EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0542

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Ir-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza fis-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli

/* KUMM/2010/0542 finali - COD 2010/0271 */

52010PC0542

/* KUMM/2010/0542 finali - COD 2010/0271 */ Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Ir-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza fis-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 4.10.2010

KUMM(2010) 542 finali

2010/0271 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Ir-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza fis-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

EN

{SEG(2010) 1151} {SEG(2010) 1152}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

- Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

It-terminu 'vetturi tal-kategorija L' jkopri firxa wiesgħa ta' tipi differenti ta' vetturi b'żewġ, tliet jew erba' roti, eż. mopeds b'żewġ jew tliet roti, muturi b'żewġ jew tliet roti u muturi bis-side-cars. Eżempji ta’ vetturi b’erba’ roti, li jissejħu wkoll kwadriċikli, huma l-quads u l-mini-cars.

Ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi ġodda tal-kategorija L bħalissa huma stipulati fid-Direttiva 2002/24/KE1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-'Direttiva ta' Qafas'). Barra minn hekk, serje ta' Direttivi msemmija fid-Direttiva ta' Qafas fihom rekwiżiti tekniċi dettaljati marbuta mal-vetturi tal-kategorija L.

Il-Kummissjoni identifikat għadd ta' kwistjonijiet ewlenin marbuta mad-dispożizzjonijiet attwali għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi ġodda tal-kategorija L, li jeħtieġ jiġu indirizzati: – il-kumplessità tal-qafas legali; – il-livell ta' emissjonijiet u s-sehem dejjem ikbar tagħhom mit-total tal-emissjonijiet tal-vetturi tat-triq, li kumplessivament qed jonqos; – aspetti tas-sikurezza funzjonali tal-vettura marbuta mar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip; – in-nuqqas ta' qafas legali għall-vetturi mgħammra b'teknoloġiji ġodda; – il-bejgħ u r-reġistrazzjoni ta' ċerti vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati importati fis-suq tal-UE u li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti attwali tal-approvazzjoni tat-tip dwar is-sikurezza funzjonali tal-vettura u/jew il-ħarsien ambjentali. |

Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Id-Direttiva ta' Qafas tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/24/KE[1] Id-Direttivi: 93/14/KEE[2] 93/30/KEE[3] 93/33/KEE[4] 93/93/KEE[5] 95/1/KE[6] 97/24/KE[7] 2000/7/KE[8] 2002/51/KE[9] 2009/62/KE[10] 2009/67/KE[11] 2009/78/KE[12] 2009/79/KE[13] 2009/80/KE[14] 2009/139/KE[15] Il-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip hija indirizzata fl-inizjattiva politika ‘CARS 21’[16]. Din l-inizjattiva tnediet fl-2005 biex twettaq reviżjoni regolatorja u politika tas-settur tal-vetturi biex tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar għażliet politiċi futuri. Waħda mir-raġunijiet għala twaqqfet CARS 21 kienet il-preokkupazzjoni murija mill-industrija tal-vetturi li l-ispiża kumulattiva tar-regolazzjoni kellha effett negattiv fuq il-kompetittività u għolliet il-prezzijiet tal-vetturi bla bżonn. Ir-Rapport Finali ta' CARS 21[17] ikkonkluda li filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ għandha tinżamm għall-ħarsien taċ-ċittadini u tal-ambjent, għandu jsir eżerċizzju ta' simplifikazzjoni sabiex il-qafas regolatorju jiġi razzjonalizzat u r-rekwiżiti jsiru iktar armonizzati fuq livell internazzjonali. Dan l-eżerċizzju ta' simplifikazzjoni ġie ppjanat fit-'Tieni rapport tal-progress tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija għas-simplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju'[18]. Kull inizjattiva possibbli għandha tiġi allinjata ma' din l-istrateġija. F'konformità mal-istrateġija Ewropea dwar il-kwalità tal-arja[19], l-Unjoni Ewropea saħħet kontinwament l-istandards tal-emissjonijiet għall-vetturi bil-magna, partikolarment għall-idrokarburi, il-monossidu tal-karbonju, l-ossidi tan-nitroġenu u l-partikoli. Dan se jkun il-każ ukoll għal dan il-qafas regolatorju propost għall-vetturi tal-kategorija L. Il-miżuri tal-approvazzjoni tat-tip f'dan il-qafas legali huma wkoll allinjati mal-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għas-Sikurezza fit-Toroq 2011-2020 u ċ-Charter Ewropew għas-Sigurtà fit-Triq (ERSC)[20] 2000-2010. L-għan tal-ERSC huwa li jnaqqas bin-nofs il-fatalitajiet fit-triq sal-2010. Sfortunatament, is-sewwieqa tal-vetturi tal-kategorija L jagħmlu parti minn grupp ta' utenti tat-triq vulnerabbli bl-ogħla rati ta' fatalità u korriment fost l-utenti kollha tat-triq. Fl-aħħar nett, din il-proposta tinkorpora wkoll għadd ta' dispożizzjonijet tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[21] dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, biex ittejjeb l-implimentazzjoni u l-infurzar tar-Regolament il-ġdid. Dawn jispeċifikaw ir-responsabbiltajiet tal-operaturi ekonomiċi fil-katina tal-provvista u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq involuti rispettivi, partikolarment fir-rigward tas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti għall-korpi jew l-organizzazzjonijiet li l-Istati Membri jistgħu jiddelegawlhom xi kompiti ta' evalwazzjoni ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati ġew imtejba bil-għan li jkun hemm kundizzjonijiet uniformi u ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni li jistgħu jirriżultaw minn livelli differenti ta' strettezza u rendiment applikati minn dawn l-organizzazzjonijiet terzi huma u jittestjaw, jispezzjonaw u jevalwaw vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li għalihom tkun qed tintalab l-approvazzjoni tat-tip. |

2. IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-Kummissjoni Ewropew nediet konsultazzjoni pubblika hija u tipprova tiġbor il-fehmiet tal-partijiet interessati dwar il-proposti ġenerali tagħha għal-leġiżlazzjoni ġdida għall-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategorija L. Ġie ppubblikat dokument tal-konsultazzjoni[22] biex jipprovdi sfond u jitlob l-opinjonijiet dwar il-qafas il-ġdid li eventwalment jissostitwixxi l-qafas leġiżlattiv attwali. Il-konsultazzjoni pubblika kellha fil-mira dawk il-gruppi li jkunu affettwati l-iktar mill-proposta għal qafas legali ġdid, inklużi l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip fl-Istati Membri, il-manifatturi, il-provvedituri u l-konsumaturi. Id-dokument ġie ppubblikat bl-Ingliż, il-Franċiż, il-Germaniż fuq websajt imwaqqfa speċifikament għal dak l-iskop. Il-Kummissjoni Ewropea għarrfet li rċeviet it-tweġibiet kollha tal-partijiet interessati għall-konsultazzjoni, u dawn ġew ippubblikati[23]. |

Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu Fl-iżvilupp tal-proposta l-Kummissjoni Ewropea kkonsultat il-partijiet interessati f'diversi modi: Il-konsultazzjoni pubblika saret mit-22 ta' Diċembru 2008 sas-27 ta' Frar 2009 fuq l-internet, u kopriet l-aspetti tal-proposta li possibbilment ikunu kontroversjali. Waslu reazzjonijiet mill-Istati Membri, mill-industrija tal-manifattura tal-vetturi u tal-komponenti tal-kategorija L, minn organizzazzjonijiet tat-trasport, minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-utenti, minn organizzazzjonijiet oħra mhux governattivi u minn ċittadini individwali. L-elementi tal-abbozz tal-proposta ġew diskussi f'bosta laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea[24] dwar il-vetturi tal-kategorija L. Fl-aħħar nett, saru ħafna laqgħat bilaterali ma' partijiet interessati individwali fejn l-opinjonijiet u l-fehmiet tagħhom setgħu jiġu espressi liberament. |

Sommarju ta’ risposti u kif dawn ġew kkunsidrati Il-Kummissjoni Ewropea rċeviet 57 risposta għall-konsultazzjoni bl-internet. Tqajmu għadd ta' kwistjonijiet mill-partijiet interessati. Ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika tqassru f'rapport[25] u ġew ippreżentati u diskussi fid-29 ta' Ġunju 2009 f'laqgħa tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-vetturi tal-kategorija L, u l-partijiet interessati kollha ġew mistiedna jikkumentaw dwaru. L-istima tal-impatt li takkumpanja din il-proposta tagħti rendikont sħiħ tal-kwistjonijiet imqajma u tiddiskuti kif dawn tqiesu. |

Il-valutazzjoni tal-impatt Għal kull wieħed mill-aspetti ewlenin tal-proposta, ġew analizzati l-għażliet differenti billi ġew elenkati l-vantaġġi u l-iżvantaġġi possibbli f'termini tal-aspetti ekonomiċi, ambjentali, l-aspetti tas-sikurezza u dawk marbuta mas-soċjetà. L-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ġew inklużi t-tnejn f'din l-analiżi. Fil-pass ta' wara, l-għażliet differenti tqabblu u l-għażla ppreferuta, jew taħlita loġika taż-żewġ għażliet preferuti, ġew identifikati u deskritti. Dawn l-għażliet preferuti jiffurmaw il-bażi għal dan ir-Regolament ta' Qafas ġdid. L-abbozz tar-rapport ġie skrutinizzat mill-Bord tal-Istima tal-Impatt u r-rakkomandazzjonijiet għat-titjib tiegħu ġew integrati kemm jista' jkun fir-rapport finali. L-opinjoni tal-Bord tal-Istima tal-Impatt dwar ir-rapport ġiet ippubblikata flimkien ma' din il-proposta, kif ukoll ir-rapport finali tal-Istima tal-Impatt u s-sommarju eżekuttiv tiegħu. 3. L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA BAżI LEGALI Il-bażi legali ta' din il-proposta huwa l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU). Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Qabel ma ġiet stabbilita l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi tal-kategorija L, ġew stabbiliet standards fil-livell tal-Istati Membri. Din il-leġiżlazzjoni adottata mill-Istati Membri ħafna drabi kienet differenti u dawk il-manifatturi li jbiegħu vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati fi swieq differenti kellhom bilfors ivarjaw il-produzzjoni skont l-Istat Membru destinatarju tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati u t-testijiet fuqhom kellhom isiru f'kull Stat Membru kkonċernat, u dan kien jieħu ħafna żmien u jiswa ħafna flus. Għaldaqstant, ir-regoli nazzjonali differenti fixklu l-kummerċ u kellhom impatt negattiv fuq it-twaqqif u t-tħaddim tas-suq intern. Għalhekk, kien meħtieġ li jiġu stabbiliti direttivi fil-livell tal-UE, speċjalment biex jindirizzaw kwistjonijiet transkonfinali ta' tħassib li jolqtu l-UE kollha, u li jirrigwardaw is-sikurezza u l-effetti negattivi tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa u l-ambjent. L-emissjonijiet għolja fiż-żoni urbani lokali jistgħu jiġu kkontrollati mill-miżuri individwali tal-Istati Membri, iżda l-emissjonijiet globali ma jiqfux mal-fruntiera ta' Stat Membru. Dan it-tħassib komuni għall-Ewropa kollha jista' jiġi indirizzat biss b'miżuri armonizzati għall-UE kollha kemm hi. Id-Direttiva ta' Qafas 2002/24/KE1, ibbażata fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, tfasslet biex tagħmel dan u l-mira tagħha hija li tistabbilixxi suq intern filwaqt li tiżgura livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa, tas-sikurezza u tal-ambjent. Dan ir-raġunament għadu validu sal-lum billi l-azzjoni tal-Unjoni Ewropea hija meħtieġa biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern u biex ikun żgurat livell għoli u ugwali ta' ħarsien mal-Ewropa kollha. Valur miżjud ieħor tal-leġiżlazzjoni tal-UE huwa li l-industrija se tkun tista' tipprofitta mill-ekonomiji tal-iskala permezz ta' rekwiżiti legali armonizzati: pereżempju, vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati jistgħu jsiru għas-suq Ewropew sħiħ, minflok ma jinbnew speċifikament biex jiksbu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal kull Stat Membru. Barra minn hekk, l-adattament tal-qafas legali għall-progress tekniku se jiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-manifatturi fir-rigward tat-teknoloġija ġdida. Il-konsumaturi se jibbenefikaw minn prezzijiet orħos ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati, li l-ħin kollu jinsabu taħt pressjoni minħabba l-kompetizzjoni mal-UE kollha. Fl-aħħar nett, it-tisħiħ tal-miżuri tas-sorveljanza tas-suq se jgħin biex jiżgura li l-istess sett ta' regoli jiġu applikati għall-manifatturi kollha li jbiegħu jew li huma responsabbli għad-dħul fis-servizz ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati fis-suq tal-UE u jiżgura li r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-ambjent u s-sikurezza tal-vettura jkunu tabilħaqq effettivi. Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għaliex ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-garanzija tat-tħaddim tajjeb tas-suq intern filwaqt li fl-istess ħin ikun hemm livell għoli ta’ sikurezza pubblika u livell għoli ta’ ħarsien ambjentali. Għażla tal-istrumenti L-użu ta' Regolament ta' Qafas jitqies xieraq għaliex jipprovdi l-assigurazzjoni meħtieġa għal konformità filwaqt li ma jirrikjedix traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri. Il-proposta tuża 'l-approċċ b'livelli differenti' oriġinarjament imdaħħal fuq talba tal-Parlament Ewropew u użat f'leġiżlazzjoni oħra għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-vetturi motorizzati. Dan l-approċċ jipprovdi għal leġiżlazzjoni fi tliet stadji: id-dispożizzjonijiet fundamentali u l-ambitu jiġu stipulati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill f'regolament ibbażat fuq l-Artikolu 114 tat-TFUE skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi marbuta mad-dispożizzjonijiet fundamentali jiġu stipulati fi tliet atti delegati (l-Artikolu 290), adottati permezz tal-komitoloġija: (1) Regolament dwar ir-rekwiżiti tar-rendiment ambjentali u l-propulsjoni: il-kompatibilità elettromanjetika; proċeduri tat-testijiet ambjentali marbuta mal-emissjonijiet tal-egżost, l-emissjonijiet tal-evaporazzjoni, l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u l-konsum tal-fjuwil; l-ogħla veloċità li l-magna hija ddiżinjata għaliha, it-torque massimu u l-potenza massima netta tal-magna; il-ħoss. (2) Regolament dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza funzjonali tal-vettura u suġġetti relatati: apparati tat-twissija bil-ħoss; l-ibbrejkjar, inkluż sistemi ta' anti-lock u combined brake; is-sikurezza elettrika; l-istrutturi protettivi ta' quddiem u ta' wara; ħġieġ, wipers u washers tal-windscreen u strumenti li jneħħu s-silġ u t-titpin minn mal-windscreen; identifikazzjoni tal-kontrolli, sinjalaturi u indikaturi; installazzjoni ta' dwal u apparati ta' sinjalar bid-dwal; viżibilità għall-wara; ankraġġi taċ-ċintorini tas-sigurtà u ċintorini tas-sigurtà; tajers; protezzjoni tal-okkupant tal-vettura, inkluż il-fittings interni, imserħiet għar-ras u l-bibien tal-vettura; il-limitazzjoni tal-veloċità li l-vettura hija ddiżinjata għaliha; l-integrità tal-istruttura tal-vettura. (3) Regolament dwar ir-rekwiżiti tal-bini tal-vettura: miżuri kontra t-tbagħbis; strumenti u aċċessorji ta' akkoppjament; tagħmir li ma jħallix użu mhux awtorizzat; projezzjonijiet fuq barra; it-tank tal-fjuwil; pjattaformi tat-tagħbija; il-mases u d-dimensjonijiet; is-sistemi dijanjostiċi abbord; imqabad għall-idejn u mserħiet għal saqajn il-passiġġier; informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni; spazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara; stands; marki statutorji. Att implimentattiv (l-Artikolu 291) jistipula d-dispożizzjonijiet amministrattivi, bħad-dokument tal-informazzjoni, id-definizzjonijiet taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip, iċ-ċertifikat tal-konformità u r-rekwiżiti marbuta tal-konformità tal-produzzjoni, eċċ. 4. L-IMPLIKAZZJONIJIET BAġITARJI Din il-proposta għal Regolament ta' Qafas ma għandhiex implikazzjonijiet għall-baġit tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-ewwel żewġ stadji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet (Euro 4 u 5 għall-muturi, Euro 3 u 4 għall-vetturi kollha l-oħra tal-kategorija L). It-tielet stadju tal-emissjonijiet se jinkludi l-istadju Euro 6 għall-muturi u l-istadju Euro 5 għall-kategoriji l-oħra kollha ta' vetturi fil-kategorija L (mopeds, triċikli u kwadriċikli). Dawn il-limiti huma assolutament ekwivalenti għal-limiti ta' emissjonijiet tal-Euro 5 għall-karozzi tal-passiġġieri. Studju addizzjonali dwar l-effetti ambjentali huwa ppjanat sabiex jiddetermina l-effetti ambjentali fil-qosor tal-istadji Euro 3, 4 u 5 u jekk l-istadju Euro 6 fil-mira huwiex xieraq fiż-żmien propost. Dan l-istudju se jsir fil-perjodu bejn l-2016 u l-2017 u se jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-Kummissjoni. 5. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI L-att propost jirrigwarda kwistjonijiet relatati maż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u għalhekk għandu jiġi estiż għal din iż-żona. |

2010/0271 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Ir-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza fis-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-Att leġiżlattiv ingħadda lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[26],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[27],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

1. Is-suq intern huwa magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha jrid jiġi żgurat il-moviment ħieles tal-prodotti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Għal dak il-għan, ġiet stabbilita sistema tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-KE għal vetturi b'żewġ jew tliet roti mid-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2002 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bħal dawn1. Dawn il-prinċipji għandhom jibqgħu japplikaw għal dan ir-Regolament u l-atti delegati u implimentattivi tiegħu.

2. Is-sistema tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE hija intiża biex tippermetti lil kull Stat Membru jikkonferma li kull tip ta' vettura jkun għadda mill-kontrolli pprovduti f'dan ir-Regolament, fl-atti delegati u implimentattivi tiegħu u l-manifattur tiegħu jkun kiseb ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip. Barra minn hekk, il-manifatturi jobbligahom joħorġu ċertifikat tal-konformità għal kull vettura prodotta skont l-approvazzjoni tat-tip. Meta vettura tkun akkumpanjata mit-tali ċertifikat tista' tinbiegħ u tiġi rreġistrata għall-użu fl-Unjoni kollha.

3. Dan ir-Regolament jimmira li jistipula regoli armonizzati għall-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategorija L, bil-għan li jiżgura t-tħaddim tas-suq intern. Il-vetturi tal-kategorija L huma vetturi b'żewġ, tliet jew erba' roti bħal vetturi motorizzati b'żewġ roti, ir-triċikli, il-quads għat-triq u l-mini-cars. Barra minn hekk, l-għanijiet huma li jiġi ssimplifikat il-qafas legali attwali, li jitnaqqas is-sehem mill-emissjonijiet kumplessivi tat-triq u jsir iktar proporzjonat, li jiżdied il-livell kumplessiv tas-sikurezza, li jsiru adattamenti għall-progress tekniku u li jissaħħu r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq.

4. Id-Direttiva 2002/24/KE u d-direttivi separati tagħha ġew emendati sostanzjalment bosta drabi. Fl-interessi taċ-ċarezza, ir-razzjonalità u s-simplifikazzjoni, id-Direttiva 2002/24/KE u d-direttivi separati tagħha għandhom jiġu revokati u sostitwiti b'Regolament wieħed u b'għadd żgħir ta' atti delegati u implimentattivi. L-użu ta' Regolament għandu jiżgura li d-dispożizzjonijiet ikunu applikabbli direttament u jkunu jistgħu jiġu aġġornati b'mod iktar rapidu u effiċjenti biex iqisu aħjar il-progress tekniku.

5. Sabiex il-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tiġi ssimplifikata f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport CARS 21: Sistema Regolatorja Kompetittiva għall-Karozzi għas-seklu 21[28], jixraq li jiġu revokati d-direttivi separati kollha mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta' protezzjoni. Ir-rekwiżiti stipulati f'dawk id-direttivi għandhom jiġu ttrasferiti għal dan ir-Regolament jew l-atti delegati tiegħu u għandhom jiġu sostitwiti, fejn ikun xieraq, b'referenzi għar-regolamenti korrispondenti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE), kif inkorporati fil-liġi tal-Unjoni skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa. Din tikkonċerna l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jistgħu jitwaħħlu jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet ('Ftehim Rivedut tal-1958')[29]. Biex jitnaqqas il-piż amministrattiv tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip, il-manifatturi tal-vetturi għandhom ikunu jistgħu japprovaw it-tipi skont dan ir-Regolament, fejn ikun xieraq, direttament permezz tal-ksib ta' approvazzjoni skont ir-regolamenti rilevanti tal-UNECE[30] elenkati fl-Annessi ta' dan ir-Regolament u fl-atti delegati separati.

6. Konsegwentement, ir-regolamenti tal-UNECE u l-emendi tagħhom li l-Unjoni Ewropea taċċedi għalihom, b'applikazzjoni tad-Deċiżjoni 97/836/KE, għandhom ikunu inkorporati fil-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tal-UE jew bħala alternattivi għal-liġi eżistenti tal-Unjoni. Partikolarment, fejn l-Unjoni tiddeċiedi li regolament tal-UNECE għandu jsir parti mir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-vetturi u jissostitwixxi leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni, is-setgħa għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-adattamenti għal dan ir-Regolament jew tadotta l-atti implimentattivi meħtieġa.

7. Dan ir-Regolament għandu jkun fih rekwiżiti sostantivi għall-ħarsien tal-ambjent u s-sikurezza funzjonali tal-vettura. L-elementi ewlenin ta' dan ir-Regolament huma bbażati fuq ir-riżultati ta' Stima tal-Impatt[31] u l-analiżi tal-għażliet differenti billi jiġu elenkati l-vantaġġi u l-iżvantaġġi possibbli f'termini ta' aspetti ekonomiċi, ambjentali, tas-sikurezza u tas-soċjetà. L-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ġew inklużi t-tnejn f'din l-analiżi. Wara li tqabblu l-għażliet differenti u ġew identifikati l-għażliet preferuti, dawn intgħażlu biex jiffurmaw il-bażi għal dan ir-Regolament.

8. L-għanijiet ta' dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu affettwati mit-twaħħil ta' ċerti sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati wara li l-vetturi jkunu nbiegħu, ġew irreġistrati jew iddaħħlu fis-servizz. Għalhekk, għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex ikun żgurat li s-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li jistgħu jitwaħħlu fil-vetturi, u li jistgħu jfixklu b'mod sinifikanti t-tħaddim tas-sistemi li huma essenzjali għall-protezzjoni ambjentali jew is-sikurezza funzjonali, huma soġġetti għal kontroll minn awtorità approvata qabel ma jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz.

9. Id-Direttiva 95/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Frar 1995 dwar il-veloċità massima ddisinjata, it-torque massimu u l-qawwa massima netta tal-magna ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta6 tagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri li jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni inizjali u kull reġistrazzjoni sussegwenti fit-territorju tagħhom ta' vetturi b'potenza netta massima ta' iktar minn 74 kW. Il-korrelazzjoni antiċipata bejn is-sikurezza u l-limitazzjoni tal-potenza assoluta ma setgħetx tiġi kkonfermata f'diversi studji xjentifiċi. Għal din ir-raġuni u sabiex jitneħħew l-ostakli interni għall-kummerċ fis-suq tal-Unjoni, din l-għażla ma għandhiex tinżamm. Miżuri ta' sikurezza oħrajn li huma iktar effettivi għandhom jiġu introdotti biex jgħinu fit-tnaqqis tal-għadd kbir ta' fatalitajiet u korrimenti fost is-sewwieqa u l-passiġġieri ta' vetturi b'żewġ roti f'inċidenti tat-triq fl-Unjoni.

10. Dan ir-Regolament jikkostitwixi ġabra speċifika ta' rekwiżiti ta' sikurezza u ħarsien ambjentali. Għaldaqstant, huwa importanti li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex ikun żgurat li, fil-każijiet fejn vettura tkun ta' riskju serju għall-utenti jew għall-ambjent, il-manifattur jew kwalunkwe operatur ekonomiku fil-katina tal-provvista, ikun ħa miżuri protettivi effettivi, inkluż l-irtirar tal-vetturi, skont it-tifsira tal-Artikolu 20 tar-Regolament 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti[32]. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom għalhekk ikunu jistgħu jivvalutaw jekk dawn il-miżuri humiex biżżejjed jew le.

11. Bil-għan li l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tiġi ssimplifikata u aċċellerata, iddaħħal approċċ regolatorju ġdid fil-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tal-UE, fejn il-leġiżlatur fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja jistipula biss ir-regoli u l-prinċipji fundamentali u jiddelega l-leġiżlazzjoni tad-dettalji tekniċi l-oħra lill-Kummissjoni. Fir-rigward tar-rekwiżiti sostantivi, dan ir-Regolament għandu għalhekk jistipula biss id-dispożizzjonijiet fundamentali dwar is-sikurezza funzjonali u r-rendiment ambjentali, u jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tistipula l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

12. Is-sorveljanza tas-suq fis-settur tal-vetturi u partikolarment is-settur tal-vetturi tal-kategorija L għandha tittejjeb billi d-dispożizzjonijiet legali li jirregolaw il-konformità tal-produzzjoni u jispeċifikaw l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi fil-katina tal-provvista jiġu msaħħa. Partikolarment, ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet fl-Istati Membri li jieħdu ħsieb l-approvazzjoni tat-tip u s-sorveljanza tas-suq għandhom jiġu ċċarati, u r-rekwiżiti marbuta mal-kompetenza, l-obbligi u r-rendiment tas-servizzi tekniċi li jwettqu l-approvazzjonijiet tat-tip tal-vetturi għandhom jiġu msaħħa. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip u tal-konformità tal-produzzjoni tal-leġiżlazzjoni li tirregola s-settur tal-vetturi għandhom jibqgħu r-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, filwaqt li s-sorveljanza tas-suq tista' tkun kompetenza maqsuma bejn awtoritajiet nazzjonali differenti.

13. Sabiex jiġi evitat l-abbuż, kwalunkwe proċedura simplifikata għal vetturi ta' serje żgħira għandha tiġi ristretta għal każi ta' produzzjoni limitata ħafna. Jinħtieġ għalhekk li jiġi definit b'mod aktar preċiż il-kunċett ta' serje żgħira f'termini tal-għadd ta' vetturi mibjugħa, irreġistrati u mdaħħla fis-servizz.

14. Sabiex jiġi żgurat li l-proċedura għall-monitoraġġ tal-konformità tal-produzzjoni tkun ġiet implimentata b’mod korrett u tiffunzjona tajjeb, għandhom issiru kontrolli regolari fuq il-manifatturi mill-awtorità kompetenti jew minn servizz tekniku kwalifikat kif xieraq u maħtur għal dak l-iskop.

15. L-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawn il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

16. Skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-regoli u l-prinċipji ġenerali li jikkonċernaw il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi, għandhom jiġu stipulati bil-quddiem minn regolamenti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Sakemm jiġu adottati dawn ir-regolamenti l-ġodda, tkompli tapplika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE[33] tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni, bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, li ma għadhiex applikabbli.

17. Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tas-sikurezza funzjonali u r-rendiment ambjentali, l-ittestjar, l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni u l-ħatra ta' servizzi tekniċi u l-kompiti awtorizzati speċifiċi tagħhom, sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali tal-atti leġiżlattivi permezz ta' dispożizzjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali. Dawn is-setgħat ma jinkludux l-emendar tad-dati tal-infurzar stipulati fl-Anness IV jew il-valuri ta' limitu għall-emissjonijiet stipulati fl-Anness VI. L-emendi lill-dawk id-dati jew lil dawk il-valuri għandhom jiġu stabbiliti bil-proċedura leġiżlattiva ordinarja stipulata fl-Artikolu 114 tat-TFUE.

18. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta att implimentattiv skont l-Artikolu 291 tat-Trattat sabiex tistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-lista ta' informazzjoni li għandha tingħata għall-approvazzjoni tat-tip, il-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip, il-mudelli għall-pjanċi addizzjonali tal-manifatturi, iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, il-lista ta' approvazzjonijiet tat-tip maħruġa, is-sistema ta' numerazzjoni għall-approvazzjonjiet tat-tip tal-UE, u proċeduri biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni. Fir-rigward ta' dawn il-punti, il-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni fl-Istati Membri jinħtieġu sabiex ikun żgurat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern billi jkun iffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku tad-Deċiżjonijiet meħuda fl-Istati Membri differenti – partikolarment l-approvazzjonijiet tat-tip – u l-aċċettament tad-dokumenti maħruġa mill-manifatturi tal-vetturi (partikolarment iċ-ċertifikati tal-konformità).

19. Peress li l-għan ta’ suq intern kompletament armonizzat permezz tal-introduzzjoni ta' sistema obbligatorja ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi tal-kategorija L ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fuq livell tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni Ewropea tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkiseb dan l-għan.

20. Id-Direttivi li ġejjin għandhom jiġu revokati:

21. Id-Direttiva 2009/139/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar markar statutorju għal vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti[34];

22. Id-Direttiva 2009/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-identifikazzjoni ta’ kontrolli, tell-tales u indikaturi għal vetturi bil-mutur b’żewġ jew bi tliet roti[35];

23. Id-Direttiva 2009/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar imqabad tal-idejn għall-passiġġieri għal vetturi bil-mutur b’żewġ roti (Verżjoni kkodifikata)[36];

24. Id-Direttiva 2009/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar stands ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti[37];

25. Id-Direttiva 2009/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b’żewġ jew bi tliet roti[38];

26. Id-Direttiva 2009/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li għandha x’taqsam mal-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti[39];

27. Id-Direttiva 2002/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar it-tnaqqis tal-livell ta' emissjonijiet li jniġġsu minn vetturi bil-mutur b'żewġ roti u bi tlieta u li temenda d-Direttiva 97/24/KE[40];

28. Id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2002 li għandha x'taqsam ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE[41];

29. Id-Direttiva 2000/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000 dwar indikaturi ta' veloċità għal vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta[42];

30. Id-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta' vetturi ta' żewġ jew tliet roti b'mutur[43];

31. Id-Direttiva 95/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Frar 1995 dwar il-veloċità massima ddisinjata, it-torque massimu u l-qawwa massima netta tal-magna ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta[44];

32. Id-Direttiva 93/93/KEE tal-Kunsill tad-29 ta' Ottubru 1993 dwar il-massa u dimensjonijiet ta' vetturi b'żewġ jew bi tliet roti[45];

33. Id-Direttiva tal-Kunsill 93/33/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993 dwar l-apparat protettiv maħsuba biex jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat ta' vetturi b'żewġ jew bi tliet roti[46];

34. Id-Direttiva tal-Kunsill 93/30/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993 dwar l-apparati li jagħtu twissija li tinstema' għal vetturi b' żewġ jew tliet roti[47];

35. Id-Direttiva tal-Kunsill 93/14/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar l-ibbrejkjar tal-vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta[48].

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1 Is-suġġett

36. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi u tekniċi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq tal-vetturi l-ġodda kollha msemmija fl-Artikolu 2(1).

37. Din id-Direttiva tistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għall-bejgħ u d-dħul fis-servizz tas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati għall-vetturi approvati skont dan ir-Regolament.

38. Dan ir-Regolament għandu jkun bla ħsara għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar is-sikurezza funzjonali u r-rendiment ambjentali.

Artikolu 2 L-ambitu

39. Dan ir-Regolament japplika għall-approvazzjoni tat-tip u l-approvazzjoni individwali tal-vetturi b'żewġ jew tliet roti jew kwadriċikli kollha ġodda kif deskritt fl-Artikolu 4 u l-Anness I (minn hawn 'il quddiem 'vetturi tal-kategorija L'), li huma maħsuba biex jivvjaġġaw fit-toroq pubbliċi inkluż fejn ikunu ddiżinjati u mibnija f'iktar minn stadju wieħed, u għall-approvazzjoni tat-tip u l-approvazzjoni individwali tas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati ddiżinjati u mibnija għal dawn il-vetturi.

40. Dan ir-Regolament ma japplikax għall-vetturi li ġejjin:

(a) vetturi li l-ogħla veloċità li li huma ddiżinjati għaliha ma teċċedix is-6 km/siegħa;

(b) vetturi maħsuba esklussivament għall-użu minn persuni b'diżabilità fiżika;

(c) vetturi maħsuba esklussivament għall-kontroll minn persuni mexjin;

(d) vetturi maħsuba esklussivament għall-użu fuq it-triq jew mhux fuq it-triq fil-kompetizzjonijiet;

(e) vetturi maħsuba esklussivament għall-użu mill-forzi armati, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, is-servizzi għad-difiża ċivili, il-korpi tat-tifi tan-nar jew il-korpi tax-xogħlijiet pubbliċi;

(f) vetturi agrikoli jew tal-foresterija soġġetti għad-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[49], magni soġġetti għad-Direttivi 2006/42/KE[50] u 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[51] u vetturi motorizzati soġġetti għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[52];

(g) vetturi li huma maħsuba primarjament għall-użu mhux fit-triq u ddiżinjati biex jimxu fuq uċuħ bla tarmak.

(h) roti bil-pedali assistiti u li huma mgħammra b'mutur elettriku awżiljarju b'potenza nominali kontinwa massima ta' 0,25 kW, u fejn l-output tal-mutur jieqaf meta ċ-ċiklist ma jibqax jippedala u, jekk le, jonqos progressivament u fl-aħħar jieqaf ladaraba l-vettura tilħaq veloċità ta' 25 km fis-siegħa;

(i) vetturi awtoekwilibrati;

(j) vetturi li mhux mgħammra b'mill-inqas post wieħed bil-qiegħda.

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament u l-atti elenkati fl-Anness II, ħlief kif stipulat fihom, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

41. "approvazzjoni tat-tip" tfisser il-proċedura li biha Stat Membru jiċċertifika li tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti;

42. 'ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip' tfisser id-dokument li bih l-awtorità tal-approvazzjoni uffiċjalment tiċċertifika li tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata hu approvat;

43. 'approvazzjoni tat-tip għall-vettura sħiħa' tfisser approvazzjoni tat-tip li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li vettura sħiħa tissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti;

44. "approvazzjoni tat-tip tal-UE" tfisser il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti;

45. 'ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE' tfisser iċ-ċertifikat ibbażat fuq il-mudell stabbilit fl-att implimentattiv adottat skont dan ir-Regolament jew il-formola ta' komunikazzjoni li takkumpanja r-regolamenti tal-UNECE ekwivalenti rilevanti elenkati fl-atti delegati;

46. 'approvazzjoni tat-tip tas-sistema' tfisser approvazzjoni tat-tip li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li sistema integrata f'vettura ta' tip speċifiku tissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti;

47. 'approvazzjoni tat-tip ta' unita teknika separata' tfisser approvazzjoni tat-tip li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li unità teknika separata tissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti f'rabta ma' tip speċifikat wieħed jew iktar ta' vetturi;

48. 'approvazzjoni tat-tip ta' komponent' tfisser approvazzjoni tat-tip li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li komponent, indipendentement minn vettura, jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti;

49. "approvazzjoni tat-tip nazzjonali" tfisser proċedura tal-approvazzjonijiet tat-tip stabbilita mil-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru, u l-validità tal-approvazzjoni tkun limitata għat-territorju ta’ dak l-Istat Membru;

50. 'ċertifikat ta' approvazzjoni individwali' tfisser id-dokument li bih l-awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika uffiċjalment li vettura partikolari hi approvata;

51. 'ċertfikat tal-konformità' tfisser dokument li huwa bbażat fuq il-mudell stipulat fl-att implimentattiv u li jinħareġ mill-manifattur tal-vettura biex jiċċertifika li vettura, meta titlesta, tkun tikkorrispondi għal tip ta' vettura li jkollha approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament;

52. 'vettura bażi' tfisser kwalunkwe vettura koperta minn dan ir-Regolament li tintuża fl-istadju tal-bidu ta' proċess f'diversi stadji tal-approvazzjoni tat-tip;

53. 'vettura mhux kompluta' tfisser kwalunkwe vettura li jonqosha mill-inqas stadju ieħor biex tkun kompluta u tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi rilevanti ta' dan ir-Regolament;

54. 'vettura kkompletata' tfisser vettura li tirriżulta mill-proċess f'diversi stadji tal-approvazzjoni tat-tip u li tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi rilevanti ta' dan ir-Regolament;

55. 'vettura kompluta' tfisser kwalunkwe vettura li ma għandhiex bżonn tiġi kkompletata biex tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi rilevanti ta' dan ir-Regolament;

56. 'sistema' tfisser assemblaġġ ta' apparat ikkombinat biex iwettaq funzjoni speċifika waħda jew aktar f'vettura u li huwa soġġett għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew fi kwalunkwe wieħed mill-atti delegati jew implimentattivi;

57. 'komponent' tfisser apparat li huwa soġġett għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew ta' kwalunkwe wieħed mill-atti delegati jew implimentattivi tiegħu u li huwa maħsub biex ikun parti minn vettura u tista' tingħatalu approvazzjoni tat-tip indipendentement minn vettura skont dan ir-Regolament u l-atti delegati jew implimentattivi tiegħu;

58. 'unità teknika separata' tfisser kombinazzjoni ta' apparati soġġetti għar-rekwiżti ta' dan ir-Regolament jew kwalunkwe wieħed mill-atti delegati jew implimentattivi tiegħu, u li hija maħsuba biex tkun parti minn vettura u tista' tingħatalha approvazzjoni tat-tip separatament skont dan ir-Regolament u l-atti delegati jew implimentattivi tiegħu;

59. 'Sikurezza funzjonali' tfisser in-nuqqas ta' riskju inaċċettabbli ta' korriment fiżiku jew ta' ħsara lil saħħet in-nies minħabba perikli li jirriżultaw minn operar ħażin ta' sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati mekkaniċi, idrawliċi, pnewmatiċi, elettriċi u/jew elettroniċi;

60. “tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser dawk il-komponenti ta’ vettura li jikkontrollaw u/jew jillimitaw l-emissjonijiet mill-egżost u/jew l-evaporazzjoni;

61. 'pożizzjoni bil-qiegħda' tfisser spazju ddikjarat mill-manifattur bħala wieħed fejn il-manikin uman tal-ħamsin (50) perċentil jista' jiġi installat jew sarġ;

62. 'magna li taqbad bil-kompressjoni' tfisser magna tal-kombustjoni li taħdem skont il-prinċipji tal-proċess tal-kombustjoni 'Diesel' u t-taqsira tagħha hija magna CI;

63. 'magna positive ignition' tfisser magna tal-kombustjoni li taħdem skont il-prinċipji tal-proċess tal-kombustjoni 'Otto' u t-taqsira tagħha hija magna PI;

64. “vettura ibrida” tfisser vettura b’mill-inqas żewġ konvertituri tal-enerġija differenti u żewġ sistemi tal-ħżin tal-enerġija differenti (fil-vettura) għall-fini tal-propulsjoni tal-vettura;

65. 'vettura tal-elettriku ibrida' tfisser vettura ibrida li, għall-iskop tal-propulsjoni, tieħu l-enerġija miż-żewġ sorsi ta' enerġija/qawwa li ġejjin li jinħażnu fuq il-vettura:

(a) karburant li jiġi kkunsmat,

(b) apparat li jaħżen l-enerġija elettrika;

66. 'propulsjoni' tfisser magna tal-kombustjoni, magna elettrika, kwalunkwe applikazzjoni ibrida jew taħlita ta' dawn it-tipi ta' magni jew kull tip ieħor ta' magni;

67. "tagħmir ta’ invalidazzjoni" jfisser kull element tad-disinn li jħoss it-temperatura, il-veloċità tal-vettura, il-veloċità tal-magna u/jew it-tagħbija, il-ger tat-trażmissjoni, il-vakwu fil-manifold jew kull parametru ieħor bl-iskop li jattiva, jimmodula, jittardja jew iwaqqaf it-tħaddim ta’ kwalunkwe parti mis-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet u tal-posttrattament tal-egżost u li tnaqqas l-effettività tas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet f'kondizzjonijiet li wieħed raġonevolment jistenna li jiltaqa’ magħhom waqt it-tħaddim u l-użu normali tal-vettura;

68. 'durabilità' tfisser il-kapaċità tal-komponenti u s-sistemi li jservu sabiex il-limiti tal-emissjonijiet applikabbli jkunu jistgħu jintlaħqu wara l-kilometraġġ kif definit fl-Anness VII u sabiex is-sikurezza funzjonali tal-vettura tkun garantita tul il-ħajja sħiħa tal-vettura, jekk il-vettura tintuża f'ċirkostanzi normali jew f'dawk intiżi;

69. ‘kapaċità tal-magna’ tfisser:

(a) għal magni bil-pistins alternattivi, il-volum nominali tal-magna biċ-ċilindri miftuħa kemm jista' jkun (swept volume),

(b) għal magni bil-pistins iduru (Wankel), id-doppju tall-volum nominali tal-magna;

70. 'emissjonijiet tal-evaporazzjoni tfisser il-fwar tal-idrokarburi mitlufa mit-tank tal-fjuwil u s-sistema tal-forniment ta' vettura motorizzata u jkunu emissjonijiet idrokarburi apparti dawk mill-emissjonijiet tal-egżost;

71. 'it-test SHED' tfisser test tal-vettura f'dar issiġillata għad-determinazzjoni tal-evaporazzjoni, fejn isir test speċjali tal-emissjonijiet tal-evaporazzjoni kif definit f'att delegat;

72. 'sistema tal-fjuwil f'għamla ta' gass' tfisser sistema komposta mit-tank tal-ħżin tal-fjuwil f'għamla ta' gass, il-provvista tal-fjuwil, il-komponenti tad-dożaġġ u l-kontroll mgħammra f'magna sabiex jippermettu lill-magna li taħdem bl-LPG, is-CNG jew l-idroġenu bħala applikazzjoni li taħdem b'tip wieħed, żewġ tipi jew diversi tipi ta' fjuwil;

73. 'sustanzi li jniġġsu' tfisser l-emissjonijiet ta' gass mill-egżost ta' monossidu tal-karbonjua (CO), ossidi tan-nitroġenu (Nox), espressi f'ekwivalenti tad-diossidu tan-nitroġenu (NO2), partikoli (PM), u idrokarburi(HC), filwaqt li wieħed jassumi proporzjon ta':

(a) C1H1.85 għall-petrol,

(b) C1H1.86 għad-diżil;

74. 'emissjonijiet tal-egżost' tfisser l-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu mill-egżost tal-vettura;

75. 'partikoli' tfisser il-komponenti tal-gass tal-egżost li jitneħħew mill-gass dilwit tal-egżost f'temperatura massima ta' 325 K (52 °C) permezz tal-filtri deskritti fil-proċedura tat-test għall-verifika tal-emissjonijiet medji tal-egżost f'att delegat;

76. 'Ċiklu Dinji tal-Ittestjar tal-Muturi' tfisser iċ-ċiklu armonizzat tal-ittestjar fil-laboratorju għall-emissjonijiet (WMTC) kif definit mir-Regolament tekniku globali tal-UNECE 2;

77. 'manifattur' tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli għall-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-approvazzjoni tat-tip, il-proċess tal-awtorizzazzjoni, għall-iżgurar tal-konformità tal-produzzjoni u li huma wkoll responsabbli għas-sorveljanza tas-suq għall-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li jipproduċu, kemm jekk il-persuna jew il-korp ikunu involuti fl-istadji kollha tal-bini tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li tkun is-suġġett tal-proċess tal-approvazzjoni u kemm jekk le;

78. 'rappreżentant tal-manifattur' tfisser kull persuna naturali jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tiġi maħtura mill-manifattur biex tirrappreżenta l-manifattur quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni u biex taġixxi f'isem il-manifattur fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament;

79. 'importatur' tfisser kull persuna naturali jew legali stabbilita fl-Unjoni li tbiegħ, tirreġistra jew hija responsabbli għad-dħul fis-servizz ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

80. 'distributur' tfisser kull persuna naturali jew ġuridika fil-katina tal-provvista, minbarra l-manifattur jew l-importatur, li tbiegħ, tirreġistra jew tkun responsabbli għad-dħul fis-servizz ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata fis-suq tal-Unjoni;

81. 'operatur ekonomiku tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant tal-manifattur, l-importatur jew id-distributur;

82. "awtorità tal-approvazzjoni" tfisser l-awtorità ta’ Stat Membru, stabbilita jew maħtura mill-Istat Membru, u nnotifikata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru, bil-kompetenza għall-aspetti kollha tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jew tal-approvazzjoni individwali ta’ vettura, għall-proċess ta’ awtorizzazzjoni, għall-ħruġ u, jekk meħtieġ, l-irtirar ta’ ċertifikati tal-approvazzjoni biex taġixxi bħala l-punt tal-kuntatt għall-awtoritajiet tal-approvazzjoni ta’ Stati Membri oħra, biex taħtar is-servizzi tekniċi u biex tiżgura li l-manifattur jissodisfa l-obbligi tiegħu rigward il-konformità tal-produzzjoni;

83. "awtorità tas-sorveljanza tas-suq" tfisser awtorità ta' kull Stat Membru responsabbli għat-twettiq tas-sorveljanza tas-suq fit-territorju tiegħu;

84. 'awtorità nazzjonali' tfisser awtorità tal-approvazzjoni, awtorità tas-sorveljanza tas-suq jew kull awtorità oħra fi Stat Membru involuta fi, u responsabbli għal, l-approvazzjoni tat-tip, ir-reġistrazzjoni, is-sorveljanza tas-suq jew il-kontroll tal-importazzjoni ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati;

85. 'servizz tekniku' tfisser organizzazzjoni jew korp magħżul mill-awtorità tal-approvazzjoni ta' Stat Membru bħala laboratorju tal-ittestjar biex jitwettqu t-testijiet, jew bħala korp għall-valutazzjoni tal-konformità biex iwettaq il-valutazzjoni tal-bidu u testijiet jew spezzjonijiet oħra, f'isem l-awtorità tal-approvazzjoni;

86. 'ittestjar intern' tfisser it-twettiq ta' testijiet fil-faċilitajiet tiegħu stess, ir-reġistrazzjoni tar-riżultati tat-testijiet u t-tressiq ta' rapport, inkluż il-konklużjonijiet, lill-awtorità tal-approvazzjoni minn manifattur li jkun ġie maħtur bħala servizz tekniku sabiex jevalwa l-konformità ma' ċerti rekwiżiti;

87. 'metodu tal-ittestjar virtwali' tfisser simulazzjonijiet bil-kompjuter, inklużi kalkoli, biex juri jekk vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tissodisfax ir-rekwiżiti tekniċi ta' dan ir-Regolament jew l-atti delegati jew implimentattivi tiegħu, mingħajr il-bżonn tal-użu ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata fiżika;

88. 'Sistema dijanjostika abbord' hija sistema ta' monitoraġġ li kapaċi tidentifka l-post fejn aktarx hemm il-ħsara fil-komponent jew is-sistema, u taħżen kodiċijiet dijanjostiċi tal-ħsara u informazzjoni ambjentali f'memorja tal-kompjuter, tirrappurtahom fuq it-talba ta' għodda ġenerika tal-iskennjar u twissi s-sewwieq dwar problemi fis-sikurezza funzjonali u/jew ambjentali permezz tal-illuminazzjoni tad-dawl ta' twissija ta' malfunzjonament fuq id-dashboard;

89. 'informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi' tfisser kull informazzjoni meħtieġa għad-dijanjożi, għall-manutenzjoni, għall-ispezzjoni, għall-monitoraġġ perjodiku, għat-tiswija, għar-riprogrammazzjoni jew għar-riinizjalizzazzjoni tal-vettura u li l-manifatturi jagħtu lin-negozjanti u lis-sewwejja awtorizzati tagħhom, inklużi l-emendi u s-supplimenti sussegwenti għal tali informazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni kollha rikjesta għall-iffittjar ta' sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati fuq il-vetturi;

90. 'operatur indipendenti' tfisser impriżi minbarra dealers u sewwejja awtorizzati li jkunu involuti direttament jew indirettament fit-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi motorizzati;

91. 'vettura ġdida' tfisser vettura li tissodisfa waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a) qatt ma ġiet irreġistrata qabel, jew

(b) tkun ilha rreġistrata inqas minn sitt xhur fil-waqt tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni individwali.

92. 'vettura ta' tmiem is-serje' tfisser kwalunkwe vettura li hi parti minn stokk li ma jistax jiġi rreġistrat, mibjugħ jew imdaħħal fis-servizz minħabba d-dħul fis-seħħ ta' rekwiżiti tekniċi ġodda li għalihom ma ġiex approvat;

93. 'vettura b'żewġ roti motorizzata' tfisser vettura b'żewġ roti motorizzata, inklużi r-roti motorizzati b'żewġ roti, il-mopeds b'żewġ roti u l-muturi b'żewġ roti, u t-taqsira tagħha hija 'PTW';

94. 'triċiklu motorizzat' tfisser vettura motorizzata bi tliet roti li tissodisfa l-kriterji ta' klassifikazzjoni għall-vetturi tal-kategorija L5e;

95. 'kwadriċklu' tfisser vettura b'erba' roti li tissodisfa l-kriterji ta' klassifikazzjoni għal vetturi tal-kategorija L6e jew L7e;

96. 'vettura awtoekwilibranti' tfisser kunċett ta' vettura li huwa bbażat fuq ekwilibriju inerenti instabbli u li jeħtieġ sistema ta' kontroll awżiljarju biex jinżamm il-bilanċ, u li jinkludi vetturi motorizzati b'rota waħda jew vetturi motorizzati b'żewġ roti paralleli;

97. 'quad għat-triq' tfisser vettura b'erba' roti ddiżinjata biex tinstaq fuq toroq pubbliċi bit-tarmak u li tissodisfa l-kriterji għal quads għa—triq, tal-kategorija L6Ae, jew quads tat-triq tqal, tal-kategorija L7Ae;

98. 'karru' tfisser kwalunkwe vettura bir-roti li ma għandhiex propulsjoni minna stess li titfassal u tinbena biex tiġi rmunkata minn vettura tal-kategorija L;

99. 'roti doppji' tfisser żewġ roti mmuntati fuq l-istess fus, li jitqiesu bħala rota waħda, u li d-distanza bejn iċ-ċentri taż-żoni ta' kuntatt mal-art tagħhom tkun inqas minn 460 mm;

100. 'reġistrazzjoni' tfisser l-awtorizzazzjoni amministrattiva għad-dħul fis-servizz fit-triq ta' vettura, li tinvolvi l-identifikazzjoni tal-vettura u l-ħruġ ta' numru tas-serje għaliha, li għandu jkun magħruf bħala n-numru tar-reġistrazzjoni, kemm jekk ikun permanenti, temporanju jew għal żmien qasir;

101. 'dħul fis-servizz' tfisser l-ewwel użu fl-Unjoni, għall-iskop intenzjonat, ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata koperti minn dan ir-Regolament;

102. 'bejgħ' tfisser kull bejgħ, mingħand manifattur tal-vetturi lil bejjiegħ bl-imnut jew il-bejgħ lill-utent aħħari;

103. ‘tagħmel disponibbli fis-suq’ tfisser kwalunkwe forniment ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq tal-Unjoni fl-andament ta' attività kummerċjali, bi ħlas sew b'xejn;

104. 'tqegħid fis-suq' tfisser li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata ssir disponibbli għall-ewwel darba fl-Unjoni;

105. 'tip ta' vettura' tfisser grupp ta' vetturi, inkluż varjanti jew verżjonijiet ta' kategorija partikolari, li ma jvarjawx f'mill-inqas l-aspetti essenzjali li ġejjin:

(a) il-kategorija jew is-subkategorija;

(b) il-manifattur;

(c) ix-chassis, il-qafas, is-subqafas, il-qiegħ jew l-istruttura li magħha huma mqabbda l-komponenti maġġuri;

(d) il-prinċipji operattivi tal-propulsjoni tagħhom;

(e) l-ispeċifikazzjoni tat-tip mogħtija mill-manifattur:

106. 'varjant' tfisser vettura tal-istess tip fejn:

(a) il-karatteristiċi bażiċi tal-forma tal-istruttura jkunu l-istess;

(b) ikollhom l-istess propulsjoni u l-istess konfigurazzjoni tal-propulsjoni;

(c) fejn magna tal-kombustjoni tkun parti mill-propulsjoni, ikollhom l-istess ċiklu operattiv tal-magna;

(d) għandhom l-istess numru u arranġament ta' ċilindri;

(e) għandhom l-istess tip ta' gearbox;

(f) id-differenza fil-massa f'kundizzjoni ta' sewqan bejn il-valur l-iktar baxx u l-ogħla valur ma teċċedix 20 % tal-valur l-iktar baxx;

(g) id-differenza fil-massa massima permessibbli bejn il-valur l-iktar baxx u l-ogħla valur ma teċċedix 20 % tal-valur l-iktar baxx;

(h) id-differenza fil-kapaċità taċ-ċilindru tal-unità tal-potenza (fil-każ ta' unità ta' kombustjoni) bejn il-valur l-iktar baxx u l-ogħla valur ma teċċedix 30 % tal-valur l-iktar baxx;

(i) id-differenza fil-produzzjoni tal-potenza tal-unità tal-potenza bejn il-valur l-iktar baxx u l-ogħla valur ma teċċedix 30 % tal-valur l-iktar baxx;

107. 'verżjoni' tfisser vettura li tikkonsisti minn taħlita ta' elementi murija fil-pakkett informattiv imsemmi fl-Artikolu 27(10).

Artikolu 4 Kategoriji ta' vetturi

108. Vetturi tal-kategorija L jinkludu vetturi motorizzati b'żewġ, tliet u erba' roti kif ikkategorizzati fil-paragrafi li ġejjin u l-Anness I, inkluż roti motorizzati, mopeds b'żewġ jew tliet roti, muturi b'żewġ jew tliet roti, muturi bis-sidecar, quads tat-triq ħfief jew tqal, u mini-cars ħfief jew tqal.

109. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, il-kategoriji u s-subkategoriji tal-vetturi li ġejjin japplikaw, kif deskritt fl-Anness I:

(a) Vettura tal-kategorija L1e (vettura motorizzata ħafifa b'żewġ roti), subkategorizzata fi:

(i) Vettura L1Ae (rota motorizzata);

(ii) Vettura L1Be (moped b'żewġ roti).

(b) Vettura tal-kategorija L2e (moped bi tliet roti).

(c) Vettura tal-kategorija L3e (mutur b'żewġ roti), subkategorizzat fi:

(i) ir-rendiment tal-mutur[53], subkategorizzat iktar fi:

– Vettura A1 (mutur b'rendiment baxx);

– Vettura A2 (mutur b'rendiment medju);

– Vettura A3 (mutur b'rendiment għoli).

(ii) il-veloċità massima ddisinjatatal-vettura:

- inqas minn 130 km/h jew daqs;

- ogħla minn 130 km/h.

(d) Vettura tal-kategorija L4e (mutur b'żewġ roti bis-side-car).

(e) Vettura tal-kategorija L5e (triċiklu motorizzat), subkategorizzat fi:

(i) Vettura tas-subkategorija L5Ae (triċiklu);

(ii) Vettura tas-subkategorija L5Be (triċiklu kummerċjali), subkategorizzat iktar fi:

– Vettura L5Be – U: triċiklu tal-utilità ddiżinjat esklussivament għall-ġarr tal-oġġetti;

– Vettura L5Be – P: vettura primarjament iddiżinjata u użata għall-ġarr tal-passiġġieri.

(f) Vettura tal-kategorija L6e (kwadriċikli ħfief), subkategorizzati fi:

(i) Vettura L6Ae (quad tat-triq ħafif);

(ii) Vettura L6Be (mini car ħafif), subkategorizzat iktar fi:

– Vettura L6BE - u: vettura tal-utilità ddiżinjata esklussivament għall-ġarr tal-oġġetti;

– Vettura L6bE – P: vettura primarjament iddiżinjata u użata għall-ġarr tal-passiġġieri.

(g) Vettura tal-kategorija L7e (kwadriċikli tqal), subkategorizzati fi:

(i) Vettura tas-subkategorija L7Ae (quad tat-triq tqil);

(ii) Vettura tas-subkategorija L7Be (mini-car tqila), subkategorizzata fi:

– Vettura L7Be – U: vettura tal-utilità ddiżinjata esklussivament għall-ġarr tal-oġġetti;

– Vettura L7Be – P: vettura primarjament iddiżinjata u użata għall-ġarr tal-passiġġieri.

110. Il-vetturi tal-kategorija L elenkati fil-paragrafu 2 huma kklassifikati iktar skont il-propulsjoni tal-vettura fis-subkategoriji li ġejjin:

(a) propulsjoni b'magna tal-kombustjoni interna:

- compression ignition (CI);

- positive ignition (PI);

(b) propulsjoni b'magna tal-kombustjoni esterna, turbina jew magna bil-pistins iduru, li biha, għall-iskop tal-konformità mar-rekwiżiti ambjentali u tas-sikurezza funzjonali, vettura mgħammra b'dan it-tip ta' propulsjoni titqies l-istess bħal vettura bil-propulsjoni ta' magna ta' kombustjoni interna PI;

(c) propulsjoni b'magna li taħdem b'arja diġà kkumpressata u ma tarmix livelli ogħla ta' sustanzi li jniġġsu u/jew gassijiet inerti mil-livelli preżenti fl-arja normalment, u fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza u l-ħżin u l-provvista tal-fjuwil, din il-vettura titqies bħal vettura li topera bil-gass;

(d) propulsjoni b'magna elettrika;

(e) vettura ibrida li tgħaqqad kull konfigurazzjoni ta' propulsjoni msemmija fis-subparagrafi preċedenti (a), (b), (c) jew (d) jew kull taħlita multipla ta' dawn il-konfigurazzjonijiet ta' propulsjoni inkluż magni multipli tal-kombustjoni u/jew elettriċi.

111. Fir-rigward tal-kategorizzazzjoni tal-vetturi tal-kategorija L fil-paragrafu 2: vettura li ma taqax taħt ċerta kategorija billi teċċedi għallinqas wieħed mill-kriterji stipulati għal dik il-kategorija, taqa' fil-kategorija li jmiss li tissodisfa l-kriterji tagħha. Dan japplika għall-gruppi li ġejjin ta' kategoriji u subkategoriji:

(a) il-kategorija L1e bis-subkategoriji tagħha L1Ae u L1Be u l-kategorija L3e bis-subkategoriji tagħha L3e - A1, L3e - A2 u L3e - A3;

(b) il-kategorija L2e u l-kategorija L5e bis-subkategoriji tagħhaL5Ae u L5Be;

(c) il-kategorija L6e bis-subkategoriji tagħha L6Ae u L6Be u l-kategorija L7e bis-subkategoriji tagħha L7Ae u L7Be;

(d) kull sekwenza loġika oħra ta' kategoriji u/jew subkategoriji proposta mill-manifattur u approvata mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip.

KAPITOLU IIOBBLIGI ĠENERALI

Artikolu 5 Obbligi ġenerali tal-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali

112. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jaħtru l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip kompetenti fi kwistjonijiet li jirrigwardaw l-approvazzjoni u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq kompetenti fi kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sorveljanza tas-suq skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni bit-twaqqif u l-ħatra ta' dawn l-awtoritajiet skont l-Artikolu 68.

L-att ta' notifika tal-awtoritajiet ta' approvazzjoni għandu jinkludi l-isem, l-indirizz inkluż l-indirizz elettroniku u l-qasam ta' responsabbiltà tagħhom.

113. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippermettu l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz ta' dawk il-vetturi, komponenti u unitajiet tekniċi separati biss li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

114. L-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu r-reġistrazzjoni ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati, il-bejgħ tagħhom, jew id-dħul tagħhom fis-servizz jew l-użu tagħhom fit-toroq għal raġunijiet marbuta ma’ aspetti tal-kostruzzjoni u l-funzjonament tagħhom koperti minn dan ir-Regolament, jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti tiegħu.

115. L-Istati Membri għandhom jorganizzaw u jwettqu sorveljanza tas-suq u kontrolli tal-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jidħlu fis-suq tal-Unjoni skont il-Kapitlu III tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 6 Obbligi ġenerali tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni

116. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jiżguraw li l-manifatturi li japplikaw għall-approvazzjoni tat-tip jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.

117. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom japprovaw biss dawk il-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7 Obbligi ġenerali tal-manifatturi

118. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li meta l-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati jinbiegħu jew jiddaħħlu fis-servizz, dawn ikunu manifatturati u approvati skont ir-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament u l-atti delegati u implimentattivi adottati skont dan ir-Regolament. Fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji, kull manifattur ikun responsabbli għall-approvazzjoni u l-konformità tal-produzzjoni tas-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati miżjuda fl-istadju tat-tlestija tal-vettura mmaniġġata mill-manifattur. Kull manifattur li jimmodifika komponenti jew sistemi diġà approvati fl-istadji ta' qabel għandu jkun responsabbli għall-approvazzjoni u l-konformità tal-produzzjoni ta' dawk il-komponenti u s-sistemi.

119. Manifatturi li jimmodifikaw il-vettura mhux lesta sabiex din tikkwalifika bħala kategorija ta' vetturi differenti, bil-konsegwenza li r-rekwiżiti legali li diġà kien ġew evalwati fi stadju preċedenti ta' approvazzjoni jkunu nbiddlu, huma wkoll responsabbli għall-konformità mar-rekwiżiti mibdula.

120. Għall-iskopijiet tal-approvazzjoni ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati koperti minn dan ir-Regolament, manifatturi stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom jaħtru rappreżentant wieħed stabbilit fl-Unjoni biex jirrappreżentahom quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni.

121. Barra minn hekk, dawn għandhom jaħtru rappreżentant għall-iskopijiet tas-sorveljanza tas-suq li jista' jkun ir-rappreżentant imsemmi fit-tieni paragrafu jew rappreżentant addizzjonali ieħor.

122. Il-manifatturi għandhom ikunu responsabbli lejn l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni, kemm jekk il-manifattur ikun involut direttament fl-istadji kollha tal-bini ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kif ukoll jekk le.

123. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti proċeduri sabiex il-produzzjoni tas-serje tibqa' konformi. It-tibdiliet fid-diżinn ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jew fil-karatteristiċi u tibdiliet fir-rekwiżiti li għalihom vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jkunu ddikjarati li jikkonformaw magħhom għandhom jitqiesu b'mod xieraq.

124. Barra mill-marki statutorji u l-mark tal-approvazzjoni tat-tip imwaħħla mal-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati skont l-Artikolu 37, il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz li fih jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati jew, meta dan ma jkunx possibbli għas-sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati, fuq l-ippakkjar jew f'dokument li jakkumpanja s-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur.

125. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li, filwaqt li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tkun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport ma jippreġudikawx il-konformità tagħha mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 8 Obbligi tal-manifatturi li jirrigwardaw il-konformità ta' vetturi, sistemi u komponenti jew unitajiet separati tekniċi

126. Il-manifatturi li jqisu jew għandhom għalfejn jaħsbu li meta l-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tagħhom li nbiegħet jew iddaħħlet fis-servizz mhijiex konformi ma' dan ir-Regolament jew l-atti delegati u implimentattivi adottati skont dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dik il-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tinġieb f'konformità, tiġi rtirata jew imsejħa lura, skont kif ikun xieraq.

127. Meta l-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom minnufih jinfurmaw b'dan lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-approvazzjoni tal-Istati Membri fejn il-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tkun inbiegħet jew iddaħħlet fis-servizz, u jagħtu d-dettalji, partikolarment tan-nuqqas ta' konformità u kull miżura korrettiva li tkun ittieħdet.

128. Il-manifatturi għandhom iżommu fajl għall-informazzjoni msemmi fl-Artikolu 25 u ċ-ċertifikati tal-konformità msemmija fl-Artikolu 36 għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni għal perjodu ta' mill-inqas 10 snin.

129. Il-manifatturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta' dik l-awtorità. Il-manifatturi għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali, fuq it-talba tagħha, fuq kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jkunu nbiegħu, ġew irreġistrati jew iddaħħlu fis-servizz.

Artikolu 9 Obbligi tar-rappreżentant tal-manifattur fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq

Ir-rappreżentant tal-manifattur għas-sorveljanza tas-suq għandu jwettaq il-ħidmiet speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mill-manifattur. Dan il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant għall-inqas li jagħmel dan li ġej:

(1) iżomm fajl għall-informazzjoni msemmi fl-Artikolu 25 u ċ-ċertifikati tal-konformità msemmija fl-Artikolu 36 għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni għal perjodu ta' mill-inqas 10 snin.

(2) isegwi rikjesta sostanzjata minn awtorità tal-approvazzjoni, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata;

(3) jikkoopera mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u/jew tal-approvazzjoni, fuq it-talba tagħhom, dwar kull azzjoni meħuda biex telimina r-riskju li jirrappreżentaw vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati koperti mill-mandat tagħhom.

Artikolu 10 Obbligi ġenerali tal-importaturi

130. L-importaturi għandhom jbiegħu jew jirreġistraw biss fis-suq tal-Unjoni vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati konformi.

131. Qabel ma jsir il-bejgħ, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jkollha approvazzjoni tat-tip tal-UE. L-importaturi għandhom jiżguraw li l-pakkett informattiv jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 27(10), li l-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jkollha l-marka tal-approvazzjoni tat-tip rekwiżita, tkun akkumpanjata mid-dokumenti rekwiżiti, tikkonforma mal-Artikolu 7(7) u li l-manifattur ikun mexa mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7(6).

132. Meta importaturi jqisu jew ikollhom għalfejn jaħsbu li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata ma tkunx konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, u partikolarment ma tikkonformax mal-approvazzjoni tat-tip tagħha, huma ma għandhomx ibiegħu jew jirreġistraw il-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata sakemm tinġieb f'konformità. Barra minn hekk, meta jqisu jew ikollhom għalfejn jaħsbu li l-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tippreżenta riskju, għandhom jinfurmaw lill-manifattur, lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni b'dan.

133. L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq l-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jew, jekk dan ma jkunx possibbli għas-sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja s-sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati.

134. L-importaturi għandhom jiżguraw li l-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tkun akkumpanjata mill-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa, kif rikjest skont l-Artikolu 59, fil-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri kkonċernati.

135. L-importaturi għandhom jiżguraw li, filwaqt li l-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta' ħżin jew trasport ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

136. Meta jitqies meħtieġ fir-rigward tar-riskji preżentati minn vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, l-impurtaturi, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, għandhom jinvestigaw u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti u ta' teħid lura ta’ vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati, u għandhom iżommu lid-distributuri infurmati dwar dan il-monitoraġġ.

Artikolu 11 Obbligi tal-importaturi li jirrigwardaw il-konformità ta' vetturi, sistemi u komponenti jew unitajiet separati tekniċi

137. L-importaturi li jqisu jew għandhom għalfejn jaħsbu li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tagħhom li nbiegħet jew iddaħħlet fis-servizz mhijiex konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dik il-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tinġieb f'konformità, tiġi rtirata jew tissejjaħ lura, skont kif ikun xieraq.

138. Meta vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tippreżenta riskju, l-importaturi għandhom minnufih jinfurmaw b'dan l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-approvazzjoni tal-Istati Membri fejn ikunu għamlu disponibbli l-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata u għandhom jagħtu d-dettalji, partikolarment tan-nuqqas ta' konformità u kull miżura korrettiva li tkun ittieħdet.

139. L-importaturi għandhom, għall-perjodu ta’ 10 snin, iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-approvazzjoni u jiżguraw li l-pakkett tal-informazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 27(10) issir disponibbli għal dawk l-awtoritajiet jekk jitolbuha.

140. L-importaturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta' dik l-awtorità. L-importaturi għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji li tirrappreżenta vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li jkunu biegħu, irreġistraw jew ikunu responsabbli għad-dħul fis-servizz ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata.

Artikolu 12 Obbligi ġenerali tad-distributuri

141. Id-distributuri għandhom jaġixxu b'attenzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli fil-każ tal-bejgħ, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata.

142. Qabel il-bejgħ, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jkollhom il-pjanċa statutorja jew il-marka tal-approvazzjoni tat-tip meħtieġa, li jkunu akkumpanjati mid-dokumenti meħtieġa u minn struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza fil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih il-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata għandhom jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz, u li l-manifattur u l-importatur ikunu mxew mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7(6), 7 (7) u 10(4).

143. Id-distributuri għandhom jiżguraw li, filwaqt li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tkun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport ma jippreġudikawx il-konformità tagħha mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 13 Obbligi tad-distributuri li jirrigwardaw il-konformità ta' vetturi, sistemi u komponenti jew unitajiet separati tekniċi

144. Meta d-distributuri jqisu jew ikollhom għalfejn jaħsbu li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata ma tkunx konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, ma għandhomx ibiegħu jew jirreġistraw il-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata u għandhom jipprevjenu d-dħul tagħha fis-servizz sakemm tinġieb f'konformità.

145. Id-distributuri li jqisu jew għandhom għalfejn jaħsbu li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tagħhom li jkunu biegħu jew irreġistraw jew li jkunu responsabbli għad-dħul tagħha fis-servizz, mhijiex konformi ma' dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dik il-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tinġieb f'konformità, tiġi rtirata jew tissejjaħ lura, skont kif ikun xieraq.

146. Meta vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tippreżenta riskju, id-distributuri għandhom minnufih jinfurmaw b'dan u jagħtu d-dettalji, partikolarment dwar in-nuqqas tal-konformità u kull miżura korrettiva li ttieħdet, lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-approvazzjoni tal-Istati Membri fejn biegħu, irreġistraw jew fejn id-distributuri kienu responsabbli għad-dħul fis-servizz tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, kif ukoll lill-manifattur u lill-importatur.

147. Wara talba sostanzjata minn awtorità nazzjonali, id-distributuri għandhom jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata. Għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq it-talba tagħha, fuq kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jkunu nbiegħu jew irreġistrati jew li kienu responsabbli għad-dħul tagħhom fis-servizz.

Artikolu 14 Obbligi addizzjonali tal-importaturi u d-distributuri

Importatur jew distributur għandu jitqies manifattur għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 7 sa 9, fejn l-importatur jew id-distributur ibiegħ, jirreġistra jew ikun responsabbli għad-dħul fis-servizz ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata taħt ismu jew il-marka kummerċjali tiegħu jew jimmodifika vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li tkun diġà nbiegħet, ġiet irreġistrata jew iddaħħlet fis-servizz b'tali mod li tista' tiġi affettwata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli.

Artikolu 15 Identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi

L-operaturi ekonomiċi għandhom, jekk mitluba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-approvazzjoni, għal perjodu ta' 10 snin:

(1) kull operatur ekonomiku li jkun fornihom b'vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata;

(2) kull operatur ekonomiku li jkunu fornewlu vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata.

KAPITOLU IIIREKWIŻITI SOSTANTIVI

Artikolu 16 Rekwiżi sostantivi ġenerali

148. Vetturi u sistemi tal-kategorija L, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dawn il-vetturi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti elenkati fl-Anness II sa VII.

149. Sabiex ikun żgurat livell għoli ta' ħarsien tas-sikurezza u tal-ambjent, il-Kummissjoni għandha tistipula rekwiżiti tekniċi dettaljati, inklużi l-proċeduri tat-testijiet u l-valuri ta' limitu fejn ikunu applikabbli, għal rekwiżiti biss li mhux il-limiti ambjentali elenkati fl-Anness VI u VII ta' dan ir-Regolament, permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 76, 77 u 78.

Artikolu 17 Projbizzjoni tal-apparat ta' invalidazzjoni

L-użu ta' apparat ta' invalidazzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sikurezza, il-kompatibilità elettromanjetika, is-sistema dijanjostika abbord, is-sistemi tat-tnaqqis tal-istorbju jew tas-sistemi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu għandu jiġi pprojbit. Element tad-diżinn ma għandux jitqies bħala apparat ta' invalidazzjoni jekk kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi sodisfatta:

(1) il-bżonn tal-apparat huwa ġġustifikat għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-magna mill-ħsara jew inċidenti u għat-tħaddim fis-sigurtà tal-vettura;

(2) it-tagħmir ma jaħdimx għajr għall-ħtiġijiet tal-istartjar tal-magna;

(3) il-kundizzjonijiet tat-tħaddim huma inklużi sa punt sostanzjali fil-proċeduri tat-test għall-verifika tal-konformità tal-vettura ma' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u implimentattivi tiegħu.

Artikolu 18 Miżuri li jirrigwardaw il-modifiki għall-grupp tal-propulsjoni tal-vetturi

150. 'Il-grupp tal-propulsjoni' tfisser il-komponenti u s-sistemi ta' vettura li jiġġeneraw il-potenza u jwassluha sal-art, inklużi l-magna (jew magni), is-sistemi tal-ġestjoni tal-magna jew kull modulu ieħor ta' kontroll, it-tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis, it-trażmissjoni u l-kontroll tagħha, jew id-drive shaft jew belt drive jew chain drive, id-differentials, il-final drive u d-driven wheel tyre (radius).

151. Il-vetturi tal-kategorija L għandhom ikunu mgħammra b'miżuri ddiżinjati biex jipprevjenu t-tbagħbis tal-grupp tal-propulsjoni tal-vettura, u dawn għandhom jiġu stipulati f'att delegat permezz ta' serje ta' rekwiżiti u speċifikazzjonijiet tekniċi bil-għan:

(a) tal-prevenzjoni tal-modifiki li jistgħu jippreġudikaw is-sikurezza, partikolarment billi jiżdied ir-rendiment tal-vettura bit-tbagħbis tal-grupp tal-propulsjoni sabiex jiżdied it-torque/massimu u/jew il-potenza u/jew l-ogħla veloċità li l-vettura ġiet iddiżinjata għaliha kif iddikjarati mill-manifattur ta' vettura fil-waqt tal-approvazzjoni tat-tip, u/jew

(b) tal-prevenzjoni tal-ħsara lill-ambjent.

152. Il-Kummissjoni għandha tistipula r-rekwiżiti speċifiċi dwar il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 permezz ta' att delegat adottat skont l-Artikoli 76, 77 u 78.

153. Wara modifika tal-grupp tal-propulsjoni, vettura għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi tal-kategorija u s-subkategorija inizjali tal-vetturi, jew jekk applikabbli, il-kategorija u s-subkategorija l-ġdida tal-vetturi, li kienu fis-seħħ meta l-vettura oriġinali nbiegħet, ġiet irreġistrata jew iddaħħlet fis-servizz, inklużi l-aħħar emendi lir-rekwiżiti.

Artikolu 19 Rekwiżiti ġenerali għas-sistemi dijanjostiċi abbord

154. Erba' snin wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 82, il-vetturi l-ġodda kollha fis-subkategoriji L1Be, L3e, L5e, L6Ae u L7Ae għandhom jiġu mgħammra bl-ewwel stadju ta' sistema dijanjostika abbord (OBD) li timmonitorja u tirrapporta dwar il-kontinwità taċ-ċirkwit elettriku, ċirkwiti elettriċi xxortjati u miftuħa u r-razzjonalità taċ-ċirkwit tal-magna u s-sistemi tal-ġestjoni tal-vettura (OBD I).

155. Sitt snin wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 82, il-vetturi l-ġodda kollha fis-subkategoriji L6Be u L7Be għandhom jiġu mgħammra b'OBD I.

156. Tmien snin wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 82, il-vetturi l-ġodda kollha għandhom jiġu mgħammra b'OBD I.

157. Wara konferma f'deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 21(4), tmien snin wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 82, il-vetturi l-ġodda kollha fis-(sub)kategoriji L1Be, L3e, L5e, L6Ae u L7Ae għandhom barra minn hekk jiġu mgħammra bit-tieni stadju ta' sistema dijanjostika abbord (OBD II), li, flimkien mal-OBD I, timmonitorja mhux biss il-fallimenti sħaħ iżda wkoll id-deterjorament tas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati matul ħajjet il-vettura bil-kundizzjoni li l-kosteffettività tagħha tiġi ppruvata fl-istudju tal-effetti ambjentali msemmi fl-Artikolu 21(4) u (5).

158. Il-limiti tal-emissjonijiet OBD dettaljati huma stipulati fl-Anness VI(B).

159. Is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta, skont l-Artikolu 76, 77 u 78 att delegat li jistipula r-rekwiżiti tekniċi dettaljati marbuta mas-sistema dijanjostika abbord, inkluż ir-rekwiżiti OBD funzjonali u l-proċeduri tat-test għal dawk is-suġġetti elenkati fil-paragrafi 1 sa 5 sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' sikurezza funzjonali, ħarsien ambjentali u l-istess livell standardizzat ta' aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u manutenzjoni għas-sewwejja kollha tal-vetturi.

Artikolu 20 Rekwiżiti għas-sikurezza funzjonali tal-vetturi

160. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi jiġu ddiżinjati, mibnija u mmuntati b'mod li jiġi minimizzat ir-riskju ta' korriment għall-okkupanti tal-vettura u għall-utenti oħra tat-triq. Is-sikurezza funzjonali tal-vettura għandha tiġi garantita għal ħajjet kollha ta' vettura, jekk il-vettura tintuża f'ċirkostanzi normali jew dawk intiżi.

161. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-Annessi II u VII u jikkonformaw mal-proċeduri tat-test u r-rekwiżiti tar-rendiment kif stipulati f'att delegat.

162. Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għal vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati safejn dawn huma ddikjarati applikabbli għall-kategorija rilevanti tal-vetturi minn dan ir-Regolament.

163. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' sikurezza, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi rigward is-sikurezza funzjonali tal-vetturi, inklużi proċeduri tat-testijiet u valuri ta' limitu, permezz ta' att delegat skont l-Artikoli 76, 77 u 78.

Artikolu 21 Rekwiżiti għar-rendiment ambjentali

164. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi jiġu ddiżinjati, mibnija u mmuntati b'mod li l-impatt fuq l-ambjent jiġi mminimizzat. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi bl-approvazzjoni tat-tip jissodisfaw ir-rekwiżiti ambjentali tul ħajjet il-vettura kif stipulat fl-Annessi V, VI u VII.

165. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati jikkonformaw mal-proċeduri tat-testijiet u r-rekwiżiti tat-testijiet li għandhom jiġu stipulati f'att delegat imsemmi fil-paragrafu 12.

166. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-verifika tar-rekwiżiti tad-durabilità jiġu sodisfatti. Il-manifattur għandu jagħżel waħda mill-proċeduri tat-test tat-durabilità li ġejjin li tista' tintuża biex tingħata evidenza lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li r-rendiment ambjentali ta' vettura bl-approvazzjoni tat-tip għandu d-durabilità:

(a) ittestjar attwali tad-durabilità tal-vetturi billi tiġi koperta d-distanza stipulata fil-parti A tal-Anness VII u jintwera lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li r-rekwiżiti ambjentali stipulati f'dan ir-Regolament u l-atti delegati u implimentattivi tiegħu jiġu sodisfatti matul l-akkumulazzjoni tal-kilometraġġ tal-vettura f'intervalli regolari u fit-tmiem tal-akkumulazzjoni tal-kilometraġġ;

(b) bil-multiplikazzjoni tal-fatturi ta' deterjorament stipulati fil-parti B tal-Anness VII u r-riżultati tat-testijiet ambjentali ta' vettura li tkun akkumulat iktar minn 100 km wara li tkun ġiet startjata fi tmiem il-linja tal-produzzjoni; ir-riżultati tal-kalkolu għandhom ikunu inqas mil-limiti ambjentali mill-parti A tal-Anness VI u jippruvaw dan li ġej:

- F'din il-proċedura l-manifattur għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ir-rendiment ambjentali ta' vettura li tkun akkumulat iktar minn 100 km wara li tkun ġiet startjata l-ewwel darba fi tmiem il-linja tal-produzzjoni, mgħammra b'sistemi u komponenti li ġew mgħoddija minn proċess rapidu ta' tixjiħ;

- Huwa u juża din il-proċedura l-manifattur għandu jipprovdi evidenza lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u jipprova l-validità tal-korrelazzjoni bejn iż-żewġ proċeduri tad-durabilità stipulati f'(a) u (b).

- Mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2016, il-Kummissjoni għandha twettaq studju komprensiv tal-effett ambjentali. L-istudju għandu jevalwa l-kwalità tal-arja u s-sehem tas-sustanzi li jniġġsu għall-vetturi tal-kategorija L u għandu jkopri r-rekwiżiti tat-tipi ta' testijiet I, IV, V, VII u VIII elenkati fl-Anness V. Hija għandha tiġbor u tevalwa l-aħħar dejta xjentifika, is-sejbiet tar-riċerka xjentifika, l-immudellar u l-effiċjenza tal-ispejjeż bil-ħsieb li jiġu stabbiliti miżuri politiċi definittivi bil-konferma tad-dati tal-infurzar ta' Euro 5 (id-dati Euro 6 għall-muturi L3e) stipulati fl-Anness IV u r-rekwiżiti ambjentali Euro 5 (Euro 6 għall-muturi L3e) stipulati fl-Annessi V, VI(A3), VI(B2), VI(C2) u l-Anness VII fir-rigward tal-kilometraġġi ta' durabilità u fatturi ta' deterjorament ta' Euro 5 (Euro 6 għall-muturi L3e).

- Abbażi tas-sejbiet tal-istudju tal-effetti ambjentali, l-Kummissjoni għandha tikkonferma:

(a) id-dati tal-infurzar tal-livell Euro 5 (Euro 6 għall-muturi tal-kategorija L3e) msemmija fl-Anness IV;

(b) il-limiti tal-emissjonijiet Euro 5 (Euro 6 għall-muturi tal-kategorija L3e) imsemmija fl-Anness VI(A3) u l-limiti OBD fl-Anness VI(B2);

(c) li l-vetturi l-ġodda kollha fis-(sub)kategoriji L3e, L5e, L6Ae u L7Ae barra mill-istadju I tal-OBD għandhom jiġu mgħammra bl-istadju II tal-OBD fil-livell Euro 5 (Euro 6 għall-muturi tal-kategorija L3e);

(d) li r-rekwiżiti tal-ittestjar tal-konformità interni għandhom jiġu introdotti fil-livell Euro 5 (Euro 6 għall-muturi tal-kategorija L3e), għal liema (sub)kategoriji ta' vetturi tal-kategorija L għandu jiddaħħal ittestjar tal-konformità intern u meta dan se jsir obbligatorju għall-kategoriji kollha ta' vetturi ta' kategorija L. "Konformità interna" tfisser l-ittestjar ta' vetturi rappreżentattivi mill-flotta tas-suq sabiex jiġi vverifikat jekk il-miżuri tekniċi meħuda mill-manifattur ikomplux jiżguraw li l-emissjonijiet mill-egżost u l-evaporazzjoni huma limitati effettivament u l-miżuri ta' sikurezza funzjonali u l-livelli assoċjati ta' rendiment tas-sikurezza humiex effettivament sodisfatti, skont dan ir-Regolament, tul il-ħajja normali tal-vetturi f'kundizzjonijiet normali ta' użu.

(e) liema mis-(sub)kategoriji L1Ae, L1Be, L2e, L5Be, L6Be u L7Be għal-livell Euro 5 għandhom ikunu soġġetti biss għall-ittestjar SHED jew alternattivament għandhom ikun biss soġġetti għall-ittestjar tal-permeazzjoni tat-tank tal-fjuwil u tat-tubi, bil-limiti tat-test elenkati fl-Anness VI(C2).

(f) il-kilometraġġi tad-durabilità għal-livell Euro 5 (Euro 6 għall-muturi tal-kategorija L3e) imsemmija fl-Anness VII(A) u l-fatturi ta' deterjorament għal-livell Euro 5 (Euro 6 għall-muturi tal-kategorija L3e) imsemmija fl-Anness VII(B).

(g) biex tiġi ddeterminata l-fattibbiltà, id-data assoċjata tal-infurzar u għal liema (sub)kategoriji għandhom jiġu introdotti rekwiżiti ta' emissjonijiet off-cycle lil hinn mil-livell Euro 5 (Euro 6 għal muturi L3e).

167. Vetturi bil-propulsjoni kompletament elettrika u/jew vetturi bil-propulsjoni bl-arja prekompressata biss huma esklużi mir-rekwiżiti ambjentali elenkati fl-Anness V, it-tipi tat-test I sa VII. Dawn il-vetturi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti funzjonali tal-OBD, kif stipulat f'att delegat sabiex dawn il-vetturi jissewwew b'mod effiċjenti fil-każ ta' ħsara.

168. Il-vetturi li jużaw il-gass bħala fjuwil għandhom jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip u mal-limiti tal-emissjonijiet tal-OBD għall-magni positive ignition (PI). Għandhom jikkonformaw ukoll mal-proċeduri tat-test assoċjati u r-rekwiżiti kif definit f'att delegat kif imsemmi fil-paragrafu 12. Vetturi bil-propulsjoni bil-gass bi fjuwil ta' tip wieħed, żewġ tipi jew iktar u/jew vetturi elettriċi ibridi huma esklużi mir-rekwiżiti tat-test SHED għall-emissjonijiet tal-evaporazzjoni. Il-vetturi elettriċi ibridi u/jew dawk li jużaw il-gass bħala fjuwil li jaħdmu parzjalment b'magna PI li taħdem bil-petrol, taħlitiet ta' petrol jew l-etanol għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-permeabilità tat-tank tal-fjuwil u tal-linja tal-provvista tal-fjuwil kif stipulat f'att delegat imsemmi fil-paragrafu 12.

169. Il-vetturi bil-propulsjoni b'magna CI li tikkonsma biss diżil b'volatilità baxxa jew fjuwils ekwivalenti għad-diżil għandhom jiġu esklużi mil-limiti u r-rekwiżiti tat-test tal-emissjonijiet mill-evaporazzjoni.

170. Il-vetturi tal-kategorija L4e għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ambjentali stipulati fl-Anness V għall-vetturi tal-kategorija L3e; il-manifattur jista' jagħżel minn fost it-testijiet tat-tipi I, IV, VII u VIII tal-Anness V u jista' jittestja l-vettura motorizzata ta' bażi mingħajr is-side-car jew l-assemblaġġ sħiħ.

171. “Tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta’ tagħmir ta' dan it-tip maħsub biex jissostitwixxi tagħmir oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis u li jista' jiġi approvat bħala unità teknika separata kif speċifikat fl-atti delegati u implimentattivi ta' dan ir-Regolament;

Il-manifatturi għandhom jiżguraw li kull tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis li jinbiegħ jew ikun se jiddaħħal fis-servizz fl-Unjoni Ewropea jkollu l-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament.

172. Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1 u 10 għandhom japplikaw għall-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati skont l-Anness II.

173. Sabiex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni ambjentali, il-Kummissjoni għandha tistipula l-ispeċifikazjonijiet tekniċi dettaljati dwar ir-rekwiżiti ambjentali inklużi l-proċeduri tat-test għas-suġġetti elenkati fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 permezz ta' att delegat skont l-Artikoli 76, 77 u 78.

Artikolu 22 Rekwiżiti ambjentali addizzjonali fir-rigward tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u l-konsum tal-fjuwil

174. L-emissjonijiet tad-CO 2 (id-diossidu tal-karbonju) għandhom jiġu determinati fiċ-ċiklu applikabbli tat-testijiet tal-laboratorju għall-emissjonijiet mill-manifattur u għandhom jiġu rrappurtati lill-awtorità tal-approvazzjoni. Il-konsum tal-fjuwil għandu jiġi kkalkulat jew abbażi tar-riżultati tal-laboratorju dwar l-emissjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip jew jitkejjel u jiġi rrappurtat lill-awtorità tal-approvazzjoni.

175. Ir-riżultat tal-kejl tad-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ikkalkulat jew imkejjel għandhom jiġu inklużi fil-fajl tal-informazzjoni u t-tnejn għandhom jiġu indikati fuq iċ-ċertifikat tal-konformità.

Barra mill-indikazzjoni fuq iċ-ċertifikat tal-konformità, il-manifatturi għandhom jiżguraw li d-dejta dwar l-emissjonijiet tad-CO2 u l-konsum tal-fjuwil jingħataw lix-xerrej tal-vettura fil-waqt tax-xiri ta' vettura ġdida, f'għamla li jqisu xierqa.

176. Il-Kummissjoni għandha tistipula l-metodi tal-kejl tal-emissjonijiet tad-CO2 u tal-kalkolu jew il-kejl tal-konsum tal-fjuwil permezz ta' att delegat adotatt skont l-Artikoli 76, 77 u 78.

KAPITOLU IVPROĊEDURI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE

Artikolu 23 Proċeduri għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE

177. Huwa u japplika għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura, il-manifattur jista' jagħżel waħda minn dawn il-proċeduri:

(a) approvazzjoni tat-tip pass pass;

(b) approvazzjoni tat-tip fi stadju wieħed;

(c) approvazzjoni f'diversi stadji.

Għall-approvazzjoni tat-tip ta' sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati, għandha tapplika l-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip fi stadju wieħed.

178. Approvazzjoni tat-tip pass pass għandha tikkonsisti fil-ġbir fi stadji ta’ sett sħiħ ta’ ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li huma parti mill-vettura, u li jwassal, fl-aħħar stadju, għall-approvazzjoni tal-vettura sħiħa.

179. L-approvazzjoni tat-tip fi stadju wieħed għandha tikkonsisti fl-approvazzjoni ta' vettura sħiħa permezz ta' operazzjoni waħda.

180. Fil-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji, awtorità tal-approvazzjoni waħda jew iktar jiċċertifikaw li, skont kemm tkun kompluta, tip ta' vettura mhux kompluta jew ikkompletata jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti ta' dan ir-Regolament.

L-approvazzjoni f'diversi stadji għandha tingħata fir-rigward ta' tip ta' vettura mhux kompluta jew ikkompletata li jikkonforma mad-dettalji fil-fajl ta' informazzjoni u li jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi speċifikati fl-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness II, wara li jitqies l-istat ta' tlestija tal-vettura.

L-approvazzjoni tat-tip għall-aħħar stadju tat-tlestija għandha tingħata biss wara li l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tkun ivverifikat li l-approvazzjoni(jiet) tat-tip maħruġa għall-vettura mhux kompluta tiċċertifika li t-tip ta' vettura approvat fl-aħħar stadju jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi kollha applikabbli fil-waqt meta nħarġet l-approvazzjoni(jiet) tat-tip, għall-kategorija ta' vetturi li għaliha tingħata l-approvazzjoni tat-tip għall-vettura kompletata.

L-approvazzjoni f'diversi stadji msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha tapplika biss għal vetturi utilitarji tas-subkategoriji L5Be – U, L6Be – U u L7Be – U.

181. L-għażla tal-proċedura tal-approvazzjoni ma għandhiex taffettwa r-rekwiżiti applikabbli li t-tip ta' vettura approvata għandu jikkonforma magħhom fil-waqt tal-ħruġ tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa.

182. Is-setgħat implimentattivi huma mogħtija lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi mudelli għad-dettalji tal-arranġamenti fir-rigward tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip fl-Artikolu 73.

Artikolu 24 Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip

183. Il-manifattur għandu jissottometti l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip lill-awtorità tal-approvazzjoni.

184. Tista' ssir biss applikazzjoni waħda fir-rigward ta' tip partikolari ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata u dan jista' jsir fi Stat Membru wieħed biss.

185. Għandha ssir applikazzjoni separata għal kull tip li jrid jiġi approvat.

Artikolu 25 Il-fajl tal-informazzjoni

186. L-applikant għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni b'fajl tal-informazzjoni.

187. Il-fajl tal-informazzjoni għandu jinkludi dan li ġej:

(1) dokument ta' informazzjoni skont il-mudell stabbilit mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 73;

(2) id-dejta, dijagrammi, ritratti u kull informazzjoni oħra rikjesti mill-att implimentattiv adottat skont l-Artikolu 73;

(3) għall-vetturi, l-indikazzjoni tal-proċedura magħżula skont l-Artikolu 23(1).

188. Il-fajl tal-informazzjoni jista' jingħata fuq il-karta jew f'għamla elettronika.

Artikolu 26 Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-informazzjoni li għandhom jingħataw fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip skont proċeduri differenti

189. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip pass pass għandha tkun akkumpanjata minn fajl tal-informazzjoni skont l-Artikolu 25 u mis-sett komplut ta' ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip rikjesti skont kull att applikabbli elenkat fl-Anness II.

190. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip fi stadju wieħed għandha tkun akkumpanjata minn fajl tal-informazzjoni skont l-Artikolu 25 li jkun fih l-informazzjoni rilevanti fir-rigward tal-atti elenkati fl-Anness II.

191. Mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 u 2, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji:

(a) fl-ewwel stadju, dawk il-partijiet tal-fajl tal-informazzjoni u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE meħtieġa għal vettura kompluta li huma rilevanti għall-istat tat-tlestija tal-vettura bażi;

(b) fit-tieni stadju u dawk sussegwenti, dawk il-partijiet tal-fajl tal-informazzjoni u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE li huma rilevanti għall-istadju attwali ta' kostruzzjoni, flimkien ma' kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vettura maħruġa fl-istadju preċedenti tal-kostruzzjoni u d-dettalji kollha ta' kwalunkwe tibdil jew addizzjonijiet li saru lill-vettura.

192. L-awtorità tal-approvazzjoni tista', b'talba motivata, titlob lill-manifattur jipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa sabiex tkun tista' tittieħed deċiżjoni dwar liema testijiet ikunu meħtieġa jew biex jitħaffef it-twettiq ta' dawk it-testijiet.

KAPITOLU VTWETTIQ TAL-PROĊEDURI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE

Artikolu 27 Dispożizzjonijiet ġenerali

193. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-UE biss wara li jivverifikaw il-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 31 u l-konformità tat-tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mar-rekwiżiti applikabbli.

194. L-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE għandhom jingħataw skont l-Artikoli 29, 30, 31 u 32.

195. Jekk awtorità tal-approvazzjoni ssib li tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, għalkemm konformi mad-dispożizzjonijiet meħtieġa, jippreżentaw riskju serju għas-sikurezza jew jistgħu jkunu ta' dannu gravi għall-ambjent jew għas-saħħa pubblika, hija tista' tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-UE. F’dan il-każ, għandha minnufih tibgħat lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fajl dettaljat li jispjega r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha u li jagħti l-evidenza tal-fatti misjuba.

196. Iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandhom jiġu nnumerati skont sistema armonizzata kif stipulat fl-att implimentattiv adottat skont l-Artikolu 73.

197. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha, fi żmien xahar, tibgħat lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, flimkien mal-annessi, għal kull tip ta’ vettura li tkun approvat. Il-kopja tista' tkun f'għamla ta' fajl elettroniku.

198. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tgħarraf mingħajr dewmien lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra dwar ir-rifjut jew l-irtirar ta’ kwalunkwe approvazzjoni ta’ vettura, flimkien mar-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

199. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha f'intervalli ta' tliet xhur tibgħat lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra lista tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE li tkun tat, emendat, irrifjutat jew irtirat matul il-perjodu preċedenti għal sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati.

200. Jekk jintalab hekk minn awtorità tal-approvazzjoni ta' Stat Membru ieħor, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi dik it-talba, tibgħat kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE kkonċernat, flimkien mal-annessi. Il-kopja tista' tkun f'għamla ta' fajl elettroniku.

201. Jekk il-Kummissjoni titlob hekk, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 5 sa 8 lill-Kummissjoni wkoll.

202. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiġbor pakkett tal-informazzjoni magħmul mill-fajl tal-informazzjoni akkumpanjat mir-rapporti tat-testijiet u kull dokument ieħor miżjud mis-servizz tekniku jew mill-awtorità tal-approvazzjoni lill-fajl tal-informazzjoni fl-andament tal-funzjonijiet tagħhom. Il-pakkett tal-informazzjoni għandu jkun fih indiċi li jelenka l-kontenut tal-pakkett tal-informazzjoni, innumerat jew immarkat kif xieraq b'tali mod li jidentifika biċ-ċar il-paġni kollha, u l-format ta' kull dokument għandu jkun b'tali mod li jippreżenta rekord tal-istadji suċċessivi fil-ġestjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, b'mod partikolari d-dati tar-reviżjonijiet u l-aġġornamenti.

Artikolu 28 Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-ħruġ tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vettura sħiħa

203. Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun fih dawn li ġejjin bħala annessi:

(a) il-pakkett ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 27(10);

(b) ir-riżultati tat-testijiet;

(c) l-isem/ismijiet u kampjun(i) tal-firma/firem tal-persuna/i awtorizzata/i biex tiffirma/jiffirmaw (i)iċ-ċertifikati tal-konformità u dikjarazzjoni tal-pożizzjoni tagħhom fil-kumpanija.

204. Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għandu jinħareġ fuq il-bażi tal-mudell stipulat fl-att implimentattiv adottat skont l-Artikolu 73.

205. Fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha:

(a) timla t-taqsimiet kollha rilevanti taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, inkluża dik għar-riżultati tat-testijiet mehmuża miegħu, skont il-mudell għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip;

(b) tikkompila l-indiċi għall-pakkett ta’ informazzjoni;

(c) toħroġ iċ-ċertifikat ikkompletat, flimkien mal-annessi tiegħu, lill-applikant mingħajr dewmien.

206. Fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE li fir-rigward tagħha, skont l-Artikolu 39, ġew imposti restrizzjonijiet dwar il-validità tagħha, jew ġew eżentati ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew l-atti delegati jew implimentattivi adottati skont dan ir-Regolament, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jispeċifika dawk ir-restrizzjonijiet jew l-eżenzjonijiet.

Meta l-manifattur jagħżel il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip fi stadju wieħed, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti jew l-atti applikabbli u tehmeż dik il-lista maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

Artikolu 29 Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati

207. L-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tingħata għal sistema li tikkonforma mad-dettalji fil-fajl tal-informazzjoni u li tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi stipulati fl-atti rilevanti elenkati fl-Anness II.

208. L-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal komponent jew unità teknika separata għandha tingħata għal komponent jew unità teknika separata li jikkonformaw mad-dettalji fil-fajl tal-informazzjoni u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi stipulati fl-atti separati rilevanti elenkati fl-Anness II.

209. Meta komponenti jew unitajiet tekniċi separati, kemm jekk maħsuba għat-tiswija, reviżjoni jew manutenzjoni kif ukoll jekk le, ikunu wkoll koperti b’approvazzjoni tat-tip ta’ sistema fir-rigward ta’ vettura, ma tkun meħtieġa ebda approvazzjoni oħra tal-komponent jew l-unità teknika separata ħlief jekk ikun previst hekk fl-atti rilevanti elenkati fl-Anness II.

210. Meta komponent jew unità teknika separata twettaq il-funzjoni tagħha jew toffri karatteristika speċifika biss flimkien ma’ partijiet oħra tal-vettura, u b'hekk il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tkun possibbli biss meta l-komponent jew l-unità teknika separata tkun qed taħdem flimkien ma’ dawk il-partijiet l-oħra tal-vettura, l-ambitu tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-komponent jew tal-unità teknika separata jrid jiġi ristrett kif xieraq.

F'dawn il-każijiet, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jispeċifika kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu tal-komponent jew tal-unità teknika separata u għandu jindika l-kundizzjonijiet speċjali għall-assemblaġġ tagħhom.

Meta tali komponent jew unità teknika separata jiġu mmuntati mill-manifattur tal-vettura, il-konformità ma' kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu applikabbli jew il-kundizzjonijiet għall-assemblaġġ għandha tkun verifikata fil-mument meta l-vettura tiġi approvata.

Artikolu 30 Testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE

211. Il-konformità mal-preskrizzjonijiet tekniċi stipulati f'dan ir-Regolament u fl-atti elenkati fl-Anness II għandha tiġi ppruvata permezz ta' testijiet adatti mwettqa minn servizzi tekniċi maħtura.

Il-proċeduri tat-testijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu u t-tagħmir u l-għodda speċifiċi preskritti għat-twettiq ta' dawn it-testijiet għandhom jiġu stipulati fl-atti rilevanti elenkati fl-Anness II.

212. Il-manifattur għandu jagħmel disponibbli lill-awtorità tal-approvazzjoni kemm vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati jkunu meħtieġa skont l-atti rilevanti elenkati fl-Anness II għat-twettiq tat-testijiet meħtieġa.

213. It-testijiet meħtieġa għandhom jitwettqu fuq vetturi, komponenti u unitajiet tekniċi separati li huma rappreżentattivi tat-tip li jrid jiġi approvat.

Madankollu, il-manifattur jista’ jagħżel, bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni, vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li, waqt li mhumiex rappreżentattivi tat-tip li jrid jiġi approvat, jgħaqqdu flimkien numru tal-karatteristiċi l-anqas favorevoli fir-rigward tal-livell ta’ rendiment meħtieġ. Jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar virtwali biex jgħinu fit-teħid ta’ deċiżjoni waqt il-proċess tal-għażla.

214. Kemm-il darba jkun hemm il-qbil tal-awtorità tal-approvazzjoni, il-metodi tal-ittestjar virtwali jistgħu jintużaw bħala alternattivi għall-proċeduri tat-testijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fuq talba tal-manifattur fir-rigward ta' dawk ir-rekwiżiti elenkati fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament.

215. Il-metodi tal-ittestjar virtwali għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament.

216. Sabiex ikun żgurat li r-riżultati miksuba mill-ittestjar virtwali jkunu sinifikanti daqs dawk miksuba mill-ittestjar fiżiku, il-Kummissjoni għandha tistipula r-rekwiżiti li l-ittestjar virtwali għandu jkun soġġett għalihom u l-kundizzjonijiet li fihom għandu jsir l-ittestjar virtwali, permezz ta' att delegat skont l-Artikoli 76, 77 u 78.

Artikolu 31 Konformità tal-arranġamenti tal-produzzjoni

217. L-awtorità tal-approvazzjoni li toħroġ approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tivverifika, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra jekk ikun meħtieġ, li saru arranġamenti adegwati biex jiġi żgurat li vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati tal-produzzjoni, skont kif ikun il-każ, jikkonformaw mat-tip approvat.

218. Awtorità tal-approvazzjoni li toħroġ approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri meħtieġa fir-rigward ta' dik l-approvazzjoni biex tivverifika, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra jekk ikun meħtieġ, li l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 jibqgħu jkunu adegwati u li vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati tal-produzzjoni, skont kif ikun il-każ, jibqgħu jikkonformaw mat-tip approvat.

219. Sabiex tivverifika li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tikkonforma mat-tip approvat, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tista' twettaq kwalunkwe wieħed mill-kontrolli jew it-testijiet meħtieġa għar-rekwiżiti regolatorji li huma s-suġġett tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE fuq kampjuni meħuda mill-post tal-manifattur, inkluż il-faċilitajiet tal-produzzjoni. Id-dettalji tal-proċeduri tal-verifika se jiġu stipulati f'att implimentattiv adottat skont dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 73.

220. Meta awtorità tal-approvazzjoni li tati approvazzjoni tat-tip tal-UE tistabbilixxi li l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 mhumiex applikati, jitbiegħdu sostanzjalment mill-arranġamenti u l-pjanijiet ta’ kontroll miftiehma, ma baqgħux jiġu applikati, jew ma għadhomx meqjusa xierqa, anki jekk il-produzzjoni ma twaqqfitx, din għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li l-proċedura għall-konformità tal-produzzjoni tiġi segwita kif suppost jew tirtira l-approvazzjoni tat-tip.

221. Is-setgħat għall-adozzjoni tal-att implimentattiv li jistipula l-arranġamenti dettaljati fir-rigward tal-konformità tal-produzzjoni huma mogħtija lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 73 ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU VIEMENDI LILL-APPROVAZZJONIJIET TAT-TIP TAL-UE

Artikolu 32 Dispożizzjonijiet ġenerali

222. Il-manifattur għandu jgħarraf mingħajr dewmien lill-awtorità tal-approvazzjoni li ħarġet l-approvazzjoni tat-tip tal-UE b’kull bidla fid-dettalji mniżżla fil-pakkett tal-informazzjoni.

Dik l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiddeċiedi liema mill-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 33 għandha tiġi segwita.

Fejn ikun meħtieġ, l-awtorità tal-approvazzjoni tista' tiddeċiedi, f'konsultazzjoni mal-manifattur, li għandha tinħareġ approvazzjoni tat-tip tal-UE ġdida.

223. Applikazzjoni għall-emendar ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tintbagħat esklussivament lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun ħarġet l-approvazzjoni tat-tip tal-UE oriġinali.

224. Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni ssib li, għall-finijiet li ssir emenda, ikunu meħtieġa spezzjonijiet jew testijiet mill-ġdid, din għandha tinforma lill-manifattur kif xieraq.

Il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 33 għandhom japplikaw biss, fuq il-bażi ta' dawk l-ispezzjonijiet jew it-testijiet, jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tikkonkludi li r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għadhom jiġu sodisfatti.

Artikolu 33 Reviżjonijiet u estensjonijiet tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE

225. Jekk id-dettalji rreġistrati fil-pakkett tal-informazzjoni jkunu nbidlu, mingħajr ma jkun hemm bżonn li jiġu ripetuti l-ispezzjonijiet jew it-testijiet, l-emenda għandha tissemma "reviżjoni".

F'dawn il-każijiet, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħroġ il-paġna riveduta tal-pakkett tal-informazzjoni kif meħtieġ, u timmarka kull paġna riveduta biex turi b'mod ċar in-natura tal-bidla u d-data tal-ħruġ mill-ġdid. Verżjoni konsolidata u aġġornata tal-pakkett tal-informazzjoni, flimkien ma’ deskrizzjoni dettaljata tal-bidliet, għandha titqies li tissodisfa din il-ħtieġa.

226. L-emenda għandha tissejjaħ 'estensjoni' meta d-dettalji rreġistrati fil-pakkett tal-informazzjoni jkunu nbidlu u sseħħ waħda minn dawn li ġejjin:

(a) jinħtieġu aktar spezzjonijiet jew testijiet;

(b) kwalunkwe informazzjoni fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, ħlief għall-annessi tagħha, inbidlet;

(c) isiru applikabbli rekwiżiti ġodda taħt kwalunkwe att elenkat fl-Anness II applikabbli għat-tip ta' vettura approvat jew għas-sistema, komponent jew unità teknika separata approvata.

Fil-każ ta' estensjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE rivedut, denotat b’numru tal-estensjoni, inkrimentat skont in-numru ta' estensjonijiet suċċessivi diġà mogħtija. Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni għandu juri b'mod ċar ir-raġuni għall-estensjoni u d-data tal-ħruġ mill-ġdid.

227. Kull meta jinħarġu paġni emendati jew verżjoni aġġornata konsolidata, l-indiċi tal-pakkett tal-informazzjoni mehmuż maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni għandu jiġi emendat kif xieraq biex juri d-data tal-aktar estensjoni jew reviżjoni reċenti jew id-data tal-aktar konsolidazzjoni reċenti tal-verżjoni aġġornata.

Artikolu 34 Ħruġ u notifika tal-emendi

228. Fil-każ ta’ estensjoni, it-taqsimiet kollha rilevanti taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, l-annessi għalih, u l-indiċi għall-pakkett ta’ informazzjoni għandhom jiġu aġġornati. Iċ-ċertifikat aġġornat u l-annessi tiegħu għandhom jinħarġu lill-applikant mingħajr dewmien.

229. Fil-każ ta’ reviżjoni, id-dokumenti riveduti jew il-verżjoni aġġornata konsolidata, skont il-każ, inkluż l-indiċi tal-pakkett tal-informazzjoni rivedut, għandhom jinħargu mill-awtorità tal-approvazzjoni lill-applikant mingħajr dewmien.

230. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinnotifika kwalunkwe emenda magħmula lill-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 27.

KAPITOLU VIIVALIDITÀ TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE

Artikolu 35 Tmiem tal-validità

231. L-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE għandhom jinħarġu għal perjodu bla limitu.

232. Approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura ma tibqax valida fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) isiru obbligatorji rekwiżiti ġodda fi kwalunkwe att applikabbli għat-tip ta' vettura approvat, għar-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda, u ma jkunx possibbli li l-approvazzjoni tiġi aġġornata;

(b) il-produzzjoni tal-vettura approvata titwaqqaf b’mod volontarju u definittiv;

(c) il-validità tal-approvazzjoni tiskadi bis-saħħa ta’ restrizzjoni speċjali skont l-Artikolu 38.

233. Meta varjant wieħed biss f'tip jew verżjoni waħda f'varjant ma jibqgħux validi, l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-vettura kkonċernata għandha titlef il-validità biss sa fejn ikun ikkonċernat il-varjant jew il-verżjoni partikolari.

234. Meta l-produzzjoni ta’ tip partikolari ta’ vettura titwaqqaf b’mod definittiv, il-manifattur għandu jinnotifika lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun ħarġet l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal dik il-vettura.

Malli tirċievi n-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun ħarġet l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vettura għandha tinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra fi żmien xahar.

235. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 4, fil-każijiet meta approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura tkun waslet biex issir invalida, il-manifattur għandu jinnotifika lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun ħarġet l-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

L-awtorità tal-approvazzjoni li tkun ħarġet l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha mingħajr dewmien tikkomunika l-informazzjoni kollha rilevanti lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra sabiex ikun jista' jiġi applikat, fejn xieraq, l-Artikolu 39.

Din il-komunikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu għandha tispeċifika, b'mod partikolari, id-data tal-produzzjoni u n-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura tal-aħħar vettura li tkun ġiet prodotta.

KAPITOLU VIIIĊERTIFIKAT TAL-KONFORMITÀ U MARKI

Artikolu 36 Ċertifikat tal-konformità

236. Il-manifattur, fil-kapaċità tiegħu bħala d-detentur tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura sħiħa, għandu jipprovdi ċertifikat tal-konformità bħala dokument fuq il-karta biex jakkumpanja kull vettura, kemm jekk tkun kompluta, mhux kompluta jew ikkompletata, li tiġi manifatturata f'konformità mat-tip ta' vettura approvat.

Dan iċ-ċertifikat għandu jingħata bla ħlas lix-xerrej flimkien mal-vettura. L-għoti tiegħu ma jistax jiddependi minn rikjesta espliċita jew l-għoti ta' informazzjoni addizzjonali lill-manifattur.

237. Il-manifattur għandu juża l-mudell taċ-ċertifika tal-konformità adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 73.

238. Sakemm ma jkunx ġie konkluż ftehim differenti max-xerrej tal-vettura, iċ-ċertifikat tal-konformità għandu jitfassal fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn tinxtara l-vettura.

239. Iċ-ċertifikat tal-konformità għandu jitfassal b’mod li ma jippermettix il-falsifikazzjoni. Għal dak il-għan, il-karta użata għandha tkun protetta bi grafika kulurita jew b’marka tal-ilma fis-sura tal-marka ta’ identifikazzjoni tal-manifattur.

240. Iċ-ċertifikat tal-konformità għandu jimtela kollu kemm hu u ma għandux ikun fih restrizzjonijiet rigward l-użu tal-vettura ħlief għal dawk previsti fl-att implimentattiv adottat skont l-Artikolu 73.

241. Fil-każ ta' vettura mhux kompluta jew ikkompletata, il-manifattur għandu jimla biss dawk il-punti taċ-ċertifikat tal-konformità li ġew miżjuda jew mibdula fl-istadju attwali tal-approvazzjoni u, jekk ikun applikabbli, għandu jehmeż maċ-ċertifikat iċ-ċertifikati tal-konformità kollha pprovduti fl-istadju preċedenti.

242. Iċ-ċertifikat tal-konformità kif stabbilit fl-att implimentattiv adottat skont dan ir-Regolament, għall-vetturi approvati skont l-Artikolu 39(2), għandu jkollu fit-titlu tiegħu l-frażi 'Għal vetturi kompluti/ikkompletati, bl-approvazzjoni tat-tip skont l-Artikolu 39 (approvazzjoni proviżorja)'.

243. Iċ-ċertifikat tal-konformità, kif stipulat fl-att implimentattiv adottat skont dan ir-Regolament, għal vetturi bl-approvazzjoni tat-tip skont l-Artikolu 41, għandu jkollu fit-titlu tiegħu l-frażi "Għal vetturi kompluti/ikkompletati bl-approvazzjoni tat-tip f’serje żgħira", u fil-qrib tagħha s-sena tal-produzzjoni segwita minn numru sekwenzjali, bejn 1 u l-limitu indikat fit-tabella tal-att implimentattiv, li tagħti, fir-rigward ta’ kull sena ta’ produzzjoni, il-pożizzjoni ta’ dik il-vettura fis-sekwenza tal-produzzjoni għal dik is-sena.

244. Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-manifattur jista' jibgħat dejta jew informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikat tal-konformità b'mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet nazzjonali.

245. Duplikat taċ-ċertifikat tal-konformità jista’ jinħareġ mill-manifattur biss. Il-kelma "duplikat" trid tkun tidher b'mod ċar fuq il-wiċċ ta' kwalunkwe ċertifikat duplikat.

Artikolu 37 Marki statutorji tal-vetturi u marki tal-approvazzjoni tat-tip ta' komponenti jew unitajiet tekniċi separati

246. Il-manifattur ta' vettura għandu jwaħħal ma' kull vettura mmanifatturata f'konformità mat-tip approvat, pjanċa statutorja rikjesta mill-att delegat jew implimentattiv rilevanti elenkat fl-Anness II.

247. Il-manifattur ta' komponent jew unità teknika separata, kemm jekk tkun parti minn sistema kif ukoll jekk le, għandu jwaħħal ma' kull komponent jew unità teknika separata manifatturata f'konformità mat-tip approvat, il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE rikjesta mill-att delegat jew implimentattiv rilevanti elenkat fl-Anness II.

248. Meta ma tkunx meħtieġa marka tal-approvazzjoni tat-tip għal komponent jew unità teknika separata, il-manifattur għandu jwaħħal tal-inqas: l-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur, in-numru tat-tip u numru tal-identifikazzjoni.

249. Il-pjanċa statutorja tal-UE u l-marka tal-approvazzjoni tat-tip għandhom ikunu konformi mal-mudell fl-att implimentattiv stipulat fl-Artikolu 73 adottat skont dan ir-Regolament.

KAPITOLU IXEŻENZJONIJIET GĦAL TEKNOLOĠIJI JEW KUNĊETTI ĠODDA

Artikolu 38 Eżenzjonijiet għal teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda

250. Il-manifattur jista' japplika għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward ta' tip ta' sistema, komponent jew unità teknika separata li jinkorpora teknoloġiji jew kunċetti ġodda li mhumiex kompatibbli ma' att wieħed jew iktar elenkati fl-Anness II.

251. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmija fil-paragrafu 1 meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) l-applikazzjoni ssemmi r-raġunijiet għaliex it-teknoloġiji jew il-kunċetti kkonċernati jrendu s-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata mhux kompatibbli ma' att wieħed jew aktar elenkati fl-Anness II;

(b) l-applikazzjoni tiddeskrivi s-sikurezza u l-implikazzjonijiet ambjentali tat-teknoloġija l-ġdida u l-miżuri meħuda biex ikun żgurat li jkun hemm mill-inqas livell ekwivalenti ta' sikurezza u ħarsien ambjentali daqs dak mogħti mir-rekwiżiti li tkun qed tintalab eżenzjoni minnhom;

(c) id-deskrizzjonijiet u r-riżultati tat-testijiet jiġu ppreżentati u jippruvaw li l-kundizzjoni fil-punt (b) hija sodisfatta.

252. L-għoti ta' eżenzjoni għal teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda għandu jkun soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni li tingħata permezz ta' deċiżjoni adottata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 74(2).

253. Sakemm tingħata deċiżjoni dwar l-awtorità mill-Kummissjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni tista' tagħti approvazzjoni provviżorja, valida biss fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, fir-rigward ta' tip ta' vettura koperta mill-eżenzjoni mitluba. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra b'dan mingħajr dewmien permezz ta' fajl bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

254. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni l-oħra jistgħu jiddeċiedu li jaċċettaw l-approvazzjoni proviżorja imsemmija fil-paragrafu 4 fit-territorju tagħhom.

255. Meta jkun il-każ, l-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha wkoll tispeċifika jekk hijiex soġġetta għal xi restrizzjoni. Fil-każijiet kollha, l-approvazzjoni tat-tip għandha tkun valida għal mill-inqas 36 xahar.

256. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha minnufih tinnotifika lid-detentur tal-approvazzjoni tat-tip proviżorja msemmija fil-paragrafu 4 li l-approvazzjoni proviżorja ser tiġi revokata sitt xhur wara d-data tar-rifjut tal-Kummissjoni.

Madankollu, vetturi manifatturati f’konformità mal-approvazzjoni proviżorja qabel ma din ma tibqax valida jistgħu jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jidħlu fis-servizz fi kwalunkwe Stat Membru li jkun aċċetta l-approvazzjoni proviżorja.

Artikolu 39 Ħtieġa sussegwenti għall-adattament tar-rekwiżiti ġuridiċi

257. Fejn il-Kummissjoni tawtorizza l-għoti ta' eżenzjoni skont l-Artikolu 38, fejn meħtieġ, għandha tieħu l-passi neċessarji biex tadatta l-atti delegati jew implimentattivi kkonċernati għall-iżvilupp tekniċi.

Fejn eżenzjoni skont l-Artikolu 38 tkun marbuta ma' regolament tal-UNECE, il-Kummissjoni għandha tipproponi emenda lir-regolament tal-UNECE skont il-proċedura applikabbli tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jiġu użati fuq vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet[54].

258. Hekk kif l-atti rilevanti jkunu ġew emendati, kwalunkwe restrizzjoni marbuta mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-eżenzjoni għandha titneħħa minnufih.

Jekk il-passi meħtieġa biex jiġu adattati l-atti delegati jew implimentattivi ma jkunux ittieħdu, il-Kummissjoni tista', fuq talba tal-Istat Membru li jkun ħareġ l-approvazzjoni, tawtorizza b'deċiżjoni adottata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 74(2) lill-Istat Membru li jestendi l-approvazzjoni tat-tip.

KAPITOLU XVETTURI PRODOTTI F’SERJE ŻGĦIRA

Artikolu 40 Approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira

259. Il-manifattur jista' japplika għal approvazzjoni tat-tip ta' serje żgħira għal tip ta' vettura li taqa' fil-limiti kwantitattivi annwali stipulati fl-Anness III. Dawn il-limiti għandhom japplikaw għall-bejgħ, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz tal-vetturi tat-tip approvat fis-suq tal-Unjoni f'sena partikolari.

Għall-approvazzjoni tat-tip ta' serje żgħira l-awtorità tal-approvazzjoni, jekk ikollha raġunijiet raġonevoli, tista' tagħti deroga għal dispożizzjoni waħda jew iktar ta' att wieħed jew aktar elenkati fl-Anness II, sakemm din tispeċifika r-rekwiżiti alternattivi.

260. Ir-rekwiżiti alternattivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw livell ta' sikurezza funzjonali u ta' protezzjoni ambjentali li jkun kemm jista' jkun ekwivalenti għal dak fl-atti rilevanti jew l-atti elenkati fl-Anness II.

261. Għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi skont dan l-Artikolu, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li għandhom approvazzjoni tat-tip skont l-atti elenkati fl-Anness II għandhom jiġu aċċettati.

262. Iċ-ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip għal vetturi bl-approvazzjoni tat-tip skont dan l-Artikolu għandhom jitfasslu skont il-mudell stipulat fl-att implimentattiv adottat skont l-Artikolu 73, iżda ma għandhomx ikollhom it-titlu 'Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura' u għandhom jispeċifikaw il-kontenut tad-derogi mogħtija skont il-paragrafu 1. Iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jiġu nnumerati skont l-att implimentattiv adottat skont l-Artikolu 73.

263. Il-validità tal-approvazzjoni tat-tip ta' serje żgħira għandha tkun ristretta għat-territorju tal-Istat Membru li l-awtorità tal-approvazzjoni tiegħu tkun ħarġet l-approvazzjoni.

Madankollu, jekk il-manifattur jitlob dan, kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u l-annessi tiegħu għandha tintbagħat bil-posta rreġistrata jew elettronika lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri magħżula mill-manifattur.

Fi żmien 3 xhur mill-wasla tat-talba msemmija fis-subparagrafu 2, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri magħżula mill-manifattur għandhom jiddeċiedu jekk jaċċettawx l-approvazzjoni tat-tip jew le. Għandhom jikkomunikaw formalment id-deċiżjoni tagħhom lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta' serje żgħira.

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri għandhom jaċċettaw l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali sakemm ma jkollhomx raġunijiet motivati biex jemmnu li d-dispożizzjonijiet tekniċi li fuqhom ġiet approvata l-vettura mhumiex ekwivalenti għal tagħhom.

264. Fuq it-talba ta' applikant ta' approvazzjoni tat-tip ta' serje żgħira nazzjonali li jixtieq ibigħ, jirreġistra jew ikun responsabbli għad-dħul fis-servizz ta' vettura fi Stat Membru ieħor, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip ta' serje żgħira nazzjonali għandha tipprovdi lil dak l-applikant b'kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip inkluż il-pakkett tal-informazzjoni. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru l-ieħor għandha tippermetti l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz tal-vettura sakemm ma jkollhiex raġunijiet motivati biex temmen li d-dispożizzjonijiet tekniċi li fuqhom ġiet approvata l-vettura mhumiex ekwivalenti għal tagħha.

KAPITOLU XIAPPROVAZZJONIJIET INDIVIDWALI

Artikolu 41 Approvazzjonijiet individwali

265. Fuq talba ta' sid il-vettura, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jagħtu approvazzjoni individwali lil vettura li tikkonforma mad-deskrizzjonijiet mehmuża mal-approvazzjoni u li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

266. Fil-proċedura tal-approvazzjoni individwali, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jiċċertifikaw li l-vettura tikkonforma mal-atti rilevanti elenkati fl-Anness II.

267. Approvazzjoni individwali għandha tapplika għal vettura partikolari, tkunx unika jew le.

268. L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni individwali għandhom ikopru massimu ta' 5 vetturi tal-istess tip.

269. Wara l-għoti tal-approvazzjoni tat-tip, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħroġ mingħajr dewmien iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni individwali.

270. Il-format taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni individwali għandu jkun ibbażat fuq il-mudell taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE kif stipulat f'att implimentattiv adottat skont l-Artikolu 73 u għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa biex timtela l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE[55].

Iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni individwali ma għandhomx ikollhom it-titlu 'approvazzjoni tal-UE tal-vetturi'. Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni individwali għandu jkollu n-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura kkonċernata.

271. Dan l-Artikolu għandu japplika għal vetturi li, fil-waqt tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni individwali, ma ġewx mibjugħa qabel jew li d-dħul fis-servizz għadu ma seħħx, u li jinvolvi l-identifikazzjoni u l-ħruġ ta' numru tar-reġistrazzjoni, inkluż reġistrazzjoni temporanja jew għal żmien qasir jew għal reġistrazzjoni professjonali, jew li diġà nbiegħu, diġà ġew irreġistrati jew diġà ddaħħlu fis-servizz għal inqas minn sitt xhur.

272. Dan il-Kapitlu jista' japplika għal vetturi li għandhom approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament u li ġew modifikati qabel inbiegħu, qabel ġew irreġistrati jew qabel daħlu fis-servizz.

Artikolu 42 Applikazzjonijiet għal approvazzjonijiet individwali

273. Awtorità tal-approvazzjoni tista' teżenta l-vettura mill-konformità mar-rekwiżiti stipulati f'wieħed jew iktar mill-atti elenkati fl-Anness II, bil-kundizzjoni li l-awtorità tal-approvazzjoni timponi rekwiżiti alternattivi u jkollha raġunijiet validi għal din l-eżenzjoni.

274. Ir-rekwiżiti alternattivi għandhom jiżguraw livell ta' sikurezza funzjonali u ta' protezzjoni ambjentali li jkun kemm jista' jkun ekwivalenti għal dak fl-att rilevanti elenkat fl-Anness II.

L-awtorità tal-approvazzjoni ma għandhomx iwettqu testijiet distruttivi. Għandhom jużaw kwalunkwe informazzjoni rilevanti pprovduta mill-applikant ta' approvazzjoni individwali biex jistabbilixxu l-konformità mar-rekwiżiti alternattivi.

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jaċċettaw kwalunkwe approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ sistema, komponent jew unità teknika separata minflok ir-rekwiżiti alternattivi.

275. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti l-approvazzjoni individwali jekk il-vettura tikkonforma mad-deskrizzjoni mehmuża mal-applikazzjoni u tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi applikabbli u għandha mingħajr dewmien toħroġ iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni individwali.

Il-format taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni individwali għandu jkun ibbażat fuq il-mudell taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE kif imsemmi fl-Artikolu 28(2) u għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa biex timtela l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE[56].

Iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni individwali ma għandhomx ikollhom it-titlu "Approvazzjoni tal-UE tal-vetturi". Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni individwali għandu jkollu n-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura kkonċernata.

Artikolu 43 Validità u aċċettazzjoni tal-approvazzjoni individwali

276. Il-validità ta' approvazzjoni individwali għandha tkun ristretta għat-territorju tal-Istat Membru fejn inħarġet l-approvazzjoni.

277. Għall-iskop ta' bejgħ, reġistrazzjoni u dħul fis-servizz fi Stat Membru ieħor ta' vettura li tkun ingħatat approvazzjoni individwali, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni għandha, jekk tintalab tagħmel dan, tipprovdi l-applikant ta' approvazzjoni individwali b'dikjarazzjoni tad-dispożizzjonijiet tekniċi li fuqhom għandha tiġi approvata l-vettura u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tgħid fid-dettall in-natura tar-rekwiżiti tekniċi sodisfatti minn dik il-vettura partikolari.

278. Fir-rigward ta' vettura li tkun ingħatat approvazzjoni individwali minn awtorità tal-approvazzjoni ta' Stat Membru wieħed skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34, l-Istati Membri l-oħra għandhom jippermettu li vettura tinbiegħ, tiġi rreġistrata jew tidħol fis-servizz sakemm ma jkollhomx raġunijiet motivati biex jemmnu li d-dispożizzjonijiet tekniċi li fuqhom ġiet approvata l-vettura mhumiex ekwivalenti għal tagħhom.

279. Fuq talba ta' sid il-vettura, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jagħtu approvazzjoni individwali lil vettura li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. F’każ bħal dan, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jaċċettaw l-approvazzjoni individwali u għandhom jippermettu l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz ta' din il-vettura.

Artikolu 44 Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-approvazzjoni individwali

280. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitlu jistgħu japplikaw għal vetturi li għandhom l-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament u li ġew modifikati qabel l-ewwel bejgħ, reġistrazzjoni jew dħul fis-servizz tagħhom.

281. Il-proċedura stipulata f'dan il-Kapitlu tista' tapplika għal vettura partikolari matul l-istadji suċċessivi tat-tlestija tagħha skont il-proċedura ta' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji.

282. Il-proċedura stipulata f'dan il-Kapitlu ma tistax tissostitwixxi stadju intermedju fi ħdan is-sekwenza normali ta’ proċedura tal-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji u ma tistax tapplika għall-finijiet tal-ksib tal-approvazzjoni tal-ewwel stadju ta’ vettura.

KAPITOLU XIIBEJGĦ, REĠISTRAZZJONI U DĦUL FIS-SERVIZZ

Artikolu 45 Bejgħ, reġistrazzjoni u dħul fis-servizz ta' vetturi

283. Mingħajr ħsara għall-Artikoli 41 u 42, il-vetturi li għalihom l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura sħiħa hija mandatorja jew li għalihom il-manifattur ikun kiseb din l-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament, għandhom jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz biss jekk ikollhom ċertifikat tal-konformità validu maħruġ skont l-Artikolu 36.

Fil-każ ta' vetturi mhux ikkompletati, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' dawn il-vetturi huwa permess, iżda l-awtoritajiet responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vetturi tal-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jippermettu r-reġistrazzjoni permanenti u l-użu fuq it-triq ta' dawn il-vetturi.

284. Fir-rigward ta' vetturi ta' serje żgħira, in-numru ta' vetturi mibjugħa, irreġistrati u d-dħul tagħhom fis-servizz fl-Unjoni matul sena waħda m'għandux jisboq in-numru ta' unitajiet stipulat fl-Anness III.

285. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal vetturi maħsuba għall-użu mill-forzi armati jew mill-protezzjoni ċivili, is-servizzi tat-tifi tan-nar jew tal-ordni pubblika jew għall-vetturi bl-approvazzjoni tat-tip skont l-Artikoli 40 jew 43.

286. Fuq talba ta' sid il-vettura, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jagħtu approvazzjoni individwali lil vettura li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. F’każ bħal dan, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jaċċettaw l-approvazzjoni individwali u għandhom jippermettu l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz ta' din il-vettura.

Artikolu 46 Bejgħ, reġistrazzjoni, u dħul fis-servizz ta’ vetturi ta’ tmiem is-serje

287. Soġġetti għal-limiti tat-tmiem tas-serje u l-limitu taż-żmien speċifikat fil-paragrafi 2 u 4, il-vetturi li jikkonformaw ma' tip ta' vetturi li l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ma għadux validu, jistgħu jiġu rreġistrati.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għal vetturi fit-territorju tal-Unjoni li kienu koperti b’approvazzjoni tat-tip tal-UE valida fil-waqt tal-produzzjoni tagħhom, iżda li ma kinux ġew reġistrati qabel ma dik l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tilfet il-validità tagħha.

288. Il-paragrafu 1 għandu japplika, fil-każ ta’ vetturi kompluti, għal perjodu ta’ tnax-il xahar mid-data li fiha skadiet il-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u, fil-każ ta’ vetturi kkompletati, għal perjodu ta’ tmintax-il xahar minn dik id-data.

289. Manifattur li jixtieq igawdi mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandu jibgħat talba lill-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru fejn il-vetturi kkonċernati għandhom jiġu rreġistrati. It-talba għandha tispeċifika kull raġuni teknika jew ekonomika li minħabba fiha dawk il-vetturi mhumiex konformi mar-rekwiżiti l-ġodda tal-approvazzjoni tat-tip.

L-awtorità nazzjonali kkonċernata għandha tiddeċiedi, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-talba, jekk tippermettix ir-reġistrazzjoni ta' dawk il-vetturi fit-territorju tagħha, u f'liema kwantità.

290. L-ammont ta' vetturi ta' tmiem is-serje ma għandux jisboq l-10 % tal-għadd ta' vetturi rreġistrati fis-sentejn ta' qabel jew 10 vetturi kull Stat Membru, liema minnhom ikun l-ogħla.

291. Qabel ir-reġistrazzjoni tagħhom, il-manifattur għandu joħroġ ċertifikat tal-konformità ġdid għal vetturi ta' tmiem is-serje li jikkwalifika dawn il-vetturi bħala "tmiem is-serje" u jindikaw n-numru u l-Istat Membru tal-ewwel reġistrazzjoni f'konformità mal-mudell għaċ-ċertifikat tal-konformità stabbilit mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 73.

292. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-għadd ta' vetturi li għandhom jiġu rreġistrati skont il-proċedura stipulata f'dan l-Artikolu jiġi sorveljat b'mod effettiv.

293. Dan l-Artikolu għandu japplika biss għat-twaqqif minħabba t-terminazzjoni tal-validità tal-approvazzjoni tat-ip fil-każ imsemmi fl-Artikolu 35(2).

Artikolu 47 Bejgħ u dħul fis-servizz ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati

294. Il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jistgħu jinbiegħu u d-dħul fis-servizz għandu jkun permess biss jekk dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-atti delegati rilevanti elenkati fl-Anness II u jkunu mmarkati kif suppost skont l-Artikolu 37.

295. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ ta' komponenti jew unitajiet tekniċi separati li huma speċifikament mibnija jew imfassla għal vetturi ġodda li mhumiex koperti minn dan ir-Regolament.

296. B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati li ġew eżentati minn waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 38 jew li huma maħsuba għall-immuntar fuq vetturi koperti bl-approvazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 40 u 41 li jikkonċernaw il-komponent jew l-unità teknika separata kkonċernata.

297. B'deroga mill-paragrafu 1, u sakemm mhux previst mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'wieħed mill-atti delegati tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' komponenti jew unitajiet tekniċi separati li huma maħsuba għall-immuntar fuq vetturi li, fil-waqt tal-bejgħ jew tad-dħul tagħhom fis-servizz, ma kinux obbligat li jkollhom l-approvazzjoni tat-tip tal-UE skont dan ir-Regolament jew id-Direttiva 2002/24/KE.

KAPITOLU XIIIKLAWSOLI TA’ SALVAGWARDJA

Artikolu 48 Proċedura għal vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li huma ta' riskju fil-livell nazzjonali

298. Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jew fejn ikollhom raġuni biżżejjed biex jaħsbu li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata koperti minn dan ir-Regolament tippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza ta' persuni jew għal aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interess pubbliku koperti minn dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom iwettqu evalwazzjoni fir-rigward tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kkonċernata li tkopri r-rekwiżiti kollha stabbiliti minn dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkoperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u/jew l-awtorità tal-approvazzjoni.

Fejn, matul dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet tas- sorveljanza tas-suq u/jew l-awtoritajiet tal-approvazzjoni jsibu li l-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi adegwati kollha biex il-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata issir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, biex il-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tiġi rtirata mis-suq, jew tissejjaħ lura f'perjodu ta' żmien raġonevoli, li jkun jaqbel man-natura tar-riskju.

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jinfurmaw lis-servizz tekniku rilevanti dwar il-miżuri meħuda skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi. L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu.

299. Fejn l-awtoritajiet tal-approvazzjoni jqisu li n-nuqqas ta' konformità ma jkunx limitat għat-territorju nazzjonali, għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tal-evalwazzzjoni u bl-azzjonijiet rikjesti mill-operatur ekonomiku.

300. L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li l-azzjoni korrettiva xierqa tittieħed fir-rigward tal-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jkun biegħ, irreġistra jew ikun responsabbli għad-dħul fis-servizz tagħhom fl-Unjoni kollha.

301. Meta l-operatur ekonomiku ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fil-perjodu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jillimitaw il-bejgħ, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li mhumiex konformi fis-suq nazzjonali tagħhom, jew jirtirawhom minn dak is-suq jew isejħulhom lura.

302. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.

L-informazzjoni mogħtija għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mhux konformi, l-oriġini tagħha, in-natura tal-allegat nuqqas ta' konformità u r-riskju involut, in-natura u t-tul tal-miżuri nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal waħda jew oħra minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin:

(a) il-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata ma tissodisfax ir-rekwiżiti marbuta mas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-ħarsien tal-ambjent jew ma' aspetti oħra tal-ħarsien tal-interessi pubbliċi koperti minn dan ir-Regolament. jew

(b) nuqqasijiet fl-atti rilevanti elenkati fl-Anness II.

303. L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun beda l-proċedura, għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fi żmien xahar b’kull miżura adottata u kull informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom marbuta man-nuqqas ta' konformità tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kkonċernata, u, fil-każ ta' nuqqas ta' qbil mal-miżura nazzjonali notifikata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

304. Jekk, fi żmien xahar minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni dwar miżura meħuda mill-Istat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata.

305. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kkonċernata, bħall-irtirar tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.

Artikolu 49 Proċedura ta' salvagwardja tal-Unjoni

306. Fejn, matul il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41, jitqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew fejn il-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tkun kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tevalwa l-miżura nazzjonali wara l-tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew operaturi ekonomiċi rilevanti. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u lill-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti.

307. Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mhux konformi tiġi rtirata mis-suq tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira l-miżura.

308. Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u tiġi attribwita għan-nuqqasijiet f'dan ir-Regolament jew fl-atti delegati jew implimentattivi adottati skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri xierqa kif ġej:

(a) fejn għandhom x'jaqsmu atti delegati jew implimentattivi adottati skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-emendi meħtieġa għall-att ikkonċernat;

(b) fejn għandhom x'jaqsmu r-regolamenti tal-UNECE, il-Kummissjoni għandha tipproponi abbozz tal-emendi meħtieġa għar-regolamenti rilevanti tal-UNECE skont il-proċedura applikabbli tal-Ftehim tal-1958 Rivedut.

Artikolu 50 Vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati konformi li huma ta' riskju

309. Fejn, wara li tkun għamlet evalwazzjoni skont l-Artikolu 49(1), awtorità nazzjonali ssib li vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati, għalkemm ikunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli jew ikollhom il-marki kif suppost, jirrappreżentaw riskju serju għas-sikurezza jew jistgħu jagħmlu ħsara serja lill-ambjent jew lis-saħħa pubblika, dik l-awtorità nazzjonali għandha teżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li l-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kkonċernata, meta tinbiegħ jew tiġi rreġistrata jew wara d-dħul tagħha fis-servizz, ma tibqax tirrappreżenta dak ir-riskju, li tirtira l-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mis-suq jew tissejjaħ lura f'perjodu raġonevoli, fi proporzjon man-natura tar-riskju. L-awtorità tar-reġistrazzjoni tista', għal perjodu massimu ta' sitt xhur, tirrifjuta li tippermetti li dawn il-vetturi jiġu rreġistrati fit-territorju tagħha.

310. Għal vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward ta' dawn il-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati mibjugħa, irreġistrati jew fil-waqt tad-dħul fis-servizz fl-Unjoni.

311. L-Istat Membru għandu fi żmien xahar jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-dettalji disponibbli, partikolarment id-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kkonċernata, l-oriġini u l-katina tal-provvista tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, in-natura tar-riskju involut u n-natura u t-tul tal-miżuri nazzjonali meħuda.

312. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta minnufih lill-Istati Membri u l-operatur (jew operaturi) ekonomiku rilevanti u, b'mod partikolari, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le, u, fejn neċessarju, tipproponi miżuri xierqa.

313. Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lil operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti.

Artikolu 51 Vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati mhux konformi mat-tip approvat

314. Fejn vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati ġodda akkumpanjati b'ċertifikat tal-konformità jew li għandhom fuqhom marka tal-approvazzjoni ma jikkonformawx mat-tip approvat, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri meħtieġa, inkluż l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip, biex tiżgura li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati tal-produzzjoni, skont il-każ, jinġiebu f'konformità mat-tip approvat. Fi żmien xahar, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li jkunu ħadu.

315. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, id-devjazzjonijiet mid-dettalji fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew fil-pakkett tal-informazzjoni għandhom jitqiesu li huma nuqqas ta’ konformità mit-tip approvat. Vettura ma għandhiex titqies li tiddevja mit-tip approvat jekk l-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness II jippermettu t-tolleranzi u dawk it-tolleranzi jkunu rispettati.

316. Jekk awtorità tal-approvazzjoni turi li vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati ġodda akkumpanjati minn ċertifikat tal-konformità jew li għandhom marka tal-approvazzjoni maħruġa fi Stat Membru ieħor, mhumiex konformi mat-tip approvat, din tista' jitlob lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE biex tivverifika li vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati fil-produzzjoni jibqgħu jikkonformaw mat-tip approvat. Mal-wasla ta' talba bħal din, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-azzjoni meħtieġa malajr kemm jista' jkun u mhux iktar tard minn tliet xhur mid-data tat-talba.

317. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal sistema, komponent, unità teknika separata jew vettura mhux kompluta biex tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tiżgura li vetturi fi produzzjoni jinġiebu mill-ġdid f’konformità mat-tip approvat fil-każijiet li ġejjin:

(a) għal approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura, fejn in-nuqqas ta’ konformità ta’ vettura jkun attribwibbli esklussivament għan-nuqqas ta’ konformità ta’ sistema, komponent jew unità teknika separata;

(b) għal approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji, fejn in-nuqqas ta' konformità ta' vettura kkompletata jkun attribwibbli esklussivament għan-nuqqas ta' konformità ta' sistema, komponent jew unità teknika separata li tkun parti mill-vettura mhux kompluta, jew għan-nuqqas ta' konformità tal-vettura mhux kompluta nfisha.

318. Mal-wasla ta' talba bħal din, l-awtorità tal-approvazzjoni konċernata għandha tieħu l-azzjoni meħtieġa, jekk hemm bżonn flimkien mal-awtorità tal-approvazzjoni li jagħmel it-talba, malajr kemm jista' jkun u mhux iktar tard minn tliet xhur mid-data tat-talba.

319. Fejn jiġi stabbilit nuqqas ta' konformità, l-awtorità tal-approvazzjoni tal-Istat Membru li ta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal sistema, komponent jew unità teknika separata jew għal vettura mhux kompluta, għandha tieħu l-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 1.

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar bi kwalunkwe rtirar ta’ approvazzjonijiet tat-tip tal-UE u bir-raġunijiet għal dan.

320. Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE toġġezzjona għan-nuqqas ta' konformità nnotifkata lilha, l-Istati Membri konċernati għandhom jaħdmu biex isolvu l-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata u, fejn meħtieġ, għandha tagħmel konsultazzjonijiet xierqa bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni.

Artikolu 52 Sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li għandhom riskju sinifikanti għall-funzjonament korrett ta' sistemi essenzjali

321. Sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jistgħu jkunu ta' riskju sinifikanti għall-funzjonament korrett tas-sistemi li huma essenzjali għas-sikurezza tal-vettura jew għar-rendiment ambjentali tagħha, ma jistgħux jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz għandhom jiġu pprojbiti sakemm ma jkunux ġew awtorizzati minn awtorità tal-approvazzjoni skont il-paragrafu 4 u l-Artikolu 53(1) u (2).

322. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista tas-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati koperti mill-paragrafu 1 permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 76, 77 u 78, filwaqt li tqis l-informazzjoni disponibbli dwar dawn li ġejjin:

(a) is-serjetà tar-riskju lis-sikurezza jew ir-rendiment ambjentali ta' vetturi mgħammra bis-sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati kkonċernati;

(b) l-effett fuq il-konsumaturi u l-manifatturi fis-suq sekondarju tal-impożizzjoni skont dan l-Artikolu ta' rekwiżit possibbli għal awtorizzazzjoni fuq is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati.

323. 'Komponenti oriġinali' huma parts tal-vetturi manifatturati skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards tal-produzzjoni pprovduti mill-manifattur tal-vettura għall-produzzjoni ta' komponenti għall-assemblaġġ tal-vettura kkonċernata, inkluż dawk il-komponenti li jiġu mmanifatturati fuq l-istess linja tal-produzzjoni bħal dawn il-komponenti, u abbażi ta' suppożizzjoni konfutabbli, komponenti li għalihom il-manifattur jiċċertifika li għandhom l-istess livell ta' kwalità tal-komponenti użati għall-assemblaġġ tal-vettura kkonċernata u jkunu ġew manifatturati skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards tal-produzzjoni tal-manifattur tal-vettura; l-istess japplika għal unitajiet tekniċi separati.

Il-paragrafu 1 ma għandux japplika sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati oriġinali u għal sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li għandhom l-approvazzjoni tat-tip skont id-dispożizzjonijiet ta' wieħed mill-atti elenkati fl-Anness II, ħlief fejn l-approvazzjoni tirrelata ma' aspetti oħra ħlief dawk koperti fil-paragrafu 1.

Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati prodotti għal vetturi intiżi esklussivament għat-tlielaq fuq it-triq. Jekk sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati f'lista f'att delegat ta' dan ir-Regolament ikollhom użu doppju, għal vetturi intiżi esklussivament għat-tlielaq fuq it-triq u għal vetturi intiżi għall-użu fit-toroq pubbliċi, dawn ma jistgħux jinbiegħu jew jiġu offruti għall-bejgħ lill-konsumaturi.

324. Il-Kummissjoni, sal-punt meħtieġ, għandha tistipula l-mudell u s-sistema ta' numerazzjoni għaċ-ċertifikat imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(1) kif ukoll l-aspetti kollha marbuta mal-proċedura permezz ta' att implimentattiv skont l-Artikolu 73. Il-Kummissjoni għandha tistipula r-rekwiżiti li dawn il-komponenti għandhom jissodisfaw, l-immarkar, l-ippakkar u t-testijiet xierqa permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 76, 77 u 78.

325. Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 4 jistgħu jkunu bbażati fuq l-atti elenkati fl-Anness II jew jistgħu jikkonsistu fi tqabbil tas-sistema, komponent jew unità teknika separata mal-prestazzjoni tal-vettura oriġinali, jew kwalunkwe parti tagħha, kif xieraq. Fi kwalunkwe każ, ir-rekwiżiti għandhom jiżguraw li s-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati ma jfixklux il-funzjonament ta' dawk is-sistemi li huma essenzjali għas-sikurezza tal-vettura jew għall-prestazzjoni ambjentali tagħha.

Artikolu 53 Sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li għandhom riskju sinifikanti għall-funzjonament korrett ta' sistemi essenzjali – rekwiżiti relatati

326. Għall-finijiet tal-paragrafu 52(1), il-manifattur ta' sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati għandu jissottometti lill-awtorità tal-approvazzjoni rapport tat-testijiet abbozzat minn servizz tekniku maħtur li jiċċertifika li s-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li għalihom qed tintalab l-awtorizzazzjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 52(4). Il-manifattur għandu jibgħat biss applikazzjoni waħda għal kull tip għal kull part lil awtorità tal-approvazzjoni waħda biss.

L-applikazzjoni għandha tinkudi d-dettalji tal-manifattur tas-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati, it-tip, in-numri tal-identifikazzjoni u tal-part tas-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati, isem il-manifattur tal-vettura, it-tip tal-vettura u, jekk ikun il-każ, is-sena meta nbniet jew kull informazzjoni oħra li tippermetti l-identifikazzjoni tal-vettura li fiha għandhom jiġu ffittjati s-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati.

Meta l-awtorità tal-approvazzjoni tkun sodisfatta, wara li tkun ikkunsidrat ir-rapport tat-testijiet u evidenza oħra, li s-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati kkonċernati jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 52(4), hi għandha toħroġ ċertifikat lill-manifattur mingħajr dewmien. Iċ-ċertifikat għandu jawtorizza l-bejgħ u d-dħul fis-servizz fl-Unjoni tas-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati suġġetti għat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.

327. Il-manifattur għandu jinforma mingħajr dewmien lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun ħarġet iċ-ċertifikat bi kwalunkwe bidla li taffettwa l-kundizzjonijiet li fihom ikun inħareġ. Dik l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiddeċiedi jekk iċ-ċertifikat għandux jiġi rivedut jew maħruġ mill-ġdid u jekk hemmx bżonn isiru testijiet oħra.

Il-manifattur għandu jkun responsabbli biex jiżgura li s-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkunu prodotti u jibqgħu jiġu prodotti fil-kondizzjonijiet li fihom kien inħareġ iċ-ċertifikat.

328. Qabel tagħti kwalunkwe awtorizzazzjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika l-eżistenza ta' arranġamenti u proċeduri sodisfaċenti biex jiġi żgurat il-kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni.

Fejn l-awtorità tal-approvazzjoni ssib li l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-awtorizzazzjoni mhumiex iżjed sodisfatti, hi għandha titlob lill-manifattur jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li s-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jerġgħu jinġiebu f'konformità. Jekk meħtieġ għandha tirtira l-awtorizzazzjoni.

329. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni minn Stati Membri differenti għandhom iressqu kull nuqqas ta' ftehim fir-rigward taċ-ċertifikati msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 għall-attenzjoni tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa sabiex issolvi n-nuqqas ta' ftehim, inkluż fejn meħtieġ, titlob l-irtirar tal-awtorizzazzjoni, wara li tkun ikkonsultat mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni.

330. Sakemm tiġi stabbilita l-lista msemmija fl-Artikolu 52(2), l-Istati Membri jistgħu jżommu dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament korrett ta' sistemi essenzjali għas-sikurezza tal-vettura jew ir-rendiment ambjentali tagħha.

Artikolu 54 Ġbir lura ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati

331. Fejn manifattur li jkun ingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vettura sħiħa jkun obbligat, skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 jiġbor lura l-vetturi mibjugħa, irreġistrati jew li jkun responsabbli għad-dħul fis-servizz tagħhom, minħabba li sistema, komponent jew unità teknika separata mwaħħla fil-vettura tirrappreżenta riskju serju għas-sikurezza, is-saħħa pubblika jew il-ħarsien ambjentali, tkunx jew le approvata kif suppost ma' dan ir-Regolament, jew minħabba li part li mhux soġġetta għal rekwiżiti speċifiċi skont il-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tirrappreżenta riskju serju għas-sikurezza, is-saħħa pubblika jew il-ħarsien ambjentali, dak il-manifattur għandu jinforma minnufih lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tagħha.

332. Fejn manifattur ta' sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati, li jkun ingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE, ikun obbligat skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 li jiġbor lura s-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li jkunu nbiegħu jew li jkun responsabbli għad-dħul fis-servizz tagħhom, minħabba li dawn jirrappreżentaw riskju serju għas-sikurezza, is-sikurezza fuq ix-xogħol, is-saħħa pubblika jew il-ħarsien ambjentali, ikunux approvati kif suppost skont dan ir-Regolament jew le, il-manifattur għandu minnufih jinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni.

333. Il-manifattur għandu jipproponi lill-awtorità tal-approvazzjoni sett ta' rimedji xierqa biex ir-riskju msemmi fil-paragrafi 1 u 2 jiġi newtralizzat. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tikkomunika l-miżuri proposti lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jiżguraw li l-miżuri jiġu implimentati b'mod effettiv fit-territorji rispettivi tagħhom.

334. Jekk ir-rimedji jitqiesu li mhux biżżejjed jew li ma ġewx implimentati malajr biżżejjed, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vettura.

L-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha mbagħad tinforma lill-manifattur. Jekk il-manifattur ma jipproponix u ma jimplimentax miżuri korrettivi effettivi, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri protettivi kollha meħtieġa, inkluż l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Fil-każ tal-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinnotifika lill-manifattur, lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'ittra rreġistrata jew b'mezz elettroniku ekwivalenti fi żmien xahar.

Artikolu 55 Notifika ta’ deċiżjonijiet u rimedji disponibbli

335. Id-deċiżjonijiet kollha meħuda skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u d-deċiżjonijiet kollha li jirrifjutaw jew jirtiraw approvazzjoni tat-tip tal-UE, li jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, li jipprojbixxu jew jillimitaw il-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew li jirrikjedu l-irtirar mis-suq għandhom jiddikjaraw fid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati.

336. Kwalunkwe deċiżjoni tali għandha tiġi nnotifikata lill-parti konċernata, li għandha, fl-istess waqt, tiġi infurmata bir-rimedji disponibbli għaliha skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u bil-limiti ta’ żmien permessi għall-eżerċizzju ta’ tali rimedji.

KAPITOLU XIVREGOLAMENTI INTERNAZZJONALI

Artikolu 56 Ir-Regolamenti UNECE meħtieġa għal approvazzjoni tat-tip tal-UE

337. Ir-regolamenti tal-UNECE li l-Unjoni aderixxiet magħhom u li huma elenkati f'dan ir-Regolament jew fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu parti mill-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura.

338. Meta l-Unjoni tkun iddeċidiet li tapplika fuq bażi obbligatorja regolament tal-UNECE għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura skont l-Artikolu 4(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE, il-Kummissjoni għandha temenda l-annessi ta' dan ir-Regolament kif xieraq, permezz ta' att delegat skont l-Artikoli 76, 77 u 78. L-att delegat li jemenda l-annessi ta' dan ir-Regolament għandu jispeċifika d-dati tal-applikazzjoni obbligatorja tar-Regolament tal-UNECE jew tal-emendi tiegħu.

Artikolu 57 Ir-Regolament tal-UNECE u l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vetturi prodotti f'serje żgħira

339. Ir-regolamenti tal-UNECE elenkati f'dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-atti delegati korrispondenti billi għandhom l-istess ambitu u suġġett.

340. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri għandhom jaċċettaw approvazzjonijiet mogħtija skont dawk ir-Regolamenti tal-UNECE u, fejn applikabbli, il-marki ta’ approvazzjoni tal-approvazzjoni minflok l-approvazzjonijiet u l-marki tal-approvazzjoni korrispondenti mogħtija skont dan ir-Regolament u l-atti delegati tiegħu.

341. Fejn l-Unjoni tkun iddeċidiet li tapplika, għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, regolament tal-UNECE ġdid jew regolament tal-UNECE kif emendat, il-Kummissjoni għandha temenda l-annessi ta' dan ir-Regolament jew l-atti delegati tiegħu skont il-każ, permezz ta' att delegat skont l-Artikoli 76, 77 u 78.

KAPITOLU XVFORNIMENT TA’ INFORMAZZJONI TEKNIKA

Artikolu 58 Informazzjoni intiża għall-utenti

342. Il-manifattur ma jista jforni ebda informazzjoni teknika relatata mad-dettalji pprovduti f'dan ir-Regolament, fl-atti implimentattivi jew fl-atti delegati tiegħu elenkati fl-Anness II fejn din l-informazzjoni tiżvija mid-dettalji approvati mill-awtorità tal-approvazzjoni.

343. Fejn att implimentattiv jew att delegat elenkat fl-Anness II jipprovdi hekk, il-manifattur għandu jagħmel disponibbli lill-utenti l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet meħtieġa rilevanti kollha li jiddeskrivu kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċjali marbuta mal-użu ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata.

344. Dik l-informazzjoni għandha tingħata fil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-vettura għandha tinbiegħ, tiġi rreġistrata jew tiddaħħal fis-servizz. Għandha tiġi pprovduta, wara aċċettazzjoni mill-awtorità tal-approvazzjoni, fil-manwal tas-sid.

Artikolu 59 Informazzjoni intiża għal manifatturi ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati

345. Il-manifattur tal-vettura għandu jagħmel disponibbli lill-manifatturi tal-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati, d-dettalji kollha meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' komponenti jew unitajiet tekniċi separati, jew meħtieġa biex tinkiseb awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 46, inkluż, fejn applikabbli, dijagrammi msemmija fl-atti elenkati fl-Anness II.

Il-manifattur tal-vettura jista' jimponi ftehim vinkolanti fuq il-manifatturi ta' komponenti jew unitajiet tekniċi separati biex jipproteġi l-kunfidenzjalità ta' kwalunkwe informazzjoni li mhix fl-isfera pubblika, inkluża informazzjoni marbuta mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

346. Il-manifattur ta' komponenti jew ta' unitajiet tekniċi separati, fil-kapaċità tiegħu bħala d-detentur ta' ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE li, skont l-Artikolu 22(4), jinkludi restrizzjonijiet fuq l-użu jew kundizzjonijiet speċjali ta' mmuntar jew it-tnejn, għandu jipprovdi l-informazzjoni dettaljata dwar dan lill-manifattur tal-vettura.

Fejn att delegat elenkat fl-Anness II jipprovdi hekk, il-manifattur ta' komponenti jew ta' unitajiet tekniċi separati għandu jipprovdi, flimkien mal-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati prodotti, struzzjonijiet rigward ir-restrizzjonijiet tal-użu jew il-kundizzjonijiet speċjali ta' mmuntar jew it-tnejn.

KAPITOLU XVIAċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura

Artikolu 60 Obbligi tal-manifatturi

347. Il-manifattur għandu jipprovdi aċċess bla restrizzjonijiet għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura lil operaturi indipendenti permezz tal-websajts bl-użu ta' format standard u mod faċilment aċċessibbli u immedjat. Partikolarment, dan l-aċċess għandu jingħata b'mod li mhuwiex diskriminatorju, meta mqabbel mal-aċċess mogħti lil dealers u sewwejja awtorizzati.

348. Sakemm il-Kummissjoni tadotta standard komuni, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintbagħat b'mod konsistenti li jista' jiġi pproċessat mill-operaturi indipendenti bi sforz raġonevoli.

Il-produtturi għandhom jipprovdu wkoll materjal ta’ taħriġ lill-operaturi indipendenti u dealers u sewwejja awtorizzati.

349. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi bħala minimu dawn li ġejjin kollha:

(a) in-numru tal-identifikazzjoni uniku tal-vettura;

(b) il-kotba tar-reviżjonijiet inkluż rekords tat-tiswija u l-manutenzjoni;

(c) manwali tekniċi;

(d) l-informazzjoni dwar il-komponenti u d-dijanjosi (bħal-valuri teoretiċi minimi u massimi tal-kejl);

(e) il-pjanti tal-wiring;

(f) il-kodiċijiet tad-dijanjostika tal-ħsarat, inklużi kodiċijiet speċifiċi tal-manifattur;

(g) in-numri ta' verifika tal-identifikazzjoni u l-kalibrazzjoni tas-software applikabbli għat-tip ta’ vettura;

(h) l-informazzjoni li tikkonċerna, u li titwassal, permezz ta’ għodda u tagħmir proprjetarji;

(i) l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni tad-dejta u d-dejta bidirezzjonali ta’ monitoraġġ u ttestjar;

(j) unitajiet tax-xogħol.

350. Dealers u sewwejja awtorizzati fi ħdan is-sistema tad-distribuzzjoni ta’ xi vettura partikolari għandhom jitqiesu bħala operaturi indipendenti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament fil-każijiet fejn jipprovdu servizzi ta’ tiswija jew manutenzjoni ta’ vetturi li fir-rigward tagħhom mhumiex membri tas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-manifattur tal-vettura.

351. L-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għandha tkun dejjem disponibbli, ħlief kif meħtieġ għall-manutenzjoni tas-sistema tal-informazzjoni.

352. Għall-manifattura u r-reviżjoni ta’ parts għall-bdil jew għall-manutenzjoni kompatibbli mal-OBD u għodda għad-dijanjostika u tagħmir tat-testijiet, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-OBD rilevanti kif ukoll l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura fuq bażi mhux diskriminatorja lil kull manifattur jew sewwej interessat tal-komponenti, għodda għad-dijanjostika jew tagħmir tat-testijiet.

353. Għat-tfassil u l-manifattura ta' tagħmir tal-vetturi għal vetturi bi fjuwil alternattiv, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-OBD rilevanti kif ukoll l-informazzjoni ta' tiswija u ta' manutenzjoni tal-vettura fuq bażi mhix diskriminatorja lil kwalunkwe manifattur interessat, installatur jew sewwej tat-tagħmir ta' vetturi bi fjuwil alternattiv.

354. Huwa u japplika għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew għall-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni b'evidenza tal-konformità tiegħu ma’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura u għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5.

F’każ li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew tkun għadha ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament u l-atti delegati tiegħu f’dak il-waqt, il-manifattur għandu jipprovdiha fi żmien sitt xhur mid-data tal-approvazzjoni tat-tip.

355. Jekk tali evidenza ta’ konformità ma tiġix ipprovduta sa tmiem dak il-perjodu, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura l-konformità.

356. Il-manifattur għandu jagħmel l-emendi u s-supplimenti sussegwenti tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura disponibbli fil-websajts tiegħu fl-istess waqt li jagħmilhom disponibbli għal dawk awtorizzati li jsewwu.

357. Fejn ir-rekords tat-tiswija u l-manutenzjoni ta' vettura jinżammu f'database ċentrali tal-manifattur tal-vettura jew f'ismu, is-sewwejja indipendenti għandu jkollhom aċċess b'xejn għal dawn ir-rekords u għandhom ikunu jistgħu jdaħħlu informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni li jkunu għamlu.

358. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-dettalji tar-rekwiżiti fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni tat-tiswija u l-manutenzjoni permezz ta' att delegat skont l-Artikoli 76, 77 u 78.

Artikolu 61 Diviżjoni tal-obbligi fir-rigward ta' diversi detenturi tat-approvazzjoni tat-tip

359. Fil-każ tal-approvazzjoni tat-tip pass b'pass, inkluż l-approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji, il-manifattur responsabbli għal kull approvazzjoni tat-tip individwali għandu wkoll ikun responsabbli għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar it-tiswija marbuta mas-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata partikolari jew mal-istadju partikolari kemm lill-manifattur kif ukoll lill-operaturi indipendenti.

360. Il-manifattur finali għandu jkun responsabbli għall-għoti tal-informazzjoni dwar il-vettura sħiħa lill-operaturi indipendenti.

Artikolu 62 Ħlasijiet mitluba għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura

361. Il-manifatturi jistgħu jitolbu ħlasijiet raġonevoli u proporzjonati għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura koperta minn dan ir-Regolament; Il-ħlas mitlub ma jitqiesx raġonevoli jew proporzjonat jekk jiskoraġġixxi l-aċċess billi jonqos milli jikkunsidra kemm l-operatur indipendenti jkun se jużaha.

362. Il-manifatturi għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura disponibbli kuljum, kull xahar u kull sena, u l-ħlasijiet mitluba għall-aċċess ta' din l-informazzjoni jistgħu jvarjaw skont il-perjodi rispettivi li għalihom jingħata l-aċċess.

Artikolu 63 Pieni

363. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar il-pieni għall-ksur mill-manifatturi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diżwassivi. L-Istati Membri għandhom jinnottifikaw lill-Kummissjoni qabel [ 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta ’ dan ir-Regolament ] u għandhom jinfurmawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

364. It-tipi ta’ ksur li huma suġġetti għal piena għandhom jinkludu:

(a) dikjarazzjonijiet foloz matul il-proċeduri tal-approvazzjoni jew il-proċeduri li jwasslu għal revoka;

(b) il-falsifikazzjoni tar-riżultati tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip jew għal konformità waqt l-użu;

(c) iż-żamma ta’ dejta jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu għal revoka jew għall-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip;

(d) l-użu ta’ tagħmir ta' invalidazzjoni;

(e) li wieħed jirrifjuta li jipprovdi aċċess għall-informazzjoni.

KAPITOLU XVIIGĦAŻLA U NOTIFIKA TAS-SERVIZZI TEKNIĊI

Artikolu 64 Rekwiżiti marbuta mas-servizzi tekniċi

365. Għall-iskopijiet tal-ħatra skont l-Artikolu 66 u n-notifika skont l-Artikolu 68, is-servizzi tekniċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 11.

366. Is-servizz tekniku għandu jiġi stabbilit skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru u għandu jkollu personalità ġuridika.

367. Servizz tekniku għandu jkun korp terz indipendenti mill-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li jkun qed jevalwa.

Korp li jkun parti minn xi assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta l-intrapriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-provvista, il-muntaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li huwa jevalwa, jittestja jew jispezzjona, jista', bil-kondizzjoni li l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta' kull konflitt ta' interess jiġu murija, jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu.

368. Servizz tekniku, l-ogħla livell tal-maniġment tiegħu u l-istaff responsabbli għat-twettiq tal-evalwazzjoni ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-installatur, ix-xerrej, is-sid, l-utent jew dak li jagħmel manutenzjoni tal-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jkun qed jevalwa, u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat ta’ xi waħda minn dawn il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati evalwati li jintħieġu għall-operar tas-servizz tekniku jew l-użu ta' dawn il-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati għall-skopijiet personali.

Servizz tekniku, l-ogħla livell tal-maniġment tiegħu jew l-istaff responsabbli għat-twettiq tal-evalwazzjoni, l-ittestjar jew l-ispezzjoni ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ dawk il-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati, u lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet li jwettqu dawk l-attivitajiet. Ma għandhom jieħdu sehem f'ebda attività li tista’ tkun f’kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom f'rabta mal-attivitajiet ta’ evalwazzjoni li għalihom huma jkunu notifikati. Dan japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.

Is-servizzi tekniċi għandhom jassiguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew tas-subappaltaturi tagħhom ma jippreġudikawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħhom ta' evalwazzjoni.

369. Is-servizzi tekniċi u l-istaff tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet tal-evalwazzjoni bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tentazzjonijiet, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet tal-evalwazzjoni, speċjalment pressjonijiet jew tentazzjonijiet li jirriżultaw minn persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.

370. Is-servizzi tekniċi għandu jkollhom il-ħila jwettqu l-kompiti kollha tal-evalwazzjoni tal-konformità assenjati lilhom u li għalihom ikunu ġew notifikati, sew jekk dawn il-kompiti jitwettqu mis-servizz tekniku nnifsu u sew jekk f'ismu jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

371. F'kull ħin u għal kull kompitu ta' evalwazzjoni u kull għamla jew kategorija ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li għalihom ikunu ġew notifikati, is-servizzi tekniċi għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom:

(a) l-istaff neċessarju b'għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u adatta biex iwettaq il-kompiti ta' evalwazzjoni;

(b) id-deskrizzjonijiet neċessarji tal-proċeduri għall-kompitu tal-evalwazzjoni, filwaqt li jiġu żgurati t-trasparenza u r-riproduċibilità ta' dawk il-proċeduri, u s-servizz tekniku għandu jkollu l-politiki u l-proċeduri xierqa kif ukoll il-politiki u l-proċeduri fis-seħħ li jiddistingwu bejn il-kompiti li twettaq bħala servizz tekniku u attivitajiet oħra;

(c) il-proċeduri neċessarji għat-twettiq tal-attivitajiet li jikkunsidraw id-daqs ta' impriża, tas-settur li fih jopera, l-istruttura tagħha, il-livell ta' kumplessità tat-teknoloġija tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kkonċernata u jekk il-proċess tal-produzzjoni huwiex wieħed tal-massa jew tas-serje.

372. Is-servizzi tekniċi għandu jkollhom il-mezzi neċessarji biex iwettqu l-kompiti tekniċi u amministrattivi marbuta mal-attivitajiet tal-evalwazzjoni tal-konformità b’mod xieraq u għandu jkollhom aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.

373. L-istaff responsabbli biex iwettaq l-attivitajiet tal-evalwazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:

(a) taħriġ tekniku u vokazzjonali tajjeb li jkopri l-attivitajiet kollha tal-evalwazzjoni tal-konformità li għalhom is-servizz tekniku jkun ġie notifikat;

(b) tagħrif sodisfaċenti dwar ir-rekwiżiti tal-evalwazzjonjiet li huwa jagħmel u awtorità adegwata biex iwettaq dawk l-evalwazzjonijiet;

(c) għarfien u fehim xieraq tar-rekwiżiti tas-sikurezza u ambjentali u d-dispożizzjonijiet rilevanti l-oħra ta' dan ir-Regolament u l-atti elenkati fl-Anness II;

(d) il-kapaċità meħtieġa biex ifassal ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-evalwazzjonijiet ikunu saru.

374. L-imparzjalità tas-servizzi tekniċi, tal-ogħla livell ta’ maniġment tiegħu u l-istaff tal-evalwazzjoni għandha tkun garantita.

375. Ir-rimunerazzjoni tal-ogħla livell ta' maniġment u tal-istaff ta' servizz tekniku ma għandhiex tkun tiddependi mill-għadd ta’ evalwazzjonijiet li jsiru jew mir-riżultati ta’ dawk l-evalwazzjonijiet.

376. Is-servizzi tekniċi għandhom jagħmlu polza tal-assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbilta ma jeħodhiex l-Istat Membru skont il-liġijiet nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-evalwazzjoni tal-konformità.

377. L-istaff tas-servizz tekniku għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba huma u jwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament jew skont kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħlu fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-attivitajiet ikunu qed isiru. Id-drittijiet tal-proprjetà għandhom ikunu protetti.

Artikolu 65 Sussidjarji tas-servizzi tekniċi u għoti ta' subappalti minnhom

378. L-attivitajiet jistgħu jiġu subappaltati jew imwettqa minn sussidjarju biss meta jkun hemm qbil mal-manifattur.

379. Fejn servizz tekniku jagħti b’subappalt xogħlijiet speċifiċi li jkollhom x’jaqsmu mal-evalwazzjoni tal-konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-subappaltatur jew is-sussidjarju josservaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 64 u għandu jinforma lill-awtorità tan-notifiki skont il-każ.

380. Is-servizzi tekniċi għandhom jerfgħu r-responsabbiltà sħiħa tax-xogħlijiet li jkunu saru mis-subappaltaturi jew is-sussidjarji, kull meta jiġu stabbiliti.

381. Is-servizzi tekniċi għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika d-dokumenti rilevanti dwar l-evalwazzjoni tal-kwalifiki tas-subappaltatur jew tas-sussidjarju u tax-xogħol li jkun sar minnhom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 66 Ħatra tas-servizzi tekniċi

382. Is-servizzi tekniċi maħtura mill-awtorità tal-approvazzjoni għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

383. Is-servizzi tekniċi għandhom iwettqu jew jagħmlu superviżjoni tat-testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni jew l-ispezzjonijiet kif speċifikat f'dan ir-Regolament jew f'wieħed mill-atti elenkati fl-Anness II, ħlief fejn huma permessi proċeduri alternattivi. Is-servizzi tekniċi ma jistgħux iwettqu testijiet jew spezzjonijiet li għalihom ma ġewx magħżula b'mod debitu.

384. Is-servizzi tekniċi għandhom jaqgħu f'wieħed jew aktar mill-ħames kategoriji ta' attivitajiet, skont il-qasam tal-kompetenza tagħhom:

(a) il-kategorija A, servizzi tekniċi li jwettqu fil-faċilitajiet tagħhom stess it-testijiet imsemmija f’dan ir-Regolament u fl-atti elenkati fl-Anness II;

(b) il-kategorija B, servizzi tekniċi li jagħmlu superviżjoni tat-testijiet imsemmija f’dan ir-Regolament u fl-atti elenkati fl-Anness II, u dawn it-testijiet isiru fil-faċilitajiet tal-manifattur jew fil-faċilitajiet ta’ parti terza;

(c) il-kategorija C, servizzi tekniċi li jivvalutaw u jissorveljaw fuq bażi regolari l-proċeduri tal-manifattur biex tiġi kontrollata l-konformità tal-produzzjoni;

(d) il-kategorija D, servizzi tekniċi li jagħmlu superviżjoni jew iwettqu testijiet jew spezzjonijiet għas-sorveljanza tal-konformità tal-produzzjoni;

(e) kategorija E, servizzi tekniċi li jieħdu ħsieb l-approvazzjonijiet individwali.

385. Is-servizzi tekniċi għandhom juru ħiliet xierqa, għarfien tekniku speċifiku u provi ta' esperjenza fl-oqsma speċifiċi koperti minn dan ir-Regolament u l-atti elenkati fl-Anness II. Barra minn hekk, is-servizzi tekniċi għandhom jikkonformaw mal-istandards elenkati fl-att delegat fil-paragrafu 11 li huma rilevanti għall-attivitajiet li jwettqu.

386. Awtorità tal-approvazzjoni tista' taġixxi bħala servizz tekniku għal waħda jew iżjed mill-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 3.

387. Korp intern akkreditat ta' manifattur jista' jintuża bħala servizz tekniku biex iwettaq attivitajiet tal-evalwazzjoni għall-impriża li jifforma parti minnha għall-attivitajiet tal-kategorija A biss fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi li għalihom huwa permess l-ittestjar intern minn att delegat adottat skont dan ir-Regolament. Dan il-korp għandu jikkostitwixxi parti separata u distinta mill-impriża u ma għandux jieħu sehem fid-disinn, il-produzzjoni, il-provvista, l-installazzjoni jew il-manutenzjoni tal-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jevalwa.

388. Korp intern akkreditat għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) il-korp għandu jkun akkreditat skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(b) il-korp u l-istaff tiegħu għandhom ikunu identifikabbli mill-aspett organizzattiv u jkollhom metodi ta’ rappurtar fl-impriża li jkunu jifformaw parti minnha li jassiguraw l-imparzjalità tagħhom u juruha lill-korp nazzjonali rilevanti ta’ akkreditament;

(c) la l-korp u lanqas l-istaff tiegħu ma għandhom ikunu responsabbli għad-disinn, il-manifattura, il-provvista, l-installazzjoni, l-operat jew il-manutenzjoni tal-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li huma jevalwaw, u lanqas għandhom iwettqu attivitajiet li jistgħu jiġu f'konflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju tagħhom jew mal-integrità tagħhom fir-rigward tal-attivitajiet ta' evalwazzjoni tagħhom;

(d) il-korp għandu jagħti s-servizzi tiegħu esklussivament lill-impriża li jagħmel parti minnha.

389. Korp akkreditat intern m’għandux jiġi notifikat lill-Istati Membri jew lill-Kummissjoni, għall-iskopijiet tal-Artikolu 68 iżda l-informazzjoni dwar l-akkreditament tiegħu għandha tingħata mill-impriża li jagħmel parti minnha jew mill-korp nazzjonali ta’ akkreditament lill-awtorità notifikanti fuq it-talba ta' dik l-awtorità.

390. Manifattur jew parti subappaltata li taġixxi f'ismu jista' jinħatar bħala servizz tekniku biss għall-attivitajiet tal-kategorija A fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi li għalihom l-ittestjar intern huwa permess f'att delegat adottat skont dan ir-Regolament.

391. Is-servizzi tekniċi ta' pajjiż terz, ħlief dawk magħżula skont il-paragrafu 9, jistgħu jiġu notifikati għall-finijiet tal-Artikolu 68 biss fil-qafas ta’ ftehim bilaterali bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat.

392. Sabiex ikun żgurat li dawn is-servizzi jkollhom l-istess livell għoli ta' standards tar-rendiment fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandha tistipula l-istandards li s-servizzi tekniċi jkollhom jimxu magħhom u l-proċedura għall-evalwazzjoni tas-servizzi tekniċi permezz ta' att delegat skont l-Artikoli 76, 77 u 78.

Artikolu 67 Evalwazzjoni tal-ħiliet tas-servizzi tekniċi

393. L-awtorità kompetenti għandha tfassla rapport tal-evalwazzjoni li juri li s-servizz tekniku maħtur u notifikat ġie evalwat għall-konformità tiegħu mar-rekwiżiti.

394. L-evalwazzjoni li fuqha r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 huwa bbażat, għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet stipulati f'att delegat adottat skont dan ir-Regolament. Ir-rapport tal-evalwazzjoni għandu jiġi rivedut wara perjodu massimu ta’ tliet snin.

395. Ir-rapport tal-evalwazzjoni għandu jiġi komunikat lill-Kummissjoni fuq talba. Meta l-evalwazzjoni ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat tal-akkreditazzjoni maħruġ minn korp tal-akkreditazzjoni nazzjonali li s-servizz tekniku jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, l-awtorità notifikanti għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-evidenza dokumentarja li tattesta l-kompetenza tas-servizz tekniku u l-arranġamenti fis-seħħ biex ikun żgurat li s-servizz tekniku jiġi monitorjat regolarment u se jkompli jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-atti delegati tiegħu.

396. L-awtorità tal-approvazzjoni li biħsieba taġixxi bħala servizz tekniku għandha turi konformità permezz ta' evidenza f'dokumenti. Din għandha tinkludi evalwazzjoni li għandha titwettaq minn awdituri indipendenti mill-attività li tkun qed tiġi evalwata. Dawn l-awdituri jistgħu jkunu mill-istess organizzazzjoni sakemm ikunu ġestiti b'mod separat mill-istaff li jwettaq l-attività evalwata.

397. Korp intern akkreditat maħtur bħala servizz tekniku għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 68 Proċeduri għan-notifika

398. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-isem, l-indirizz, inkluż l-indirizz elettroniku, il-persuni responsabbli u l-kategorija ta’ attivitajiet għal kull servizz tekniku maħtur, kif ukoll kull modifika sussegwenti li ssirilhom. In-notifika għandha tgħid għal liema mis-suġġetti elenkati fl-Anness II ġew maħtura s-servizzi tekniċi.

399. Servizz tekniku jista' jwettaq l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 66 għall-iskopijiet tal-approvazzjoni tat-tip għall-Istat Membru li ħatru biss jekk ikun ġie nnotifikat minn qabel lill-Kummissjoni u jekk ma jkunux tqajmu oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni jew l-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimagħtejn minn notifika meta jintuża ċertifikat tal-akkreditazzjoni jew fi żmien xahrejn minn notifika meta ma tintużax l-akkreditazzjoni.

400. L-istess servizz tekniku jista’ jiġi magħżul u notifikat minn bosta Stati Membri irrispettivament mill-kategorija ta’ attivitajiet li jwettaq.

401. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu notifikati b’bidliet sussegwenti rilevanti fin-notifika.

402. Meta jeħtieġ tiġi magħżula organizzazzjoni speċifika jew korp kompetenti li jwettaq attività li mhix inkluża ma' dawk imsemmija fl-Artikolu 66 b'applikazzjoni ta' att elenkat fl-Anness II, in-notifika għandha ssir skont dan l-Artikolu.

403. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista u d-dettalji tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u s-servizzi tekniċi fuq is-sit elettroniku tagħha.

Artikolu 69 Tibdil fin-notifiki

404. Fejn awtorità tan-notifiki tkun aċċertat ruħha jew tkun ġiet mgħarrfa li servizz tekniku ma jkunx għadu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, jew li jkun qed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità tan-notifiki għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika skont il-każ, skont kemm ikun gravi n-nuqqas li jintlaħqu dawk ir-rekwiżiti jew li jkunu ssodisfati dawk l-obbligi. L-awtorità tan-notifika għandha minnufih tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dan.

405. Fil-każ li tiġi limitata, sospiża jew irtirata n-notifika, jew fejn is-servizz tekniku ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru notifikanti għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jassigura li l-fajls ta' dak is-servizz tekniku jiġu pproċessati minn servizz tekniku ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tan-notifika u tas-sorveljanza tas-suq fuq talba tagħhom.

Artikolu 70 Sfida għall-kompetenza tas-servizzi tekniċi

406. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubju jew issir taf b'dubju rigward il-kompetenza ta' servizz tekniku jew rigward il-kapaċità ta' servizz tekniku li jkompli jissodisfa r-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li għalihom huwa jkun suġġett.

407. L-Istat Membru notifikatur għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, fuq talba, l-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew mal-issuktar tal-kompetenza tas-servizz tekniku kkonċernat.

408. Il-Kummissjoi għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba fl-andament tal-investigazzjonijiet tagħha tiġi trattata b’mod kunfidenzjali.

409. Meta l-Kummissjoni taċċerta li entità notifikata ma tissodisfax, jew ma għadhiex tissodisfa, ir-rekwiżiti għan-notifika tagħha, din għandha tgħarraf lill-Istat Membru notifikatur kif xieraq u titolbu biex jimplimenta l-miżuri korrettivi neċessarji, inkluża l-irtirar tan-notifika, jekk ikun meħtieġ.

Artikolu 71 Obbligi operazzjonali tas-servizzi tekniċi

410. Is-servizzi tekniċi għandhom jagħmlu evalwazzjonijiet tal-konformità skont il-proċeduri tal-evalwazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament.

411. L-evalwzzjonijiet tal-konformità għandhom isiru b’mod proporzjonat biex jiġu evitati piżijiet bla bżonn lill-operaturi ekonomiċi. Is-servizzi tekniċi għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom filwaqt li jqisu d-daqs ta' impriża, tas-settur li fih topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta' kumplessità tat-teknoloġija tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kkonċernata u jekk il-proċess tal-produzzjoni huwiex wieħed tal-massa jew tas-serje.

412. Meta jkunu qed jagħmlu hekk huma għandhom madanakollu jirrispettaw il-grad ta' rigorożità u l-livell ta' protezzjoni meħtieġa għall-konformità tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

413. Meta servizz tekniku jsib li r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament ma ġewx sodisfatti minn manifattur, dan għandu jirrikjedi li l-manifattur jieħu miżuri korrettivi u għandu jitlob lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip biex ma toħroġx ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip sakemm il-miżuri korrettivi ma jkunux ittieħdu għas-sodisfazzjoni tas-servizz tekniku.

414. Meta, fl-andament tas-sorveljanza tal-konformità tal-produzzjoni wara l-ħruġ ta' ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip, servizz tekniku jsib li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata ma għadhiex tikkonforma ma' dan ir-Regolament, dan għandu jirrikjedi lill-manifattur biex jieħu miżuri korrettivi u għandu jitlob lill-awtorità tal-approvazzjoni biex tissospendi jew tirtira ċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip skont il-bżonn.

415. Meta ma jittiħdux miżuri korrettivi jew ma jkollhomx l-effett mixtieq, is-servizz tekniku għandu jitlob lill-awtorità tal-approvazzjoni biex jillimita, jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip, skont il-każ.

Artikolu 72 Obbligi ta' informazzjoni tas-servizzi tekniċi

416. Is-servizzi tekniċi għandhom jinfurmaw lill-awtorità tal-approvazzjoni b'dan li ġej:

(a) kull nuqqas ta' konformità li ltaqgħu miegħu u li jista' jirrikjedi rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta' ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip;

(b) kwalunkwe ċirkustanza li għandha effett fuq l-ambitu u l-kundizzjonijiet għan-notifika tagħhom;

(c) kwalunkwe talba għall-informazzjoni li rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni tagħhom;

417. Jekk issir talba mill-awtorità tal-approvazzjoni, l-attivitajiet tal-evalwazzjoni għandhom isiru skont l-ambitu tan-notifika tagħhom u kull attività oħra magħmula, inklużi attivitajiet transkonfinali u ta' subappalt.

418. Is-servizzi tekniċi għandhom jagħtu lis-servizzi tekniċi l-oħra notifikati skont dan ir-Regolament li jkunu qed jagħmlu attivitajiet simili ta' evalwazzjoni li jkopru l-istess vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata t-tagħrif rilevanti fuq kwistjonijiet marbutin ma' riżultati negattivi tal-evalwazzjoni u, jekk jintalbu, dawk pożittivi.

KAPITOLU XVIIIMIŻURI IMPLIMENTATTIVI U DELEGA

Artikolu 73 Miżuri implimentattivi

Sabiex tistabilixxi kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 74, għandha tadotta atti implimentattivi li jistabbilixxu miżuri implimentattivi biex jistabbilixxu dan li ġej:

(a) id-dettalji tal-arranġamenti fir-rigward tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip skont l-Artikolu 23(6);

(b) mudelli għall-fajl tal-informazzjoni u d-dokument tal-informazzjoni skont l-Artikolu 25(2);

(c) sistema ta' numerazzjoni taċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE skont l-Artikolu 27(4);

(d) mudell għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE skont l-Artikolu 28(2);

(e) id-dettalji tal-arranġamenti fir-rigward tal-konformità tal-produzzjoni skont l-Artikolu 31;

(f) il-mudell ta' ċertifikat tal-konformità skont l-Artikolu 36(2);

(g) il-mudell tal-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE skont l-Artikolu 37(4).

Artikolu 74 Kumitat

419. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Tekniku – Vetturi Motorizzati stabbilit skont l-Artikolu 40 tad-Direttiva 2007/46/KE.

420. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

Artikolu 75 Emenda tal-Annessi

421. Il-Kummissjoni tista' tadotta emendi għall-Annessi ta' dan ir-Regolament permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 76, 77 u 78.

422. Meta, skont id-Deċiżjoni 97/836/KE, jiġu adottati regolamenti tal-UNECE ġodda jew emendi għal regolamenti tal-UNECE eżistenti li għalihom aderixxiet Unjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att delegat skont l-Artikoli 76, 77 u 78 temenda l-Anness II ta' dan ir-Regolament kif xieraq.

Artikolu 76 Eżerċizzju tad-delega

423. Is-setgħat biex tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 16, 18, 19, 20, 21, 22, 30, 52, 56, 57, 60, 66 u 75 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien mhux determinat.

424. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan, simultanjament, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

425. Is-setgħat li tadotta l-atti delegati jingħataw lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 77 u 78.

Artikolu 77 Revoka tad-delega

426. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 16, 18, 19, 20, 21, 22, 30, 52, 56, 57, 60, 66 u 75 tista’ tiġi revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

427. L-istituzzjoni li bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħa għandha tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni f’ħin raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu suġġetti għal revoka u raġunijiet possibbli għal revoka.

428. Id-deċiżjoni li ssir revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data sussegwenti speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validtà tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Artikolu 78 Oġġezzjonijiet għall-atti delegati

429. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat f’perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar.

430. Jekk, meta jiskadi dan il-limitu ta’ żmien, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, jew jekk, qabel din id-data, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu infurmaw lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx, l-att delegat jidħol fis-seħħ fid-data stabbilita fid-dispożizzjonijiet tiegħu.

431. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal att delegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet li għalihom tkun qed toġġezzjona għall-att delegat.

KAPITOLU XIXDISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 79 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

432. Dan ir-Regolament ma għandux jinvalida l-approvazzjoni tat-tip tal-UE mogħtija lil vetturi jew lil sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati qabel id-data speċifikata fl-Artikolu 82(2).

433. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom ikomplu jagħtu estensjoni tal-approvazzjonijiet għall-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati msemmija fil-paragrafu 1 skont id-Direttiva 2002/24/KE u kull waħda mid-direttivi elenkati fl-Artikolu 81(1).

Artikolu 80 Rapport

434. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, qabel l-1 ta' Jannar 2018, bl-applikazzjoni tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip stipulati f'dan ir-Regolament.

435. Abbażi tal-informazzjoni fornita fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament qabel l-1 ta’ Jannar 2019.

Artikolu 81 Revoka

436. Id-Direttivi 93/14/KEE, 93/30/KEE, 93/33/KEE, 93/93/KEE, 95/1/KE, 97/24/KE, 2000/7/KE, 2002/24/KE, 2002/51/KE, 2009/62/KE, 2009/67/KE, 2009/78/KE, 2009/79/KE, 2009/80/KE u 2009/139/KE huma b'dan revokati mid-data msemmija fl-Artikolu 82(2).

437. Ir-referenzi għad-direttivi revokati għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u, fir-rigward tad-Direttiva 2002/24/KE, għandhom jinqraw skont it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness IX.

Artikolu 82 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

438. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

439. Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi […], […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President […] […]

WERREJ

ANNESS I – Kategoriji u subkategoriji tal-vetturi ANNESS II - Lista tar-rekwiżiti għall-iskopijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tal-UE ANNESS III – Limiti għas-serje żgħira ANNESS IV - Skeda ta' żmien għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip ANNESS V – Deskrizzjoni ġenerali tat-testijiet u r-rekwiżiti ambjentali ANNESS VI – Valuri ta' limitu għall-emissjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip u l-konformità tal-produzzjoni (A) limiti fuq l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu; (B) Limiti fuq l-emissjonijiet tas-sistema dijanjostika abbord; (C) Limiti fuq l-emissjonijiet mill-evaporazzjoni; (D) Limiti tal-livell tal-ħsejjes. ANNESS VII – Durabilità tat-tagħmir li jikkontrolla t-tniġġis ANNESS VIII – Rekwiżiti għas-sikurezza funzjonali mtejba ANNESS IX - Tabella tal-korrelazzjoni |

ANNESS I

Kategoriji tal-vetturi u tipi ta' vetturi

Kategorija | Isem il-kategorija | Kriterji komuni tal-klassifikazzjoni |

L1e | Vettura motorizzata b'żewġ roti ħafifa | (1) żewġ roti u motorizzata bil-propulsjoni kif elenkat fl-Artikolu 4(3) u (2) il-kapaċità tal-magna ≤ 50 cm3 jekk magna PI tkun parti mill-konfigurazzjoni tal-propulsjoni tal-vettura. |

Subkategoriji | Isem is-subkategoriji | Kriterji supplimentari tas-subklassifikazzjoni: |

L1Ae | Rota motorizzata | (3) l-għan ewlieni huwa biex jgħin fil-qdif u vettura mgħammra bi propulsjoni awżiljarja u (4) l-ogħla veloċità tad-diżinn ≤ 25 km/h u (5) il-produzzjoni tal-propulsjoni awżiljarja tonqos progressivament u fl-aħħar tieqaf malli l-vettura tilħaq veloċità ta' 25 km/h u (6) il-propulsjoni awżiljarja għandha potenza nominali kontinwa massima(1) ≤ 1 kW u (7) roti motorizzati bi tliet roti li jikkonformaw mal-kriterji supplimentari speċifiċi tal-klassifikazzjoni (3), (4), (5) u (6) huma klassifikati bħal teknikament ekwivalenti għal roti motorizzati b'żewġ roti. |

L1Be | Moped b'żewġ roti | (3) l-ogħla veloċità tad-diżinn ≤ 25 km/h u (4) il-potenza nominali kontinwa massima(1) ≤ 4 kW. |

Kategorija | Isem il-kategorija | Kriterji komuni tal-klassifikazzjoni |

L2e | Moped bi tliet roti | (1) tliet roti u motorizzat bil-propulsjoni kif elenkat fl-Artikolu 4(3) u (2) il-kapaċità tal-magna ≤ 50 cm3 jekk magna PI tkun parti mill-konfigurazzjoni tal-propulsjoni tal-vettura u (3) l-ogħla veloċità tad-diżinn ≤ 45 km/h u (4) il-potenza nominali kontinwa massima(1) ≤ 4 kW. |

NB irreferi għall-aħħar paġna tal-Anness VIII għal deskrizzjoni tan-noti tal-Anness

Kategorija | Isem il-kategorija | Kriterji komuni tal-klassifikazzjoni |

L3e(2) | Muturi b'żewġ roti | (1) żewġ roti u motorizzat bil-propulsjoni kif elenkat fl-Artikolu 4(3) u (2) il-kapaċità tal-magna > 50 cm3 jekk magna PI tkun parti mill-konfigurazzjoni tal-propulsjoni tal-vettura u (3) l-ogħla veloċità tad-diżinn > 45 km/h u (4) il-potenza nominali kontinwa massima(1) > 4 kW. |

Subkategoriji | Isem is-subkategoriji | Kriterji supplimentari tas-subklassifikazzjoni: |

L3e - A1 | Mutur b'rendiment baxx | (5) kapaċità tal-magna ≤ 125 cm3 u (6) il-potenza nominali kontinwa massima(1) ≤ 11 kW u (7) proporzjon tal-potenza(1) / piż ≤ 0.1 kW/kg. |

L3e - A2 | Mutur b'rendiment medju | (5) il-potenza nominali kontinwa massima(1) ≤ 35 kW u (6) proporzjon tal-potenza(1) / piż ≤ 0.2 kW/kg u (7) mhux derivat minn vettura mgħammra b'magna ta' iktar mid-doppju tal-potenza tiegħu(1). |

L3e - A3 | Mutur b'rendiment għoli | (5) kull vettura oħra tal-kategorija L3e li ma tistax tiġi kklassifikata skont il-kriterji tar-rendiment tas-subkategoriji A1 jew A2. |

Kategorija | Isem il-kategorija | Kriterji komuni tal-klassifikazzjoni |

L4e | Mutur b'żewġ roti bis-side-car | (1) vettura bażi motorizzata li tikkonforma mal-kriterji tal-klassifikazzjoni u tas-subklassifikazzjoni għal vetturi L3e u (2) vettura bażi motorizzata mgħammra b'side-car. |

NB irreferi għall-aħħar paġna tal-Anness VIII għal deskrizzjoni tan-noti tal-Anness

Kategorija | Isem il-kategorija | Kriterji komuni tal-klassifikazzjoni |

L5e | Triċiklu motorizzat | (1) tliet roti u motorizzat bil-propulsjoni kif elenkat fl-Artikolu 4(3) u (2) jekk magna tal-kombusjoni PI tkun parti mill-konfigurazzjoni tal-propulsjoni tal-vettura: kapaċità tal-magna > 50 cm3 u (3) l-ogħla veloċità tad-diżinn > 45 km/h u (4) il-potenza nominali kontinwa massima(1) > 4 kW. |

Subkategoriji | Isem is-subkategoriji | Kriterji supplimentari tas-subklassifikazzjoni: |

L5Ae | Triċiklu | (5) triċikli motorizzati għajr dawk konformi mal-kriterji speċifiċi tal-klassifikazzjoni għat-triċikli kummerċjali. |

L5Be | Triċiklu kummerċjali | (5) iddiżinjati u użati bħala vetturi kummerċjali u kkaratterizzati minn kompartiment magħluq għas-sewwieq u l-passiġġieri aċċessibbli minn żewġ bibien jew iktar. |

L5Be - U | Triċikli għal skopijiet utilitarji | (6) iddiżinjati esklussivament għall-ġarr ta' oġġetti bi spazju għat-tagħbija miftuħ jew magħluq, prattikament ċatt u orizzontali li jissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin: (1) tulloading bed x wisa'loading bed > 0.3 x Tulvettura x Wisa'vettura jew (2) spazju għat-tagħbija ekwivalenti kif definit fuq użat għall-installazzjoni ta' magni u/jew tagħmir. |

L5Be - P | Triċiklu għall-ġarr tal-passiġġieri | (6) mgħammra b'żewġ, tliet jew erba' postijiet bil-qiegħda għall-passiġġieri, inkluż il-post bil-qiegħda għas-sewwieq u l-pożizzjonijiet bil-qiegħda kollha mgħammra biċ-ċinturini tas-sigurtà. |

Kategorija | Isem il-kategorija | Kriterji komuni tal-klassifikazzjoni |

L6e | Kwadriċiklu ħafif | (1) erba' roti u motorizzat bil-propulsjoni kif elenkat fl-Artikolu 4(3) u (2) l-ogħla veloċità tad-diżinn ≤ 45 km/h u (3) il-massa fl-istat operattiv ≤ 350 kg, li ma tinkludix: (a) il-massa tal-batteriji fil-każ ta' vettura bil-propulsjoni elettrika kompletament jew ibrida jew (b) il-piż tas-sistema tal-fjuwil f'għamla ta' gass inkluż it-tankijiet għall-ħżin tal-gass fil-każ ta' vettura li taħdem bi fjuwil wieħed, tnejn jew iktar jew (c) il-piż tat-tank(ijiet) għall-ħżin ta' arja kkumpressata fil-każ ta' propulsjoni bl-arja prekumpressata. |

Subkategoriji | Isem is-subkategoriji | Kriterji supplimentari tas-subklassifikazzjoni: |

L6Ae | Quad għat-triq ħafif | (4) vetturi tal-kategorija L6e li mhux konformi mal-kriterji speċjali ta' kategorizzazzjoni għal vetturi tas-subkategorija L6Be u (5) il-potenza nominali kontinwa massima(1) ≤ 4 kW u (6) il-kapaċità tal-magna ≤ 50 cm3 jekk magna PI tkun parti mill-konfigurazzjoni tal-propulsjoni tal-vettura. |

L6Be | Mini-car ħafifa | (4) kompartiment magħluq għas-sewwieq u l-passiġġieri aċċessibbli minn żewġ bibien jew iktar u (5) il-potenza nominali kontinwa massima(1) ≤ 6 kW u (6) il-kapaċità tal-magna ≤ 50 cm3 jekk magna PI tkun parti mill-konfigurazzjoni tal-propulsjoni tal-vettura u (7) Tulvettura x Wisa'vettura ≤ 4.4 m2 b'massimu ta' Wisa' vettura ≤ 1.5 m. |

L6Be - U | Mini-cars ħfief għal skopijiet utilitarji | (8) iddiżinjati esklussivament għall-ġarr ta' oġġetti bi spazju għat-tagħbija miftuħ jew magħluq, prattikament ċatt u orizzontali li jissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin: (a) tulloading bed x wisa'loading bed > 0.3 x Tulvettura x Wisa'vettura jew (b) spazju għat-tagħbija ekwivalenti kif definit fuq użat għall-installazzjoni ta' magni u/jew tagħmir. |

L6Be - P | Mini-cars ħfief għall-ġarr tal-passiġġieri | (8) vetturi ddiżinjati u użati primarjament għall-ġarr tal-passiġġieri, ikkaratterizzati minn żewġ postijiet bil-qiegħda għall-passiġġieri inkluż il-post tas-sewwieq, u ż-żewġ postijiet bil-qiegħda mgħammra biċ-ċinturini tas-sigurtà. |

Kategorija | Isem il-kategorija | Kriterji komuni tal-klassifikazzjoni |

L7e | Kwadriċiklu tqil | (1) erba' roti u motorizzat bil-propulsjoni kif elenkat fl-Artikolu 4(3) u (2) l-ogħla veloċità tad-diżinn > 45 km/h u (3) massa fl-istat operattiv: (a) ≤ 400 kg għall-ġarr tal-passiġġieri; (b) ≤ 550 kg għall-ġarr tal-oġġetti. Il-massa fl-istat operattiv ma tinkludix: (1) il-massa tal-batteriji fil-każ ta' vettura bil-propulsjoni elettrika kompletament jew ibrida jew (2) il-piż tas-sistema tal-fjuwil f'għamla ta' gass inkluż it-tankijiet għall-ħżin tal-gass fil-każ ta' vettura li taħdem bi fjuwil wieħed, tnejn jew iktar jew (3) il-piż tat-tank(ijiet) għall-ħżin ta' arja kkumpressata fil-każ ta' propulsjoni bl-arja prekumpressata; (4) il-potenza nominali kontinwa massima(1) ≤ 15 kW. |

Subkategoriji | Isem is-subkategoriji | Kriterji supplimentari tas-subklassifikazzjoni: |

L7Ae | Quad għat-triq tqil | (5) vetturi tal-kategorija L7e li ma jikkonformawx mal-kriterji speċifiċi għal vetturi tas-subkategorija L7Be u (6) mgħammra b'post bil-qiegħda wieħed jew tnejn għall-passiġġieri, inkluż il-post bil-qiegħda għas-sewwieq. |

L7Be | Mini-car tqila | (5) kompartiment magħluq għas-sewwieq u l-passiġġieri aċċessibbli minn żewġ bibien jew iktar u (6) mgħammra b'żewġ, tliet jew erba' postijiet bil-qiegħda għall-passiġġieri, inkluż il-post bil-qiegħda għas-sewwieq. |

L7Be - U | Mini-cars tqal għal skopijiet utilitarji | (7) iddiżinjati esklussivament għall-ġarr ta' oġġetti bi spazju għat-tagħbija miftuħ jew magħluq, prattikament ċatt u orizzontali li jissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin: (a) tulloading bed x wisa'loading bed > 0.3 x Tulvettura x Wisa'vettura jew (b) spazju għat-tagħbija ekwivalenti kif definit fuq użat għall-installazzjoni ta' magni u/jew tagħmir. |

L7Be - P | Mini-cars tqal għall-ġarr tal-passiġġieri | (7) vetturi ddiżinjati u użati primarjament għall-ġarr tal-passiġġieri, ikkaratterizzati minn erba' postijiet bil-qiegħda għall-passiġġieri jew inqas, inkluż il-post bil-qiegħda tas-sewwieq, u l-postijiet bil-qiegħda kollha mgħammra biċ-ċinturini tas-sigurtà. |

ANNESS II

Lista tar-rekwiżiti għall-iskopijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tal-UE

Nru | Artikolu | Suġġett | Riferenza tad-dokument | Kategoriji tal-Vetturi |

L1Ae | Rota motorizzata | 20 |

L1Be | Moped b'żewġ roti |

L2e | Moped bi tliet roti |

L3e | Muturi b'żewġ roti | 50 |

L4e | Mutur b'żewġ roti bis-side-car | 100 |

L5Ae | Triċiklu | 50 |

L5Be | Triċiklu kummerċjali | 100 |

L6Ae | Quad għat-triq ħafif | 20 |

L6Be | Mini-car ħafifa | 100 |

L7Ae | Quad għat-triq tqil | 20 |

L7Be | Mini-car tqila | 100 |

ANNESS IV

Skeda ta' żmien għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip

Isem il- vettura | Livell Euro | Dati tal-infurzar |

Tipi ġodda ta' vetturi Fakultattiva | Tipi ġodda ta' vetturi Obbligatorja | Tipi eżistenti ta' vetturi Obbligatorja |

L1e — L7e | Euro 3(4) | l-1 ta' Lulju 2013 | l-1 ta' Jannar 2014 | l-1 ta' Jannar 2015 |

Euro 4(5) | l-1 ta' Jannar 2015 | l-1 ta' Jannar 2017 | l-1 ta' Jannar 2018 |

Euro 5(6) | l-1 ta’ Jannar 2018(7) | l-1 ta’ Jannar 2020(7) | l-1 ta’ Jannar 2021(7) |

NB irreferi għall-aħħar paġna tal-Anness VIII għal deskrizzjoni tan-noti tal-Annessi

ANNESS V

It-testijiet u r-rekwiżiti ambjentali

Il-vetturi tal-kategorija L tista' tingħatalhom approvazzjoni tat-tip biss jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti ambjentali li ġejjin:

Tip ta’ test | Deskrizzjoni | Rekwiżiti: valuri ta’ limitu | Rekwiżiti: proċeduri tal-ittestjar |

I | Emissjonijiet mill-egżost wara li jinxtegħel kiesaħ | Anness VI(A) | . |

II | - PI or Ibridu(8) mgħammar b'PI: emissjonijiet ta' CO bil-magna mixgħula mhux fil-gear u bil-magna naqra rrevjata - CI jew Ibridu b'magna CI: test tal-aċċellerazzjoni ħielsa | Id-Direttiva 96/96/KEE (9) kif emendata mid-Direttiva 2009/40/KEE(10) | Id-Direttiva 96/96/KE kif emendat minn 2009/40/KE |

III | Emissjonijiet ta' gassijiet mill-crankcase | Xejn emissjonijiet, crankcase magħluq L-emissjonijiet tal-crankcase ma jistgħux jiġu rilaxxati direttament fl-atmosfera ta' barra minn ebda vettura matul il-ħajja utilitarja tagħha |

IV | Emissjonijiet mill-evaporazzjoni | Anness VI(C) |

V | Durabilità tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis | Annessi VI u VII |

VI | Test tat-temperatura baxxa | Mhux applikabbli | Mhux applikabbli |

VII | Emissjonijiet ta' CO2 /konsum ta' fjuwil | Kejl u rappurtar, ebda valur ta' limitu għall-iskopijiet tal-approvazzjoni tat-tip. |

VIII | Sistema dijanjostika abbord (OBD) | Anness VI (B) |

IX | Il-livell tal-ħsejjes | Anness VI(D) |

X | Kompatibbiltà elettromanjetika | Regolament UNECE Nru 10(11) | Regolament UNECE Nru 10 |

NB irreferi għall-aħħar paġna tal-Anness VIII għal deskrizzjoni tan-noti tal-Annessi

ANNESS VI

Valuri ta' limitu għall-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu, limiti tal-OBD u valuri ta' limitu għal-livell tal-ħsejjes għall-approvazzjoni tat-tip u l-konformità tal-produzzjoni

(A) Limiti tal-emissjonijiet mill-egżost wara li jinxtegħel kiesaħ

(A1) Euro 3 (4)

OT1 (mg / km) | OT2 (mg / km) | OT3 (mg / km) |

L1Be L2e L6Ae | - Moped b'żewġ roti - Moped bi tliet roti - Quad għat- triq ħafif | PI, CI jew Hybrid | Euro 4 | 3610 | 2690 | 850 | Regolament UNECE Nru 47 |

L3e(5) L4e(14) L5Ae L7Ae | Mutur b'żewġ roti bis-side-car u mingħajr side-car - Triċiklu - Quad għat-triq tqil | PI vmax < 130 km/h | Euro 4 | 2170 | 1400 | 350 | WMTC, fażi 2 |

PI vmax ≥ 130 km/h | 2170 | 630 | 450 | WMTC, fażi 2 |

CI jew Hybrid | 2170 | 630 | 900 | WMTC, fażi 2 |

(B2) Euro 5 (6) , OBD stadju I, u( 7) OBD stadju II

L3e(5) L4e(14) | Mutur b'żewġ roti(20) bis-side-car u mingħajr side-car | PI(18) | Euro 5 | 2 000 | SHED |

L5Ae | Triċiklu | PI(18) | Euro 4 |

L6Ae | Quad għat-triq ħafif | PI(18) | Euro 4 |

L7Ae | Quad għat-triq tqil | PI(18) | Euro 4 |

(C2) Euro 5 (6)

Klassi tal- vettura(19) | Isem il- kategorija tal-vettura | Klassi tal-propulsjoni | Livell Euro | Test tal-permeazzjoni (mg / m2 / jum) | Massa tal-idrokarburi totali (THC) fit-test SHED (mg / test) |

It-tank tal-fjuwil | It-tubi tal-fjuwil | Vettura |

L1Ae | Rota motorizzata | PI(18) | Euro 5 | 1500 | 15000 | 1500 |

L1Be | Moped b'żewġ roti | Euro 5 | 1500 | 15000 | 1500 |

L2e | Moped bi tliet roti | Euro 5 | 1500 | 15000 | 1500 |

L3e(6) L4e(14) | Mutur b'żewġ roti bis-side-car u mingħajr side-car | Euro 6 | 1500 |

L5Ae | Triċiklu | Euro 5 | 1500 |

L5Be | Triċiklu kummerċjali | Euro 5 | 1500 | 15000 | 1500 |

L6Ae | Quad għat-triq ħafif | Euro 5 | 1500 |

L6Be | Mini-car ħafifa | Euro 5 | 1500 | 15000 | 1500 |

L7Ae | Quad għat-triq tqil | Euro 5 | 1500 |

L7Be | Mini-car tqila | Euro 5 | 1500 | 15000 | 1500 |

NB irreferi għall-aħħar paġna tal-Anness VIII għal deskrizzjoni tan-noti tal-Annessi

(D) Limiti tal-livell tal-ħsejjes - Euro 3 (4) , Euro 4 (5) , Euro 5 (6)

Isem il- vettura | Isem il- kategorija tal-vettura | Euro 3(4) livell tal-ħsejjes(21) (dB(A)) | Euro 3(4) proċedura tat-test (23) | Euro 4(5) livell tal-ħsejjes(21) (dB(A)) | Euro 4(5) proċedura tat-test (23) | Euro 5(6) livell tal-ħsejjes(22) (dB(A)) | Euro 5(6) proċedura tat-test |

L1Ae | Rota motorizzata | 63 | Att delegat / Regolament UNECE Nru 63 | 63(21) | Att delegat / Regolament UNECE Nru 63 | Regolament UNECE Nru 63 |

L1Be | Moped b'żewġ roti vmax ≤ 25 km/h | 66 | 66 |

Moped b'żewġ roti vmax ≤ 45 km/h | 71 | 71 |

L2e | Moped bi tliet roti | 76 | Att delegat / Regolament UNECE Nru 9 | 76 | Att delegat / Regolament UNECE Nru 9 | Regolament UNECE Nru 9 |

L3e | Muturi b'żewġ roti Kapaċità tal-magna: ≤ 80 cm3 | 75 | Att delegat / Regolament UNECE Nru 41 | 75 | Att delegat / Regolament UNECE Nru 41 | Regolament UNECE Nru 41 |

Muturi b'żewġ roti 80 cm3 < Kapaċità tal-magna ≤ 175 cm3 | 77 | 77 |

Muturi b'żewġ roti Kapaċità tal-magna: > 175 cm3 | 80 | 80 |

L4e | Mutur b'żewġ roti bis-side-car | 80 | 80 |

L5Ae | Triċiklu | 80 | Att delegat / Regolament UNECE Nru 9 | 80 | Att delegat / Regolament UNECE Nru 9 | Regolament UNECE Nru 9 |

L5Be | Triċiklu kummerċjali | 80 | 80 |

L6Ae | Quad ħafif | 80 | Att delegat / Regolament UNECE Nru 63 | 80 | Att delegat / Regolament UNECE Nru 63 | Regolament UNECE Nru 63 |

L6Be | Mini-car ħafifa | 80 | Att delegat / Regolament UNECE Nru 9 | 80 | Att delegat / Regolament UNECE Nru 9 | Regolament UNECE Nru 9 |

L7Ae | Quad għat-triq | 80 | 80 |

L7Be | Mini-car tqila | 80 | 80 |

NB irreferi għall-aħħar paġna tal-Anness VIII għal deskrizzjoni tan-noti tal-Annessi

ANNESS VII

Durabilità tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis

(A) Durabilità f'kilometraġġ tal-vetturi tal-kategorija L

Kategorija tal- vettura | Isem il- kategorija tal-vettura | Durabilità f'kilometraġġ Euro 3(4) (km) | Durabilità f'kilometraġġ Euro 4(5) (km) | Durabilità f'kilometraġġ(7) Euro 5(6) (km) |

L1Ae | Rota motorizzata | 5 000 | 5 500 | 6 000 |

L1Be L2e L6Ae | - Moped b'żewġ roti - Moped bi tliet roti - Quad għat-triq ħafif | 10 000 | 11 000 | 12 000 |

L3e L4e(14) L5e L6Be L7Be | - Mutur b'żewġ roti bis-side-car u mingħajr side-car (vmax < 130 km/h) - Triċiklu - Mini-car ħafifa - Mini-car tqila | 18 000 | 20 000 | 30 000 |

L3e L4e(14) L7Ae | Mutur b'żewġ roti bis-side-car u mingħajr side-car (vmax ≥ 130 km/h) Quad għat-triq tqil | 30 000 | 35 000 | 50 000 |

(B) Fatturi tad-deterjorament (FD)

Kategorija tal- vettura | Isem il- kategorija tal-vettura | Euro 3(4) FD (-) | Euro 4(5) FD (-) | Euro 5(6) FD+(7) (- ) |

Installar mandatorju ta' sistemi avvanzati tal-brejkijiet(26) | Erba' snin mid-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 82. | (a) muturi ġodda(27) tas-subkategorija L3e–A1 li jinbiegħu, jiġu rreġistrati u jiddaħħlu fis-servizz għandhom jiġu mgħammra b'sistema ta' brejkijiet anti-lock(28) jew kombinata(29) jew iż-żewġ tipi ta' sistemi avvanzati ta' brejkijiet, l-għażla f'idejn il-manifattur tal-vettura; (b) muturi ġodda tas-subkategoriji L3e–A2 u L3e–A3 li jinbiegħu, jiġu rreġistrati u jiddaħħlu fis-servizz għandhom jiġu mgħammra b'sistema ta' brejkijiet anti-lock. |

Teħid sikur tal-kantunieri fuq toroq b'wiċċ iebes | Id-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 82. | Il-vetturi tal-kategorija L għandhom jinbnew b'tali mod li kull waħda mir-roti tkun tista' ddur b'veloċitajiet differenti f'kull ħin sabiex ikun hemm cornering bla periklu fuq toroq b'uċuħ ebsin. Jekk vettura bi tliet jew erba' roti tkun mgħammra b'differential li jissakkar, dan għandu jiġi ddiżinjat biex normalment ma jkunx imsakkar. |

Titjib tal-viżibilità tal-vettura u tas-sewwieq bid-dawl awtomatiku(30) | Id-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 82. | Sabiex ikollhom viżibilità aħjar, il-vetturi tal-kategorija L għandhom jiġu mgħammra b'dan li ġej: (a) għal vetturi L1e: apparat ta' dawl u tas-sinjalar bid-dawl f'konformità mar-regolament tal-UNECE 74 Rev. 2, li jirrikjedi li s-sistema tad-dawl tixgħel awtomatikament; (b) għal vetturi L3e: b'għażla tal-manifattur, it-tagħmir tad-dawl jew tas-sinjalar bid-dawl f'konformità mar-regolament tal-UNECE 53 Rev. 2 u l-emendi tiegħu 1 u 2, jew dwal għal binhar apposta (DRL – daylight running lights) li jikkonformaw mar-regolament tal-UNECE 87 Rev. 2 u l-emendi 1 u 2 tiegħu; (c) għas-subkategoriji l-oħra kollha ta' vetturi tal-kategorija L: sistema tad-dawl li tixgħel awtomatikament jew, b'għażla tal-manifattur, dawl għal binhar apposta li jixgħel awtomatikament(31) |

NB irreferi għall-aħħar paġna tal-Anness VIII għal deskrizzjoni tan-noti tal-Annessi

Noti ta' spjegazzjoni għal-Annessi I sa VIII

(1) Il-limiti tal-potenza fl-Anness I huma bbażati fuq il-potenza nominali kontinwa indipendenti mill-konfigurazzjoni tal-propulsjoni tal-vettura.

(2) is-subklassifikazzjoni ta' vettura L3e skont jekk l-ogħla veloċità li l-vettura ġiet iddiżinjata għaliha huwiex inqas jew daqs 130 km/h jew iktar minn 130 km/h huwa indipendenti mis-subklassifikazzjoni fil-klassijiet tar-rendiment tal-propulsjoni A1 (għalkemm aktarx ma jilħuqx il-130 km/h), A2 jew A3.

(3) Is-sistemi avvanzati tal-brejkijiet huma obbligatorji biss għal vetturi L3e, kif stipulat fl-Anness VIII.

(4) Il-kategorija L3e: Euro 4.

(5) Il-kategorija L3e: Euro 5.

(6) Il-kategorija L3e: Euro 6.

(7) Irreferi għall-Artikolu 21, il-paragrafi (4) sa (5).

(8) Jekk il-magna jew magni (ibridi) jkunu mgħammra bil-karatteristika stop/start, il-manifattur għandu jiżgura li l-magna tal-kombustjoni tkun qed taħdem mhux bil-magna fil-gear u bil-magna rrevvjata.. Il-vettura għandha tkun tista' tgħaddi mit-test tal-aċċellerazzjoni ħielsa għall-propulsjonijiet inkluż magna CI.

(9) ĠU L 282, 1.11.1996, p. 64.

(10) ĠU L 141, 6.6.2009, p. 12.

(11) ĠU L 116/1, 8.5.2010, p. 1.

(12) OJ C […], […], p. […], inkluż l-użin kiesaħ.

(13) ĠU C […], […], p. […].

(14) Huwa biss il-mutur bażi b'żewġ roti li miegħu għandha titwaħħal is-side-car li għandu jissodifa l-limiti tal-emissjonijiet xierqa.

(15) CI biss, ukoll jekk eż. kunċett ibridu jinkludi magna CI.

(16) Applikabbli għall-magni b'injezzjoni diretta tal-petrol (DI) biss.

(17) L-istudju dwar l-effett ambjentali fl-Artikolu 21(4) se jevalwa wkoll il-fattibbiltà għal vetturi tal-kategorija L għajr L3e, L5Ae u L7Ae li t-testijiet tal-emissjoni tagħhom se jsiru f'WMTC rivedut.

(18) Magni PI li jaħdmu bil-petrol, b'taħlitiet tal-petrol jew l-etanol.

(19) Il-kosteffettività tal-kontroll tal-emissjonijiet mill-evaporazzjoni se tiġi evalwata fl-istudju tal-effetti ambjentali li għandu jsir għall-Kummissjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 21(5). Il-possibbiltà ta' tank tal-fjuwil evaporattiv kosteffettiv u ttestjar tal-permeazzjoni tal-forniment tal-fjuwil se tiġi evalwata f'dan l-istudju bħala alternattiva għat-test SHED għall-vetturi tas-subkategorija li ma kinux għadhom soġġetti għat-testijiet tal-emissjonijiet tal-evaporazzjoni, irreferi għall-Artikolu 21, il-paragrafi (4) u (5).

(20) vmax ≥ 130 km/h.

(21) Sakemm l-UE taderixxi għar-regolamenti tal-UNECE 9, 41 u 63 u tadotta dawn ir-regolamenti fil-WP29 tal-UNECE u fl-UE, inkluż il-limiti tal-ħsejjes ekwivalenti assoċjati għall-istadji Euro3 u Euro4, il-vetturi għandhom jikkonformaw mal-limiti elenkati fl-Anness VI(D). Meta r-regolamenti tal-UNECE 9, 41 u 63 jiġu adottati mill-UE, dawn isiru mandatorji inkluż il-limiti tal-ħsejjes ekwivalenti għal-limiti elenkati fl-Anness VI(D) u jissostitwixxu l-proċeduri tal-ittestjar fl-att delegat.

(22) Il-limiti tal-ħsejjes TBD Euro 5 għandhom jiġu modifikati f'att ta' kodeċiżjoni separat.

(23) Att delegat ta' dan ir-Regolament fih il-proċeduri tat-testijiet tal-ħsejjes u se jiġi sostitwit mir-regolamenti tal-UNECE 9, 41 u 63.

(24) Għal magni PI DI u CI biss.

(25) Applikabbli wkoll għal vetturi ibridi.

(26) 'Sistema avvanzata ta' brejkijiet' tfisser sistema ta' brejkijiet anti-lock, sistema ta' brejkijiet kombinati jew it-tnejn. Ir-rendiment tas-sistemi avvanzati ta' brejkijiet għandu jiġi ttestjat skont ir-rekwiżiti kif stipulati f'att delegat.

(27) Il-vetturi tal-kategorija L4e (muturi bis-side-car) huma esklużi mir-rekwiżiti (a) u (b) dwar l-iffittjar mandatorju tas-sistemi avvanzati tal-brejkijiet.

(28) 'sistema tal-brejkijiet anti-lock' tfisser sistema li tinduna b'meta r-rota tiżżerżaq u awtomatikament timmodula l-pressjoni u tipproduċi l-forza tal-ibbrejkjar mar-rota/roti biex tillimita l-ammont ta' żżerżiq.

(29) 'Sistema ikkombinata ta' bbrejkjar' tfisser:

(a) għall-kategoriji ta' vetturi L1e u L3e: sistema ta' brejkijiet fejn mill-inqas żewġ brejkijiet fuq roti differenti jiġu operati mill-attwazzjoni ta' kontroll wieħed;

(b) għall-kategorija ta' vetturi L4e: sistema ta' brejkijiet fejn il-brejkijiet fuq mill-inqas ir-roti ta' quddiem u ta' wara jiġu operati mill-attwazzjoni ta' kontroll wieħed (jekk ir-rota ta' wara u s-side-car jiġu bbrejkjati mill-istess sistema tal-brejkijiet, dan jitqies bħala l-brejk ta' wara);

(c) għall-kategoriji ta' vetturi L2e, L5e, L6e u L7e: sistema ta' brejkijiet fejn il-brejkijiet fuq ir-roti kollha jiġu operati mill-attwazzjoni ta' kontroll wieħed.

(30) ''Dawl awtomatiku' tfisser sistema tad-dawl li tixgħel meta s-swiċċ tal-ignition jew is-swiċċ tal-magna jkun fil-pożizzjoni ta' tħaddim.

(31) Biex tibda taħdem magna tal-kombustjoni, is-sistema tad-dawl tista' tintefa' matul il-perjodu ta' cranking tal-magna għal perjodu konsekuttiv ta' inqas minn 10 s jew ekwivalenti.

ANNESS IX

Tabella ta' korrelazzjoni ( 32)

Id-Direttiva 2002/24/KE | Dan ir-Regolament |

Artikolu 1(1), subparagrafu wieħed | Artikoli 2(1) |

Artikolu 1(1), subparagrafu tnejn | Artikolu 2(2) |

Artikolu 1(2)(a)(i) | Artikolu 4(2)(a)(B) |

Artikolu 1(2)(a)(ii) | Artikolu 4(2)(b) |

Artikolu 1(2)(b) | Artikolu 4(2)(c), Artikolu 4(2)(d) |

Artikolu 1(2)2(c) | Artikolu 4(e) |

Artikolu 1(3)(a) | Artikolu 4(f) |

Artikolu 1(3)(a) | Artikolu 4(g) |

Artikolu 2 | Artikolu 3 |

Artikolu 3 | Artikolu 23 |

Artikolu 4(1) | Artikolu 27(2) |

Artikolu 4(2) | Artikolu 27(1) |

Artikolu 4(3) | Artikolu 5(4) |

Artikolu 4(4) | - |

Artikolu 4(5) | Artikolu 31(1) |

Artikolu 4(6) | Artikolu 27(3) |

Artikolu 5(1) | Artikolu 27(10) |

Artikolu 5(2) | Artikolu 28(2) |

Artikolu 5(3) | Artikolu 28(1)(b) |

Artikolu 6(1) | Artikolu 27(5) |

Artikolu 6(2), subparagrafu wieħed | Artikolu 27(7) |

Artikolu 6(2), subparagrafu tnejn | Artikolu 27(8) |

Artikolu 7(1), subparagrafu wieħed | Artikolu 36(1) |

Artikolu 7(1), subparagrafu tnejn | Artikolu 36(4) |

Artikolu 7(2) | Artikolu 36(2) |

Artikolu 7(3) | Artikolu 36(5) |

Artikolu 7(4) | Artikolu 37(2) |

Artikolu 7(5) | Artikolu 59(2), subparagrafu wieħed |

Artikolu 7(6) | Artikolu 59(2), subparagrafu tnejn |

Artikolu 8(1) | Artikolu 37(1) |

Artikolu 8(2), subparagrafu wieħed | Artikolu 37(2) |

Artikolu 8(2), subparagrafu tnejn | Artikolu 37(3) |

Nota (32): Imsemmija fl-Artikolu 81.

Id-Direttiva 2002/24/KE | Dan ir-Regolament |

Artikolu 9(1) | Artikolu 46 |

Artikolu 9(2) | Artikolu 32(1) |

Artikolu 9(3) | Artikolu 32(2) |

Artikolu 9(4) | Artikolu 33 |

Artikolu 9(5) | Artikolu 34(3) |

Artikolu 10(1) | Artikolu 31(4) |

Artikolu 10(2) | Artikolu 51(3) |

Artikolu 10(3) | Artikolu 35(4) |

Artikolu 10(4) | Artikolu 51(7) |

Artikolu 11 | - |

Artikolu 12 | Artikolu 50(1) |

Artikolu 13 | - |

Artikolu 14(1)(a) | Artikolu 5(1) |

Artikolu 14(1)(b)(i) | Artikolu 66(9) |

Artikolu 14(1)(b)(ii) | Artikolu 64(8) |

Artikolu 14(2), subparagrafu wieħed | - |

Artikolu 14(2), subparagrafu tnejn | Artikolu 66(10) |

Artikolu 15(1) | Artikolu 45 |

Artikolu 15(2) | Artikolu 47 |

Artikolu 15(3) subparagrafu wieħed (a)(i) | Artikolu 40 |

Artikolu 15(3) subparagrafu wieħed (a)(ii) | Artikolu 2(2)(e) |

Artikolu 15(3), subparagrafu tnejn | - |

Artikolu 15(3)(b), subparagrafu wieħed | - |

Artikolu 15(3)(b) subparagrafu tnejn | - |

Artikolu 15(3)(b) subparagrafu tlieta | - |

Artikolu 15(3)(b) subparagrafu erba' | - |

Artikolu 15(4) | - |

Artikolu 16(1), subparagrafu wieħed | - |

Artikolu 16(1), subparagrafu tnejn | - |

Artikolu 16(2), subparagrafu wieħed | - |

Artikolu 16(2), subparagrafu tnejn | - |

Artikolu 16(3) | Artikolu 38 |

Artikolu 17 | Artikolu 39 |

Artikolu 18(1) | Artikolu 74(1) |

Artikolu 18(2) | Artikolu 74(2) |

Artikolu 18(3) | - |

Artikolu 19 | Artikolu 81 |

Artikolu 20 | Artikolu 82(2) |

Id-Direttiva 2002/24/KE | Dan ir-Regolament |

Artikolu 21 | Artikolu 79(1) |

Artikolu 22 | - |

Artikolu 23 | Artikolu 82(1) |

Artikolu 24 | - |

[1] ĠU L 124, 9.5.2002, p 1.

[2] ĠU L 121, 15.5.1993, p. 1.

[3] ĠU L 188, 29.7.1993, p. 1.

[4] ĠU L 188, 29.7.1993, p. 32.

[5] ĠU L 311, 14.12.1993, p. 76.

[6] ĠU L 52, 8.3.1995, p 1..

[7] ĠU L 226, 18.8.1997, p. 1.

[8] ĠU L 106, 3.5.2000, p. 1.

[9] ĠU L 252, 20.9.2002, p. 20.

[10] ĠU L 198, 30.7.2009, p. 20.

[11] ĠU L 222, 25.8.2009, p. 1.

[12] ĠU L 231, 3.9.2009, p. 8.

[13] ĠU L 201, 1.8.2009, p. 29.

[14] ĠU L 202, , 4.8.2009, p. 16.

[15] ĠU L 322, 9.12.2009, p. 3.

[16] http://ec.europa.eu/enterprise/automotive/pagesbackground/competitiveness/cars21.htm.

[17] http://ec.europa.eu/enterprise/automotive/pagesbackground/competitiveness/cars21finalreport.pdf.

[18] COM(2008) 33 finali, 30.1.2008, proposta Nru 49, p. 32.

[19] http://ec.europa.eu/environment/archives/cafe/general/keydocs.htm.

[20] http://www.erscharter.eu/.

[21] ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

[22] http://ec.europa.eu/enterprise/automotive/consultation/2_3_wheelers/index.htm.

[23] http://ec.europa.eu/enterprise/automotive/consultation/2_3_wheelers/contributions.htm.

[24] http://circa.europa.eu/Public/irc/enterprise/automotive/library?l=/mcwg_motorcycle&vm=detailed&sb=Title.

[25] http://ec.europa.eu/enterprise/automotive/consultation/2_3_wheelers/results_report.pdf.

[26] ĠU L […], […], p. […]

[27] ĠU L […], […], p. […]

[28] COM(2007) 22 finali.

[29] ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

[30] http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29pub/wp29pub2002e.pdf.

[31] [….żid il-ħolqa meta tkun ippubblikata]

[32] ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

[33] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[34] ĠU L 322, 9.12.2009, p. 3.

[35] ĠU L 202, 4.8.2009, p. 16.

[36] ĠU L 201, 1.8.2009, p. 29.

[37] ĠU L 231, 3.9.2009, p. 8.

[38] ĠU L 222, 25.8.2009, p. 1.

[39] ĠU L 198, 30.7.2009, p. 20.

[40] ĠU L 252, 20.9.2002, p. 20.

[41] ĠU L 124/1, 09.05.2002, p. 1.

[42] ĠU L 106, 3.5.2000, p. 1.

[43] ĠU L 226, 18.8.1997, p. 1.

[44] ĠU L 52, 8.3.1995, p 1..

[45] ĠU L 311, 14.12.1993, p. 76.

[46] ĠU L 188, 29.7.1993, p. 32.

[47] ĠU L 188, 29.7.1993, p. 11.

[48] ĠU L 121, 15.5.1993, p. 1.

[49] ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.

[50] ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.

[51] ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1.

[52] ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

[53] ĠU L 403, 30.12.2006, riformolata, id-Direttiva tal-Liċenzja tas-Sewqan 2006/126/KE, p. 21, definizzjonijiet tar-rendiment, kategoriji A1 u A2.

[54] http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/automotive/technical-harmonisation/global-harmonisation/index_en.htm#h2-1

[55] ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57.

[56] ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57.

Top