EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010DC0655

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW Monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi ġodda tal-passiġġieri fl-UE: dejta għas-sena 2009

/* KUMM/2010/0655 finali */

52010DC0655

/* KUMM/2010/0655 finali */ RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW Monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi ġodda tal-passiġġieri fl-UE: dejta għas-sena 2009


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 10.11.2010

KUMM(2010) 655 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

Monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ CO 2 mill-karozzi ġodda tal-passiġġieri fl-UE: dejta għas-sena 2009

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

Monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ CO 2 mill-karozzi ġodda tal-passiġġieri fl-UE: dejta għas-sena 2009

1. INTRODUZZJONI

Skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (KE) 1753/2000[1], il-Kummissjoni għandha tissottometti rapporti annwali bbażati fuq id-dejta tal-monitoraġġ sottomessa mill-Istati Membri lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-Rapport jikkonċerna d-dejta ta’ monitoraġġ għas-sena 2009.

Mill-2010, il-monitoraġġ u r-rapportar skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009[2] għandhom jieħdu post ir-rapportar ibbażat fuq id-Deċiżjoni (KE) 1753/2000 minħabba li dik id-Deċiżjoni hija revokata bir-Regolament.

2. TENDENZI LI JIKKONĊERNAW IL-KAROZZI ĠODDA TAL-PASSIĠĠIERI

2.1. Kwalità tad-dejta u l-ipproċessar

L-Istati Membri kollha bagħtu d-dejta għall-2009 fir-rigward tar-reġistrazzjonijiet ta’ vetturi tal-passiġġieri ġodda. Għal għadd ta’ Stati Membri, kien neċessarju li d-dejta terġa’ tiġi pproċessata manwalment minħabba l-użu ta’ tipi ta’ fjuwil oħrajn għajr dawk li kien sar ftehim dwarhom, l-immaniġġar ta’ vetturi mhux magħrufa, l-applikazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni u dejta oħra dubjuża. Dawn il-kwistjonijiet kienu indirizzati waqt il-proċess tal-evalwazzjoni tad-dejta u ssolvew b’suċċess mingħajr telf sinifikanti ta’ dejta. Wieħed għandu joqgħod attent meta janalizza s-serje ta’ żmien billi mhux l-Istati Membri kollha tal-UE huma inklużi għas-snin kollha, kif jidher mit-tabelli fit-taqsima 3. Filwaqt li qiegħed isir l-ikbar sforz possibbli biex tkun ippreżentata serje konsistenti, jista’ jkun li jseħħu xi tibdiliet fit-tendenzi minħabba titjib fil-metodoloġija u fl-immonitorjar.

Meta mqabbla mar-rapporti li saru fis-snin ta’ qabel, id-dejta aggregata f’dan ir-rapport tirreferi għall-fjuwils kollha (qabel kienu ġew irrappurtati biss figuri fir-rigward tal-petrol u d-diżil), u f’kuntrast mar-rapporti li saru qabel, il-figuri tal-emissjonijiet ta’ CO2 mhumiex ikkoreġuti b’0.7%. Din il-korrezzjoni ta’ 0.7% ġiet applikata waqt il-valutazzjoni tal-progress li sar mill-assoċjazzjonijiet tal-manifattura ACEA, JAMA u KAMA, sabiex tkun ikkumpensata bidla fil-proċedura ta’ ttestjar li saret wara li saru l-impenji volontarji tagħhom[3]. Dawn l-impenji issa ġew sostitwiti bil-miri speċifikati fir-Regolament (KE) 443/2009. Għal raġunijiet ta’ kontinwità mar-rapporti preċedenti, id-dejta skont kull assoċjazzjoni tal-manifatturi tal-vetturi sejra tkompli tiġi ppreżentata.

Dejta għall-vetturi li jużaw fjuwil alternattiv (AFV - alternative fuel vehicles) hija inkluża għat-tieni darba fir-rapport tal-monitoraġġ minħabba s-sehem tagħhom fis-suq li dejjem qiegħed jikber u l-kwalità mtejba tad-dejta. Din tinkludi vetturi rrappurtati fil-kategoriji tal-fjuwil li ġejjin: Liquefied Petroleum Gas (LPG), Gass Naturali (NG – Natural Gas), elettriku, idroġenu, fjuwil doppju, petrol-bioetanol, petrol-LPG, petrol-NG kif ukoll vetturi rrappurtati fil-kategorija Oħrajn.

2.2. Medja tal-emissjonijiet ta’ CO 2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri

Il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 fis-sena 2009 mill-karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-Unjoni Ewropea kienet ta’ 145.7 gCO2/km. Dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 5.1%, jew 7.9 gCO2/km, mis-sena ta’ qabel (153.6 gCO2/km fis-sena 2008), li huwa l-ikbar tnaqqis relattiv f’emissjonijiet speċifiċi minn meta bdiet topera l-iskema tal-monitoraġġ. Parti minn dan it-tnaqqis seta’ kien dovut għall-kriżi finanzjarja u ekonomika kif ukoll minħabba l-mod kif inhuma mfasslin l-iskemi ta’ skrappjar li ġew implimentati f’bosta Stati Membri. Id-dejta tindika wkoll li kien hemm tnaqqis fid-daqs tal-flotta tal-karozzi, peress li s-saħħa medja tal-magni, il-massa tal-vettura kif ukoll il-kapaċità tal-magna naqsu xi ftit fis-sena 2009. Fis-sena 2009, il-vetturi li jaħdmu bid-diżil tjiebu bi kważi 6 grammi, il-vetturi li jaħdmu bil-petrol tjiebu bi kważi 9 grammi u l-vetturi li jaħdmu b’AFV bi ftit iktar minn 11-il gramma. Id-differenza bejn il-vetturi ġodda li jaħdmu bid-diżil u dawk li jaħdmu bil-petrol naqset għal madwar 2.3 grammi. Ta’ min wieħed jinnota li 10 snin ilu kien hemm iktar minn 17-il gramma differenza bejn karozzi ġodda li jaħdmu bil-gasolina u dawk li jaħdmu bid-diżil.

Fis-sena 2009, il-proporzjon ta’ karozzi ġodda li jaħdmu bil-petrol qabeż dak tal-vetturi li jaħdmu bid-diżil. Fis-sena 2009, is-sehem ta’ AFV żdied b’mod sinifikanti. Dan kien dovut l-aktar għaż-żieda ta’ vetturi li jaħdmu bil-petrol-LPG reġistrati fl-Italja, li jammonta għal 92.8% tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri kollha li jaħdmu bil-petrol-LPG reġistrati fl-UE27.

Tabella 1: Emissjonijiet medji ta’ CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri skont il-fjuwil (UE27)

Il-fjuwils kollha | 1347 | 1356 | 1372 | 1379 | 1373 | 1337 |

Petrol | 1237 | 1235 | 1238 | 1235 | 1228 | 1206 |

Diżil | 1463 | 1479 | 1501 | 1510 | 1508 | 1498 |

Fjuwil alternattiv | 1415 | 1404 | 1392 | 1271 | 1237 | 1169 |

2.4. Dejta ta’ monitoraġġ skont l-assoċjazzjoni

Għal raġunijiet ta’ kontinwità mar-rapporti li ħarġu qabel, id-dejta f’din it-taqsima hija ppreżentata skont l-assoċjazzjoni tal-manifatturi tal-vetturi. Fis-sena 2009, l-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri naqsu għal kull assoċjazzjoni. Meta mqabbel mal-2008, ACEA naqset il-medja tal-emissjonijiet tagħha b’7.3 grammi, JAMA bi 11.2 grammi, KAMA b’9.7 grammi u manifatturi oħrajn, bħala medja, bi 18.4 grammi. Fis-sena 2009 kemm KAMA kif ukoll JAMA kellhom emissjonijiet medji aktar baxxi minn karozzi ġodda tal-passiġġieri milli ACEA, filwaqt li s-sitwazzjoni kienet bil-maqlub fis-sena 2007.

Tabella 7: Medja ta’ emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri skont l-assoċjazzjoni tagħhom

VOLKSWAGEN | 1 396 | 131 | 150.7 | 1 595 889 |

FORD | 1 268 | 125 | 139.7 | 1 249 195 |

FIAT | 1 134 | 119 | 130.1 | 1 206 362 |

RENAULT | 1 308 | 127 | 137.7 | 1 079 984 |

PEUGEOT | 1 292 | 126 | 133.6 | 966 013 |

CITROEN | 1 328 | 128 | 137.9 | 850 753 |

OPEL | 1 329 | 128 | 147.6 | 802 686 |

TOYOTA | 1 277 | 126 | 131.7 | 691 518 |

BMW | 1 526 | 137 | 151.2 | 680 768 |

DAIMLER | 1 487 | 135 | 166.8 | 666 341 |

AUDI | 1 605 | 141 | 160.2 | 586 764 |

SKODA | 1 266 | 125 | 147.9 | 446 671 |

NISSAN | 1 348 | 129 | 154.3 | 359 094 |

HYUNDAI | 1 245 | 124 | 137.8 | 322 432 |

SEAT | 1 253 | 125 | 140.1 | 307 811 |

KIA | 1 384 | 131 | 145.9 | 240 986 |

VAUXHALL | 1 321 | 128 | 151.9 | 233 400 |

HONDA | 1 354 | 129 | 147.3 | 231 810 |

DACIA | 1 182 | 121 | 151.9 | 226 618 |

MAZDA | 1 251 | 124 | 149.5 | 199 299 |

Mill-manifatturi kollha li rreġistraw iktar minn 10 000 vettura fl-Unjoni Ewropea fis-sena 2009, manifattur wieħed biss irnexxielu jissodisfa għal kollox il-mira stabbilita għas-sena 2015:MARUTI (massa medja: 932 kg, mira ta’ emissjonijiet speċifiċi: 110 gCO2/km, medja ta’ emissjonijiet speċifiċi fis-sena 2009: 104 gCO2/km, reġistrazzjonijiet fis-sena 2009: 14 095).

[pic][pic]

[1] Deċiżjoni (KE) 1753/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema biex timmonitorja il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 minn karozzi tal-passiġġieri ġodda, ĠU L 202, 10.8.2000.

[2] Regolament (KE) 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri, ĠU L 140, 5.6.2009

[3] Iktar informazzjoni relatata mal-korrezzjoni ta’ 0.7% tinstab f’COM(2002) 693 finali and COM(2004) 78 finali.

[4]

L-UE15 tinkludi l-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit (barra l-Irlanda ta’ Fuq).

L-UE10 tinkludi Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakja u s-Slovenja.

L-UE12 tinkludi l-UE10, il-Bulgarija u r-Rumanija.

L-UE25 tinkludi l-UE15 u l-UE10.

L-UE27 tinkludi l-UE15 u l-UE12.

[5] “Oħrajn” tinkludi karozzi ġodda tal-passiġġieri mhux identifikati (vetturi li għalihom l-Istati Membri ma rrappurtawx b’mod korrett l-informazzjoni meħtieġa)

[6] Ir-reġistrazzjoni totali ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri skont l-Istati Membri tal-UE li qegħdin jirrapportaw

[7] http://ec.europa.eu/environment/air/transport/co2/co2_monitoring.htm

[8] Mira ta’ emissjonijiet speċifiċi bbażata fuq il-formoli stabbliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) 443/2009

Top