegħdu fil-post sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku, titjib tal-interkonnessjoni modali || || || 6. Kuritur Genova – Rotterdam - Genova – Milano/Novara – Basel – Mannheim – Köln - Köln– Düsseldorf – Rotterdam - Köln– Liège – Bruxelles/Brussel– Zeebrugge || || || || Terzovalico - Milano/Novara - Genova || Ferrovija || jinsabu għaddejjin l-istudji u x-xogħlijiet Konnesjoni ferrovjarja Karlsruhe – Basel || Ferrovija || ix-xogħlijiet se jitlestew sa tmiem l-2020 Konnessjoni ferrovjarja Frankfurt – Mannheim || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin Konnessjoni ferrovjarja Rotterdam – Oberhausen || Ferrovija || ix-xogħlijiet se jitlestew sal-2017 Locks marittimi f'Zeebrugge || Baħar || l-istudji jinsabu għaddejjin || || || 7. Kuritur Atlantiku - Sines / Lisboa – Madrid - Valladolid - Lisboa - Aveiro - Oporto - Aveiro – Valladolid – Vitoria – Bordeaux – Paris || || || || Ferrovija ta' Veloċità Għolja Sines/Lisboa – Madrid || ferrovija || l-istudji u x-xogħlijiet jinsabu għaddejjin, titjib tal-interkonnessjoni modali Ferrovija ta' veloċità għolja Porto - Lisboa || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin Konnessjoni ferrovjarja Aveiro - ES || Ferrovija || jinsabu għaddejjin ix-xogħlijiet transkonfinali Konnessjoni ferrovjarja Bergara - San Sebastián - Bayonne || Ferrovija || mistennija li titlesta fi ES sal-2016, fi FR sal-2020 Bayonne - Bordeaux || Ferrovija || tinsab għaddejja konsultazzjoni pubblika || || || 8. Il-kuritur Dublin – London – Paris – Brussel/Bruxelles - Belfast – Dublin - Dublin – Holyhead - Holyhead – Birmingham – London – Lille – Brussel/Bruxelles - Lille – Paris (inkluż Canal Seine – Escaut) || || || || Konnessjoni ferrovjarja Dublin – Belfast || Ferrovija || jinsabu għaddejjin ix-xogħlijiet sal-2018 Konnessjonijiet multimodali fl-Ingilterra (inkluża l-Linja ta' Veloċità Għolja 2) || multimodali || se titlesta sal-2025 Canal Seine - Escaut || IWW || tlesta t-tfassil, tnieda d-djalogu kompetittiv, jitlesta għal kollox sal-2018 Titjib tal-kanali tal-ilma f'Wallonie || IWW || l-istudji jinsabu għaddejjin || || || 9. Kuritur Antwerp – Lyon – Basel - Rotterdam – Antwerp – Brussel/Bruxelles – Luxembourg - Luxembourg – Dijon – Lyon - Luxembourg – Strasbourg – Basel || || || || Titjib tal-Maas || IWW || se jitlesta sal-2015 Titjib tal-locks f'Terneuzen || IWW || l-istudji jinsabu għaddejjin Locks Marittimi f'Antwerp || Baħar || l-istudji jinsabu għaddejjin Eurocaprail || Ferrovija || jinsab għaddej ix-xogħol Konnessjonijiet ferrovjarji Dijon Lyon (TGV Rhin - Rhône) || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin Kanal Saône - Moselle || IWW || l-istudji jinsabu għaddejjin Strasbourg - Mulhouse - Basel || multimodali || jinsabu għaddejjin l-istudji u titjib parzjali || || || 10. Kuritur Seine – Danubju - Le Havre – Paris – Strasbourg – Stuttgart – München – Wien || || || || Konnessjoni ta' Veloċità Għolja Le Havre – Paris || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin Konnessjoni ferrovjarja - Paris Strasbourg: it-tieni fażi LGV Est || Ferrovija || se titlesta sal-2016 Konnessjoni ferrovjarja Strasbourg - Kehl Appenweier || Ferrovija || se titlesta sal-2016 Karlsruhe - Stuttgart - München || Ferrovija || jinsabu għaddejjin l-istudji u x-xogħlijiet Konnessjoni ferrovjarja München - Salzburg || Ferrovija || jinsabu għaddejjin l-istudji u x-xogħlijiet Konnessjoni ferrovjarja Wels - Wien || Ferrovija || mistennija li titlesta sal-2017 Titjib tad-Danubju || IWW || jinsabu għaddejjin l-istudji u x-xogħlijiet || || || Sezzjonijiet Oħra fuq in-Netwerk Ewlieni || || || Transkonfinali || Konnessjoni ferrovjarja Sofia – Plovdiv – Istanbul || Ferrovija || jinsab għaddej it-titjib Transkonfinali || Konnessjoni bit-triq Sofia - Bucureşti permezz ta' Ruse || Triq || l-istudji jinsabu għaddejjin Transkonfinali || Konnessjoni bit-Triq u bil-Ferrovija minn Sofia għal Skopje || Multimodali || l-istudji jinsabu għaddejjin Transkonfinali || Konnessjoni bit-triq u bil-ferrovija Timişoara - Belgrad || Multimodali || l-istudji jinsabu għaddejjin Transkonfinali || Konnessjoni ferrovjarja Nürnberg - Praha || Ferrovija || jinsabu għaddejjin l-istudji u x-xogħlijiet Transkonfinali || Konnessjoni bit-Triq u bil-Ferrovija Wroclaw – Dresden || Multimodali || jinsab għaddej it-titjib Transkonfinali || Konnessjoni multimodali Nürnberg - Linz || multimodali || jinsab għaddej ix-xogħol Punt ta' konġestjoni || Netwerk Ferrovjarju Spanja tal-Majjistral u l-Portugall || Ferrovija || jinsab għaddej ix-xogħol Punt ta' konġestjoni || Konnessjoni ferrovjarja Frankfurt - Fulda – Erfurt – Berlin || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin Punt ta' konġestjoni || Halle - Leipzig - Nürnberg || Ferrovija || ix-xogħol jinsab għaddej, se jitlesta sal-2017 Punt ta' konġestjoni || HSL Provence - Côte d'Azur || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin Punt ta' konġestjoni || Rail Egnathia (EL) || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin Punt ta' konġestjoni || Passaġġi interni tal-ilma Dunkerque - Lille || IWW || l-istudji jinsabu għaddejjin Punt ta' konġestjoni || Linja tal-HSR parallela Paris – Lyon || Ferrovija || jinsabu għaddejjin l-istudji preliminari Oħrajn tan-Netwerk Ewlieni || Netwerk Ewlieni HS konnessjonijiet bejn Zaragoza - Pamplona - Logrono, Valladolid - La Coruña || Ferrovija || Jinsabu għaddejjin xogħlijiet parzjali Oħrajn tan-Netwerk Ewlieni || Konnessjoni ferrovjarja - Shannon - Cork - Dublin || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin Oħrajn tan-Netwerk Ewlieni || Titjib tal-konnessjoni ferrovjarja u tal-HS bejn bliet ewlenin tal-PL (inklużi Warszawa, Łódź, Wrocław, Poznań, Kraków) || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin Oħrajn tan-Netwerk Ewlieni || Konnessjoni ferrovjarja għal Wilhelmshaven u Bremerhaven || Ferrovija || l-istudji jinsabu għaddejjin Lista
preliminari ta' Kurituri Prijoritarji tal-Enerġija Prijoritajiet Orizzontali Tqegħid fil-post tal-grilji intelliġenti || Investimenti fi proġetti ta' skala kbira għall-ibbilanċjar tad-domanda u l-provvista bl-użu ta' soluzzjonijiet tal-grilja intelliġenti għal grilji tal-elettriku ta' vultaġġ għoli u medju f'reġjuni kbar transkonfinali b'ġenerazzjoni tal-elettriku varjabbli sinifikanti. || || || Kurituri Ewropej tal-Elettriku || L-għan se jinkiseb sal-2020 || Il-pajjiżi kkonċernati || Punti ta' konġestjoni ewlenin fuq perjodu qasir 1. Grilja tal-elettriku lil hinn mill-kosta fl-Ibħra tat-Tramuntana || Grilja integrata lil hinn mill-kosta fl-Ibħra tat-Tramuntana li tgħaqqad l-40 GW ippjanati ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli u tittrasportahom lejn iċ-ċentri tal-konsum || BE, DE, DK, FR, IE, LU, NL, SE, UK (NO) || - Soluzzjonijiet ottimali tal-grilji li jużaw konnessjonjiet submarine radial jew hub ma' konnessjonijiet fuq il-kosta u T-connections ma' interkonnetturi fil-Baħar tat-Tramuntana, il-Baħar Irlandiż u r-reġjun tal-Kanal Ingliż - tisħiħ tal-grilji fuq l-art li jippermettu l-flussi tal-elettriku lejn iċ-ċentri ewlenin tal-konsum fil-pajjiżi tal-kosta tal-Ibħra tat-Tramuntana - aċċess akbar għall-kapaċitajiet tal-ħżin hydro u oħrajn għall-użu f'każ ta' bżonn u għall-ibbilanċjar || || || 2. Interkonnessjonijiet tal-elettriku fl-Ewropa tal-Lbiċ || Interkonnessjonijiet fir-reġjun tal-Lbiċ bejn l-Istati Membri tal-UE u mal-pajjiżi terzi Mediterranji. || ES, FR, IT, MT, PT (CH, pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq) || - interkonnessjonijiet bejn il-Peninsula Iberika u Franza - konnessjonijiet aktar lejn l-Ewropa Ċentrali - interkonnessjonijiet bejn l-Italja/Spanja u l-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq fid-dawl tal-potenzjal aktar fit-tul tagħhom fl-enerġija rinnovabbli - konnessjoni adegwata ta' Malta mal-Italja || || || 3. Konnessjonijiet tal-elettriku fl-Ewropa Ċentrali, tal-Lvant u tax-Xlokk || Netwerk tal-elettriku reġjonali msaħħaħ fid-direzzjonijiet tal-fluss tal-enerġija mit-Tramuntana għan-Nofsinhar u mil-Lvant għall-Punent, sabiex jitlesta s-suq intern u tiġi integrata l-enerġija rinnovabbli, kemm permezz tal-interkonnetturi kif ukoll permezz tal-linji interni || AT, BG, CZ, DE, GR, HU, IT, PL, RO, SI, SK (AL, BA, FYROM, HR, ME, SP) || - tisħiħ tan-netwerks interni tal-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Kroazja u l-Bulgarija, kif ukoll l-Awstrija u l-Ġermanja fid-direzzjoni mit-Tramuntana għan-Nofsinhar - interkonnessjonijiet ġodda bejn il-Ġermanja u l-Polonja, is-Slovakkja u l-Ungerija - żieda fil-kapaċitajiet tat-trasferiment bejn ir-Rumanija, il-Bulgarija u l-Greċja, inkluż mal-pajjiżi tat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija - konnessjonijiet bejn l-Italja u l-pajjiżi tal-Komunità tal-Enerġija (partikolarment il-Montenegro, iżda wkoll l-Albanija u l-Kroazja) || || || 4. Il-Pjan ta' Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fl-elettriku (BEMIP) || Tmiem tal-iżolament tat-tliet Stati Baltiċi u żieda fl-indipendenza tas-sistema tagħhom min-netwerk tal-elettriku Russu. Aktar fit-tul, konnessjoni sinkronika mas-sistema kontinentali Ewropea koperta b'ENTSO-E || DE, DK, EE, FI, LT, LV, PL, SE (NO) || - konnessjonijiet tal-elettriku mit-tliet Stati Baltiċi għall-Iżvezja, il-Finlandja u l-Polonja - tisħiħ tal-grilja interna tal-Istati Baltiċi f'konformità ma' dan, partikolarment fil-Latvja - interkonnessjoni ulterjuri bejn il-Latvja u l-Estonja sabiex jimxu lejn l-indipendenza tas-sistema - tisħiħ tal-grilja Pollakka fil-Grigal kif ukoll kapaċità transkonfinali addizzjonali bejn il-Polonja u l-Litwanja, bħala tħejjija għall-konnessjoni sinkronika Kurituri Ewropej tal-Gass 5. Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar || Jinfetaħ ir-raba' kuritur tal-provvista tal-gass għall-UE li jkollu l-kapaċità li jgħaqqad l-Ewropa mal-provvisti tal-gass mill-Baħar Kaspju u l-Baċir tal-Lvant Nofsani (90,6 triljun metru kubu ta' riżervi ppruvati). || Direttament: IT, EL, BG, RO, AT, HU Indirettament: DE, CZ, PL, FR (AL, BA, FYROM, HR, ME, SP; il-Ġeorġja, l-Iraq, it-Turkija, il-pajjiżi tar-Reġjun tal-Kaspju) || - pipelines li jippermettu l-ħolqien ta' konnessjoni diretta bejn it-territorju tal-UE u ż-żoni tal-bjar tal-gass fil-Kaspju u l-Lvant Nofsani - Għażliet u konfigurazzjonijiet differenti tal-pipelines huma kkunsidrati inkluż pipeline apposta mit-territorju tat-Turkija u pipelines taħt il-baħar fuq qiegħ il-Baħar Kaspju u l-Baħar l-Iswed (Turkmenistan - Ażerbajġan u Ġeorġja-UE) || || || 6. Il-kuritur tal-gass mit-Tramuntana għan-Nofsinhar fl-Ewropa tal-Punent || Interkonnessjonijiet ġodda fuq l-assi tat-Tramuntana-Nofsinhar fl-Ewropa tal-Punent sabiex ikunu konnessi aħjar flimkien iż-żona tal-Mediterran u r-reġjun tal-gass tal-Majjistral, u b'hekk tiġi pprovduta diversifikazzjoni akbar mill-Italja u Spanja u kompetizzjoni fiż-żona kollha, u jingħata aċċess għal provvisti mill-Afrika, in-Norveġja u r-Russja u tiżdied il-flessibilità tan-netwerk tal-gass tal-UE kollu kemm hu || BE, CY, DE, ES, FR, IE, IT, LU, MT, NL, PT, UK (pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq) || - kapaċitajiet ulterjuri tal-interkonnessjoni bejn il-Peniżola Iberika u Franza u tneħħija tal-punti ta' konġestjoni interni - kapaċitajiet ulterjuri ta' interkonnessjoni fit-Tramuntana tal-Italja mal-Awstrija u fin-Nofsinhar mar-reġjun tal-Afrika ta' Fuq - soluzzjonijiet adegwati ta' LNG/CNG/pipeline f'Ċipru u Malta - infrastrutturi oħra sabiex jiżdiedu l-kapaċitajiet fir-Renju Unit u l-IRL (pereżempju ħżin/LNG) || || || 7. Konnessjonijiet tal-gass bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fl-Ewropa tal-Lvant u tax-Xlokk || Konnessjonijiet tal-gass bejn ir-reġjun tal-Baħar Baltiku u l-Ibħra tal-Adrijatiku u l-Eġew u aktar 'il bogħod lejn il-Baħar l-Iswed sabiex jissaħħu s-sigurtà tal-provvista u d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista fir-reġjun. Fit-tieni pass, dan il-proċess ta' integrazzjoni se jkollu jiġi estiż għall-pajjiżi membri tat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija permezz ta' kapaċità ta' interkonnessjoni adegwata. || BG, HU, CZ, PL, RO, SK, AT, GR, SI (HR, pajjiżi tal-Komunità tal-Enerġija) || - Konnessjonijiet Tramuntana-Nofsinhar fil-pajjiżi u bejniethom, b'mod partikolari titjib ta' pipelines jew pipelines ġodda fil-Polonja, il-Bulgarija u r-Rumanija, interkonnessjonijiet bejn il-Polonja u s-Slovakkja u s-Slovakkja u l-Ungerija - żieda fil-kapaċità transkonfinali jew il-possibilità ta' flussi bidirezzjonali bejn il-Polonja u r-Repubblika Ċeka, il-Polonja u l-Ġermanja u r-Rumanija u l-Ungerija - infrastruttura ġdida għal importazzjonijiet tal-gass minn sorsi ġodda u l-konnessjoni tagħhom man-netwerk reġjonali tal-gass fit-Tramuntana u n-Nofsinhar permezz ta' pipelines u terminals tal-LNG ġodda fil-Polonja, il-Kroazja u r-Rumanija li jservu reġjun aktar wiesa' || || || 8. Il-Pjan ta' Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fil-gass (BEMIP) || Li jintemm l-iżolament tat-tliet Stati Baltiċi u l-Finlandja, li tintemm id-dipendenza fuq fornitur wieħed u wkoll li tittejjeb is-sigurtà tal-provvista fir-reġjun kollu tal-Baħar Baltiku permezz ta' aktar diversifikazzjoni tal-provvista min-Norveġja || DK, EE, FI, LT, LV, PL, SE, DE (NO) || - interkonnetturi li jorbtu l-Finlandja u l-Estonja, il-Polonja u l-Litwanja u terminal reġjonali tal-LNG fil-Lvant tal-Baltiku - titjib intern tas-sistemi sabiex tintlaħaq biżżejjed kapaċità sabiex ikun possibbli l-fluss liberu tal-gass fid-direzzjonijiet kollha - Għaż-żona tal-Baltiku tal-Punent, possibilitajiet ulterjuri ta' interkonnessjoni bejn is-sistemi tan-Norveġja u d-Danimarka, interkonnessjoni bejn il-Polonja u d-Danimarka u żieda fil-kapaċitajiet bidirezzjonali bejn il-Ġermanja u d-Danimarka Lista
preliminari ta' Żoni ta' Mira tal-Broadband u Kurituri Ewropej
tal-Infrastrutturi tas-Servizzi Diġitali Prijoritajiet Orizzontali Ġestjoni u Servizzi Innovattivi || L-immappjar ta' infrastruttura pan-Ewropea tal-broadband se jiżviluppa stħarriġ u dokumentazzjoni fiżiċi kontinwi u dettaljati ta' siti relevanti, analiżi ta' drittijiet tal-passaġġ, valutazzjonijiet tal-potenzjal għat-titjib ta' faċilitajiet eżistenti, eċċ. Ġestjoni u Servizzi Innovattivi || Miżuri ta' assistenza teknika inkluż ippjanar tal-proġetti u l-investimenti u studji tal-fattibilità, f'appoġġ għall-miżuri tal-investiment u l-istrumenti finanzjarji. || || || Żoni ta' Mira tal-Broadband Proġetti Mħejjija dwar iż-Żoni ta' Mira tal-Broadband ta' prijorità || Deskrizzjoni taż-żoni ta' mira li għandhom jiġu ffinanzjati sal-2020 || Sinifikat / Dati ewlenin 1. Żvilupp ta' portafoll ġeografikament diversifikat ta' proġetti tal-broadband li jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti mill-Aġenda Diġitali għall-Ewropa || Portafoll ġeografikament diversifikat ta' proġetti tal-broadband li jikkorrispondu maż-Żoni ta' Mira tal-Broadband, predominantement identifikati bħala ż-żoni tas-sobborgi, li għalihom il-kumpaniji tal-portafoll jibbenefikaw minn aċċess għal strumenti finanzjarji apposta, kkatalizzati u/jew imsaħħa bil-kreditu minn kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 1 biljun mill-Baġit tal-UE. Huwa probabbli li l-kontribuzzjoni finanzjarja tiġbed fondi oħra mis-settur pubbliku jew minn dak privat li jista' jservi ta' bażi għal investiment ta' EUR 6 bn - EUR 15 bn fil-broadband skont il-ħtiġijiet tal-finanzjament u l-profili tar-riskju tal-investimenti ta' bażi. Fl-ewwel mewġa ta' proġetti taż-żoni ta' mira tal-broadband huwa probabbli li kumpaniji stabbiliti tat-telekomunikazzjonijiet (dawk preżenti jew operaturi) jinvestu f'żoni fejn il-pressjoni mill-kumpaniji tal-kejbil hija qawwija. Kumpaniji oħra tas-servizzi bażiċi (ilma, dranaġġ, elettriku) huma mistennija li jinvestu f'netwerks passivi tal-broadband, jew waħedhom jew fi sħab mal-operaturi. Diversi operaturi (ta' sikwit attivi fis-swieq tat-telefonija fissa jew mobbli) jistgħu jgħaqqdu l-forzi tagħhom sabiex jibnu ġenerazzjoni ġdida ta infrastrutturi. Is-sħubijiet huma min-natura tagħhom aktar ta' riskju minn dawk li jissellfu waħedhom. || Benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostanzjali huma assoċjati ma' veloċitajiet akbar tal-broadband. Effett immedjat fuq l-impjiegi relatati mal-kostruzzjoni u l-implimentazzjoni tal-broadband ta' veloċità għolja. Fuq perjodu ta' tul medju, l-effetti diretti se jkunu relatati ma' kost-effikaċja ogħla u aħjar tas-servizzi bil-possibilità tal-ICT (pereżempju, grilji intelliġenti, gvern elettroniku, benefiċċji għall-konsumatur fir-rigward tal-għoti tas-servizzi tas-saħħa). Studju tal-OECD wera li żieda fir-rati tal-penetrazzjoni tal-broadband ta' ħames punti perċentwali tfisser żieda fir-rata tat-tkabbir tal-produttività tal-ħaddiema ta' 0,07 ta' punt perċentwali. Fit-tul, se jkun hemm effetti li jibqgħu fuq il-PDG. || || || Kurituri Ewropej tal-Infrastrutturi Diġitali Proġetti Mħejjija dwar l-infrastrutturi ta' prijorità || Deskrizzjoni tal-infrastruttura tas-servizzi li għandha tiġi ffinanzjata sal-2020 || Sinifikat / Dati ewlenin 1. Li jingħata aċċess għar-riżorsi diġitali tal-wirt kulturali tal-Ewropa (Europeana) || L-infrastruttura tas-servizzi għall-esplorazzjoni tar-riżorsi diġitali tal-mużewijiet, libreriji, arkivji u kollezzjonijiet awdjoviżivi tal-Ewropa. Din l-infrastruttura hija maħsuba sabiex tipprovdi aċċess faċli biex jintuża u uniku għall-kontenut kulturali Ewropew onlajn u se tittrasforma r-riżorsi kulturali tal-Ewropa f'assi dejjiema għall-ekonomija diġitali, li għandha tkun akkumpanjata minn infrastruttura tad-drittijiet apposta u li sservi ta' fus għall-industriji kreattivi u għall-użu mill-ġdid innovattiv tal-materjal kulturali Hija tibni fuq l-Europeana u żżid l-iskala tagħha għal kollezzjonijiet li qabel ma kinux intużaw fl-Istati Membri kollha. || L-Europeana tippromwovi l-aċċess għall-għarfien, id-diversità kulturali u l-kontenut kreattiv, u għandha l-għan li tiffaċilita d-diġitizzazzjoni u d-disseminazjoni tax-xogħlijiet kulturali fl-Ewropa. Intlaħaq qbil dwar it-tisħiħ tal-Europeana fil-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Mejju 2010. L-industriji kulturali u kreattivi huma wieħed mis-setturi l-aktar dinamiċi tal-Ewropa u jirrappreżentaw 3,3% tal-PDG kollu tal-UE u 3% tal-impjiegi tagħha. Il-wirt kulturali b'saħħtu tal-Ewropa jipprovdi bażi soda għas-settur tal-kontenut. Il-kapulavuri kollha li jinsabu fid-dominju pubbliku se jkunu disponibbli sa mill-2016. Mill-2016 'il quddiem se jkun hemm espansjoni ulterjuri tal-kontenut u s-servizzi. || || || 2. Identifikazzjoni u awtentikazzjoni elettroniċi sikuri interoperabbli madwar l-Ewropa. || Infrastruttura tas-servizzi li tagħmel l-użu transkonfinali tal-identifikazzjoni elettronika (eID), inkluża l-awtentikazzjoni madwar l-Ewropa, possibbli għaċ-ċittadini u l-impriżi sabiex ikollhom aċċess għas-servizzi diġitali fi kwalunkwe Stat Membru li jgħixu fih jew jivvjaġġaw lejh. Servizzi ta' identifikazzjoni u awtentikazzjoni elettroniċi estiżi għall-Istati Membri kollha li jipparteċipaw f'din l-infrastruttura tas-servizzi u integrati f'servizzi addizzjonali ta' livell għola (akkwist elettroniku, mobilità tal-impriżi, skambju elettroniku tal-informazzjoni ġuridika || Numru ta' infrastrutturi oħra tas-servizzi jkunu jiddependu fuq l-istallazzjoni ta' infrastruttura transkonfinali tas-servizzi tal-identità elettronika bħala l-punt ta' kuntatt uniku tad-direttiva tas-Servizzi, skambju tar-rekords kriminali, tar-rekords tas-saħħa tal-pazjenti, eċċ. Azzjonijiet sabiex il-kunċett tas-servizzi jiġi ppruvat fl-azzjoni f'kuntest limitat għandhom jibqgħu għaddejjin sal-2014. Operazzjonijiet fuq skala sħiħa għandhom jibdew mill-2014 'il quddiem. || || || 3. Servizzi elettroniċ ta' akkwisti transkonfinali interoperabbli || Infrastruttura tas-servizzi li tippermetti lil kull kumpanija fl-UE sabiex tirrispondi għal sejħiet għall-offerti minn kull Stat Membru li tkopri l-attivitajiet tal-akkwisti elettroniċi ta' qabel l-għoti u ta' wara l-għoti. Żieda fl-iskala għall-Istati Membri kollha u l-integrazzjoni ta' attivitajiet bħal Virtual Company Dossier, eCatalogues, eOrders u eInvoices. || L-akkwisti pubbliċi elettroniċi jkabbru s-suq għall-kumpaniji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi u jsaħħu l-kompetizzjoni għall-offerti, u dan potenzjalment iwassal għal iffrankar annwali ta' bejn 1% u 2% tas-suq totali tal-akkwisti pubbliċi ta' EUR 2 000 biljun bl-użu ta' proċessi tal-akkwisti aktar effiċjenti u kompetittivi. Mill-2014 'il quddiem, l-infrastruttura tas-servizzi tiġi estiża għall-Istati Membri kollha, fuq il-bażi tal-White Paper dwar kif għandha tiġi interkonnessa l-kapaċità tal-akkwist elettroniku madwar is-suq uniku. || || || 4. Proċeduri elettroniċi għat-twaqqif ta' negozju f'pajjiż Ewropew ieħor (fil-kuntest tad-Direttiva tas-Servizzi) || Infrastruttura tas-servizzi mmirata għal fornituri tas-servizzi lesti li joffru servizzi professjonali barra minn pajjiżhom. Għandha l-għan li tipprovdi proċeduri elettroniċi transkonfinali mingħajr problemi għat-twaqqif ta' negozju f'pajjiż Ewropew ieħor sabiex il-proċeduri amministrattivi kollha neċessarji jiġu ttrattati elettronikament minn pajjiż għall-ieħor permezz ta' Punt ta' Kuntatt Uniku fil-kuntest tad-Direttiva tas-Servizzi || Infrastruttura tas-servizzi interoperabbli ankrata fid-Direttiva tas-Servizzi. Azzjonijiet li għandhom il-mira li jneħħu l-ostakli amministrattivi li l-impriżi Ewropej jiffaċċjaw meta joffru s-servizzi tagħhom barra minn pajjiżhom se jibqgħu għaddejjin sal-2014 f'kuntest limitat. Operazzjonijiet fuq skala sħiħa għandhom jibdew mill-2014, b'estensjoni għall-Istati Membri kollha || || || 5. Appoġġ elettroniku interoperabbli għall-assistenza tas-saħħa kullimkien madwar l-UE || Infrastruttura tas-servizzi li għandha l-għan li tgħaqqad flimkien l-istituzzjonijiet tas-saħħa u tegħleb l-ostakli lingwistiċi, amministrattivi u tekniċi għas-soluzzjonijiet tas-Saħħa elettronika. Is-servizzi għandhom jinkludu skambju tas-sommarji tal-pazjenti u preskrizzjonijiet elettroniċi madwar l-Ewropa u jappoġġjaw implimentazzjoni transkonfinali tas-servizzi tat-telemediċina. || L-infrastruttura se tikkontribwixxi għall-mekkaniżmu tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-pazjenti għall-kura tas-saħħa transkonfinali dwar is-Saħħa elettronika bl-adozzjoni ta' sett ta' regoli komuni għas-semantika u l-proċeduri tar-rekords tas-saħħa. Azzjonijiet sabiex is-servizz jidħol fis-seħħ f'kuntest limitat għandhom jibqgħu għaddejjin sal-2015. Operazzjonijet fuq skala sħiħa għandhom jibdew mill-2015. || || || 6. Data.eu || Infrastruttura tas-servizzi li taggrega f'punt ta' aċċess wieħed settijiet ta' dejta prodotti minn korpi pubbliċi fl-Istati Membri fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali u mill-istituzzjonijiet Ewropej, għall-użu u l-użu mill-ġdid tad-dejta fl-applikazzjonijiet differenti. Portal data.eu jipprovdi tiftix/aċċess għal datasets fi kwalunkwe lingwa użata mill-korpi pubbliċi fl-Istati Membri, sabiex isir tiftix fihom u jiġu viżwalizzati. Huwa jipprovdi għodod miftuħa għal kulħadd sabiex jinteraġixxi mal-infrastruttura (jfittex għad-dejta, jiġbor statistika, iniżżel statistika) għall-iżvilupp ta' negozju ġdid. || Informazzjoni tas-Settur Pubbliku (PSI) hija mhux biss sors primarju ta' dejta, iżda wkoll mezz importanti sabiex jinħolqu servizzi innovattivi (servizzi bbażati fuq il-lokalità, servizzi finanzjarji, marketing, monitoraġġ ambjentali). Bħala settur tal-PSI, is-suq internazzjonali tal-Informazzjoni Ġeografika kien stmat li hu ta' $ 5,3 biljun fl-2009. Test li jinsab għaddej tal-portal f'kuntest limitat Implimentazzjoni progressiva ta' infrastruttura tad-dejta miftuħa pan-Ewropea li gradwalment testendi għall-amministrazzjoni pubblika kollha fl-Unjoni Ewropea mill-2014 'il quddiem. || || || 7. Internet aktar Sikur għat-tfal || Infrastruttura tas-servizzi sabiex jiġu protetti aħjar l-utenti żgħar fl-età fuq l-internet. Huwa se joffri pjattaforma wiesgħa għall-qsim tar-riżorsi, sistemi ta' informazzjoni u għodod tas-softwer. "Ċentri tal-Internet aktar Sikur" konnessi se jipprovdu kontenut edukattiv, informazzjoni dwar is-sikurezza onlajn u, għodod biex jinfurmaw lill-pubbliku u teknoloġiji ta' integrazzjoni għall-aċċess għall-għodod tal-kontroll mill-ġenituri, għall-verifika tal-età minima, għall-klassifikazzjoni f'konformità mal-kodiċi tal-prattika tal-industrija (pereżempju logħob onlajn), l-implimentazzjoni ta' għodod innovattivi tal-ħolqien tal-kontenut, u għal listi bojod interoperabbli sabiex jitkabbar fl-iskala l-iżvilupp ta' ambjenti tal-internet sikuri għat-tfal żgħar u jiġi promoss l-aċċess għal kontenut xieraq għall-età tagħhom. || Din l-infrastruttura tgħin sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Kummissjoni li tħares lit-tfal onlajn kif stabbilit fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa. Implimentazzjoni u tqegħid fil-post ta' pjattaforma u għodod għas-servizzi komponenti differenti mill-2014 'il quddiem. Integrazzjonijiet u żieda fl-iskala mill-2018 'il quddiem. || || || 8 Servizzi multilingwi || Infrastruttura tas-servizzi sabiex tipprovdi lill-eBusinesses (fornituri tal-kummerċ elettroniku) b'aċċess mingħajr limiti għal elementi bażiċi multilingwi riutilizzabbli mibnija madwar it-traduzzjoni onlajn, servizzi interattivi bbażati fuq it-taħdit, u tiftix tal-kontenut multilingwi. L-infrastruttura tospita u tipprovdi aċċess b'valur miżjud għal riżorsi ta' dejta għal-lingwi tal-UE (pereżempju materjali tradotti, corpora multilingwi, lexica u banek tad-dejta terminoloġiċi), il-metadata, għodod u standards relatati u tippermetti l-ġbir flimkien, il-kondiviżjoni u l-iskambjar tar-riżorsi lingwistiċi (kemm id-dejta kif ukoll l-għodod) li joriġinaw kemm mis-settur pubbliku kif ukoll mis-settur privat. || Li jingħelbu l-barrieri lingwistiċi jappoġġja t-twaqqif ta' suq uniku diġitali transkonfinali mingħajr problemi u effettiv. Studju tal-2009 kkalkula li l-valur tal-industrija tal-lingwi fl-UE fl-2008 kien ta' EUR 8,4 biljun, li jinkludi t-traduzzjoni u l-interpretazzjoni, il-lokalizzazzjoni tas-softwer, l-iżvilupp tal-għodod teknoloġiċi tal-lingwi, il-konsulenza u t-tagħlim u r-rata ta' tkabbir annwali għal din l-industrija ġiet ikkalkulata li hi ta' mill-anqas 10% għall-ftit snin li ġejjin. L-infrastruttura tibda bil-konnessjoni u l-estensjoni ta' inizjattivi eżistenti (pereżempju TAUS, ELRA, LDC, netwerks tal-UE għal META-NET) u tikber fl-iskala mill-2016 'il quddiem. || || || 9. Sinsla trans-Ewropea pubblika ("mid-mile") || Infrastruttura tas-servizzi li tgħaqqad servizzi ta' importanza ewlenija tas-settur pubbliku ma' sinsla pan-Ewropea li hi netwerk ta' veloċità għolja, li fuqha jistgħu jiġu offruti servizzi oħra ta' livell ogħla u li fuqha jistgħu jinbnew "clouds" għal servizzi pubbliċi trans-Ewropej. B'dan il-mod, id-domanda tiġi aggregata, u b'hekk jonqsu l-ispejjeż u tintlaħaq ħafna aktar malajr massa kritika fl-għoti tas-servizzi. || Il-partijiet interessati primarji huma l-awtoritajiet pubbliċi li joperaw servizz li jibbenefika minn netwerk ta' veloċità għolja (pereżempju servizzi tas-saħħa, repożitorji ta' dejta pubblika, uffiċċji tal-istatistika, aġenziji tal-monitoraġġ tal-ambjent, protezzjoni ċivili, istituzzjonijiet kulturali). Sa mill-2014, servizz pan-Ewropew bħal dan jista' jiġi implimentat b'densità suffiċjenti fi żmien sentejn sa erba' snin. It-tieni fażi mbagħad tindirizza nuqqasijiet speċifiċi f'żoni ġeografiċi jew oqsma tematiċi. Punt tat-tluq għal din l-infrastruttura tas-servizzi trans-Ewropea hija sTesta. Strumenti
Finanzjarji Innovattivi
1.
Għanijiet tal-Politika
L-użu ta' strumenti finanzjarji
innovattivi jista' joffri alternattiva għall-għoti tradizzjonali
ta' fondi assoċjat mal-baġit tal-UE u jipprovdi fluss ġdid
importanti ta' finanzjament għall-investimenti strateġiċi.
Vantaġġ importanti tal-istrumenti finanzjarji innovattivi huwa li
joħolqu effett ta' multiplikazzjoni għall-baġit tal-UE billi
jiffaċilitaw u jattiraw finanzjament ieħor pubbliku u privat
għal proġetti ta’ interess għall-UE. Għal proġetti b'potenzjal
kummerċjali, il-fondi tal-UE jistgħu jintużaw bi sħab
mas-setturi privati u bankarji, l-aktar permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment
(BEI), sabiex jgħinu jingħelbu l-imperfezzjonijiet tas-suq
fil-finanzjament tal-proġetti u attivitajiet ta' interess strateġiku
għall-UE u għaċ-ċittadini tagħha. Jeżisti potenzjal għal użu
akbar ta' tali strumenti biex jintużaw għall-appoġġ ta' firxa
wiesgħa ta' politiki. Għal aktar minn għaxar snin, il-baġit
tal-UE għamel użu minn strumenti finanzjarji bħal garanziji u
investimenti tal-ekwità għall-SMEs. Fil-qafas finanzjarju attwali,
daħlu fis-seħħ ġenerazzjoni ġdida ta' strumenti
finanzjarji f'kooperazzjoni mal-BEI, bħall- Faċilità ta' Finanzjament
għall-Kondiviżjoni tar-Riskji (RSFF) taħt is-seba' Programm
Kwadru għar-R&D, jew l-Istrument ta’ Garanzija għas-Self
għal proġetti TEN-T (LGTT). Għal attivitajiet lil hinn mill-UE,
twaqqaf il-Fond Globali għall-Effiċjenza Enerġetika u
l-Enerġija Rinnovabbli biex jipprovdi investimenti tal-akwità
f'pajjiżi li qed jiżviluppaw. Fil-qasam tal-fondi strutturali,
ġew imwaqqfa strumenti finanzjarji biex isostnu lill-intrapriżi,
l-iżvilupp urban u l-effiċjenza fl-enerġija permezz ta' fondi
ta' rotazzjoni. Dawn l-istrumenti kellhom suċċess
iżda ġew żviluppati b'mod sperimentali. Għalhekk,
bħala parti mill-qafas finanzjarju futur, il-Kummissjoni qed tipproponi li
tintroduċi approċċ aktar sempliċi u standardizzat
għall-użu tal-istrumenti finanzjarji innovattivi, u b'hekk tgħin
biex ikun żgurat li l-fondi tal-UE jintużaw bl-aktar mod
effikaċi għas-sostenn tal-politiki tal-UE.
2.
Strumenti
Qed tiġi proposta razzjonalizzazzjoni
tal-istrumenti finanzjarji attwali biex tipprovdi regoli komuni għal
strumenti ta' ekwità u dejn, sabiex ikun hemm viżjoni integrata
tal-użu tal-istrumenti finanzjarji fil-livell tal-UE u fil-livell
nazzjonali/reġjonali. Dawn se jissimplifikaw ir-relazzjonijiet mal-imsieħba
fil-finanzjament, b'mod partikolari l-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji
internazzjonali. Dawn se jipprovdu trasparenza rigward kif il-Kummissjoni
tintervjeni fis-swieq bi strumenti ta' ekwità u ta' dejn, u b'hekk
jiggarantixxu viżibbiltà ogħla tal-interventi tal-UE. Il-Kummissjoni tipproponi tip ta' strument
ġdid jiġifieri l-inizjattiva ta' bonds għal proġetti
tal-UE li se tintuża bħala mezz biex tiggarantixxi riżorsi
mill-investiment għal proġetti ta' infrastruttura li huma ta'
interess Ewropew strateġiku ewlieni. Se tintuża kontribuzzjoni
mill-baġit tal-UE biex issostni proġetti billi
tissaħħaħ il-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħhom, u b'hekk
jiġi attratt finanzjament mill-BEI, istituzzjonijiet finanzjarji
oħra, u investituri privati tas-suq tal-kapital. Strumenti finanzjarji ma
jimplikawx aktar riskju mill-għotjiet, minħabba li r-riskju
għall-baġit tal-UE huwa fil-każi kollha limitat strettament
għall-kontribuzzjoni baġitarja. Il-baġit tal-UE ma jistax
jippreżenta defiċit. Fil-qasam estern, qed tiġi
żviluppata pjattaforma speċifika għall-kooperazzjoni u
l-iżvilupp estern, li jġġib flimkien il-forzi rispettivi
tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet finanzjarji
multilaterali u bilaterali Ewropej (notevolment il-BEI) li huma attivi fil-qasam
tal-kooperazzjoni u l-iżvilupp estern. Il-pjattaforma se tagħti
kontribut biex jitkattru l-koerenza, l-effettività, l-effiċjenza u
l-viżibbiltà tal-finanzjament estern, filwaqt li tikkunsidra
l-ispeċifiċitajiet tal-imsieħba esterni tal-UE.
3.
Implimentazzjoni
L-istrumenti finanzjarji se jiffurmaw parti
mill-interventi baġitarji tal-UE f'diversi oqsma ta' politika, b'mod
partikolari dawk li jsegwu l-għanijiet li ġejjin: (1)
Biex titkattar il-kapaċità tas-settur
privat li jwassal għat-tkabbir, joħloq l-impjiegi u/jew
l-innovazzjoni: sostenn lil negozji ġodda, lill-SMEs,
lill-mikroimpriżi, it-trasferiment tal-għarfien, l-investiment
fil-proprjetà intellettwali. (2)
Biex jinbnew infrastrutturi permezz tal-użu
ta' skemi ta' Sħubija Pubblika Privata biex ikunu rinfurzati
l-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-UE fis-setturi tat-trasport,
l-enerġija u l-ICT. (3)
Biex jingħata appoġġ lil
mekkaniżmi li jimmobilizzaw l-investimenti privati biex iwasslu prodotti
pubbliċi, bħall-protezzjoni tal-klima u l-ambjent, f'oqsma oħra.
It-tfassil tal-istrumenti se jkun iggwidat
mill-prinċipji li ġejjin: ·
Arranġamenti ta' governanza sodi: il-pjattaformi ta' tad-dejn u l-ekwità se jkollhom
fis-seħħ strutturi sodi ta' governanza biex jiggarantixxu li l-UE
jkollha sorveljanza effettiva tal-operazzjonijiet u l-investimenti finanzjarji
kif ukoll il-kisba tal-objettivi tal-politika. ·
Finanzjament permezz ta' intestaturi differenti
tal-baġit: mhux se jkun hemm pakkett
speċifiku fil-baġit għall-finanzjament ta' tali strumenti;
minflok, l-istrumenti finanzjarji se jkunu ffinanzjati permezz ta' intestaturi
tal-baġit minn oqsma ta' politika speċifiċi, ikkumbinati ma'
strumenti xierqa li jipprovdu ekwità jew dejn. ·
Stabbiliti bħala parti mir-Regolament
Finanzjarju: il-prinċipji ewlenin
taż-żewġ pjattaformi se jkunu inkorporati fir-Regolament
Finanzjarju li bħalissa jinsab taħt reviżjoni fil-Kunsill u
fil-Parlament Ewropew. Dan se jagħti kontribut sinifikanti
għas-simplikazzjoni u l-istandardizzazzjoni. ·
Użu tar-regoli komuni għall-ekwità u
għad-dejn se jkun obbligatorju għall-politiki
interni u japplika orizzontalment għal strumenti matul dawn l-oqsma
ta' politika. L-istrumenti finanzjarji innovattivi attwali se jiġu
allinjati mar-regoli komuni. Fil-każ tal-politika ta' koeżjoni,
il-prinċipju ta' ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri se jkun
irrispettat u għaldaqstant il-mudelli tal-UE se jiġu offruti
bħala mudelli fakultattivi tal-aħjar prattiki, flimkien ma'
inċentivi b'saħħithom biex l-Istati Membri jsegwu
l-approċċ tal-livell tal-UE. Fl-azzjoni esterna, sehem ikbar
tal-għotjiet tal-UE (fejn xieraq permezz ta' faċilitajiet ta'
investiment reġjonali) se jitħalltu ma' self jew jintużaw
fl-istrumenti ta' ekwità jew ta' kondiviżjoni tar-riskju. Dan se
jgħin biex jiġu mobilizzati aktar fondi – inkluż mis-settur
privat – b'appoġġ għall-prioritajiet tal-UE u biex ikopru
il-ħtiġijiet tal-investiment tal-pajjiżi msieħba
tagħna. Dan se jkun iffaċilitat mid-dħul fis-seħħ
tad-dispożizzjonijiet ġodda proposti fir-Regolament Finanzjarju dwar
l-istrumenti finanzjarji, u bit-twaqqif ta' prinċipji komuni għal
tali strumenti sal-punt li hu xieraq għall-ambjent tal-azzjonijiet
esterni. ·
Ġestjoni permezz ta' istituzzjonijiet
finanzjarji il-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta'
strumenti finanzjarji hija ġeneralment mogħtija lill-Grupp tal-BEI,
istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra jew istituzzjonijiet
finanzjarji pubbliċi fejn mill-inqas Stat Membru wieħed huwa
azzjonist. Il-ġestjoni tista' wkoll issir permezz ta' struttura ta'
investiment imwaqqfa skont il-liġi nazzjonali u l-konċentrazzjoni ta'
riżorsi minn sorsi differeni tas-settur pubbliku u dak privat. Ikun
possibbli wkoll li jkun hemm delegazzjoni ulterjuri lil atturi finanzjarji
privati. Ġustizzja
1.
Għanijiet tal-Politika
Il-politiki tal-UE dwar il-ġustizzja,
id-drittijiet fundamentali, iċ-ċittadinanza u l-ugwaljanza huma
bbażati fuq il-valuri u l-prinċipji fundamentali tal-UE,
bħad-demokrazija, il-libertà, it-tolleranza, in-nondiskriminazzjoni u
l-istat tad-dritt. Il-politika tappoġġa l-ħolqien ta' żona
pan-Ewropea ta' liġi, drittijiet u ġustizzja,
għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha tal-UE. Fl-Ewropa tal-lum, miljuni ta' ċittadini
huma involuti f'attivitajiet li jmorru lil hinn mill-fruntieri – fil-ħajja
privata tagħhom, permezz tax-xogħol jew tal-istudji, jew bħala
konsumaturi. Il-Kummissjoni tfittex li toffri soluzzjonijiet prattiki għal
problemi transkonfinali kemm għaċ-ċittadini kif ukoll
għan-negozji: għaċ-ċittadini sabiex iħossuhom komdi
meta jgħixu, jivvjaġġaw u jaħdmu fi Stat Membru ieħor
u biex ikollhom fiduċja li d-drittijiet tagħhom huma protetti
irrispettivament minn fejn jinsabu fl-UE; u għan-negozji biex jagħmlu
użu sħiħ tal-opportunitajiet li jipprovdilhom is-suq uniku. L-għodda ewlenija biex tinbena żona
ta' ġustizzja tal-UE hija l-leġiżlazzjoni, u l-Kummissjoni
għandha programm ambizzjuż biex twaqqaf standards madwar l-UE kollha
sabiex in-nies ikunu jistgħu jistrieħu fuq l-istess livell
bażiku ta' ġustizzja (pereżempju jekk ikunu vittmi ta' delitt) u
jgawdu minn trattament mhux diskriminatorju kullimkien fl-Ewropa. It-Trattat
ta' Lisbona joffri opportunitajiet ġodda għal kooperazzjoni
ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali u ċivili u jagħti kompitu
lill-UE biex tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja
madwar l-UE. It-Trattat jipprovdi wkoll għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza
bejn is-sessi u għan-nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini
razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin reliġjuż,
id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentament sesswali fil-politiki u
l-attivitajiet kollha tal-UE. Biex dawn id-drittjiet u l-liġijiet isiru
effettivi fil-prattika, jeħtieġ jiġu implimentati kif suppost u
n-nies – minn ċittadini sal-imnħallfin – jeħtieġ jifhmuhom
u jkunu jafu kif jużawhom. Il-Kummissjoni għaldaqstant tmexxi
sensiela ta' programmi finanzjarji dedikati b'appoġġ
għal-leġiżlazzjoni u l-politiki tagħha, b'fokus fuq
kwistjonijiet transkonfinali li jistgħu jiġu indirizzati b'mod
adegwat permezz ta' azzjoni kkoordinata fil-livell tal-UE biss.
2.
Strumenti
Il-Kummissjoni
tipproponi li tissimplifika l-programmi f'dan il-qasam fi programm għall-Ġustizzja
u programm għad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza. Dan
l-approċċ se jissimplifika l-arranġamenti
għall-finanzjament u se jipprovdi aktar koerenza u konsistenza matul
il-firxa kollha tal-attivitajiet li jirċievu l-fondi. Il-programmi
integrati se jiffukaw fuq sensiela ta' prioritajiet tematiċi u se
jiffinanzjaw attivitajiet li joffru valur miżjud ċar tal-UE,
bħal: ·
Taħriġ għal professjonisti legali (bħal imħallfin u prosekuturi) biex jipprovdilhom
l-għdod meħtieġa sabiex iħaddmu d-drittijiet u
l-ġustizzja tal-UE fil-prattika u joħolqu fiduċja
reċiproka, li hija l-bażi fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u
l-ġustizzja; ·
Tisħiħ tan-netwerks, jiġifieri organizzazzjonijiet madwar l-UE kollha biex jassistu
fit-tħejjija ta' inizjattivi futuri f'dan il-qasam, kif ukoll biex
jippromwovu l-implimentazzjoni konsistenti tagħhom madwar l-Ewropa; ·
Kooperazzjoni u infurzar transkonfinali, pereżempju jitwaqqfu sistemi ta' allarm għal tfal neqsin,
koordinazzjoni ta' operazzjonijiet u kooperazzjoni transkonfinali kontra d-droga;
kif ukoll ·
Informazzjoni u sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, inkluż sostenn għal kampanji nazzjonali u Ewropej biex
jinfurmaw lill-pubbliku dwar drittijiethom, kif iggarantiti bil-liġi
tal-UE u kif dawn jiġu infurzati fil-prattika. Fejn possibbli
il-programmi se jippermettu l-parteċipazzjoni possibbli ta' pajjiżi
kandidati u potenzjalment pajjiżi terzi oħrajn.
3.
Implimentazzjoni
It-tnaqqis fl-għadd ta' programmi ta'
finanzjament u l-konċentrazzjoni tal-prioritajiet kollha ta' finanzjament
se jippermettu li l-istess sett ta' regoli jiġi applikat fl-oqsma kollha u
li l-proċeduri jiġu ssimplifikati. Dan se jwassal għal titjib
fl-effiċjenza kemm għall-Kummissjoni kif ukoll
għall-benefiċjarji tal-fondi tal-UE. It-tnaqqis fil-bażijiet
legali u fl-intestaturi tal-baġit se jippermettu għal aktar
flessibbiltà, u għaldaqstant għal fokus aħjar fuq
il-prioritajiet tal-politiki tal-UE kif ukoll eżekuzzjoni baġitarja
aħjar. Il-kummissjoni tipproponi li tkompli
tiffinanzja lill-aġenziji eżistenti fil-qasam tal-ġustizzja u
d-drittijiet fundamentali, kif ukoll li twassal valur miżjud sinifikanti
għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki f'dan il-qasam. Dawn
l-aġenziji jinkludu l-EUROJUST, l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza
bejn is-Sessi u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet
Fundamentali.
4.
Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020
Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti
tal-2011. Baġit totali propost 2014-2020 li minnhom Programm għall-Ġustizzja Programm għad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza || EUR 802 miljun EUR 416 miljun EUR 387 miljun Politika
dwarl-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
1.
Għanijiet tal-Politika
Ambjent marittimu b'saħħtu huwa sors
importanti ta' diversità bioloġika li tipprovoka firxa wiesgħa ta'
benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambejntali. Huwa wkoll is-sors
tal-ikel tal-baħar nutrittiv u sigur li aħna fl-Ewropa ingawdu minnu
bħala parti importanti mid-dieta tagħna. Il-komunitajiet kostali,
fejn is-sajd għandu rwol importanti – bl-istili ta' ħajja
tagħhom, il-kulturi, it-tradizzjoni u l-għarfien akkumulat tul
iż-żmien – jiddependu fuq impjiegi relatati mas-sajd – fil-flotta
tas-sajd, fl-akwakultura, fis-settur tal-ipproċessar tal-ikel jew
fil-poritjiet tas-sajd. Is-sajd u ż-żoni kostali huma wkoll
partikolarment vulnerabbli għall-impatti tat-tibdil fil-klima,
inklużi l-għargħar, l-erożjoni tal-kosta u l-livell
tal-baħar li qed jogħla. L-UE tinsab impenjata li tikseb ġestjoni
sostenibbli ibbażata fuq l-ekosistema għas-sajd tagħha. Wara
reviżjoni komprensiva, il-Kummissjoni dalwaqt se tipproponi riforma radikali
tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) li se twassal għal bidliet fundamentali
fil-mod kif is-sajd huwa ġestit sabiex ikun żgurat l-isfruttament
sostenibbli tar-riżorsi tal-ħut u tal-futur tas-sajd fl-Ewropa. Din
ir-riforma se tkun akkumpanjata minn riorjentament importanti tal-finanzjament
tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) u l-Politika Marittima Integrata (PMI), li
se jinkludi: ·
Tqassim mill-ġdid ta' sussidji diretti
ineffiċjenti għall-flotta konformi mal-objettivi tal-Istrateġija
Ewropa 2020, inklużi inċentivi sabiex l-industrija tas-sajd
tirriforma, tiġġedded u tistad b'mod sostenibbli. ·
Tidjieq id-diskrepanza tal-innovazzjoni bejn
is-sajd u setturi oħra tal-ekonomija, b'hekk il-flottot tas-sajd tal-UE
jsiru aktar vjabbli u kompetittivi u jagħtu kontribut għat-tkabbir u
l-impjiegi lil komunitajiet li jiddependu mis-sajd; ·
Il-faċilitazzjoni tat-tranżizzjoni lejn
sajd b'impatt baxx, bl-eliminazzjoni ta' ħut skartat u b'impatt baxx fuq
l-ekosistemi marini; ·
Kontribut għal ġestjoni sostenibbli
tal-ekosistemi marini u l-ekosistemi li jiddependu mill-akwakultura; ·
Appoġġ imsaħħaħ għal
azzjonijiet kollettivi inklużi l-kummerċjalizzazzjoni u
l-produzzjoni, bi rwol aktar b'saħħtu għall-Organizzazzjonijiet
tal-Produtturi; ·
Aktar konċentrazzjoni fuq il-vjabbiltà tal-komunitajiet
kostali u interni li jiddependu fuq is-sajd, inkluż billi jingħata
aktar valur lill-attivitajiet relatati mas-sajd u permezz ta’diversifikazzjoni
għal setturi oħrajn tal-ekonomija marittima; ·
Akwakultura kompetittiva u sostenibbli li
tagħti lill-konsumaturi tal-UE prodotti sustanzjużi u b’valur
għoli ta’ nutrizzjoni. ·
Tisħiħ tal-kontroll u tal-ġbir
tad-dejta, li jiggarantixxu osservanza aħjar u politika bbażata
għal kollox fuq l-għarfien. ·
Politika Marittima Integrata ffukata fuq
il-promozzjoni sostenibbli tat-tkabbir fis-setturi u r-reġjuni marittimi.
2.
Strumenti
Il-politika riformata dwar l-affarijiet
marittimi u tas-sajd se tiffoka fuq Fond ġdid Ewropew
għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd (EMFF), li se jiġi strutturat
madwar 4 pilastri: ·
Sajd Intelliġenti
u Favur l-Ambjent (ġestjoni kondiviża) biex titrawwem
it-tranżizzjoni għal sajd sostenibbli li huwa aktar selettiv, li ma
jipproduċix ħut skartat, li jagħmel inqas ħsara
lill-ekosistemi marittimi u b'hekk jagħti kontribut lill-ġestjoni
sostenibbli tal-ekosistemi marittimi; u li jingħata sostenn iffokat fuq
l-innovazzjoni u l-valur miżjud, li jagħmlu s-settur tas-sajd
ekonomikament vjabbli u reżiljenti għax-xokkijiet minn barra u
għall-kompetizzjoni minn pajjiżi terzi. ·
Akwakultura Intelliġenti u Favur l-Ambjent (ġestjoni kondiviża) - biex tinkiseb akwakultura
ekonomikament vjabbli, kompetittiva u favur l-ambjent, kapaċi
taffaċċja l-kompetizzjoni globali u tagħti lill-konsumaturi
tal-UE prodotti b’valur għoli ta’ nutrizzjoni. ·
Żvilupp Territorjali Sostenibbli u
Inklużiv (ġestjoni kondiviża) – sabiex
tinqaleb it-tendenza negattiva ta’ ħafna komunitajiet kostali u interni li
jiddependu fuq is-sajd, billi jiżdied il-valur tas-sajd u tal-attivitajiet
relatati mas-sajd u permezz ta’diversifikazzjoni għal setturi oħrajn
tal-ekonomija marittima. ·
Politika Marittima Integrata (ġestjoni ċentralizzata diretta) biex issostni dawk
il-prioritajiet trasversali li għandhom potenzjal reali li
jiġġeneraw iffrankar u tkabbir iżda li l-Istati Membri mhux ser
jipproċedu dwarhom waħedhom – bħall-għarfien marin,
l-ippjanar tat-territorju marittimu, ġestjoni integrata taż-żona
kostali u s-sorveljanza marittima integrata u l-adattament għall-effetti
negattivi tat-tibdil fil-klima fuq iż-żoni tal-kosta. Flimkien mal-erba’ pilastri, l-EMFF se
jinkludi miżuri ta' akkumpanjament fl-oqsma tal-ġbir tad-dejta u
tal-konsulenza xjentifika, il-kontroll, il-governanza, is-swieq tas-sajd
(inklużi r-reġjuni l-aktar imbiegħda), pagamenti volontarji
lill-Organiżazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd
(RFMOs) u assistenza teknika. Huwa se jibni fuq l-azzjonijiet relatati mas-sajd
u l-politika marittima li se jkollhom appoġġ mill-Qafas
Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni. Il-politika se tkun tinkludi wkoll
żewġ strumenti internazzjonali: ·
Ftehimiet ta’
Sħubija dwar is-Sajd (FPAs) li jistabbilixxu qafas legali, ekonomiku u
ambjentali għall-attivitajiet tas-sajd li jitwettqu mill-bastimenti
tas-sajd tal-UE fl-ibħra ta’ pajjiżi terzi li mhumiex
f’pożizzjoni li waħedhom jisfruttaw għal kollox b'mod
sostenibbli l-istokkijiet ta' ħut. ·
Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni
tas-Sajd (RFMOs), li huma korpi internazzjonali
komposti minn Stati, Organizzazzjonijiet Reġjonali Ekonomiċi ta'
Integrazzjoni (l-UE) u entitajiet tas-sajd stabbiliti sabiex jiggarantixxu
l-konservazzjoni u s-sostenibbiltà tar-riżorsi tas-sajd fl-ibħra
internazzjonali
.
3.
Implimentazzjoni
L-arkitettura tal-atti legali li fuqha huma
bbażati l-programmi se tiġi ssimplifikata ħafna. Se
jinħoloq EMFF uniku, li jintegra taħt qafas wieħed l-istrumenti
kollha eżistenti marittimi u tas-sajd, bl-eċċezzjoni
tal-Ftehimiet Internazzjonali dwar is-Sajd u s-sħubija tal-UE fl-RFMOs.
Dan l-approċċ se jippermetti sinerġiji akbar u tnaqqis fil-piż
amministrattiv, f’termini ta’ pprogrammar, ġestjoni, monitoraġġ
u evalwazzjoni, kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Qafas Komuni
Strateġiku li jkopri l-fondi strutturali kollha se jippernmetti
miżuri li jappoġġaw il-politiki Marittimi u tas-Sajd li se
jiġu programmati fil-fondi l-oħra koperti mill-Qafas. L-għadd tal-oqsma tan-nefqa li
qegħdin taħt ġestjoni kondiviża se jiżdiedu, u b’hekk
jagħtu lill-Istati Membri akbar flessibbiltà u perspettiva strateġika
għal perjodu itwal. L-EMFF ser ikun kopert mill-Qafas Strateġiku
Komuni u mill-Kuntratti ta’ Sħubija li jkopru l-fondi kollha tal-UE
b’ġestjoni kondiviża.
4.
Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020
Ċifri kollha fi prezzijiet kostanti
tal-2011. Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd (EMFF) u Ftehimiet Internazzjonali dwar is-Sajd / RFMOs || EUR 6,7 biljun Riċerka u
innovazzjoni
1.
Għanijiet tal-Politika
L-Ewropa teħtieġ riċerka u
innovazzjoni mill-aktar avvanzati li jmorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali,
li jlaqqgħu flimkien dixxiplini xjentifiċi, teknoloġiji u
kompetenzi tan-negozju differenti, u li jiġbdu lejhom talent minn madwar
id-dinja kollha. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma essenzjali sabiex
tiġi sostnuta l-pożizzjoni tal-UE fis-swieq globalizzati tal-lum li
qiegħdin jinbidlu b'rata mgħaġġla u sabiex jintlaqgħu
l-isfidi tal-futur. L-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa
se joħloq opportunitajiet ġodda ta' impjiegi u se jiżgura
t-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività fl-Ewropa għal żmien twil. Huma wkoll meħtieġa avvanzi xjentifiċi,
teknoloġiji ġodda u innovazzjonijiet sabiex ikunu indirizzati
l-isfidi urġenti tas-soċjetà bħat-tibdil fil-klima,
it-tixjiħ tal-popolazzjoni u l-iskarsezza tar-riżorsi. Dawn huma
sfidi kbar ħafna li jeħtieġu sejbiet prinċipali
fir-riċerka u l-innovazzjoni, u li uħud minnhom jistgħu biss
jinkisbu permezz ta' azzjoni koordinata fil-livell Ewropew. Riċerka
ffinanzjata mill-UE u li saret fil-passat, pereżempju, ġabret
għarfien espert minn ċentri ewlenin madwar l-Ewropa kollha li
rriżultat f'mod innovattiv kif tiġi skoperta u kkurata l-marda
tal-Alzheimer. Skoperti bħal dawn se jaffettwaw ferm il-ħajjiet
taċ-ċittadini Ewropej billi jkun hemm titjib fil-kwalità tal-kura
tas-saħħa, fil-mudelli ġodda ta' xogħol u ħajja
privata u f'għajxien aktar sigur. L-innovazzjonijiet ta' suċċess
u li jindirizzaw dawn l-isfidi se jipprovdu opportunitajiet kbar ħafna
għall-kumpaniji biex dawn jikbru u joħolqu impjiegi ġodda. Iżda, minkejja l-importanza fundamentali
tar-riċerka u l-iżvilupp, il-prestazzjoni tal-Ewropa fir-rigward ta'
dawn baqgħet wara dik tal-Istati Uniti u l-Ġappun filwaqt li
ċ-Ċina, il-Brażil u l-Indja qed ilaħħqu b'rata
mgħaġġla. Biex din it-tendenza ta' bħalissa tinbidel,
l-Istrateġija Ewropa 2020 tistabbilixxi mira li żżid
l-infiq fuq l-R&D għal 3 % tal-PDG sal-2020. Prijorità
partikolari hija dik li żżid ir-riċerka u l-innovazzjoni
mmexxija min-negozju, permezz ta', pereżempju, l-użu tal-finanzjament
pubbliku għall-ingranaġġ tal-investimenti privati. Flimkien mal-finanzjament nazzjonali u dak
tas-settur privat, il-baġit tal-UE jista' jkun ta' kontribut importanti
sabiex jintlaħqu dawn il-miri u sabiex il-prestazzjoni tal-Ewropa
fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni tingħata spinta 'l quddiem.
2.
Strumenti
Pass ewlieni biex iseħħ
l-immodernizzar tal-programmi tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni
huwa dak li permezz ta' Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u
l-Innovazzjoni (Common Strategic Framework for Research and Innovation - CSF)
uniku jinġabru flimkien it-tliet inizjattivi u sorsi ta' finanzjament prinċipali
eżistenti: –
is-seba' Programm Kwadru (FP7); –
il-parti li titratta l-innovazzjoni fil-Programm
ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP); u –
L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u
t-Teknoloġija (EIT). Is-CSF se jistabbilixxi l-għanijiet strateġiċi
għall-azzjonijiet kollha ta' finanzjament fir-rigward tar-riċerka u
l-innovazzjoni tal-UE. Dan se jkun aktar razzjonalizzat minn skemi ta'
finanzjament li hemm bħalissa u se jkun implimentat permezz ta' regoli u
proċeduri armonizzati. B'dan il-mod, l-attivitajiet ta' riċerka u
innovazzjoni se jkunu miġbura flimkien b'mod konsistenti u l-impatt
tal-finanzjament tal-UE se jiżdied. Is-CSF se jżid il-valur
miżjud tal-intervenzjonijiet min-naħa tal-UE permezz ta' ħolqien
tal-livell kritiku għar-riżorsi, l-għarfien espert u
l-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni li ma jkunx jista'
jintlaħaq fil-livell nazzjonali. Billi jagħmel il-finanzjament tal-UE
għar-riċerka wieħed aktar sempliċi u konsistenti, is-CSF se
jkun aktar favur l-SMEs u miftuħ għal parteċipanti ġodda.
Se jtejjeb it-tixrid tal-għarfien meħtieġ
għall-innovazzjoni u għat-tfassil tal-politika. Se jippermetti
liċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka li jikkontribwixxi
b'mod aktar effettiv fir-rigward tat-tfassil tal-politika. Se jagħti
orjentazzjoni aktar strateġika lill-kooperazzjoni internazzjonali filwaqt
li jsaħħaħ iż-Żona Ewropea tar-Riċerka. F'dan il-qafas ġenerali, is-CSF se jkopri
riċerka diretta u indiretta, kull waħda minnhom strutturata madwar
tliet elementi differenti iżda li jsaħħu lil xulxin f'konformità
mal-prijoritajiet tal-Ewropa 2020: (1)
Livell ta' eċċellenza fil-bażi
xjentifika. Dan l-element se jsaħħaħ
l-eċċellenza ta' klassi dinjija li l-UE għandha fil-qasam
tax-xjenza billi tiżviluppa t-talent fl-Ewropa u tiġbed lejha
riċerkaturi ewlenin. L-enfasi se tkun fuq: appoġġ aktar
b'saħħtu għar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien
(permezz tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka); teknoloġiji futuri u
dawk emerġenti; żvilupp fil-ħiliet, fit-taħriġ u
fil-karriera tar-riċerkaturi (Azzjonijiet Marie Curie); u netwerking
tal-infrastrutturi ta' riċerka prijoritarji (inkluż
e-infrastrutturi), l-aċċessibbiltà għalihom u l-iżvilupp
tagħhom. (2)
Jingħelbu l-isfidi tas-soċjetà. Bħala risposta diretta għall-isfidi identifikati
fl-istrateġija Ewropa 2020, dan l-element se jsostni l-attivitajiet
li jkopru l-ispettru sħiħ, mir-riċerka għas-suq. Se
jintegra l-azzjonijiet ta' innovazzjoni (proġetti pilota, dimostrazzjoni,
bażijiet sperimentali, appoġġ għall-akkwist pubbliku u t-tqegħid
fis-suq tal-innovazzjoni), approċċi transdixxiplinarji u riċerka
soċjoekonomika u umanistika. L-enfasi se tkun fuq: saħħa, tibdil
fid-demografija u l-benesseri; sigurtà alimentari u ekonomija bbażata fuq
il-bijoloġija; enerġija sigura, nadifa u effiċjenti; trasport
intelliġenti, ekoloġiku u integrat; provvista ta' materja prima;
użu effiċjenti tar-riżorsi u azzjoni klimatika; u, jinkludi,
soċjetajiet innovattivi u siguri (inkluż iċ-ċibersigurtà u
l-Internet li jsir post aktar sigur). Permezz tal-Komunitajiet ta'
Għarfien u Innovazzjoni tiegħu, l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u
t-Teknoloġija jikkontribwixxi bis-sħiħ għall-indirizzar
tal-isfidi, b’baġit miżjud ħafna. (3)
Ħolqien ta' oqfsa għat-tmexxija
industrijali u kompetittivi. Sabiex ir-riċerka u
l-innovazzjoni tan-negozji ikunu sostnuti u mħeġġa fir-rigward
tat-teknoloġiji ta' appoġġ; servizzi u setturi emerġenti
b'enfasi qawwija fuq l-ingranaġġ tal-investiment tas-settur privat
fl-R&D; u biex ikunu indirizzati problemi li jolqtu speċifikament
lill-SMEs. Azzjonijiet prijoritarji se jkopru: żieda fl-investimenti
strateġiċi u fit-tmexxija fir-rigward ta' teknoloġiji u servizzi
ta' appoġġ u industrijali li hemm bħalissa u dawk tal-futur,
b'appoġġ iddedikat għall-ICT (inkluż
mikroelettronika/nanoelettronika u fotonika); nanoteknoloġija, materjali
avvanzati, sistemi ta' manifattura avvanzati; bijoteknoloġija
industrijali; riċerka u innovazzjoni fil-qasam tal-ispazju u
teknoloġiji b'użu baxx tal-karbonju u dawk ta' adattament
b'attenzjoni partikolari għall-garanzija ta' approċċ integrat
lejn teknoloġiji ewlenin ta' appoġġ; aċċess b'mod
aktar faċli għal kapital u finanzjament tar-riskju (li jibni fuq
il-Faċilità ta' Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji
tal-FP7 u l-istrumenti finanzjarji tas-CIP); u, il-provvediment ta'
appoġġ mifrux mal-UE kollha għall-innovazzjoni fl-SMEs li
għandhom potenzjal għoli ta' tkabbir. L-approċċ se jkun jinkludi kemm
attivitajiet immexxija minn aġenda kif ukoll spazji aktar miftuħa
fejn l-applikanti jkunu jistgħu jipproponu proġetti innovattivi u
soluzzjonijiet ġodda.
3.
Implimentazzjoni
F'konformità mal-kunċett ta' Qafas
Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (CSF),
l-implimentazzjoni se tkun waħda simplifikata u standardizzata. Din
is-simplifikazzjoni se tikkonċerna kemm l-iskemi ta' finanzjament kif
ukoll regoli amministrattivi għall-parteċipazzjoni u t-tifrix
tar-riżultati. Il-grupp ta' regoli uniku u ġdid se japplika
għat-tliet elementi tas-CSF, filwaqt li se jiġu kkunsidrati
l-partikolaritajiet tal-EIT (u l-ħtiġijiet tiegħu li jkun hemm
flessibbiltà regolatorja) flimkien ma' dawk tal-SMEs. Il-karatteristiċi
operazzjonali ewlenin tas-CSF jinkludu dawn li ġejjin: ·
Fis-CSF se jkun użat grupp razzjonalizzat
ta' skemi ta' finanzjament u strumenti filwaqt li jissokta l-użu ta'
dawk li qiegħdin jaħdmu tajjeb fil-programmi ta' bħalissa,
jingħaqdu dawk li għandhom għanijiet simili, u jitwaqqfu dawk li
m'għadhomx tajbin għall-għan li kienu maħsuba għalih.
Flimkien mal-għoti ta' finanzjament, se jsir użu akbar mill-istrumenti
finanzjarji innovattivi. Se jiġu wkoll ikkunsidrati l-akkwist
prekummerċjali u l-premijiet. ·
Għall-karatteristiċi kollha se jkun
applikat grupp uniku ta' regoli li jkopri l-eliġibbiltà,
il-kontabbiltà, ir-rappurtar u l-awditjar. Se jintlaħaq bilanċ
ġdid bejn l-affidabbiltà u l-kontroll u bejn it-teħid tar-riskji u
l-evitar ta' dawn. Sabiex jitħaffef il-piż amministrattiv
għall-benefiċjarji (dawk li jirċievu l-għotja) se jiġi
introdott approċċ ta' rimborż tal-kost issimplifikat
għall-aħħar ibbażat fuq l-aktar approvazzjoni wiesgħa
possibbli tal-prattika ta' kontabbiltà u mmaniġġjar li s-soltu
jħaddnu l-benefiċjarji u li juża ferm aktar is-somom ta' flus
f’daqqau rati fissi. Il-benefiċjarji se jkunu mitluba jisfruttaw
ir-riżultati jew jagħmluhom pubblikament disponibbli permezz ta'
mezzi ta' tixrid xierqa. ·
Il-proġetti se jkunu jistgħu jibdew
aktar qabel minħabba l-fatt li l-fażi
tal-għażla u l-fażi ta' negozjar ta' wara l-evalwazzjoni se
jkunu ferm iqsar. Se jiġu pprovduti servizzi aktar sempliċi ta' gwida
u ta' pariri lill-applikanti u l-parteċipanti permezz ta' portal uniku
tal-IT. Barra minn hekk, l-istrutturi ta' appoġġ fl-Istati Membri se
jkunu razzjonalizzati sabiex jiġi stabbilit one-stop shop
għall-attivitajiet kollha li jaqgħu taħt is-CSF fil-lingwa
nazzjonali. Se jiġu introdotti miżuri speċifiċi sabiex jassistu
lir-riċerkaturi u innovaturi li għandhom talent iżda li
m'għandhomx esperjenza fl-aċċess għall-finanzjament tal-UE.
Fis-CSF se jiġi applikat approċċ uniku ta' awditjar. ·
Il-kwalità, l-effiċjenza u l-konsistenza
tal-implimentazzjoni tas-CSF se jkunu mtejba permezz ta' esternalizzazzjoni
prinċipali li tibni fuq il-progress li sar fil-programmi ta'
bħalissa. L-aġenziji eżekuttivi stabbiliti fil-qafas
tal-programmi ta' bħalissa se jitkabbru sabiex jiksbu ekonomiji ta' skala.
Se jsir aktar użu mis-Sħubijiet bejn il-Pubbliku u l-Privat
mal-industrija u s-Sħubijiet bejn il-Pubbliku u l-Privat mal-programmi
tal-Istati Membri, permezz ukoll tal-użu ta' possibbiltajiet ġodda
previsti fir-Regolamenti Finanzjarji riveduti. Dawn is-sħubijiet se
jibbażaw ruħhom fuq impenn qawwi li jsir min-naħat kollha biex
dawn jgħaqqdu flimkien ir-riżorsi u b'hekk l-investimenti f'żoni
strateġiċi jingħataw spinta 'l quddiem u tingħeleb
il-frammentazzjoni tal-isforzi. ·
Allinjament strateġiku tar-riżorsi
tal-UE, dawk nazzjonali u reġjonali permezz ta'
Programmar Konġunt flimkien mal-Istati Membri se jżid il-valur
miżjud u l-impatt tal-investimenti ġenerali. ·
Żieda fl-użu ta' strumenti finanzjarji
innovattivi se tkun ta' ingranaġġ għall-investimenti privati
fuq ir-riċerka u l-iżvilupp, inkluż investimenti fuq il-kapital
tar-riskju għall-kumpaniji innovattivi u ta' teknoloġija avvanzata,
b'mod partikolari l-SMEs. Dawn se jkunu mmaniġġjati esternament
mill-Grupp tal-Bank ta' Investiment Ewropew jew istituzzjonijiet finanzjarji
internazzjonali jew istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħrajn fejn
mill-inqas Stat Membru wieħed ikun azzjonist, skont ir-regoli komuni
għad-dejn u l-ekwità. B'dan il-mod, qed ikun antiċipat li madwar
żewġ terzi mill-baġit tas-CSF jista' jkun implimentat esternament
(madwar nofs fil-perjodu preżenti), maqsum bejn il-varji mekkaniżmi
ta' appoġġ. Il-livell u n-natura ta' esternalizzazzjoni għandhom
ikunu ddeterminati, fost oħrajn, mill-impatt fuq l-effiċjenza u
l-baġit ġenerali ġestit u dan jista' jwassal għal aktar
simplifikazzjoni fir-regoli li japplikaw għall-maniġment
esternalizzat. Madankollu, il-Kummissjoni għandha żżomm
ir-responsabbiltajiet diretti tal-immaniġġjar b'mod partikolari
f'żoni marbuta ma' kompetenzi ta' politika ċentrali. Se jkunu żgurati komplimentarità u
sinerġiji mal-finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni li
se jitwasslu permezz ta' politika ta' koeżjoni u dan billi ssir differenza
b'mod ċar bejn l-għanijiet u l-metodi ta' intervenzjoni.
Ir-riċerka u l-innovazzjoni jinsabu fil-qalba tal-prosperità u l-benessri
tar-reġjuni kollha tal-UE, u huwa fl-interess tal-Istati Membri li jinbnew
sistemi eċċellenti, b'saħħithom u effiċjenti ta'
riċerka u innovazzjoni. L-intervenzjonijiet tas-CSF se jikkontribwixxu għal
dan permezz ta' allokazzjonijiet ta' finanzjament ibbażati fuq livelli ta'
eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni minkejja
l-pożizzjoni ġeografika tagħhom. L-intervenzjonijiet
tal-politika ta' koeżjoni se jittejbu bħala l-aktar strument importanti
fil-bini tal-kapaċità fir-riċerka u l-innovazzjoni fuq livell
reġjonali, inkluż l-iżvilupp ta' infrastrutturi ta'
riċerka, permezz ta' allokazzjonijiet ta' finanzjament ibbażati fuq
pakketti predefiniti għal dawk ir-reġjuni li huma eliġibbli.
Il-Kuntratti ta' Sħubija ma' Stati Membri, flimkien mas-CSF, se
jappoġġjaw strateġiji intelliġenti ta'
speċjalizzazzjoni li jindirizzaw il-prijoritajiet stabbiliti fis-CSF u
bbażati fuq il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni reġjonali/lokali. Dan
għandu jipprovdi mod kif wieħed jasal
għall-eċċellenza, u maż-żmien għandu jwassal
għal numru akbar ta' riċerkaturi u innovaturi eċċellenti
mir-reġjuni (l-aktar minn reġjuni ta' konverġenza) li jkollhom
il-ħila jistabbilixxu programmi li jaqblu b'mod sħiħ mas-CSF,
iżda wkoll li jsaħħu l-ħila tar-reġjuni kollha sabiex
jagħmlu użu sħiħ mill-potenzjal tagħhom
għall-innovazzjoni. Se tkun stabbilita wkoll interfaċċja xierqa
flimkien mal-PAK sabiex jiġu sostnuti r-riċerka u l-innovazzjoni
fl-agrikoltura, u b’attivitajiet rilevanti tal-edukazzjoni u programmi
oħra tal-UE, inkluż is-sigurtà.
4.
Allokazzjoni proposta tal-Baġit għall-2014-2020
Ċifri fi prezzijiet kostanti tal-2011 Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni || EUR 80 biljun Amministrazzjoni L-intestatura
tal-amministrazzjoni tal-baġit tal-UE tiffinanzja l-attivitajiet
tal-Istituzzjonijiet kollha tal-UE – il-Parlament Ewropew (madwar 20 %),
il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (7%), il-Kummissjoni (40%) u l-Istituzzjonijiet
l-oħra bħall-Qorti tal-Ġustizzja, is-Servizz tal-Azzjoni Esterna
jew l-Ombudsman Ewropew (15%), u wkoll il-pensjonijiet (16%) u l-Iskejjel
Ewropej (2%). L-amministrazzjoni tirrappreżenta parti
relattivament żgħira mill-baġit tal-UE – 5,7% tal-MFF kurrenti.
Dan is-sehem ma nbidilx b'mod sinifikanti fis-snin riċenti minkejja
l-ikbar tkabbir tal-UE li qatt sar, numru li qed jiżdied ta'
istituzzjonijiet u korpi li jinsabu madwar l-UE kollha, dmirijiet addizzjonali
li jwasslu naturalment għal numru dejjem akbar ta' persunal u, aktar tard,
ukoll pensjonanti. Il-parti amministrattiva tal-baġit hija użata
sabiex tħallas għas-salarji u l-pensjonijiet, il-kost operazzjonali
bħall-binjiet, il-laqgħat tal-esperti, spejjeż ta'
vjaġġi ta' xogħol, sistemi tal-IT u spejjeż oħra
relatati. Hija tkopri l-kostijiet biex titmexxa Unjoni bi 23 lingwa,
għall-finijiet tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni. Hija wkoll il-parti
tal-baġit li tħallas għas-sistema tal-Iskejjel Ewropej bi
skejjel f'diversi Stati Membri. Ladarba n-nefqa fuq il-pensjonijiet u l-Iskejjel
Ewropej hija ta' natura differenti u hija influwenzata minn xejriet fit-tul,
il-proposta MFF tal-Kummissjoni tippreżenta n-nefqa amministrattiva
meħtieġa għall-funzjonament tal-Istituzzjonijiet tal-UE
separatament, bħala subintestatura fl-Intestatura V
(bl-esklużjoni tal-pensjonijiet u l-Iskejjel Ewropej). Il-Kummissjoni tqis li huwa diffiċli
iżda fattibbli li t-tkabbir tal-kostijiet amministrattivi
(Intestatura V tal-baġit) jiġi limitat matul il-perjodu ta'
programmar li jmiss fuq il-bażi tal-limiti massimi tal-2013.
Għall-perjodu 2014-2020, dan ikun ifisser l-ebda żieda fin-nefqa
amministrattiva operazzjonali, bla ħsara għall-kostijiet addizzjonali
li jirriżultaw mit-tkabbir futur. Fl-2004, l-Unjoni Ewropea rriformat is-servizz
ċivili tagħha kompletament u għamlet il-liġi tal-persunal
tagħha waħda mill-aktar moderni ta' żmienha. Struttura
tal-karriera ġdida orjentata lejn ir-riżultati u bbażata fuq
il-mertu, status kuntrattwali ġdid għall-persunal li jwettaq
dmirijiet mhux essenzjali, riforma tas-sistema tal-pensjoni, metodi ġodda
tax-xogħol u kundizzjonijiet tax-xogħol favorevoli għall-familji
kienu biss xi wħud mid-diversi bidliet li ġabet magħha l-ewwel
riforma komprensiva tal-leġiżlazzjoni tas-servizz ċivili Ewropew
sa mill-1968. Din ir-riforma kienet tapplika mhux biss
għall-istituzzjonijiet, iżda wkoll għall-korpi u l-aġenziji
tal-UE stabbiliti kważi fl-Istati Membri kollha. Din ir-riforma
ppermettiet lill-UE tiffranka madwar EUR 3 biljun sa llum. Hija se
tkompli tiġġenera ffrankar għall-baġit tal-UE ta' madwar
EUR 5 biljun sal-2020. Żviluppi riċenti fl-ekonomija globali
kif ukoll il-ħtieġa sussegwenti li jiġu kkonsolidati l-finanzi
pubbliċi jitolbu sforz partikolari minn kull amministrazzjoni pubblika u
l-persunal tagħha sabiex itejbu l-effiċjenza u jaġġustaw
għat-tibdil fil-kuntest ekonomiku u soċjali. Dan il-kuntest japplika
wkoll għas-servizz ċivili Ewropew u l-amministrazzjonijiet
tal-istituzzjonijiet Ewropej. Il-Kummissjoni bħala amministrazzjoni
refgħet ir-responsabbiltajiet tagħha fis-snin riċenti billi
mxiet b'politika ta' tkabbir żero fil-persunal, billi rrispondiet
għal prijoritajiet politiċi ġodda permezz ta' riallokazzjoni
interna tal-persunal, billi stabbilixxiet għodod u proċeduri
għat-titjib tal-organizzazzjoni interna u l-effiċjenza tagħha u
l-aktar riċentement bil-proposta tagħha li tiffriża n-nefqa
amministrattiva għas-sena 2012. Minbarra dawn il-miżuri amministrattivi,
il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi tibdil għar-Regolamenti
tal-Persunal kurrenti li se jippermetti lill-istituzzjonijiet, korpi u
aġenziji kollha jkomplu jtejbu l-effiċjenza u jiffrankaw, filwaqt li
jiggarantaxxi servizz ċivili tal-UE attraenti u tal-ogħla livell li
jikkonsisti f'ċittadini mill-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni tqis ukoll li huwa
meħtieġ u possibbli ffrankar ikbar fl-istituzzjonijiet, il-korpi u
l-aġenziji kollha. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, il-Kummissjoni
ddeċidiet li tipproponi tnaqqis ta' 5% fil-persunal
għall-Istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji. Dan se jkun
wieħed mill-elementi ewlenin biex jinkiseb l-iffrankar u huwa parti
mill-inċentiva globali għall-istituzzjonijiet kollha sabiex
iżidu l-effiċjenza. Dan it-tnaqqis fil-persunal għandu jiġi
kkumpensat b'żieda fil-ħin tax-xogħol tal-persunal mingħajr
aġġustamenti li jikkumpensaw għal dan fil-pagi. L-isfida li jiġi limitat it-tkabbir
fin-nefqa amministrattiva, madankollu, se titlob modifiki addizzjonali
għall-qafas regolatorju tal-persunal tal-UE. Il-Kummissjoni bi
ħsiebha, b'mod partikolari: · Timmodifika l-metodu għall-aġġustament tas-salarji,
filwaqt li testendi l-'imposta speċjali' mħallsa mill-uffiċjali
kollha bir-rata massima preżenti ta' 5,5%. · Fid-dawl tal-iżviluppi demografiċi fl-Ewropa, tgħolli
l-età tal-irtirar minn 63 għal 65 sena u l-età tal-irtirar kmieni minn 55
għal 58 sena, filwaqt li tagħmilha attraenti li wieħed ikompli
jaħdem sa 67 sena.
Il-metodoloġija għall-ikkalkular tar-rata tal-kontribuzzjoni
tal-pensjoni se tkun ukoll allinjata mal-istandards internazzjonali tad-dovuti.
Din il-modifika se jkollha l-għan li tipprovdi lill-istituzzjonijiet u
lill-Istati Membri b'rata tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet aktar stabbli
u inqas sensittiva għall-varjazzjonijiet fir-rati tal-imgħax fuq
terminu qasir u għalhekk inqas suġġetta għal taqlib. · Tistabbilixxi rabta ċara bejn ir-responsabbiltajiet u l-grad:
il-kors tal-karriera fil-grupp ta' funzjoni AST se jiġi ristrutturat
sabiex l-ogħla żewġ gradi (AST 10 u 11) ikunu riżervati
għal uffiċjali li jeżerċitaw l-ogħla livell ta'
responsabbiltajiet f'din il-kategorija f'termini ta' responsabbiltà
għall-persunal, finanzjarja jew ta' koordinazzjoni; · Tirrekluta l-persunal klerikali u segretarjali bħala aġenti
kuntrattwali fuq bażi permanenti minflok bħala ħatra permanenti
ta' uffiċjal. Sabiex jiġi evitat parallelliżmu permanenti bejn
l-aġenti kuntrattwali u l-uffiċjali li jwettqu l-istess dmirijiet,
il-funzjonijiet klerikali se jiġu progressivament eliminati
għall-uffiċjali. · Iżżid in-numru minimu ta' sigħat maħduma kull
ġimgħa minn 37,5 għal 40, filwaqt li jinżamm il-massimu
kurrenti ta' 42 siegħa fil-ġimgħa. Din iż-żieda
fis-sigħat tax-xogħol se tgħin sabiex tikkumpensa
għat-tnaqqis ta' 5% tal-persunal. · Tadatta l-kalkolu tal-allowance għall-ivvjaġġar. Fir-rigward
tal-aġenziji, il-Kummissjon tixtieq ukoll tippreżenta xi emendi
għar-regolamenti tal-persunal sabiex tippermetti implimentazzjoni aktar
konsistenti u mingħajr problemi tar-regolamenti tal-persunal li jqisu
aħjar il-partikolaritajiet tal-aġenziji. Skont
il-konklużjonijiet tal-grupp ta' ħidma interistituzzjonali dwar
l-aġenziji, jistgħu jiġu ppreżentati miżuri
addizzjonali fil-futur, li jistgħu jġibu ffrankar ulterjuri min-nefqa
amministrattiva tal-aġenziji, li għandu jitqies fl-intestatura li
tikkorrispondi ma' dan fil-baġit tal-UE. Il-Kummissjoni se tipproponi li dawn
il-miżuri jiġu implimentati sa mill-bidu tal-2013, jiġifieri
qabel il-perjodu ta' programmar 2014-2020. Allokazzjoni
proposta tal-Baġit għall-2014-2020 Ċifri fi
prezzijiet kostanti tal-2011 Amministrazzjoni Li minnhom || EUR 62,6 biljun · Nefqa fuq il-pensjonijiet u l-Iskejjel Ewropej || EUR 12,2 biljun · Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet || EUR 50,45 biljun [1] COM(2010) 600 finali, adottata fis-26 ta' Ottubru 2010. [2] COM(2009) 82 finali u l-Konklużjonijiet
tal-Kunsill tat-30.11.2009 dwar qafas Komunitarju fuq il-prevenzjoni
tad-diżastri fi ħdan l-UE u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14.11.2008
dwar it-taħriġ Ewropew għall-ġestjoni tad-diżastri. [3] COM(2011)112: Pjan direzzjonali ghal ekonomija
kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fl-2050 ,
it-8 ta’ Marzu 2011 [4] Abbażi tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Pjan Direzzjonali tal-2050. [5] Il-bini fuq l-esperjenza tal-“programm NER 300"
li huwa mistenni li jimmobilizza madwar EUR 10 biljuni
(inklużi EUR 4 biljuni sa EUR 5 biljuni minn
dħul tal-irkant ta’ kwoti) għall-perjodu 2011-2015 bħala sostenn
għall-proġetti tal-Qbid u Ħżin tad-Diossidu tal-Karbonju u
ta' dimostrazzjoni ta' enerġija rinnovabbli. [6] COM (2010) 614. [7] COM (2010) 642. [8] Rapport dwar il-qgħad tal-Eurostat tal-10 ta’ Mejju 2011
u dejta tal-Eurostat dwar l-indikaturi tal-Ewropa 2020, l-20 ta’ Mejju 2011. [9] Il-QSK se jkopri l-FSE, il-Fond Ewropew
għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond
Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u
tas-Sajd. [10] L-esperjenza s’issa tissuġġerixxi li r-rata
tar-riintegrazzjoni hija ta’ madwar 40 % wara 12-il xahar u jistgħu
jiġu osservati aktar impatti pożittivi fuq perjodu itwal ta’
żmien. [11] Kif stipulat fir-Regolament Finanzjarju, dawn
l-azzjonijiet ma jirrikjedux att bażiku speċifiku
għall-implimentazzjoni tagħhom. L-approprjazzjonijiet finanzjarji
tagħhom jiġu allokati mill-Awtorità Baġitarja fuq bażi
annwali. [12] Għall-elementi proposti fis-subprogramm tal-Azzjoni kontra
t-Tibdil fil-Klima, ara d-dossier separat. [13] Il-pjanijiet ta’ azzjoni ambjentali huma pjanijiet jew
programmi għall-implimentazzjoni ta’ politika ambjentali speċifika,
kif meħtieġ mid-Direttivi ambjentali tal-UE (eż., Qafas ta’
Azzjoni Prijoritizzata taħt id-Direttiva dwar il-Ħabitats, Pjan ta’
Mmaniġjar għall-Baċin tax-Xmara taħt id-Direttiva ta’ Qafas
dwar l-Ilma, pjan ta’ minimizzazzjoni tal-iskart taħt id-Direttiva ta’
Qafas dwar l-Iskart, pjan ta’ taffija tat-tniġġis tal-arja sabiex
jintlaħqu r-rekwiżiti tal-kwalità tal-arja skont il-leġiżlazzjoni
CAFÉ (Clean Air for Europe), eċċ.), jew żviluppati
mill-awtoritajiet skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-UE (eż, pjan urban
sostenibbli, pjanijiet ta’ tmexxija taż-żoni marittimi integrati,
eċċ.). [14] COM (2011) 244. [15] Ir-Russja se tkompli tibbenefika mill-appoġġ ta’
kooperazzjoni transkonfinali u reġjonali skont l-ENI. [16] 20% tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta'
serra, sehem ta' 20% tal-enerġija li tiġġedded fil-konsum
tal-enerġija finali fl-UE u 20% titjib fl-effiċjenza tal-enerġija
sal-2020. [17] Għall-proġetti tat-trasport, ir-rati ta'
kofinanzjament se jvarjaw matul id-diversi modi skont id-disponibbiltà
tal-finanzjament tal-proġett. Se jkunu previsti rati ogħla ta'
kofinanzjament għal proġetti transkonfinali. Fir-reġjuni ta' konverġenza, ir-rati ta' kofinanzjament se
jkunu bbażati fuq ir-rati ta' kofinanzjament għall-investimenti skont
ir-regoli l-ġodda għall-Fondi ta' Koeżjoni u Strutturali [18] Abbażi tal-esperjenza bil-Programm Ewropew ta' Rkupru
Ekonomiku, huwa kkalkulat li tipikament sa 30% tal-kofinanzjament jista’ jkun
meħtieġ biex tittieħed id-deċiżjoni finali
għall-investiment u biex il-proġetti diffiċli transkonfinali
jiġu aġġornati. Fil-każ li proġett ma jkunx kummerċjalment
vjabbli li iżda għandu l-għan li jżid is-sigurtà tal-provvista
jew itemm l-iżolament ta' ċerti Stati Membri, ir-rata
meħtieġa ta' kofinanzjament tista' tkun saħansitra ogħla
(sa 80%). Daħla L-Unjoni Ewropea taħdem kuljum biex tgħin jitwettqu
l-aspirazzjonijiet ta' 500 miljun persuna. Nemmen li tista' tkun forza
għat-tiġdid ta' ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva
ħafna fl-Ewropa u globalment. Sabiex dan isir, neħtieġu
baġit innovattiv. Baġit li jikkonforma mar-realtijiet
tal-globalizzazzjoni. Baġit li jwieġeb għall-isfidi tal-lum u li
joħloq opportunitajiet għal għada. Dan hu baġit innovattiv. Nistedinkom tħarsu lil hinn
mill-intestaturi tradizzjonali u tiffukaw fuq il-mod kif, fil-baġit kollu,
se nwettqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 li fassalna
kollettivament. Huwa għal din ir-raġuni li qed nitbiegħdu
mill-kultura ta' dritt li twassal lil xi awtoritajiet pubbliċi biex jonfqu
l-flus kif iridu. Issa kull talba trid tkun marbuta kjarament
mal-għanijiet u l-prijoritajiet li qbilna dwarhom. B'hekk kull euro li
jintefaq se jkun euro li jaqdi diversi finijiet. Euro jista' fl-istess ħin
isaħħaħ il-koeżjoni, jagħti spinta
lill-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u lill-ġlieda kontra t-tibdil
fil-klima, u fl-istess ħin jippromwovi l-miri soċjali, iżid
l-impjiegi u jnaqqas il-faqar. Jista' jkollu influwenza maġġuri
f'diversi oqsma. Fl-Ewropa kollha, il-gvernijiet, in-negozji u l-familji qed
jagħżlu bir-reqqa kif jonfqu flushom Huwa żmien li fih
għandna naħsbu sew dwar dak li se nnaqsu u fejn ħa ninvestu
għall-futur. Jeħtieġ li nkunu rigorużi u, fl-istess
ħin, neħtieġu wkoll investiment għal tkabbir fl-Ewropa. L-Unjoni Ewropea trid ukoll tgħix skont il-mezzi li għandha
filwaqt li tinvesti għall-futur. Aħna għandna baġit
relattivament żgħir ta' madwar wieħed fil-mija tar-rikkezza
tal-UE (imkejla skont id-DGN), li jirrappreżenta madwar 1% fil-mija
tal-baġits tal-Istati Membri. Iżda aħna rridu nagħmlu
impatt kbir bih u nużaw il-potenzjal sħiħ ta' kull euro. Illum qed nagħmlu dawk l-għażliet għall-perjodu ta'
bejn l-2014 u l-2020. Il-baġit tal-UE li qed nipproponu mhux se jiswa lill-kontribwenti
iktar milli qed jiswielhom bħalissa. Iżda se jagħtihom lura
iktar. Aħna qed nimmodernizzaw il-baġit Ewropew biex niffrankaw f'xi
oqsma sabiex inkunu nistgħu nonfqu aktar fl-oqsma ta' prijorità li huma
tassew importanti. Qed inressaq baġit ambizzjuż f'oqsma li fihom
l-Ewropa tista' tagħmel differenza. Huwa baġit ibbażat fuq
raġunament pan-Ewropew, li jiffoka fuq dawk l-oqsma li fihom nistgħu
nisfruttaw is-sinerġiji tagħna billi nippuljaw flusna u li
jiffinanzja azzjonjiet li jiswew aktar meta jiġu ffinanzjati separatament
fil-livell nazzjonali. Il-baġit il-ġdid se jkun aktar sempliċi, aktar
trasparenti u aktar ġust. Qed nipproponu baġit li jista' jimmobilizza
fondi privati. U qed nipproponu li l-mod kif jiġi ffinanzjat il-baġit
jinbidel bil-ħolqien ta' tipi ġodda ta' dħul li se
jissostitwixxu parzjalment il-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq id-Dħul
Nazzjonali Gross ta' kull Stat Membru. Nemmnu li dan se jkun ta'
vantaġġ għall-familji u għall-gvernijiet. Dan se
jagħmlu baġit tassew Ewropew. Baġit għall-integrazzjoni.
Baġit li jevita duplikazzjoni tan-nefqa tal-Istati Membri u jwassal
għal valur miżjud permezz tas-sinerġija ta' azzjoni li
niddeċiedu fil-livell Ewropew, liema azzjoni ma tistax tiġi
implimentata mingħajr dil-perspettiva Ewropea. Hemm biċċa kbira tal-baġit li se jkollha l-iskop li
toħloq l-impjiegi u li tkabbar l-ekonomija, marbuta mal-Istrateġija Ewropa
2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.
Pereżempju, hemm faċilità 'Nikkollegaw l-Ewropa' li se tiffinanzja
l-konnessjonijiet li għad jonqos fl-enerġija, it-trasport u
t-teknoloġija tal-informatika u b'hekk issaħħaħ l-integrità
tas-suq intern, toħloq konnessjonijiet bejn il-lvant u l-punent u
t-tramuntana man-nofsinhar u toħloq koeżjoni territorjali vera
għall-benefiċċju ta' kulħadd. Il-baġit se jinvesti
f'imħuħ l-Ewropej billi jżid l-ammonti allokati
għall-edukazzjoni, it-taħriġ, ir-riċerka u l-innovazzjoni.
Dawn l-oqsma huma ta' importanza tassew kruċjali għall-kompetittività
globali tal-Ewropa u se jgħinuna noħolqu l-impjiegi u l-ideat
għall-ġejjieni. F'dinja li fiha qed nikkompetu ma' blokok reġjonali
oħrajn, l-aħjar possibbiltà tal-Ewropa hija li naqsmu r-riżorsi
li għandna disponibbli sabiex inkunu nistgħu naslu għal
ekonomija soċjali tas-suq estremament kompetittiva li tilħaq
l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020. Issa li l-ekonomiji tagħna huma aktar
interdipendenti minn qatt qabel, ilkoll għandha sehem fit-tisħiħ
tal-irkupru ekonomiku f'kull wieħed mill-Istati Membri tagħna. Bl-istess mod, is-sehem tal-baġit dedikat għall-agrikoltura
jsostni politika Ewropea komuni vera ta' importanza strateġika; 70
fil-mija tal-fondi għal din il-politika ma għadhomx jiġu
mill-baġits nazzjonali u l-finanzjament Ewropew jiswa anqas minn 27
politika agrikola nazzjonali. Il-Politika Agrikola Komuni se tiġi
mmodernizzata biex tipprovdi ikel sigur u tajjeb għas-saħħa,
tipproteġi l-ambjent u tkun ta' benefiċċju akbar
għall-bidwi ż-żgħir. Dan juri kif euro wieħed jista' u
għandu jkollu diversi finijiet. Id-dinja qiegħda dejjem tiċkien. L-alleanzi li qed jinbidlu u
s-setgħat emerġenti l-ġodda jfissru li l-Ewropa trid
tagħmel aktar biex tkun influwenti. Il-flus investiti biex l-Ewropa
jkollha rwol fix-xena dinjija se jiżdiedu. Se jkun hemm aktar flus
għall-viċinat tagħna u se jkun hemm aktar flus biex inwettqu
l-impenji tagħna biex ngħinu dawk li huma l-aktar foqra fid-dinja.
Jekk aħna bħalissa qed naffaċċjaw żminijiet iebsa,
huma qed jaffaċċjaw l-aktar żminijiet iebsa l-ħin kollu. It-tema tas-solidarjetà hija parti integrali ta' din il-proposta kollha
– is-solidarjetà mal-aktar Stati Membri u reġjuni foqra, is-solidarjetà
biex nindirizzaw flimkien l-isfidi tal-migrazzjoni, is-solidarjetà f'dak li
għandu x'jaqsam mas-sigurtà tal-enerġija u s-solidarjetà ma' popli
f'pajjiżi terzi. Il-perċezzjoni komuni li l-Ewropa tonfoq il-biċċa l-kbira
ta' flusha fuq il-persunal tagħha u fuq il-bini hija żbaljata.
Filfatt tonfoq biss 6 fil-mija tal-baġit fuq dan. Iżda nemmen li, fi
żmien meta qed jintalab tnaqqis fl-ispejjeż u effiċjenza massima
fil-livelli kollha, l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom ukoll juru
solidarjetà maċ-ċittadini Ewropej. Għal din ir-raġuni ma hu
se jkun hemm l-ebda żieda fin-nefqa amministrattiva u se jkun hemm tnaqqis
ta' 5 fil-mija fil-persunal Ewropew matul is-seba' snin li jmiss. Nemmen li qed nippreżentaw proposti ambizzjużi imma
responsabbli. Hemm tnaqqis f'xi oqsma u żidiet f'dawk li huma ta'
prijorità. Irreżistejna t-tentazzjoni li nagħmlu
aġġustamenti żgħar li jwasslu għall-istess tip ta'
baġit. Fuq kollox, għandna l-għan li nagħtu
liċ-ċittadini tal-Ewropa valur għal flushom. Issa jeħtieġ li l-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u
l-Kummissjoni jingħaqdu biex dawn il-proposti jsarrfuhom fi ftehim. Qed
nistenna li se jkun hemm ħafna diskussjonijiet diffiċli fix-xhur li
ġejjin iżda nemmen li jekk il-partijiet kollha jimxu fi spirtu tassew
Ewropew nistgħu naslu għal ftehim dwar baġit ambizzjuż u
innovattiv li jista' jkollu impatt veru fuq il-ħajja tan-nies. Jose Manuel Durão Barroso President tal-Kummissjoni Ewropea
1.
Kuntest
Fil-preparazzjoni tal-proposti tagħha
għall-baġit tal-Unjoni Ewropea fil-futur, il-Kummissjoni
ffaċċjat l-isfida li tkun kapaċi tiffinanzja numru dejjem jikber
ta' oqsma politiċi fejn l-UE tista' tkun aktar effettiva permezz ta’
azzjoni fil-livell tal-UE billi taġixxi fil-klima attwali ta’ awsterità
nazzjonali u konsolidazzjoni fiskali. Dan wassal biex tipproponi baġit
b’loġika pan-Ewropea b’saħħitha, imfassal biex ikun il-mutur
tal-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir. Din il-proposta hija
innovattiva f'termini ta’ kwalità tal-proposti ta’ infiq tagħha u wkoll
f'termini ta' kif il-baġit tal-UE għandu jkun iffinanzjat fil-futur,
li potenzjalment għandu jttaffi l-impatt dirett fuq il-baġits
nazzjonali u jagħmlu tassew baġit Ewropew. Fid-dawl tal-kriżi ekonomika u
finanzjarja, l-Unjoni Ewropea ħadet passi importanti biex ittejjeb
il-koordinazzjoni tal-governanza ekonomika biex tirfed l-irkupru. Il-Parlament
Ewropew u l-Istati Membri għarfu l-benefiċċji tal-ġestjoni
tal-interdipendenza tal-UE permezz ta' approċċ strutturat stabbilit
fis-Simestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika. Il-Qafas
Finanzjarju li jmiss ġie mfassal biex jappoġġja dan
il-proċess. Jipprovdi viżjoni fit-tul tal-ekonomija Ewropea li jmur
lil hinn mid-diffikultajiet fiskali kurrenti ta' xi Stati Membri. Il-baġit
tal-UE mhuwiex baġit għal "Brussell" - huwa baġit
għaċ-ċittadini tal-UE. Huwa żgħir fid-daqs u huwa
baġit li huwa investit fl-Istati Membri sabiex jipproduċu
benefiċċji għal l-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini
tagħha. Huwa jgħin fit-twettiq tal-istrateġija tat-tkabbir
sostenibbli tal-UE minħabba li għandu effett katalitiku qawwi, b’mod
partikolari meta jintuża biex jintlaħqu l-miri tal-istrateġija
Ewropa 2020. It-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u
inklussiv huwa t-tema prinċipali ta' din il-proposta. Il-Kummissjoni qed
tipproponi li żżid l-ammonti allokati għar-riċerka u
l-innovazzjoni, għall-edukazzjoni u għall-iżvilupp tal-SMEs. Qed
tipproponi li jiġi sfruttat aktar il-potenzjal tas-Suq Uniku billi
tattrezzah bl-infrastruttura li jeħtieġ biex jaħdem fis-seklu
wieħed u għoxrin. Qed tipproponi li l-Politika Agrikola Komuni ssir
aktar effiċjenti fir-riżorsi, biex b’hekk din mhux biss twassal ikel
ta’ kwalità għolja iżda tgħin ukoll fil-ġestjoni
tal-ambjent u tiġġieled kontra t-tibdil fil-klima tagħna. Tul
din il-proposta tidher ukoll it-tema tas-solidarjetà – solidarjetà mal-ifqar
Stati Membri u reġjuni permezz ta' konċentrazzjoni tal-akbar parti
tal-infiq għall-koeżjoni fuq il-ħtiġijiet tagħhom, fuq
is-solidarjetà fl-indirizzar flimkien tal-isfidi tal-migrazzjoni u fuq
l-indirizzar tad-diżastri, solidarjetà f'termini ta' sigurtà
tal-enerġija u s-solidarjetà ma' nies f'pajjiżi terzi li
jeħtieġu l-appoġġ tagħna għall-bżonnijiet
umanitarji immedjati tagħhom u għall-iżvilupp fit-tul
tagħhom. Il-Kummissjoni tikkondividi l-preokkupazzjoooniii tal-Parlament Ewropew[1] li “il-mod kif is-sistema tar-riżorsi proprji
evolviet … tagħmel enfasi sproporzjonata fuq il-bilanċi netti bejn
l-Istati Membri u għalhekk tikkontradixxi l-prinċipju tas-solidarjetà
tal-UE, billi tnaqqas l-interess komuni Ewropew u fil-biċċa l-kbira
tinjora l-valur miżjud Ewropew". Meta jsiru dawn il-proposti,
il-Kummissjoni qed tfittex biex tqiegħed il-finanzi tal-UE fuq rotta
differenti – biex tibda it-tbegħid minn baġit iddominat minn
kontribuzzjonijiet bbażati fuq id-dħul nazzjonali gross billi
tagħti lill-baġit tal-UE sehem ġenwin ta’ "riżorsi
proprji", aktar konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, li
jistipulaw li l-baġit għandu jkun iffinanzjat kompletament minn
riżorsi proprji. Fit-tfassil din il-proposta għall-qafas finanzjarju
multiannwali (MFF) li jmiss, il-Kummissjoni eżaminat l-impatt ta’
strumenti u programmi ta’ nfiq kurrenti, ikkonsultat b’mod wiesa’ mal-partijiet
interessati[2] u
analizzat l-alternattivi għat-tfassil ta' strumenti u programmi taħt
il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss[3].
2.
Il-Qafas finanzjarju multiannwali propost
Fid-deċiżjoni dwar l-ammont
kumplessiv li tipproponi għall-MFF li jmiss, il-Kummissjoni qieset
l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew li “l-iffriżar tal-MFF li jmiss
fil-livell tal-2013 … mhijiex għażla vjabbli … [u li] … hija
meħtieġa mill-inqas żieda ta’ 5% fir-riżorsi għall-MFF
li jmiss”[4].
Żammet ukoll f’'moħħha l-konklużjonijiet tal-Kunsill
Ewropew[5] li
huwa essenzjali li “l-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss jirrifletti
l-isforzi ta’ konsolidazzjoni li qed isiru mill-Istati Membri sabiex id-defiċit
u d-dejn jingħataw direzzjoni iktar sostenibbli. Ir-rispett għar-rwol
tal-istituzzjonijiet differenti u l-ħtieġa biex jintlaħqu
l-għanijiet tal-Ewropa …. [huwa meħtieġ] biex niżguraw li
l-infiq fil-livell tal-UE jista’ jagħti kontribuzzjoni xierqa f’din
il-ħidma". Il-Kummissjoni tinsab
konvinta mill-valur miżjud fl-infiq fuq il-livell tal-UE. In-nefqa tal-MFF
attwali tirrappreżenta biss 1 % tad-DNG tal-UE u hija
żgħira meta mqabbla mal-ħtiġijiet pan-Ewropej li jiġu
identifikati regolarment fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill. Il-Kummissjoni
tipproponi qafas finanzjarju b’1,05 % tad-DNG f’approprjazzjonoijiet li
jittraduċu għal 1 % f’pagamenti provenjenti mill-baġit
tal-UE. 0.02 % iktar f’infiq potenzjali barra l-MFF, u 0.04 % f’infiq
barra l-baġit b'kollox se jammonta għal 1.11 %: dan jinkludi
ammonti finanzjarji riservati għal rispons fi kriżijiet u
emerġenzi (li ma jistgħux jiġu previsti, bħal interventi
umanitarji), u infiq li jista’ jibbenefika minn kontribuzzjonijiet ad hoc minn
Stati Membri (pereżempju, l-EDF li għandu għodda ta’
kontribuzzjoni li hija differenti minn dik tal-baġit tal-UE). Bil-proposta
ta’ dan il-qafas, il-Kummissjoni ppruvat tikseb l-aħjar bilanċ bejn
ambizzjoni u realiżmu, minħabba l-perjodu ta’ żmien li fih se
jseħħu n-negożjati baġitarji. B’mod konformi
mal-prattika stabbilita għall-qafas finanzjarju multiannwali,
il-Kummissjoni tippreżenta l-proposta tagħha espressa f 'termini ta’
impenji finanzjarji futuri. Tipprovdi wkoll dettalji dwar ir-ritmu mistenni
tal-ħlasijiet sabiex tingħata aktar prevedibbiltà, li hija ta’
importanza partikolari fi żmien ta’ konsolidazzjoni baġitarja, li
teħtieġ kontroll strett fuq il-livelli ta’ ħlas fil-bidu
tal-perjodu li jmiss. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi
l-qafas finanzjarju multiannwali li ġej għall-perjodu 2014-2020: ·
3.
Finanzjament tal-baġit tal-UE
Il-ħtieġa
għall-modernizzazzjoni tal-qafas finanzjarju tapplika mhux biss
għall-prijoritajiet tal-infiq u t-tfassil tagħhom, iżda wkoll
għall-finanzjament tal-baġit tal-UE, li ġie dejjem aktar
ikkontestat fis-snin riċenti. It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea jtenni l-intenzjoni oriġinali li l-baġit tal-UE għandu
jkun iffinanzjat kompletament minn riżorsi proprji. Madankollu, ir-realtà
tas-sitwazzjoni hi li llum iktar minn 85% tal-finanzjament tal-UE huwa
bbażat fuq aggregati statistiċi derivati mid-Dħul Nazzjonali
Gross (DNG) u mill-VAT. Dawn huma fil-biċċa l-kbira meqjusa
bħala kontribuzzjonijiet nazzjonali li għandhom jiġu minimiżżati
mill-Istati Membri. Dan ta lok għal attitudni "il-flus tiegħi
lura" min-naħa tal-kontributuri netti, li jxekkel il-loġika
għal baġit tal-UE u li jixħet dubju dwar il-prinċipju
ġenerali ta’ solidarjetà tal-Unjoni. Dan wassal ukoll għal konċentrazzjoni
żejda fuq pagamenti u bilanċi netti u waqqaf l-UE milli twettaq
ir-rwol sħiħ tagħha fl-implimentazzjon ta’ valur miżjud
għall-UE kollha kemm hi. Wasal il-waqt li l-finanzjament tal-UE jibda
jiġi allinjat mill-ġdid mal-prinċipji ta’ awtonomija,
trasparenza u imparzjalità u biex l-UE tiġi mgħammra biex tilħaq
l-għanijiet miftiehma tal-politika tagħha. L-għan tal-proposta
ta’ riżorsi proprji ġodda mhuwiex li jiżdied il-Baġit
Ġenerali tal-UE kollha iżda li jkun hemm tbegħid mill-attitudni
"il-flus tiegħi lura" u biex tintroduċi aktar trasparenza
fis-sistema. Dan ma jirrigwardax l-għoti ta’ sovranità fiskali lill-UE
iżda pjuttost dwar ritorn għall-mekkaniżmi ta’ finanzjament li
huma eqreb lejn l-intenzjoni oriġinali tat-Trattati. Għalhekk,
il-proposta tal-Kummissjoni twassal għal tnaqqis f’kontribuzzjonijiet
diretti mill-baġits tal-Istati Membri. Fir-reviżjoni tal-baġit[6], il-Kummissjoni stabbiliet lista mhux
eżawrjenti ta’ mezzi finanzjarji possibbli li jistgħu gradwalment
jissostitwixxi l-kontribuzzjonijiet nazzjonali u jittaffu l-piż fuq
it-Teżori nazzjonali. Hija elenkat ukoll diversi kriterji li għandhom
jiġu applikati biex dawn jiġu eżaminati. Il-Kummissjoni wettqet
analiżi estensiva tal-għażliet[7]
u ddeċidiet li tipproponi sistema ġdida ta’ riżorsi proprji
bbażata fuq taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u riżorsa
ġdida tal-VAT. Dawn ir-riżorsi proprji ġodda jkunu jistgħu
jiffinanzjaw parzjalment il-baġit tal-UE u jissostitwixxu kompletament
is-sistema ta’ riżorsi proprji eżistenti u kumplessa bbażata fuq
il-VAT, li l-Kummissjoni tipproponi li telimina, u tnaqqas l-iskala
tar-riżorsi bbażati fuq id-DNG. Il-proposta tal-Kummissjoni għal
Deċiżjoni tal-Kunsill dwar riżorsi proprji ġodda hija
spjegata fit-test leġiżlattiv mehmuż[8]. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni
tappoġġja t-talba magħmula mill-Parlament Ewropew għal
konferenza interparlamentari mal-Parlamenti nazzjonali biex tiġi diskussa
l-kwistjoni. Għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, il-Kummissjoni qed
tipproponi wkoll simplifikazzjoni importanti għall-problema ta’ ribassi u
korrezzjonijiet. it-tentattivi biex jiġu livellati d-differenzi bejn
il-ħlasijiet tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE u dak li
jirċievu minn politiki ta’ infiq differenti tal-UE, joħolqu r-riskju
li jkun hemm distorsjonijiet fil-baġit u li tiddgħajjef
il-kapaċità tagħha biex twassal il-valur miżjud. Għalhekk
il-Kummissjoni qed tipproponi, skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill
Ewropew ta’ Fontainebleau tal-1984, li jkun hemm limitu fuq
il-kontribuzzjonijiet ta’ dawk l-Istati Membri li altrimenti
jiffaċċjaw piż baġitarju li huwa eċċessiv
b'relazzjoni mal-prosperità relattiva tagħhom.
4.
Il-prinċjipji li jirfdu l-baġit tal-UE
Il-baġit tal-UE mhuwiex
bħall-baġits nazzjonali. L-UE ma tiffinanzjax direttament
is-saħħa jew l-edukazzjoni. Ma tiffinanzjax il-forzi tal-pulizija jew
tad-difiża bil-mod kif jagħmlu l-baġits nazzjonali. Għandha
loġika pan-Ewropea, mhux waħda nazzjonali. Id-daqs relattivament
żgħir tagħha jippermettilha li tikkonċentra fuq l-oqsma
fejn twassal valur miżjud għoli tal-UE[9].
Il-baġit tal-UE ma jfittixx li jiffinanzja interventi li l-Istati Membri
jistgħu jiffinanzjaw waħedhom. Jeżisti għax hemm
attivitajiet li jeħtieġu li jkunu ffinanzjati biex jippermettu li
l-UE tiffunzjona jew minħabba li jistgħu jsiru b’mod iktar ekonomiku
u effettiv permezz tal-finanzjament kollettiv tal-baġit tal-UE.
Il-baġit tal-UE jeżisti biex: (a)
jiffinanzja l-politiki komuni li l-Istati Membri
qablu li għandhom jiġu ttrattati fil-livell tal-UE (pereżempju,
il-Politika Agrikola Komuni); (b)
jesprimi solidarjetà bejn l-Istati Membri u
r-reġjuni kollha, biex jappoġġja l-iżvilupp
tar-reġjuni l-aktar dgħajfa, li jippermetti wkoll li l-UE tiffunzjona
bħala spazju ekonomiku waħdieni (pereżempju, permezz
tal-politika ta’ koeżjoni); (c)
jiffinanzja l-interventi biex jiġi kkompletat
is-suq intern - li lanqas l-Istat Membru l-iktar prosperuż ma jista’
jiffinanzja waħdu. Il-baġit tal-UE jippermetti perspettiva
pan-Ewropea iktar milli perspettiva purament nazzjonali (pereżempju,
permezz ta’ finanzjament pan-Ewropew tal-investiment fl-infrastruttura).
Jgħin ukoll fl-eliminazzjoni ta’ duplikazzjoni li tiswa’ ħafna flus
ta’ iskemi nazzjonali diversi li jsegwu parzjalment l-istess għanijiet; (d)
jiżgura sinerġiji u ekonomiji ta’ skala
billi jiffaċilita l-kooperazzjoni u s-soluzzjonijiet konġunti
għal kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu pprovduti mill-Istati
Membri li jaġixxu waħedhom (pereżempju, it-twettiq ta’
riċerka ta’ klassi mondjali u l-innovazzjoni, il-kooperazzjoni fuq
l-affarijiet interni, il-migrazzjoni u l-ġustizzja); (e)
iwieġeb għal sfidi persistenti
emerġenti li jsejħu għal metodu pan-Ewropew komuni,
(pereżempju, l-ambjent, it-tibdil fil-klima, l-għajnuna umanitarja,
it-tibdil demografiku u l-kultura). Fuq dan l-isfond, fit-tfassil tal-MFF li
jmiss, il-Kummissjoni implimentat il-prinċipji li spjegat
fir-reviżjoni tal-baġit 2010: ·
Iffukar fuq il-kisba ta’ prijoritajiet
politiċi ewlenin ·
Iffukar fuq il-valur miżjud tal-UE ·
Iffukar fuq impatti u riżultati ·
Twassil ta’ benefiċċji
reċiproċi madwar l-Unjoni Ewropea Il-baġit tal-UE jesprimi "politika
f’numri". Bħala tali, il-finanzjament għandu jmur id f’id
mal-ambjent regolatorju eżistenti u mal-prijoritajiet politiċi
fl-oqsma rilevanti. Il-finanzjament irid jagħti r-riżultati
mistennija – l-awtoritajiet pubbliċi mhumiex “intitolati bi dritt” li
jirċievu fondi biex jonfquhom kif iridu, iżda pjuttost jirċievu
l-fondi tal-UE biex jgħinuhom iwettqu l-għanijiet tal-UE miftiehma
b’mod komuni. Għalhekk, il-programmi u l-istrumenti inklużi f'din
il-proposta għal MFF ġew orjentati mill-ġdid biex jiġi
żgurat li r-riżultati u l-impatti jressqu ‘l quddiem il-prijoritajiet
politiċi ewlenin tal-UE. Il-karatteristiċi ewlenin tas-sett li jmiss
ta’ programmi u strumenti finanzjarji se jkunu l-iffukar fuq ir-riżultati,
aktar użu ta’ kundizzjonalità u s-simplifikazzjoni tat-twettiq: ·
Ir-riżultati se jkunu relatati b’mod
ċar mal-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-kisba
tal-miri tagħha. Dan ifisser konċentrazzjoni ta’ programmi fuq numru
limitat ta’ prijoriatjiet ta’ profil għoli u azzjonijiet li jiksbu massa
kritika. Il-frammentazzjoni u intervenzjonijiet mhux koordinati għandhom
jiġu evitati. Fejn possibbli, il-programmi eżistenti se jiġu
amalgamati (pereżempju, f’oqsma bħall-affarijiet interni,
l-edukazzjoni u l-kultura) u/jew imfassla mill-ġdid (bħar-riċerka,
il-koeżjoni) biex tiġi żgurata programmazzjoni integrata u sett
uniku ta’ mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni, rappurtar u kontroll. ·
Simplifikazzjoni: ir-regoli
attwali ta’ finanzjament evolvew mhux biss bħala tweġiba
għall-ħtieġa għar-responsabbiltà dwar kif għandhom
jintefqu l-flus pubbliċi iżda wkoll biex jiġu kkunsidrati
l-problemi preċedenti. Ir-riżultat huwa diversità u kumplessità li
huwa diffiċli li jiġu implimentati u kkontrollati. Din il-kumplessità
timponi piż amministrattiv tqil fuq il-benefiċjarji kif ukoll fuq
il-Kummissjoni u l-Istati Membri, li jista’ jkollu l-effett mhux intenzjonat li
jiskoraġġixxi l-parteċipazzjoni u joħloq dewmien
fl-implimentazzjoni. Bħalissa qed isir xogħol biex jiġu
ssimplifikati kemm ir-regoli ġenerali (ir-Regolament Finanzjarju) kif
ukoll ir-regoli speċifiċi għas-settur. ·
Kondizzjonalità: Sabiex
l-attenzjoni tkun iktar immirata fuq ir-riżultati milli fuq inputs, se
tiddaħħal kondizzjonalità fil-programmi u l-istrumenti. Dan huwa
partikolarment rilevanti fil-partijiet kbar ta' infiq tal-politika ta’
koeżjoni u tal-agrikoltura, fejn l-Istati Membri u l-benefiċjarji se
jkunu meħtieġa juru li l-fondi li jkunu rċevew qed jintużaw
biex ikomplu jintlaħqu l-prijoritajiet politiċi tal-UE. B’mod iktar
ġenerali, il-Kummissjoni se tiżgura koerenza bejn il-politika ekonomika
ġenerali tal-UE u l-baġit tal-UE, b’mod partikolari biex jiġu
evitati sitwazzjonijiet fejn l-effettività tal-finanzjament tal-UE huwa mxekkel
minn politiki makro-fiskali mhux sodi. ·
Multiplikazzjoni tal-investiment: Permezz ta’ ħidma mas-settur privat dwar strumenti finanzjarji
innovattivi huwa possibbli li jitkabbar l-impatt tal-baġit tal-UE, li
jippermetti li jkun hemm għadd akbar ta’ investimenti
strateġiċi, u b' hekk jittejjeb il-potenzjal tat-tkabbir tal-UE.
L-esperjenza ta’ ħidma l-aktar mal-grupp tal-Bank Ewropew
għall-Investiment (BEI), ma' istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi
nazzjonali u internazzjonali kienet pożittiva u dan se jitressaq fl’MFF li
jmiss. Il-garanziji u l-arranġamenti tal-qsim tar-riskju jistgħu jippermettu
lis-settur finanzjarju li jipprovdi aktar ekwità u aktar self ta’ flus lil
kumpaniji innovattivi, jew għal proġetti infrastrutturali. B’dan
il-mod, dawn l-istrumenti finanzjarji jistgħu wkoll jikkontribwixxu
għall-iżvilupp globali fis-swieq finanzjarji wara l-kriżijiet.
5.
L-elementi ġodda ewlenin
L-ambizzjoni tal-Kummissjoni
għall-baġit tal-UE li jmiss hija li l-infiq isir b’mod differenti,
b’aktar enfasi fuq ir-riżultati u l-prestazzjoni, b’konċentrazzjoni
fuq it-twettiq tal-aġenda Ewropa 2020 permezz ta’ kondizzjonalità iktar
b’saħħitha fil-politika ta’ koeżjoni u pagamenti diretti iktar
ekoloġiċi lill-bdiewa. Il-baġit li jmiss għandu jiġi
mmodernizzat permezz tar-riallokazzjoni tar-riżorsi għal oqsma ta’
prijorità bħall-infrastruttura pan-Ewropea, ir-riċerka u
l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-kultura, l-iżgurar tal-fruntieri esterni
tal-UE u l-prijoritajiet ta’ politika tar-relazzjonijiet esterni
bħall-viċinat tal-UE. Dan jindirizza prijoritajiet ta’ politika
transversali, bħall-protezzjoni tal-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil
fil-klima, bħala parti integrali tal-istrumenti u intervenzjonijiet
ewlenin kollha. Dettalji sħaħ tal-approċċ f’kull qasam ta’
politika jinsabu fil-parti II li takkumpanja din il-Komunikazzjoni. It-taqsima
segwenti tispjega l-bidliet ewlenin li se jsiru fl-oqsma prinċipali ta'
nfiq.
5.1.
Horizon 2020: Qafas Strateġiku Komuni
għar-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku
L-UE qed tiffaċċja distakk
sinifikanti fl-innovazzjoni[10],
li jeħtieġ li jiġi indirizzat jekk l-UE għandha tikkompeti
ma’ ekonomiji żviluppati oħra, ekonomiji li qed jiżviluppaw u
emerġenti. L-UE kollha kemm hi għadha lura mill-Ġappun u
l-Istati Uniti f’għadd ta’ indikaturi ewlenin, bħall-għadd ta’
privattivi rreġistrati, in-numru ta’ esportazzjonijiet ta’ prodotti
medium-high u high-tech u l-perċentwali tal-PDG fin-nefqa fuq
ir-riċerka u l-iżvilupp. Ir-riċerka u l-innovazzjoni jgħinu
biex iġibu l-impjieg, il-prosperità u kwalità tal-ħajja.
Għalkemm l-UE hija mexxej globali f’bosta teknoloġiji, qed
tiffaċċja dejjem aktar sfidi minn kompetituri tradizzjonali u
ekonomiji emerġenti. Għaldaqstant programmi konġunti li
jiġbru sforzi ta’ riċerka jistgħu jwasslu riżultati li
Stati Membri individwali ma jistgħux iwasslu waħedhom. L-isfida hija li tiġi promossa
ż-żieda tal-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp madwar
l-UE, sabiex il-mira tal-Ewropa 2020 ta’ 3% tal-investiment tal-PDG
tintlaħaq. L-UE għandha ttejjeb ukoll ir-rekord tagħha li taqleb
l-għarfien xjentifiku f’proċessi u prodotti bi privattivi
għall-użu mhux biss fl-industriji high-tech iżda wkoll
fis-setturi tradizzjonali. Dan jirrikjedi sforz mill-awtoritajiet
pubbliċi, mis-settur privat u mill-komunità tar-riċerka.
Il-Kummissjoni bdiet riforma maġġuri tal-istrutturi ta’ riċerka
tal-governanza tal-UE permezz tal-ħolqien tal-Kunsill Ewropew
tar-Riċerka, li issa qed jipproduċi riżultati pożittivi.
Il-Kummissjoni tmur lil hinn u tipproponi li torganizza mill-ġdid
l-istrumenti ta’ riċerka u innovazzjoni attwali tal-UE (b’mod partikolari
l-programmi qafas tar-riċerka u l-Programm għall-Kompetittività u
l-Innovazzjoni) sabiex tinħoloq rabta aktar b’saħħitha ma'
għanijiet ta’ politika definiti u biex jiġu ssimplifikati
l-proċeduri għall-implimentazzjoni. Dan jippermetti wkoll li jittaffa
il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji. Il-Kummissjoni tipproponi li fil-ġejjieni
il-finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni jkun ibbażat fuq
tliet oqsma prinċipali li huma ankrati sew fl-Istrateġija Ewropa 2020: ·
eċċellenza fil-bażi tax-xjenza; ·
indirizzar tal-isfidi imposti mis-soċjetà; ·
il-ħolqien ta’ tmexxija industrijali u
t-tisħiħ tal-kompetittività. Qafas strateġiku komuni (li għandu
jissejjaħ Horizon 2020) għandu jelimina l-frammentazzjoni u
jiżgura aktar koerenza, inkluż ma’ programmi nazzjonali ta’
riċerka. Se jkun marbut mill-qrib ma’ prijoritajiet ta’ politika
settorjali ewlenin bħas-saħħa, is-sigurtà tal-ikel u
l-bio-ekonomija, l-enerġija u t-tibdil fil-klima. L-Istitut Ewropew
għat-Teknoloġija se jkun parti mill-programm Horizon 2020 u se jkollu
rwol importanti li jgħaqqad it-tliet naħat tat-triangolu
tal-għarfien - l-edukazzjoni, l-innovazzjoni u r-riċerka - permezz
tal-Komunitajiet tiegħu tal-Għarfien u l-Innovazzjoni. Waħda
mill-karatteristiki tal-approċċ ġdid għall-finanzjament
tar-riċerka se tkun użu akbar ta’ strumenti finanzjarji innovattivi,
wara l-eżempju li kellu suċċess tal-faċilità ta’
Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji. Il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 80 biljun għall-perjodu 2014-2020 għall-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni. Dan il-finanzjament se jiġi kkumplimentat b’appoġġ importanti għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-Fondi Strutturali. Pereżempju, fil-perjodu 2007-2013, intefqu madwar EUR 60 biljun fuq riċerka u innovazzjoni fir-reġjuni tal-Ewropa u livelli simili ta’ nfiq huma mistennija fil-futur.
5.2.
Solidarjetà u investiment għal tkabbir u
impjiegi sostenibbli
Il-politika ta’ koeżjoni hija espressjoni
importanti ta’ solidarjetà mal-ifqar u l-aktar reġjuni dgħajfa tal-UE
– iżda hija aktar minn dan. Wieħed mill-akbar suċċessi
tal-UE hija l-kapaċità tagħha li tgħolli l-livelli
tal-għajxien għaċ-ċittadini kollha tagħha. Dan
tagħmlu mhux biss billi tgħin l-ifqar Stati Membri u reġjuni
biex jiżviluppaw u jikbru iżda wkoll permezz tar-rwol tagħha
fl-integrazzjoni tas-suq intern li d-daqs tiegħu jwassal swieq u ekonomiji
ta’ skala fil-partijiet kollha tal-UE, lis-sinjuri u l-foqra, lil kbar u
liż-żgħar. L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni ta’ nfiq li sar
fil-passat uriet ħafna eżempji tal-valur miżjud u
tal-investiment li joħloq it-tkabbir u l-impjiegi li ma setgħux isiru
mingħajr l-appoġġ tal-baġit tal-UE. Madankollu,
ir-riżultati juru wkoll xi tixrid u nuqqas ta’ prijoritazzjoni. Fi
żmien meta l-flus pubbliċi huma skarsi u meta l-investiment li
jtejjeb it-tkabbir huwa meħtieġ aktar minn qatt qabel, il-Kummissjoni
ddeċidiet li tipproponi bidliet importanti fil-politika ta’ koeżjoni. Il-politika ta’ koeżjoni għandha
rwol importanti fit-twettiq tal-għanijiet u l-miri tal-Ewropa 2020 fl-UE
kollha. Il-Kummissjoni tipproponi li ssaħħaħ l-attenzjoni fuq
ir-riżultati u l-effettività ta’ nfiq ta’ koeżjoni permezz ta’ rabta
iktar sistematika tal-politika ta’ koeżjoni mal-għanijiet Ewropa 2020.
Barra minn dan, tipproponi li tiġi introdotta kategorija ġdida ta’ –
“reġjuni ta’ tranżizzjoni” li jissostitwixxu s-sistema attwali
ta’ tneħħija u ta’ introduzzjoni gradwali. Din il-kategorija se
tinkludi r-reġjuni kollha bi PDG per capita bejn 75 % u 90 %
tal-medja tal-UE27. Il-qgħad u r-rati għolja ħafna
ta’ faqar jeħtieġu azzjoni fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali.
Hekk kif l-Unjoni qed tiffaċċja l-isfidi li dejjem qed jikbru ta’
nuqqasijiet fil-livelli tal-kapaċitajiet, ta’ prestazzjonijiet ta’ livell
baxx fil-politika attiva tas-suq tax-xogħol u fis-sistemi edukattivi, ta’
esklużjoni soċjali ta’ gruppi marġinalizzati u ta’ mobilità
baxxa tal-impjieg hemm il-ħtieġa kemm għall-inizjattivi ta’
politika kif ukoll għal azzjoni konkreta ta’ appoġġ. Ħafna
minn dawn l-isfidi ġew aggravati bil-kriżi finanzjarja u ekonomika,
bix-xejriet demografiċi u migratorji u bil-pass imgħaġġel tal-bidla
teknoloġika. Jekk dawn ma jiġux indirizzati b’mod effettiv,
jikkostitwixxu sfida sinifikanti għall-koeżjoni soċjali u
l-kompetittività. Għalhekk huwa essenzjali li l-investiment li jtejjeb
it-tkabbir fl-infrastruttura, fil-kompetittività reġjonali u
fl-iżvilupp tan-negozju jiġi akkumpanjat b’miżuri relatati
mal-politika tas-suq tax-xogħol, mal-edukazzjoni, mat-taħriġ,
mal-inklużjoni soċjali, mal-adattabbiltà tal-ħaddiema,
tal-intrapriżi u tal-intraprendituri u tal-kapaċità amministrattiva. Huwa hawnhekk li l-Fond Soċjali Ewropew
(FSE) għandu rwol importanti u qed jiġi propost li l-Istati Membri
jkunu meħtieġa jistabilixxu l-mod kif id-diversi strumenti ta'
finanzjament jikkontribwixxu għall-għanijiet ġenerali Ewropa 2020,
inkluż billi jiġu stabbiliti ishma minimi għall-FSE mill-fondi
strutturali ta' appoġġ għal kull kategorija ta' reġjun (25 %
għal reġjunijiet ta' konverġenza, 40 % għal
reġjunijiet fi tranżizzjoni, 52 % għal reġjunijiet ta'
kompetittività, ibbażat fuq sitwazzjoni fejn il-Fond ta’ Koeżjoni
jkompli jirrappreżenta terz tal-allokazzjoni ta' politika ta’
koeżjoni fl-Istati Membri eliġibbli, u bl-esklużjoni ta’
kooperazzjoni territorjali). L-applikazzjoni ta’ dawn l-ishma tirriżulta
f’sehem globali miniminu għall-FSE ta' 25 % tal-baġit allokat
għall-politika ta' koeżjoni, jiġifieri EUR 84 biljun. L-FSE
se jkun ikkomplimentat minn għadd ta’ strumenti ġestiti direttament
mill-Kummissjoni, bħal netwerks PROGRESS u EURES bħala
appoġġ għall-ħolqien ta’ impjiegi. Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
(EGF) huwa fond flessibbli, barra mill-qafas finanzjarju, li
jappoġġja l-ħaddiema li jitilfu l-impjieg tagħhom
bħala riżultat tax-xejriet kummerċjali globali li jinbidlu u
jgħinhom isibu impjieg ieħor malajr kemm jista’ jkun. L-ammonti li
huma meħtieġa jvarjaw minn sena għal sena, u minħabba dan
il-Kummissjoni qed tipproponi li żżomm l-EFG barra l-qafas
finanzjarju. L-EGF jista’ jintuża wkoll biex tingħata għajnuna
fis-settur agrikolu lil dawk li l-ħobża ta’ kuljum tagħhom
tista’ tiġi affettwata mill-globalizzazzjoni. Sabiex tiżdied l-effettività ta' nefqa
tal-UE u skont l-approċċ territorjali tat-Trattat ta' Lisbona,
il-Kummissjoni qed tipproponi li tistabilixxi qafas strateġiku komuni
għall-fondi strutturali kollha, biex tittraduċi l-għanijiet
Ewropa 2020 fi prijoritajiet ta' investiment. Dan huwa mfassal biex jagħti
nifs lill-għan tal-koeżjoni territorjali tat-Trattat ta’ Lisbona.
F'termini operattivi, il-Kummissjoni tipproponi li tikkonkludi kuntratt ta’
sħubija ma’ kull Stat Membru. Dawn il-kuntratti għandhom jistipulaw
l-impenn tal-imsieħba fil-livell nazzjonali u reġjonali biex
jużaw il-fondi allokati biex jimplimentaw l-istrateġija Ewropa 2020,
qafas ta’ prestazzjoni li fuq l-isfond tiegħu jista’ jiġi evalwat
il-progress fuq l-impenji. Għalhekk għandu jkun hemm rabta
qawwija mal-programmi nazzjonali ta’ riforma u mal-programmi ta’ stabbiltà u
konverġenza mfassla mill-Istati Membri, kif ukoll mar-rakkomandazzjonijiet
speċifiċi għall-pajjiż adottati mill-Kunsill fuq din
il-bażi. Sabiex jiġi żgurat li l-effettività tan-nefqa ta’
koeżjoni ma tkunx imxekkla minn politiki makro-fiskali mhux sodi,
il-kondizzjonalità marbuta mal-governanza ekonomika ġdida se
tikkumplimenta l-kundizzjonalità speċifika għas-settur ex ante
stabbilita f’kull kuntratt. Il-kuntratti se jistabbilixxu għanijiet
ċari u indikaturi u jistabbilixxu numru limitat ta' kondizzjonalitajiet
(kemm ex ante u marbuta mal-kisba tar-riżultati sabiex ikunu jistgħu
jiġu mmonitorjati), u jinkludu impenn biex jagħtu kont tal-progress
annwali fir-rapporti annwali dwar il-politika ta’ koeżjoni.
Il-finanzjament se jkun immirat fuq numru limitat ta’ prijoritajiet:
ir-reġjuni ta’ kompetittività u tranżizzjoni se jiddedikaw
primarjament l-allokazzjoni baġitarja kollha tagħhom, ħlief
l-FSE, għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija,
l-enerġiji rinnovabbli, il-kompetittività u l-innovazzjoni tal-SMEs,
filwaqt li r-reġjuni ta’ konverġenza se jiddedikaw l-allokazzjoni
tagħhom fuq firxa usa’ ta’ prijoritajiet (fejn meħtieġ,
inkluż l-bini tal-kapaċità instituzzjonali). Biex
tissaħħaħ il-prestazzjoni, se jiġu introdotti
dispożizzjonijiet ġodda ta’ kondizzjonalità biex jiġi
żgurat li l-finanzjament tal-UE ikun iffukat fuq ir-riżultati u
joħloq inċentivi qawwija għall-Istati Membri biex jiżguraw
it-twettiq effettiv tal-għanijiet u l-miri Ewropa 2020 permezz ta’
politika ta’ koeżjoni. Il-kundizzjonalità se tieħu l-għamla kemm
ta’ kundizzjonijiet ‘ex ante’ li għandhom ikunu f’posthom qabel ma
jiġu żbursjati l-fondi kif ukoll kundizzjonijiet ‘ex post’ li jippermettu
l-ħruġ ta' fondi addizzjonali skont il-prestazzjoni. In-nuqqas ta’
progress fl-ilħiq ta’ dawn il-kundizzjonijiet se jwassal għal
sospensjoni jew kanċellazzjoni ta’ fondi. Il-kundizzjonalità
se tkun ibbażata fuq ir-riżultati u l-inċentivi biex jimplimentaw
ir-riformi meħtieġa biex jiżguraw l-użu effettiv
tar-riżorsi finanzjarji. Sabiex tissaħħaħ l-attenzjoni fuq
ir-riżultati u jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa
2020, 5% tal-baġit ta' koeżjoni se jitwarrab u jiġi allokat,
matul reviżjoni ta’ nofs it-terminu, lill-Istati Membri u reġjuni li
l-programmi tagħhom ikunu laħqu l-miri fir-relazzjoni mal-kisba
tal-għanijiet tal-programm relatat mal-miri u l-għanijiet tal-Ewropa 2020.
Il-kisbiet ewlenin se jiġu definiti skont ir-regolamenti għall-politika
ta' koeżjoni. L-esperjenza fil-qafas finanzjarju attwali
turi li ħafna Stati Membri għandhom diffikultajiet biex jassorbu
volumi kbar ta’ fondi tal-UE matul perjodu limitat. Id-dewmien
fil-preparazzjoni tal-proġetti, l-impenji u l-infiq huma responsabbli
għal numru pendenti importanti ta’ approprjazzjonijiet mhux użati
fit-tmiem tal-perjodu ta’ finanzjament preżenti. Barra minn hekk,
minħabba s-sitwazzjoni fiskali f'xi Stati Membri sar aktar diffiċli
biex jinħarġu fondi li jipprovdu kofinanzjament nazzjonali. Sabiex
jissaħħaħ l-assorbiment tal-finanzjament, il-Kummissjoni qed
tipproponi għadd ta’ passi: ·
l-iffissar tar-rati tal-limiti massimi
għall-allokazzjonijiet ta’ koeżjoni għal 2,5 % tad-DNG ·
tippermetti żieda temporanja fir-rata ta’
kofinanzjament b’5 sa 10 punti perċentwali meta Stat Membru jkun qed
jirċievi għajnuna finanzjarja skont l-Artikolu 136 jew 143 TFUE, biex
b’hekk jitnaqqas l-isforz meħtieġ mill-baġits nazzjonali fi
żmien ta’ konsolidazzjoni fiskali, filwaqt li jinżamm l-istess livell
globali tal-finanzjament tal-UE ·
tinkludi ċerti kondizzjonijiet fil-kuntratti
ta’ sħubija rigward it-titjib tal-kapaċità amministrattiva. Għall-MFF li
jmiss, il-Kummissjoni tipproponi li tikkonċentra l-akbar sehem mill-fondi
tal-koeżjoni fuq l-ifqar reġjuni u Stati Membri. Tipproponi wkoll li
tgħin lil dawk ir-reġjuni li ma jibqgħux fl-istatus ta’
"reġjun ta’ konverġenza" billi tillimita t-tnaqqis
fl-intensità ta’ għajnuna li kieku sseħħ kieku kellhom jiċċaqalqu
minnufih lejn status ta’ "reġjun ta’ kompetittività".
Għalhekk, il-Kummissjoni qed tipproponi li dawn għandhom iżommu
żewġ terzi tal-allokazzjonijiet preċedenti tagħhom
għall-perjodu ta’ MFF li jmiss. Dawn ir-reġjuni, flimkien ma’
reġjuni oħra b'livelli simili tal-PDG (bejn 75 u 90% tal-PDG tal-UE)
jifformaw kategorija ġdida ta’ "reġjuni fi
tranżizzjoni". Il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 376 biljun għall-perjodu 2014-2020 għall-infiq fi strumenti tal-politika ta’ koeżjoni. Dan l-ammont jinkludi: · EUR 162,6 biljun għal reġjuni ta’ konverġenza, · EUR 38,9 biljun għal reġjuni ta’ tranżizzjoni, · EUR 53,1 biljun għal reġjuni ta’ kompetittività, · EUR 11,7 biljun għal kooperazzjoni territorjali · EUR 68,7 biljun għall-Fond ta’ Koeżjoni U EUR 40 biljun għall-Faċilità ta’ Konnessjoni għall-Ewropa (ara 5.3 hawn taħt) Il-Fond Soċjali Ewropew (ibbażat fuq il-formula 25/40/52 għal kull kategorija ta' reġjuni) se jirrappreżenta 25 % tal-pakkett ta’ koeżjoni mingħajr ma titqies Faċilità għall-Konnessjoni tal-Ewropa, jiġifieri EUR 84 biljun Barra l-MFF: · EUR 3 biljun għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni · EUR 7 biljun għall-Fond Ewropew ta’ Solidarjetà
5.3.
Nikkonnetjaw l-Ewropa
Suq waħdieni li jiffunzjona
bis-sħiħ jiddependi fuq infrastruttura moderna u ta’ prestazzjoni
għolja li tgħaqqad lill-Ewropa partikolarment fl-oqsma tat-trasport,
l-enerġija u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni
(ICT). Huwa meqjus li madwar EUR 200 biljun huma
meħtieġa biex jikkompletaw in-netwerk trans-Ewropej
tal-enerġija, EUR 540 biljun jeħtieġu li jiġu investiti
fin-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, u iktar minn EUR 250 biljun fl-ICT
għall-perjodu 2014-2020. Filwaqt li s-suq jista' u għandu jwassal
il-parti l-kbira tal-investimenti neċessarju, hemm il-ħtieġa li
jiġi ndirizzat in-nuqqas tas-suq - li jimtlew in-nuqqasijiet persistenit,
jiġu eliminati l-konġestjonijiet u jiġu żgurati
konnessjonijiet transkonfinali adegwati. Madankollu, l-esperjenza turi li
l-baġits nazzjonali mhuma se jagħtu qatt prijorità għolja
biżżejjed għal investimenti f’bosta pajjiżi u ta’ natura
transkonfinali biex jarmaw is-Suq Uniku bl-infrastruttura meħtieġa.
Dan huwa eżempju ieħor tal-valur miżjud tal-baġit tal-UE.
Jista’ jassigura fondi għal proġetti pan-Ewropej li jgħaqqdu
ċ-ċentru u l-periferija għall-benefiċċju ta’
kulħadd. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet
li tipproponi l-ħolqien ta’ Faċilità għall-Konnessjoni
tal-Ewropa biex jitħaffef l-iżvilupp tal-infrastruttura li l-UE
teħtieġ. Dawn il-konnessjonijiet li jtejbu t-tkabbir se jipprovdu
aċċess aħjar għas-suq intern u jtemmu l-iżolament ta’
ċerti "gżejjer" ekonomiċi. Pereżempju, dawk
il-partijiet tal-UE li għadhom mhumiex imqabbda mas-sistemi
prinċipali ta’ distribuzzjoni ta’ elettriku u ta’ gass jiddependu fuq
investimenti magħmula fi Stati Membri oħra għas-sigurtà
tal-provvista tal-enerġija tagħhom. Il-Faċilità
għall-Konnessjoni tal-Ewropa se tagħmel ukoll kontribut vitali
għas-sigurtà tal-enerġija, billi tiżgura aċċess
pan-Ewropew għal għejun u fornituri differenti ġewwa u barra
l-Unjoni. Għandha tgħin ukoll fl-implimentazzjoni tal-kunċett
ġdid ta’ koeżjoni territorjali introdott fit-Trattat ta’ Lisbona.
Disponibbiltà ta’ netwerks veloċi tal-ICT fl-Ewropa kollha u servizzi
tal-ICT pan-Ewropej għandhom jegħlbu l-frammentazzjoni tas-suq uniku
u jassistu l-SMEs fit-tfittxija tagħhom għal opportunitajiet ta’
tkabbir lil hinn mis-suq lokali tagħhom. Il-Faċilità għall-Konnessjoni
tal-Ewropa se tiffinanzja infrastrutturi pre-identifikati ta’ trasport, ta’
enerġija u tal-ICT ta’ interess għall-UE, u kemm infrastrutturi
fiżiċi kif ukoll tat-teknoloġija tal-informazzjoni b’konformità
mal-kriterji tal-iżvilupp sostenibbli. Din il-proposta hija akkumpanjata
minn lista preliminari ta’ infrastrutturi proposti (il-konnessjonijiet neqsin). Il-Faċilità għall-Konnessjoni
tal-Ewropa se tkun ġestita b'mod ċentrali u se tiġi ffinanzjata
minn baġit dedikat u permezz ta’ ammonti riservati għat-trasport
fil-Fond ta’ Koeżjoni. Ir-rati ta’ ko-finanzjament mill-baġit tal-UE
se jkunu ogħla meta l-investimenti jsiru f'reġjuni ta’
"konverġenza" milli meta jsiru f'reġjuni ta’
“kompetitività". L-infrastrutturi lokali u reġjonali ser ikunu
marbuta mal-infrastrutturi ta’ prijorità tal-UE, li jgħaqqdu
ċ-ċittadini kollha madwar l-UE, u jistgħu jkunu (ko-) finanzjati
mill-Fondi Strutturali (il-Fond ta’ Koeżjoni u/jew ERDF, skont
is-sitwazzjoni ta’ kull Stat Membru/reġjun). Meta jitqies
l-iżbilanċ fl-infrastruttura tal-Istati Membri l-ġodda, il-Kummissjoni
ddeċidiet li tipproponi relattivament l-istess allokazzjoni
għall-Fond ta’ Koeżjoni. Dan se jgħin biex
isaħħaħ l-investiment tat-trasport fir-reġjuni
eliġibbli u jappoġġja r-rabtiet bejniethom u l-bqija tal-UE. Il-Faċilità għall-Konnessjoni
tal-Ewropa toffri opportunitajiet għall-użu tal-għodod
finanzjarji innovattivi biex jitħaffef u jiġi żgurat li jkun
hemm investiment akbar milli jkun jista’ jinkiseb permezz ta’ finanzjament
pubbliku biss. Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-BEI u banek oħra
ta’ investiment pubbliku biex tikkumbina l-iffinanzjar ta’ dawn
il-proġetti. B’mod partikolari, il-Kummissjoni se tippromwovi l-użu
ta’ bonds ta’ proġetti tal-UE[11]
bħala mezz sabiex jimxi ‘l quddiem it-twettiq ta’ dawn il-proġetti
importanti. Xi uħud mill-proġetti ta’
infrastruttura ta’ interess għall-UE se jeħtiġilhom jgħaddu
minn pajjiżi tal-viċinat u tal-pre-adeżjoni. Il-Kummissjoni se
tipproponi mezzi ssimplifikati ta’ konnessjoni bejniethom u ta’ finanzjament
tagħhom permezz tal-faċilità l-ġdida, biex tiżgura
l-koerenza bejn l-istrumenti interni u esterni. Dan ifisser l-eżistenza
ta’ settijiet integrati ta’ regoli sabiex il-finanzjament ta’ proġetti
rilevanti jkun disponibbli minn intestaturi differenti tal-baġit tal-UE. Il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 40 biljun għall-perjodu 2014-2020 għall-Faċilità għall-Konnessjoni tal-Ewropa biex tiġi msaħħa b’EUR 10 biljun riservati għal investimenti ta’ trasport relatati fil-Fond ta’ Koeżjoni. Dan l-ammont jinkludi EUR 9,1 biljun għas-settur tal-enerġija, EUR 31,6 biljun għat-trasport (inkluż EUR 10 biljun fil-Fond ta’ Koeżjoni) u EUR 9,1 biljun għall-ICT.
5.4.
Politika Agrikola Komuni effiċjenti
fir-riżorsi
Il-Politika Agrikola Komuni (PAK) hija
waħda mill-ftit politiki komuni verament tal-UE. Hija mfassla biex twassal
settur agrikolu sostenibbli fl-Ewropa permezz tat-tisħiħ
tal-kompetittività, l-iżġurar ta' provvista tal-ikel adegwata u
sikura, il-preservazzjoni tal-ambjent u l-kampanja filwaqt li tipprovdi livell
ta’ għajxien xieraq għall-komunità agrikola. Bħala tali, din
tissostitwixxi 27 politiki nazzjonali differenti tal-agrikoltura u
tirrappreżenta ffrankar fil-baġit nazzjonali minħabba li
l-appoġġ dirett lill-bdiewa huwa pprovdut permezz tal-baġit
tal-UE mingħajr kofinanzjar nazzjonali. Permezz tal-bidliet li qed tipproponi
għall-finanzjament tal-PAK, il-Kummissjoni qed tressaqha aktar
bis-sħiħ fi ħdan l-istrateġija Ewropa 2020, filwaqt li
tiżgura livelli stabbli ta’ dħul għal bdiewa Ewropej. Fil-futur,
il-baġit tal-agrikoltura se jintuża mhux biss biex tiżdied
il-produttività agrikola, biex jiġi żgurat standard ta’ għajxien
ġust għall-komunità agrikola, biex jiġu stabbilizzati s-swieq,
biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-provvisti u jiġi
żgurat li jaslu għand il-konsumatur bi prezzijiet raġonevoli,
imma se jappoġġja wkoll il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi
naturali u tal-azzjoni klimatika u jappoġġja l-iżvilupp
territorjali bbilanċjat fl-Ewropa kollha. It-tliet fergħat ta’ Ewropa
2020 – tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv – se jiġu
minsuġa fil-fażi li jmiss tal-iżvilupp tal-PAK. Il-bidliet proposti mill-Kummissjoni huma
mfassla biex iwasslu għal sistema aktar ġusta u ekwa ta’ sostenn
madwar l-UE, li tgħaqqad flimkien l-agrikoltura u l-politika ambjentali
f’kura sostenibbli tal-kampanja filwaqt li tiżgura li l-agrikultura tkompli
tikkontribwixxi għal ekonomija rurali ħajja. Tul is-snin, ġew
inklużi fil-PAK għadd ta’ obligi u doveri li proprjament jappartjenu
għal oqsma oħra ta’ politika. Il-Kummissjoni se tieħu
l-opportunità tal-MFF il-ġdid biex terġa tiffoka l-PAK fuq l-attivitajiet
ewlenin u ġodda tagħha. B’dan il-mod, pereżempju, il-fondi
ddedikati għas-sigurtà tal-ikel tressqu fl-Intestatura 3 tal-baġit u
fil-futur, l-għajnuna għall-ikel għall-persuni l-aktar deprivati
se tiġi ffinanzjata mill-Intestatura 1 li huwa post aktar adattat mal-miri
ta' tnaqqis tal-faqar tal-istrateġija Ewropa 2020. Il-Kummissjoni se
tipproponi li testeni l-ambitu tal-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni
biex jinkludi għajnuna għal bdiewa li l-ħobż ta’ kuljum
tagħhom jista’ jiġi affettwat mill-globalizzazzjoni. L-istruttura bażika b’żewġ
pilastri tal-PAK se tinżamm. Il-bidliet ewlenin proposti mill-Kummissjoni
huma kif ġej: Finanzjament ekoloġiku ta’ pagamenti
diretti: biex tiżgura li l-PAK tgħin lill-UE
biex twettaq l-għanijiet u l-azzjoni klimatika tagħha, lil hinn
mir-rekwiżiti ta’ konformità reċiproka tal-leġiżlazzjoni
attwali, 30 % tal-appoġġ dirett se jkun bil-kundizzjoni li jkun
ekoloġiku. Dan ifisser li l-bdiewa kollha għandhom jibdew prattiki li
jirrispettaw l-ambjent li ser jiġu ddefiniti fil-leġiżlazzjoni u
se jkunu verifikabbli. L-impatt se jkun li s-settur agrikolu
jiċċaqlaq b'mod sinifikanti f'direzzjoni aktar sostenibbli, fejn
il-bdiewa jirċievu pagamenti biex jipproduċu prodotti pubbliċi
lill-konċittadini tagħhom. Konverġenza tal-pagamenti: sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni aktar ugwali ta’
appoġġ dirett, filwaqt li jitqiesu d-differenzi li għadhom
jeżistu fil-livelli tal-pagi u l-ispejjeż tad-dħul, il-livelli
ta’ appoġġ dirett għal kull ettaru se jiġu
aġġustati progressivament. Dan se jinkiseb b’dan il-mod: matul dan
il-perjodu, l-istati Membri kollha b’pagamenti diretti inqasminn 90% tal-medja
se jagħlqu terz mid-distakk bejn il-livell kurrenti tagħhom u dan
il-livell. Din il-konverġenza se tiġi ffinanzjata b’mod proporzjonali
mill-Istati Membri kollha b’pagamenti diretti ‘l fuq mill-medja tal-UE.
Bl-istess mod, l-allokazzjoni tal-fondi tal-iżvilupp rurali se jiġu
riveduti fuq il-bażi ta’ kriterji aktar oġġettivi u mmirati
aħjar għall-għanijiet tal-politika. Dan għandu jiżgura
trattament aktar ġust ta’ bdiewa li jwettqu l-istess attivitajiet. Sabiex
il-PAK tkun tista’ tirrispondi għall-isfidi marbuta ma’
speċifiċitajiet ekonomiċi, soċjali, ambjentali u
ġeografiċi tal-agrikoltura Ewropea fis-seklu 21 u biex
tikkontribwixxi effettivament għall-għanijiet tal-Ewropa 2020
il-Kummissjoni se tagħmel proposti biex tippermetti flessibbiltà bejn
iż-żewġ pilastri. Limitu fuq il-livell ta’ ħlasijiet
diretti permezz ta’ limitu fuq il-livell bażiku
tal-appoġġ dirett tad-dħul li azjendi agrikoli kbar jistgħu
jirċievu, filwaqt li jitqiesu l-ekonomiji ta’ skala ta’ strutturi akbar u
l-impjiegi dirett li jiġġeneraw dawn l-istrutturi. Il-Kummissjoni
tipproponi li t-tfaddil jiġi reċiklat ġewwa allokazzjoni
baġitarja għall-iżvilupp rurali u miżmum fi ħdan il-pakketti
nazzjonali tal-Istati Membri fejn oriġina. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn l-elementi
l-ġodda jistgħu jiġu akkomodati taħt l-istruttura attwali
ta’ żewġ pilastri tal-PAK. Il-PAK futura għalhekk se tikkonsisti
fl-ewwel pilastru li huwa iktar ekoloġiku u mqassam b'mod iktar ġust
u t-tieni pilastru li se jkun iffukat fuq il-kompetittività u l-innovazzjoni,
it-tibdil fil-klima u l-ambjent. Miri iktar preċiżi ta’ politika
għandhom iwasslu għal użu aktar effiċjenti tar-riżorsi
finanzjarji disponibbli. It-tieni pilastru tal-PAK, li jkopri l-iżvilupp
rurali, se jkompli jikkontribwixxi għall-bżonnijiet nazzjonali
u/jew reġjonali speċifiċi, filwaqt li jirrifletti
l-prijoritajiet tal-UE, u se jkun suġġett għall-istess
dispożizzjonijiet ibbażati fuq prestazzjoni ta’ kondizzjonalità
tal-Ewropa 2020 bħall-Fondi Strutturali l-oħra. Fil-perjodu wara l-2013,
il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) se jkun
inkluż fil-qafas strateġiku komuni għal fondi strutturali kollha
u fil-kuntratti ta’ sħubija previsti mal-Istati Membri kollha. B’enfasi
fuq id-dimensjoni territorjali tal-iżvilupp soċjo-ekonomiku u
l-ikkumbinar tal-fondi disponibbli kollha tal-UE f’kuntratt wieħed,
l-iżvilupp ekonomiku taż-żoni rurali madwar l-UE se jiġi
appoġġat aħjar fil-futur. Finalment, il-Kummissjoni tipproponi li
terġa tirristruttura d-dispożizzjonijiet tas-suq li bħalissa
jinsabu fl-ewwel pilastru tal-PAK. Illum, l-agrikoltura Ewropea qed
tiffaċja varjetà ta’ sfidi, b'mod partikolari l-ħtieġa li
tirreaġixxi għal ċirkostanzi mhux previdibbli jew biex
tiffaċilita l-adattamenti meħtieġa minn ftehimiet
internazzjonali ta’ kummerċ. Għal dawn ir-raġunijiet
il-Kummissjoni tipproponi l-ħolqien ta' żewġ strumenti barra
l-qafas finanzjarju multiannwali li ser ikunu suġġetti
għall-istess proċedura aċċellerata bħar-Riżerva
għall-Għajnuna ta’ Emerġenza (EAR): mekkaniżmu ta’
emerġenza għal reazzjoni f’sitwazzjonijiet ta' kriżi
(pereżempju problema dwar sigurtà tal-ikel) u ambitu ġdid
għall-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni. Il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 281,8 biljun għall-I Pilastru tal-Politika Agrikola Komuni u EUR 89,9 biljun għall-iżvilupp rurali għall-perjodu 2014-2020. Dan il-finanzjament se jkun imsaħħaħ b’EUR 15,2 biljun oħra: · EUR 4,5 biljun għar-riċerka u l-innovazzjoni dwar is-sigurtà tal-ikel, il-bio-ekonomija u l-agrikoltura sostenibbli (fil-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni) · EUR 2,2 biljun għas-sigurtà tal-ikel fl-Intestatura 3 · EUR 2,5 biljun għall-għajnuna tal-ikel għall-persuni l-iktar deprivati fl-Intestatura I · EUR 3,5 biljun f’riserva ġdida għall-kriżijiet fis-settur agrikolu · Sa EUR 2,5 biljun għall-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni
5.5.
Ninvestu fil-kapital uman
Il-miri ewlenin tal-Ewropa 2020 dwar
iż-żieda fl-edukazzjoni terzjarja u t-tnaqqis tat-tluq bikri
mill-iskola mhumiex se jintlaħqu mingħajr investiment iktar qawwi
fil-kapital uman. L-akbar kontribuzzjoni finanzjarja mill-baġit tal-UE
fl-investiment fin-nies ġej mill-Fond Soċjali Ewropew. Lil hinn
mill-attivitajiet tagħha, hemm skop biex jiżdied l-appoġġ
tal-UE għal-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ formali
(skola, edukazzjoni ogħla, vokazzjonali, adulta) kif ukoll informali u
mhux formali għall-attivitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ.
Wieħed mis-suċċessi ewlenin tal-programmi attwali Tagħlim
tul il-Ħajja (LLP), Erasmus Mundus u Youth huwa t-tkabbir ta’ programmi
transnazzjonali ta’ mobilità għat-tagħlim. Sabiex jiżdied
il-livell tal-ħiliet u jiġu indirizzati l-livelli għolja ta’
qgħad fost iż-żgħażagħ f’bosta Stati Membri,
l-azzjonijiet li huma appoġġjati bħalissa mill-programm
Leonardo, li jgħin lil persuni jibbenefikaw mill-edukazzjoni u
t-taħriġ f'pajjiż ieħor tal-UE f'oqsma
bħat-taħriġ vokazzjonali inizjali kif ukoll biex jiġu
żviluppati u trasferiti l-politiki innovattivi minn Stat Membru għal
ieħor, se jiġu msaħħa fil-perjodu MFF li jmiss.
Bħalissa, hemm ftit wisq appoġġ finanzjarju disponibbli
għal dawk li jixtiequ jistudjaw f’livell ta’ Masters fi Stat Membru
ieħor. Il-Kummissjoni se tipproponi li tiżviluppa, bl-involviment
tal-BEI, programm innovattiv li jipprovdi garanziji għal studenti mobbli
ta’ masters. Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li ssaħħaħ
programmi Komunitarji għall-edukazzjoni u t-taħriġ u
żżid il-fondi allokati għal dawn l-attivitajiet. Il-finanzjament tal-UE għall-attivitajiet
ta’ kultura u midja jappoġġja l-wirt kulturali komuni tal-Ewropej u
jaħdem biex iżid iċ-ċirkolazzjoni ta’ ħidmiet Ewropej
kreattivi ġewwa u barra l-UE. Il-programmi attwali għandhom rwol
uniku fl-istimolazzjoni ta’ kooperazzjoni transkonfinali, billi jippromwovu
t-tagħlim fost il-pari u jagħmlu dawn is-setturi iktar professjonali.
Ir-rwol ekonomiku dejjem jikber tas-settur tal-kultura u l-industriji kreattivi
huwa sew fuq il-linja tal-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020. Madankollu, l-arkitettura attwali
tal-programmi u l-istrumenti hija frammentata. Kienu karatterizzati minn
proliferazzjoni ta’ proġetti fuq skala żgħira u xi wħud
minnhom huma nieqsa mill-massa kritika meħtieġa biex ikun hemm impatt
fit-tul. Hemm ukoll xi duplikazzjonijiet bejn l-azzjonijiet – dan wassal
għal żieda fl-ispejjeż tal-ġestjoni u ħoloq
konfużjoni għall-applikanti potenzjali. Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li
tirrazzjonalizza u tissimplifika l-istruttura attwali billi tipproponi programm
integrat wieħed, dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u
ż-żgħażagħ. L-enfasi se tkun fuq żvilupp
tal-ħiliet u mobilità tal-kapital uman. Għall-istess raġunijiet,
se jiġu introdotti wkoll sinerġiji fil-programmi relatati
mal-kultura. Il-proċessi ta’ applikazzjoni u
l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-proġetti ser ikunu
ssimplifikati, inkluż permezz tal-ġestjoni tal-proġetti
mill-aġenziji nazzjonali. Il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 15,2 biljun fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ u EUR 1,6 biljun fil-qasam tal-kultura għall-perjodu 2014-2020. Dan il-finanzjament se jiġi kkumplimentat b’appoġġ importanti għall-edukazzjoni u t-taħriġ fil-Fondi Strutturali. Pereżempju, fil-perjodu 2007-2013, intefqu madwar EUR 72,5 biljun fuq edukazzjoni u taħriġ fir-reġjuni tal-Ewropa u livelli simili ta’ nfiq huma mistennija fil-futur.
5.6.
Nindirizzaw l-isfidi tal-migrazzjoni
Il-politika
tal-affarijiet interni, li tkopri s-sigurtà, il-migrazzjoni u l-ġestjoni
tal-fruntieri esterni, kibret b’mod kostanti fl-importanza tul dawn
l-aħħar snin. Dan huwa wkoll wieħed mill-oqsma li ra bidliet
importanti taħt it-Trattat ta’ Lisbona. L-importanza tagħhom
ġiet ikkonfermata mill-Progamm ta’ Stokkolma[12] u l-Pjan ta' Azzjoni tiegħu[13]. L-għan li tinħoloq żona mingħajr fruntieri interni,
fejn iċ-ċittadini tal-UE u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi
terzi bi drittijiet legali ta’ dħul u ta’ residenza jistgħu
jidħlu, jiċċaqilqu, jgħixu u jaħdmu konfidenti li
d-drittijiet tagħhom huma rispettati bis-sħiħ u li s-sigurtà tagħhom
hija żgurata huwa ta’ importanza enormi. Fl-istess ħin, it-tħassib
pubbliku dwar l-immigrazzjoni irregolari u l-integrazzjoni kibret. Huwa
kruċjali li jkun hemm politika tal-immigrazzjoni legali li tħares ‘il
quddiem u politika ta' integrazzjoni biex jiżdiedu l-kompetittività tal-UE
u l-koeżjoni soċjali, l-arrikkiment tas-soċjetajiet tagħna
u l-ħolqien ta’ opportunitajiet għal kulħadd. It-tlestija ta’
Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil aktar sikura u effiċjenti li
tirrifletti l-valuri tagħna tibqa’ prijorità. B’mod ġenerali, dan
huwa qasam fejn hemm valur miżjud ovvju fil-mobilizzazzjoni tal-baġit
tal-UE. Għall-qafas finanzjarju multiannwali li
jmiss, il-Kummissjoni tipproponi li tissimplifika l-istruttura tal-istrumenti
tan-nefqa billi tnaqqas l-għadd ta’ programmi għal struttura
magħmula minn żewġ pilastri – billi toħloq Fond ta’
Migrazzjoni u Ażil u Fond ta’ Sigurtà Interna. Iż-żewġ
fondi se jkollhom dimensjoni esterna li tiżgura l-kontinwità
tal-finanzjament, li jibda fl-UE u jkompli f’pajjiżi terzi,
pereżempju dwar ir-risistemazzjoni tar-refuġjati, ir-riammissjoni u
l-programmi ta’ protezzjoni reġjonali. Il-Kummissjoni tipprevedi wkoll
pass lil hinn minn programmazzjoni annwali lejn programmazzjoni multi-annwali,
li tirriżulta fi tnaqqis tax-xogħol tal-Kummissjoni, tal-Istati
Membri u tal-benefiċjarji finali. It-Trattat ta' Lisbona jipprevedi
kooperazzjoni tal-UE fil-ġlieda kontra n-netwerks kriminali, it-traffikar
tal-bnedmin u l-kuntrabandu tal-armi u tad-drogi kif ukoll fil-protezzjoni
ċivili sabiex tiġi żgurata protezzjoni aħjar tan-nies u
tal-ambjent f'każ ta' diżastri kbar kemm naturali kif ukoll
ikkawżati mill-bniedem. Iż-żieda fid-diżastri li jaffettwaw
liċ-ċittadini Ewropej teħtieġ azzjoni aktar sistematika
fil-livell Ewropew. Għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li żżid
l-effiċjenza, il-koerenza u l-viżibbiltà tar-reazzjoni tal-UE
għad-diżastri. Il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 8,2 biljun għall-perjodu 2014-2020 fil-qasam tal-affarijiet interni u EUR 455 miljun għall-protezzjoni ċivili u l-Kapaċità Ewropea ta’ Rispons għall-Emerġenza.
5.7.
L-UE bħala attur globali
Dak li jiġri barra mill-fruntieri tal-UE jista' jaffettwa
direttament, u fil-fatt jaffettwa direttament, il-prosperità u s-sigurtà
taċ-ċittadini tal-UE. Għalhekk huwa fl-interess tal-UE li tkunu
attivament involuta fl-influwenzar tad-dinja ta’ madwarna, inkluż permezz
bl-użu ta’ strumenti finanzjarji. It-Trattat ta’
Lisbona huwa punt ta’ tluq ġdid fir-relazzjonijiet tal-UE mal-bqija
tad-dinja. Il-ħolqien tal-kariga ta’ rappreżentant għoli li jkun
ukoll Viċi President tal-Kummissjoni, bi rwol qawwi ta’ koordinament,
ġej minn xewqa li jkun hemm interazzjoni magħquda u effettiva
mal-imsieħba internazzjonali tagħna, ibbażata fuq
il-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem
u l-libertajiet fundamentali, id-dinjità umana, l-ugwaljanza u s-solidarjetà, u
r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u
tad-dritt internazzjonali. L-UE se tkompli tippromwovi u tiddefendi
d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt barra
l-pajjiż. Huwa aspett ewlieni tal-azzjoni esterna tal-UE fid-difiża
tal-valuri tagħha. Prijorità ewlenija
oħra hija li jiġi rispettat l-impenn formali tal-UE biex timpenja 0,7%
tal-prodott nazzjonali gross (PNG) għall-iżvilupp barrani billi
żżomm is-sehem tal-baġit tal-UE bħala parti minn sforz
komuni tal-UE bħala entità sħiħa sal-2015, biex b'hekk
tagħmel pass deċiżivi lejn il-kisba tal-Għanijiet ta'
Żvilupp għall-Millenju. Se jinħoloq strument pan-Afrikan
taħt l-Istrument ta' Kooperazzjoni u Żvilupp (DCI) biex
jappoġġja l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Konġunta bejn
l-Afrika u l-Ewropa, li jiffoka fuq valur miżjud ċar ta' attivitajiet
transreġjonali u kontinentali. Se jkun flessibbli biżżejjed biex
jakkomoda kontribuzzjonijiet minn Stati Membri tal-UE, minn Stati Afrikani,
minn istituzzjonijiet finanzjarji u mis-settur privat. Barra minn hekk,
l-Istrument ta’ Kooperazzjoni u Żvilupp (DCI) se jiffoka fuq
l-eradikazzjoni tal-faqar u l-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp
għall-Millennju (MDGs) fir-reġjuni rilevanti tad-dinja. Jeħtieġ li l-impenn tal-UE jkun adattat
għaċ-ċirkustanzi individwali. L-imsieħba tagħna
jvarjaw minn ekonomiji żviluppati għal pajjiżi l-inqas
żviluppati li jeħtieġu għajnuna speċifika mill-UE.
Skont komunikazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat[14] riċenti tagħha, l-UE hija
impenjata fit-tul biex tistabbilixxi żona ta’ stabbiltà, prosperità u
demokrazija fil-viċinat tagħha stess. Żviluppi storiċi
fid-dinja Għarbija wkoll jeħtieġu investiment sostenut biex
jappoġġja t-trasformazzjoni li huwa daqstant fl-interess tagħna u
tagħhom. L-UE se żżid il-ħidma tagħha fuq
il-prevenzjoni tal-kriżijiet sabiex tippreserva l-paċi u
ssaħħaħ is-sigurtà internazzjonali. L-istrumenti
tagħna jistgħu jiffaċilitaw ukoll l-impenn tal-UE ma'
pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet li huma ta’ tħassib globali,
bħat-tibdil fil-klima, il-protezzjoni ambjentali, il-migrazzjoni
irregolari u l-instabbiltajiet reġjonali, u jippermettu lill-UE biex
twieġeb malajr u b'mod effettiv għad-diżastri naturali u dawk
maħluqa mill-bniedem madwar id-dinja. L-UE hija impenjata biex
tikkontribwixxi finanzjarjament biex tilħaq l-impennji internazzjonali
tagħha fil-qasam tat-tibdil fil-klima u l-biodiversità. Fl-2003 saret
razzjonalizzazzjoni maġġuri tal-istrumenti u dan beda jagħti
riżultati aktar effettivi. Il-Kummissjoni ma tqisx li hija
meħtieġa bidla ewlenija oħra fl-arkitettura
leġiżlattiva għall-perjodu MFF li jmiss, għalkemm qed
jiġi propost xi titjib u l-investiment globali qed jiżdied. Biex jirriflettu
l-bidliet internazzjonali li huma għaddejjin, il-Kummissjoni tipproponi li
terġa torjenta l-finanzjament ta’ programmi f’pajjiżi
industrijalizzati u emerġenti u minflok toħloq Strument ta’
Sħubija ġdid biex jappoġġja l-interessi ekonomiċi
tagħna fil-bqija tad-dinja. Dan jista' jagħti opportunità akbar
għan-negozji tal-UE permezz tal-promozzjoni tal-kummerċ u
l-konverġenza regolatorja f'dawk il-każijiet fejn il-finanzjament
jista’ jikkontribwixxi għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet
ekonomiċi tal-UE madwar id-dinja. Għandu jiżgura li n-negozji
Ewropej ikunu jistgħu jibbenifikaw mit-trasformazzjoni ekonomika li qed
isseħħ f’ħafna partijiet tad-dinja li joħolqu
opportunitajiet bla preċedent iżda fejn il-kompetizzjoni hija wkoll
intensa ħafna. L-għajnuna
umanitarja tal-UE issa hija rikonoxxuta fit-Trattat ta’ Lisbona bħala
politika awtonoma fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-UE, li ġġib
livell għoli ta’ valur miżjud. Approċċ koerenti,
komplementari u koordinat tal-UE għall-għoti tal-għajnuna
umanitarja jiżgura li riżorsi skarsi jintużaw b’mod
effiċjenti sabiex jilħqu l-bżonnijiet identifikati u jkun
il-mutur għal reazzjoni umanitarja internazzjonali aktar effettiva.
Iż-żieda kemm fin-numru ta’ diżastri naturali u kif ukoll dawk
ikkawżati mill-bniedem u l-impatt ekonomiku tagħhom jitlob azzjoni
sistematika fil-livell Ewropew biex jissaħħaħ l-istat ta’
tħejjija u jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ rispons, kemm
ġewwa kif ukoll barra l-UE. Il-Kummissjoni tipproponi li r-reazzjoni
għall-kriżijiet, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tagħhom tkun
investigata mal-istrument tal-għajnuna umanitarja, u l-mekkaniżmu
tal-protezzjoni ċivili li jirreaġixxi għal diżastri
naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, li se jkomplu hekk kif l-effetti
tal-bidla fil-klima jinħassu. Il-Kummissjoni
temmen li l-istrumenti ta’ finanzjament f'xi oqsma ta’ politika interna,
bħall-edukazzjoni u l-migrazzjoni, għandu jintuża wkoll biex
jingħata appoġġ għal azzjonijiet f'pajjiżi terzi,
minħabba l-benefiċċji ovvji minn razzjonalizzazzjoni u
simplifikazzjoni tal-approċċ. Il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 70 biljun għall-perjodu 2014-2020 għal strumenti esterni. U barra l-MFF: · Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (pajjiżi tal-AKP) EUR 30 biljun · Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (pajjiżi u territorji extra-Ewropej) EUR 321 miljun · Il-Fond Globali għall-Klima u l-Biodiversità · Riżerva ta’ Għajnuna għall-Emerġenza, EUR 2,5 biljun
5.8.
Partiti bi status speċifiku
Hemm modi differenti ta’ finanzjament ta’
attivitajiet li jitwettqu f'isem l-UE jew bħala parti mill-politiki
tal-UE. Għal diversi raġunijiet, xi attivitajiet huma ffinanzjati
minn għodda differenti tal-baġit jew minn xi Stati Membri biss. F’din
il-proposta tal-MFF, il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni wkoll lejn
għadd ta’ proposti ta’ nfiq bi status speċifiku.
5.8.1.
Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp
Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF)
jiffinanzja għajnuna għall-iżvilupp għall-pajjiżi
msieħba tal-UE li qed jiżviluppaw. Dan tradizzjonalment ġie
ffinanzjat barra l-baġit tal-UE biex jirrifletti r-relazzjonijiet
storiċi partikolari li ċerti Stati Membri għandhom ma’ partijiet
differenti tad-dinja. Il-Kummissjoni tqis li, fiċ-ċirkostanzi
attwali, bil-Ftehim ta’ Kotonou (li abbażi tiegħu l-EDF tipprovdi
appoġġ għall-pajjiżi AKP) li se jiskadi fl-2020,
il-kundizzjonijiet għal integrazzjoni sħiħa tal-EDF
fil-baġit għadhom ma ġewx sodisfati. Madankollu, sabiex tinħoloq
perspettiva ta’ inklużjoni futura, il-Kummissjoni se tikkunsidra li
tipproponi li l-għodda ta’ kontribuzzjoni tal-EDF titqarreb iktar
mal-għodda li tintuża għall-baġit tal-UE. Dan se
jikkontribwixxi wkoll għall-viżibbiltà ta’ ammonti assoluti pprovduti
fl-għajnuna għall-iżvilupp. Huwa wkoll propost li jittejjeb
l-iskrutinju demokratiku tal-EDF billi jġibugħ konformi mad-DCI,
filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ dan l-istrument.
5.8.2.
Proġetti fuq skala kbira
L-esperjenza matul is-snin wriet li proġetti
fuq skala kbira ta’ interess għall-UE għandhom it-tendenza li jkun
disproporzjonalment għoljin għall-baġit żgħir tal-UE.
Billi n-natura speċifika tagħhom tfisser li spiss jaqbżu
l-previżjonijiet inizjali ta’ spejjeż, il-ħtieġa
sussegwenti li jsibu finanzjament addizzjonali jqanqal il-ħtieġa li
jiġu riallokati fondi li diġà ġew riservati għal
ħtiġijiet prijoritarji oħrajn. Din mhijiex soluzzjoni
sostenibbli u l-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tagħmel
proposti alternattivi għall-finanzjament futur ta’ proġetti
xjentifiċi ta’ skala kbira, billi tagħmel distinzjoni bejn Galileo u
proġetti oħra. L-UE hija l-uniku proprjetarju
tal-proġett Galileo u huwa propost baġit suffiċjenti
għall-bżonnijiet futuri tiegħu bħala parti minn dan
il-pakkett. Ser ikunu meħtieġa sforzi kontinwi sabiex l-ispejjeż
jinżammu taħt kontroll. Dan se jiġi żgurat fir-Regolament
li jistabilixxi l-MFF. Il-fażi ta’ skjerament sħiħ u l-istadju
operattiv tal-proġett għandhom jintlaħqu fil-bidu tal-qafas
finanzjarju li jmiss, f’liema punt għandhom jitqiesu arranġamenti ta’
governanza ġdida għal perjodu ta’ żmien itwal. Għal proġetti bħal ITER u GMES,
fejn l-ispejjeż u/jew spejjeż żejda huma kbar wisq biex
jitħallsu biss mill-baġit tal-UE, il-Kummissjoni tipproponi li wara
l-2013 il-finanzjament tagħhom jiġi previst barra l-MFF. Dan se
jippermetti lill-UE tkompli tissodisfa bi sħiħ l-impenj
internazzjonali tagħha.
6.
Strumenti u implimentazzjoni
6.1.
Simplifikazzjoni biex titjieb il-prestazzjoni
Il-proċeduri ta’ implimentazzjoni u
l-ħtiġiet tal-kontroll tal-programmi tal-UE jeħtieġu li
jkunu effettivi biex jiżguraw ir-responsabbiltà iżda
jeħtieġu wkoll li jkunu ta’ nefqa effikaċi. Il-bidliet matul
is-snin taw lok għal sistema li issa hija ġeneralment meqjusa
bħala kkumplikata wisq u li spiss tiskoraġġixxi
l-parteċipazzjoni u/jew toħloq dewmien fl-implimentazzjoni. B’dan
l-isfond, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi simplifikazzjoni radikali
fl-MFF futuri kollha. F'dan il-kuntest, huwa importanti li l-bażijiet
legali futuri tal-programmi settorjali kollha jiksbu bilanċ ġust bejn
l-għanijiet tal-politika, il-mezzi ta’ twettiq u l-ispejjeż
tal-amministrazzjoni u l-kontroll. B’mod partikolari, il-kondizzjonijiet
għall-kisba ta’ għanijiet politiċi se jitwaqqfu b’mod li jkunu
effikaċi fin-nefqa filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet
ċari ta’ eliġibbiltà, responsabbiltà u livell xieraq ta’ kontroll li
jillimita r-riskju tal-iżbalji għal livell raġonevoli bi
spiża raġonevoli. Kwalunkwe simplifikazzjoni sinifikanti
tal-użu ta’ fondi tal-UE se teħtieġ l-isforzi magħquda
tal-istituzzjonijiet kollha fir-reviżjoni kemm tar-regoli ġenerali
fir-Regolament Finanzjarju kif ukoll tar-regoli speċifiċi
għas-settur li bħalissa qed jitħejjew. Madankollu, l-isforzi
għas-simplifikazzjoni fil-livell tal-UE mhux se jipproduċu l-effett
sħiħ tagħhom jekk ma jkunux akkumpanjati minn sforzi paralleli
fuq livell nazzjonali, pereżempju fil-qasam tal-ġestjoni
kondiviża. Il-Kummissjoni se toħroġ Komunikazzjoni ddedikata
dwar is-simplifikazzjoni fi tmiem l-2011 ladarba l-proposti speċifiċi
għas-settur ikunu skedati.
6.1.1.
Innaqqsu l-għadd ta’ programmi
L-ewwel mod kif jista' jinkiseb dan
l-għan huwa li jitnaqqas in-numru ta' programmi u strumenti separati;
għanijiet multipli ta’ politika jistgħu jintlaħqu mingħajr
ma jkun hemm multiplikazzjoni mhux meħtieġa tan-numru ta’ strumenti
biex iwettquhom u mingħajr differenzi kbar fir-regoli ta’ ġestjoni
minn programm għal ieħor. Programmi kumplessi li ma kellhomx
suċċess se jiġu mfassla mill-ġdid b'forma ssimplifikata u
aktar effettiva jew se jitwaqqfu. Dan l-approċċ qed jiġi propost
f’xi oqsma - Affarijiet marittimi u sajd, ġustizzja u drittijiet
fundamentali, affarijiet interni, edukazzjoni u kultura.
6.1.2.
Tqegħid tal-istrumenti differenti taħt
qafas wieħed
Mod ieħor biex tiġi ssimplifika
l-ġestjoni tal-programmi huwa li jitpoġġew taħt qafas
wieħed b’regoli komuni, billi jitnaqqsu kemm jista' jkun kwalunkwe
eċċezzjonijiet jew speċifiċitajiet. Pereżempju: ·
Il-Kummissjoni tipproponi li tiġbor flimkien
it-tliet għejun ewlenin tal-finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni
(is-Seba’ Programm Qafas, l-innovazzjoni kurrenti parti tal-Programm
tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni, u l-Istitut Ewropew
għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)) fi ħdan Qafas
Strateġiku Komuni uniku għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (CSF). ·
Għall-fondi taħt ġestjoni mqassma -
l-ERDF, l-FSE, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew
għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd -
Qafas Strateġiku Komuni li se jissostitwixxi l-approċċ attwali
li jistabilixxi settijiet separati ta’ linji gwida strateġiċi
għal strumenti differenti.
6.1.3.
L-esternalizzazzjoni
Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll l-użu
tal-għażla li jkun hemm kuntatt iktar estensiv mal-aġenziji
eżekuttivi eżistenti. Kif ġie kkonfermat mill-Qorti
tal-Awdituri, dawn l-aġenziji jipprovdu servizz aħjar ta’ twettiq u
jsaħħu l-viżibbiltà tal-UE. Dan l-istrument huwa partikolarment
rilevanti għat-tkomplija ta’ programmi iżgħar attwali li
għadhom ma ġewx esternalizzati u li jinvolvu massa kritika ta’
operazzjonijiet omoġenji jew standardizzati, biex b’hekk jinkisbu
ekonomiji ta’ skala. Dan ma jfissirx li jinħolqu aġenziji
eżekuttivi ġodda, iżda li jiġi rivedut kif meħtieġ
il-mandat ta’ dawk eżistenti. Dan l-approċċ qed jiġi segwit
pereżempju fi proposti għal programmi tal-edukazzjoni u l-kultura.
6.1.4.
Integrazzjoni effiċjenti tal-prijoritajiet
fost il-politiki
F’ċerti oqsma tal-politika l-aħjar
mod biex jintlaħqu l-għanijiet – inkluż azzjoni dwar il-klima,
l-ambjent, il-politika tal-konsumatur, is-saħħa u d-drittijiet
fundamentali - jiddependi fuq l-integrazzjoni effiċjenti tal-prijoritajiet
f'firxa ta’ strumenti f 'oqsma oħra tal-politika. Pereżempju,
l-għanijiet ta’ azzjoni dwar il-klima għandhom bżonn jiġu
riflessi fi strumenti biex jiġi żgurat li jikkontribwixxu biex
tinbena ekonomija baxxa fil-karbonju, effiċjenti fir-riżorsi u
reżistenti għat-tibdil fil-klima li ssaħħaħ
il-kompetittività tal-Ewropa, toħloq aktar impjiegi u aktar impjiegi
ekoloġiċi, isaħħaħ is-sikurezza tal-enerġija u
ġġib benefiċċji għas-saħħa. Fil-qasam
tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-klima u l-ambjent, b’mod
partikolari l-biodiversità, se jiġu integrati fil-programmi relevanti
kollha. Konsegwentament, is-sehem relevanti
tal-baġit tal-UE se jiżdied bħala riżultat
tal-integrazzjoni effettiva tal-politiki maġġuri kollha tal-UE
(bħall-koeżjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-agrikoltura u
l-kooperazzjoni esterna). Billi l-istess azzjoni tista’ u għandha ssegwi
għanijiet differenti fl-istess ħin, l-integrazzjoni effettiva
għandha tippromwovi sinerġiji fl-użu tal-fondi għal diversi
prijoritajiet u tirriżulta f’aktar konsistenza u effiċjenza fl-infiq.
6.1.5.
Amministrazzjoni aktar effiċjenti
In-nefqa amministrattiva bħalissa hija 5,7%
tal-infiq kurrenti. Dan il-baġit jiffinanzja l-istituzzjonijiet kollha
tal-Unjoni Ewropea – il-Parlament Ewropew (20 %), il-Kunsill Ewropew u
l-Kunsill (7 %), il-Kummissjoni (40 %) u l-istituzzjonijiet u l-korpi
ż-żgħar (15 %). Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni
għamlet sforzi konsiderevoli fl-aħħar għaxar snin biex
tirriforma l-amministrazzjoni ta’ riżorsi umani u baġitarji
tagħha, u biex tiżgura aktar effiċjenza fl-użu
tagħhom. Ir-riforma tal-2004 waħedha ġabet ekonomijij ta’ EUR 3
biljun mill-2004, u hekk kif ikompli l-proċess ta' riforma, ser
jagħti EUR 5 biljun aktar fis-snin li ġejjin sal-2020.
Bħala parti mill-impenn kontinwu tagħha biex nillimitaw
l-ispejjeż ta’ amministrazzjoni tal-politiki tal-UE, il-Kummissjoni ilha
topera fuq il-bażi ta’ “tkabbir żero” fir-riżorsi umani mill-2007 Il-Kummissjoni tipproponi li tissimplifika u
tirrazzjonalizza aktar l-amministrazzjoni tagħha biex tagħmilha
organizzazzjoni moderna, effettiva u dinamika konformi mal-għanijiet
tal-Ewropa 2020. Konxja dwar il-pressjonijiet fuq il-baġits tal-Istati
Membri u wara li kkunsidrat it-tnaqqis fl-infiq tal-amministrazzjonijiet
pubbliċi nazzjonali, il-Kummissjoni rrevediet nefqa amministrattiva
fl-istituzzjonijiet kollha biex jiġu identifikati aktar sorsi ta’
effiċjenza u tnaqqis fl-ispejjeż. Iddeċidiet li tipproponi
tnaqqis ta’ 5% fil-livelli tal-persunal ta’ kull istituzzjoni bħala parti
mill-MFF li jmiss. Flimkien ma' effiċjenzi oħra, dan se jżomm
f'livell minimu s-sehem tal-spejjeż amministrattivi fil-baġit tal-MFF
li jmiss. Mingħajr stennija sal-2014 meta se jibda
l-MFF li jmiss, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi għadd ta’
tibdiliet fir-Regolamenti tal-Persunal tal-UE applikabbli
għall-uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-UE. Dawn jinkludu metodu
ġdid għall-kalkolu tal-adattament tas-salarji, żieda
fis-sigħat tax-xogħol (minn 37,5 għal 40 siegħa
fil-ġimgħa) mingħajr kumpens ta’ aġġustamenti
tal-pagi, żieda fl-età tal-pensjoni u l-immodernizzar ta' ċerti
kundizzjonijiet skaduti skont xejriet simili fl-amministrazzjonijiet tal-Istati
Membri. Il-Kummissjoni qed tipprepara abbozz ta’ Regolament li l-ewwel se
jiġi diskuss mar-rappreżentanti tal-persunal bħala parti normali
tal-proċess tad-djalogu soċjali u imbagħad ippreżentat
formalment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-adozzjoni
mill-aktar fis possibbli.
7.
It-tul, l-istruttura u l-flessibbiltà tal-qafas finanzjarju
multiannwali
Filwaqt li tqis il-pożizzjoni
tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi perjodu ta’
seba’ snin għall-MFF li jmiss. Dan se jssaħħaħ ir-rabta
biex il-miri tal-istrateġija Ewropa 2020 jintlaħqu fil-ħin. Fl-2016
il-Kummissjoni se tippreżenta valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-qafas
finanzjarju akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposti rilevanti.
Il-Kummissjoni tipproponi li l-intestaturi użati taħt il-qafas 2007-2013
jiġu ffurmati mill-ġdid biex jirriflettu l-għanijiet tal-istrateġija
Ewropa 2020. Il-Kummissjoni taqbel mal-Parlament Ewropew li
aktar flessibbiltà fl-intestaturi baġitarji kollha kemm huma hija
meħtieġ biex tippermetti lill-Unjoni Ewropea li tiffaċċja
sfidi ġodda u biex jiġi ffaċilitat il-proċess
tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan l-istituzzjonijiet.
Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi ħames strumenti barra mill-qafas
finanzjarju (ir-Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza,
l-Istrument tal-Flessibilità, il-Fond ta’ Solidarjetà u ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u strument ġdid biex
jintuża f’reazzjonijiet għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi
fl-agrikoltura) kif ukoll xi bidliet addizzjonali li huma ppreżentati
fil-proposti li jakkumpanjaw ir-Regolament MFF u l-Ftehim Interistituzzjonali
Ġdid dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u
amministrazzjoni finanzjarja soda. Barra minn hekk, il-bażijiet legali
futuri għall-istrumenti differenti se jipproponu l-użu estensiv ta’
atti delegati biex jippermettu li jkun hemm aktar flessibbiltà fil-ġestjoni
tal-politiki matul il-perjodu ta’ finanzjament, filwaqt li jiġu
rrispettati l-prerogattivi taż-żewġ fergħat
tal-leġiżlatur. Min-naħa l-oħra, il-ġestjoni
ta’ programmi għandha tqis iktar il-ħtieġa għal ippjanar
aktar rigoruż tal-infiq fil-futur u tevita li tiżdied l-akkumulazzjoni
ta' ħlasijiet futuri. Il-Kummissjoni għalhekk għandha tipproponi
miżuri biex tiżgura regoli aktar stretti għall-ippjanar
finanzjarju u l-ġestjoni ta’ programmi ffinanzjati mill-UE, partikolarment
fil-Fondi Strutturali, filwaqt li tqis ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri
fl-amministrazzjoni ta’ dawn il-fondi.
8.
Konklużjoni
F’testi leġiżlattivi li jakkumpanjaw
il-Kummissjoni tipproponi Regolament li jadotta qafas finanzjarju multiannwali
ġdid, ftehim interistituzzjonali (IIA) dwar kwistjonijiet baġitarji u
amministrazzjoni finanzjarja soda, u biex ikun hemm Deċiżjoni dwar
ir-riżorsi proprji (b'leġiżlazzjoni implimentattiva rilevanti). Fix-xhur li ġejjin qabel it-tmiem tal-2011,
l-approċċ deskritt f'din il-Komunikazzjoni se jiġi stipulat
fid-dettall fil-proposti leġiżlattivi għall-istrumenti u
l-programmi ta’ nfiq fl-oqsma individwali tal-politika. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma
mistiedna jappoġġaw l-orjentazzjonijiet stabbiliti f'din
il-Komunikazzjoni u biex jieħdu l-passi neċessarji fil-proċess
tan-negozjati sabiex jiżguraw li l-atti leġiżlattivi rilevanti,
inkluż il-programmi u l-istrumenti ta’ nfiq settorjali, ikunu ġew
adottati fil-ħin bil-għan li jkun hemm implimentazzjoni bla xkiel
tal-qafas finanzjarju multiannwali l-ġdid fl-1 ta’ Jannar 2014.
Il-Kummissjoni se tipproponi l-aġġustamenti meħtieġa
għal dan il-qafas jekk, kif mistenni, ir-Repubblika tal-Kroazja ssir Stat
Membru tal-Unjoni Ewropea qabel ma jidħol fis-seħħ il-Qafas
Finanzjarju Multiannwali li jmiss. [1] Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’
Ġunju 2011 dwar Investiment fil-ġejjieni: qafas Finanzjarju
Multiannwali Ġdid (MFF) għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u
inklużiva. [2] Ara, pereżempju, id-dettalji dwar il-proċess
ta' konsultazzjoni qabel l-adozzjoni tar-reviżjoni tal-baġit tal-UE, http://ec.europa.eu/budget/reform/issues/read_en.htm [3] Id-dettalji tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-infiq
taħt l-MFF 2007-2013 u l-analiżi tagħha tal-impatti tal-proposti
attwali huma stabbiliti fid-dokument ta' ħidma tal-persunal SEC (2011) 868
li jakkumpanjah. [4] Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’
Ġunju 2011 dwar Investiment fil-ġejjieni: qafas Finanzjarju
Multiannwali Ġdid (MFF) għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u
inklużiva. [5] Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-29 ta’ 0ttubru
2010. [6] COM(2010) 700 [7] Għad-dettalji ara d-dokument ta’ ħidma
tal-persunal SEC (2011) 876 li jakkumpanjah [8] COM(2011) 510 [9] Għal eżempji tal-valur miżjud tal-infiq
tal-UE ara d-dokument ta’ ħidma tal-persunal SEC (2011) 867 li
jakkumpanjah [10] Ara r-Rapport dwar l-Innovazzjoni u l-Kompetittività
tal-Unjoni 2011 , SEC (2011) 739. [11] Għal aktar dettalji ara d-dokument ta’ ħidma
tal-persunal SEC (2011) 868 li jakkumpanjah . [12] Dokument tal-Kunsill 17024/09. [13] COM(2010) 171. [14] COM(2011) 303