EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0017

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isforz ta’ l-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra sa l-2020 {KUMM(2008) 30 finali} {SEG(2008) 85}

/* KUMM/2008/0017 finali - COD 2008/0014 */

52008PC0017




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 23.1.2008

KUMM(2008) 17 finali

2008/0014 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-isforz ta’ l-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra sa l-2020

(preżentata mill-Kummissjoni) {KUMM(2008) 30 finali}{SEG(2008) 85}

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

INTRODUZZJONI

L-għan aħħari tal-Konvenzjoni ta' Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, li ġiet approvata f'isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE tal-15 ta’ Diċembru 1993[1] li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta' Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), huwa li jiġu stabbilizzati l-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera għal livell li jipprevjeni ndħil antropoġeniku perikoluż fis-sistema tal-klima.

Bosta drabi, il-Komunità enfasizzat li, sabiex jintlaħaq dan l-għan, iż-żieda globali annwali fit-temperatura medja tal-wiċċ ma għandhiex taqbeż il-livelli preindustrijali b'aktar minn 2°C. Dan jimplika li l-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra għandhom jitnaqqsu sa mill-inqas 50 % inqas mill-livelli ta’ l-1990 sa l-2050. Is-setturi kollha ta’ l-ekonomija għandhom jikkontribwixxu għat-twettiq ta’ dan it-tnaqqis ta' emissjonijiet. Il-pajjiżi żviluppati għandhom ikomplu jmexxu, billi jimpenjaw ruħhom biex inaqqsu b'mod kollettiv l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra bi 30 % sa l-2020 meta mqabbel ma' l-emissjonijiet fl-1990.

F’dan il-kuntest, il-Kunsill Ewropew, waqt laqgħa tiegħu f’Marzu 2007, approva l-għan ta’ l-UE ta’ tnaqqis bi 30 % ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra sa l-2020 meta mqabbel ma’ l-1990 bħala l-kontribut tiegħu għal ftehim global u komprensiv għall-perjodu wara l-2012, sakemm pajjiżi żviluppati oħrajn jimpenjaw ruħhom ukoll fi tnaqqis ta’ emissjonijiet komparabbli, u sakemm il-pajjiżi li huma l-aktar ekonomikament avvanzati fost dawk li qed jiżviluppaw jimpenjaw ruħhom biex jikkontribwixxu b'mod adegwat skond ir-responsabbiltajiet u l-kapaċitajiet tagħhom.

Il-Kunsill Ewropew enfasizza wkoll li l-UE hija impenjata li tittrasforma lill-Ewropa f'ekonomija effiċjenti ħafna fl-enerġija u b'emissjonijiet tal-gassijiet serra baxxi, u ddeċiediet li, sakemm ikun konkluż qbil globali u komprensiv wara l-2012, u mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni tagħha fin-negozjati internazzjonali, l-UE tagħmel impenn sod indipendenti biex tilħaq tnaqqis ta' talanqas 20 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sa l-2020 meta mqabbla ma' l-1990.

Biex dan isir b’mod ekonomiku, dan it-tnaqqis b'20 % ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra sa' l-2020 meta mqabbla mal-livelli ta' l-1990, politiki u miżuri addizzjonali għandhom jiġu implimentati biex ikunu limitati iktar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn sorsi mhux koperti fl-iskema ta’ skambji ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ l-UE (ETS ta’ l-UE)[2] għal-livelli stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

L-isforz ta’ kull Stat Membru biex jikkontribwixxu għall-onorar ta’ l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra sa l-2020 permezz tal-limitazzjoni ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn sorsi mhux koperti fl-ETS ta’ l-UE għandu jkun determinat skond il-livell ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' l-Istat Membru matul l-2005, li huwa d-dejta verifikata disponibbli l-iktar riċenti dwar dawn l-emissjonijiet.

AMBITU: KONTRIBUZZJONI GħAT-TNAQQIS TA’ L-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA MINN SETTURI LI MHUMIEX INKLUżI FL-ETS TA’ L-UE BIEX TINTLAħAQ IL-MIRA GLOBALI TA’ L-UE.

Din id-Deċiżjoni tiddetermina l-kontribut ta' l-Istati Membri biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-2013 sa l-2020 għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn sorsi mhux inklużi fid-Direttiva 2003/87/KE (sorsi mhux inklużi fl-ETS ta’ l-UE). Tipprovdi għall-valutazzjoni tat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet li diġà jkun sar wara l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Tippromwovi wkoll il-flessibbiltà fit-twettiq ta’ dan l-isforz permezz ta’ l-użu ta’ tnaqqis f’emissjonijiet iċċertifikat bħala riżultat ta' proġetti tal-mekkaniżmu ta’ l-iżvilupp nadif skond l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kyoto u riżultat ta’ l-attivitajiet tat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet fil-pajjiżi terzi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-isforz.

L-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ miżuri madwar l-UE mhux inklużi fl-ETS ta’ l-UE tikkontribwixxi għall-ilħiq tal-mira f’kull Stat Membru.

TQASSIM TA’ L-ISFORZI: BILANĊ ĠUST FOST L-ISTATI MEMBRI

Sforzi ta’ tnaqqis mill-Istati Membri għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-ħtieġa għal tkabbir ekonomiku sostenibbli madwar il-Komunità, filwaqt li jitqies il-PGD per capita relattiv ta’ l-Istati Membri. L-Istati Membri li bħalissa għandhom PGD per capita relattivament baxx, u għalhekk għandhom aspettativi għoljin għat-tkabbir tal-PGD, jistgħu jżidu fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom meta mqabbla ma’ l-2005. Madankollu, dawn il-miri jibqgħu jirrappreżentaw limitu għall-emissjonijiet tagħhom u jobbligaw lil dawk l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jillimitaw iż-żieda fl-emissjonijiet tagħhom. L-Istati Membri li bħalissa għandhom PGD per capita relattivament għoli jkollhom inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra meta mqabbla ma’ l-2005.

Biex ikompli jiġi żgurat kontribut ġust minn kull Stat Membru għall-implimentazzjoni ta’ l-impenn indipendenti tal-Komunità biex ikollha tnaqqis ta’ talanqas 20 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sa l-2020 meta mqabbla ma’ l-1990, l-ebda pajjiż m’għandu jkollu jnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-2020 għal aktar minn 20 % inqas mil-livelli ta' l-2005, u l-ebda pajjiż m'għandu jitħalla jżid l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-2020 għal aktar minn 20 % ogħla mil-livelli ta' l-2005.

Tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra għandu jsir bejn l-2013 u l-2020. Din il-proposta tippermetti lil kull Stat Membru jittrasferixxi mis-sena ta' wara ammont daqs 2 % tal-limitu ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ dak l-Istat Membru. Tippermetti wkoll lil Stat Membru li għandu livell ta’ emissjonijiet inqas mil-limitu biex jittrasferixxi t-tnaqqis żejjed ta’ l-emissjonijiet għas-sena ta’ wara.

L-UŻU TA’ KREDITI MINN PROĠETTI F’PAJJIŻI TERZI

Biex tipprovdi għall-flessibbiltà għall-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ l-impenji tagħhom, biex tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi terzi, b’mod partikolari fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, kif ukoll biex tipprovdi ċertezza għall-investituri, il-Komunità għandha tkompli tirrikonoxxi l-krediti mill-proġetti ta’ tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-pajjiżi terzi, anke qabel ma jintlaħaq ftehim internazzjonali fil-ġejjieni dwar it-tibdil fil-klima. L-użu ta’ dawn il-krediti għandu jkun konsistenti ma’ l-għanijiet ta’ l-UE li jkollha rwol ta’ mexxejja fil-qasam tal-klima permezz ta’ tnaqqis sinifikanti ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra internament, li tiġġenera 20 % mill-enerġija tagħha minn sorsi rinnovabbli sa’ l-2020, u li tippromwovi s-sigurtà ta’ l-enerġija tagħha kif ukoll l-innovazzjoni u l-kompetittività tagħha.

Għalhekk l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jużaw il-krediti tat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw minn proġetti tal-Mekkaniżmu ta’ l-Iżvilupp Nadif (CDM), li saru għat-tnaqqis li sar matul il-perjodu 2008-2012, u li jirriżultaw minn tipi ta’ proġetti li kienu aċċettati mill-Istati Membri kollha matul dak il-perjodu. L-Istati Membru għandhom ikunu kapaċi wkoll jużaw dawn il-krediti għat-tnaqqis mill-proġetti CDM li saru wara dan il-perjodu u li jirriżultaw minn proġetti reġistrati u implimentati matul il-perjodu 2008-2012, u li jirriżultaw mit-tipi ta' proġetti aċċettati mill-Istati Membri kollha matul dak il-perjodu.

Ftit li xejn proġetti CDM ġew implimentati fil-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati (LDCs). Il-Komunità tappoġġa l-firxa ġusta tal-proġetti CDM, inkluż permezz ta’ l-Alleanza Globali dwar it-Tibdil fil-Klima[3]. Għalhekk huwa xieraq li tingħata ċ-ċertezza dwar l-aċċettazzjoni ta’ krediti minn proġetti li jibdew wara l-perjodu 2008-2012 fl-LDCs, għal tipi ta’ proġetti li jkunu aċċettati mill-Istati Membri matul il-perjodu 2008-2012. Din l-aċċettazzjoni għandha tkompli sa l-2020 jew sa l-ilħiq ta' ftehim mal-Komunità, ikun liema jkun li jiġi l-ewwel.

Sabiex ikun hemm aktar flessibbiltà u biex ikun promoss l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, għandu jkun previst l-użu mill-Istati Membri ta’ krediti addizzjonali mill-proġetti ta’ kwalità għolja permezz ta’ ftehimiet konklużi mill-Komunità ma’ pajjiżi terzi. Ftehimiet ta’ dan it-tip jistgħu jkunu applikabbli għal iktar minn pajjiż wieħed. Mingħajr ftehim internazzjonali fil-ġejjieni dwar it-tibdil fil-klima li jiddetermina l-ammont allokat għall-pajjiżi żviluppati, proġetti ta’ Implimentazzjoni Konġunta (JI) ma jistgħux jitkomplew wara l-2012. Madankollu, il-krediti tat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw minn proġetti bħal dawn jistgħu jkomplu jkunu rikonoxxuti permezz ta' ftehimiet ma' pajjiżi terzi.

Il-kapaċità kontinwa li l-Istati Membru jkunu jistgħu jużaw il-krediti CDM hija importanti biex tgħin għall-iżgurar ta’ suq għal dawk il-krediti wara l-2012. Biex ikun żgurat dan is-suq kif ukoll iktar tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fi ħdan l-UE, u b’hekk iktar implimentazzjoni ta’ l-għanijiet Komunitarji dwar l-enerġija rinnovabbli, is-sigurtà fl-enerġija, l-innovazzjoni u l-kompetittività, huwa propost li l-użu annwali mill-Istati Membri tal-krediti mill-proġetti ta’ tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-pajjiżi terzi, għandu jkun limitat għal 3 % ta’ l-emissjonijiet ta’ kull Stat Membru minn sorsi mhux inklużi fl-ETS fl-2005, sakemm jintlaħaq ftehim internazzjonali ġdid dwar it-tibdil fil-klima. Dan l-ammont huwa daqs terz mill-isforz ta’ tnaqqis fl-2020. Kull Stat Membru għandu jitħalla jittrasferixxi l-parti mhux użata ta’ dan il-limitu għal Stati Membri oħra.

TIBDIL WARA FTEHIM INTERNAZZJONALI

F’dan il-kuntest, il-Kunsill Ewropew approva l-għan ta’ l-UE ta’ tnaqqis bi 30 % ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra sa l-2020 meta mqabbel ma’ l-1990 bħala l-kontribut tiegħu għal ftehim globali u komprensiv għall-perjodu wara l-2012, sakemm pajjiżi żviluppati oħrajn jimpenjaw ruħhom ukoll fi tnaqqis ta’ emissjonijiet komparabbli u sakemm il-pajjiżi li huma l-aktar ekonomikament avvanzati fost dawk li qed jiżviluppaw jimpenjaw ruħhom biex jikkontribwixxu b'mod adegwat skond ir-responsabbiltajiet u l-kapaċitajiet tagħhom.

Wara l-konklużjoni mill-Komunità ta’ ftehim internazzjonali fil-ġejjieni dwar it-tibdil fil-klima, il-limiti ta’ emissjonijiet ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu aġġustati abbażi ta’ l-impenn ġdid Komunitarju dwar it-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, stabbilit f’dak il-ftehim. L-ammont totali ta’ tnaqqis addizzjonali ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jinħtieġu biex ikun onorat dan l-impenn aktar ambizzjuż dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, għandu jkun mifrux bejn sorsi koperti u dawk mhux inklużi fl-ETS ta’ l-UE, fejn is-sorsi mhux inklużi huma mistennija jikkontribwixxu għall-impenn tal-Komunità għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tagħha b’talanqas 20 % sa l-2020.

Sabiex ikun żgurat li firxa ġusta ta’ dan l-isforz addizzjonali għat-tnaqqis bejn l-Istati Membri għas-sorsi mhux inklużi fl-ETS ta’ l-UE, kull Stat Membru se jikkontribwixxi għal dan l-isforz b'mod proporzjonat mas-sehem li jkollu fil-Komunità rigward l-emissjonijiet totali minn sorsi mhux inklużi fl-ETS ta’ l-UE għas-sena 2020 skond l-impenn indipendenti Komunitarju għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'talanqas 20 %.

Barra minn hekk, għandhom ikunu iżjed għoljin il-limiti għall-użu ta’ krediti prodotti minn proġetti f’pajjiżi terzi. Din iż-żieda għandha tkun daqs nofs l-isforz addizzjonali għat-tnaqqis skond il-ftehim internazzjonali. La jintlaħaq ftehim internazzjonali fil-ġejjieni dwar it-tibdil tal-klima, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw biss krediti ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet mill-pajjiżi li jkunu rratifikaw dak il-ftehim u soġġett għal approċċ komuni.

IMPLIKAZZJONIJIET TA’ TIBDIL FL-AMBITU TA’ L-EU ETS

Kwalunkwe aġġustament fil-firxa ta’ l-ETS ta’ l-UE għandu jkun pari ma’ l-aġġustament korrispondenti fl-ammont massimu ta’ emissjonijiet minn sorsi inklużi f’din id-Deċiżjoni.

IL-MONITORAġġ, IR-RAPPURTAR, IL-VERIFIKA

L-Istati Membri għandhom, fir-rapporti annwali tagħhom sottomessi skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE, jirrappurtaw l-emissjonijiet annwali tagħhom li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 3 u l-użu tal-krediti skond l-Artikolu 4. L-Istati Membri għandhom jissottomettu wkoll aġġornament tal-progress ippjanat qabel l-1 ta’ Lulju 2016.

Il-Kummissjoni għandha, fir-rapport li tissottometti skond l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE, tevalwa jekk il-progress ikun suffiċjenti biżżejjed biex ikunu onorati l-impenji taħt din id-Deċiżjoni.

Din il-valutazzjoni għandha tqis il-progress fil-politiki u miżuri Komunitarji u l-informazzjoni mill-Istati Membri skond l-Artikoli 3 u 5 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE.

Kull sentejn, bil-bidu fl-2013, il-valutazzjoni għandha tinkludi wkoll il-progress previst tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri lejn l-onorar ta’ l-impenji tagħhom taħt din id-Deċiżjoni.

Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta’ valutazzjoni ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tissottometti dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Ottubru 2016, flimkien ma’ proposti kif jixraq.

2008/0014 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-isforz ta’ l-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra sa l-2020

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[4],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[6],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[7],

Billi:

1. L-għan aħħari tal-Konvenzjoni ta' Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, li ġiet approvata f'isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE tal-15 ta’ Diċembru 1993[8] li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta' Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), huwa li jiġu stabbilizzati l-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera għal livell li jipprevjeni ndħil antropoġeniku perikoluż fis-sistema tal-klima.

2. L-opinjoni tal-Komunità, espressa l-aħħar mill-Kunsill dwar l-Ambjent fil-laqgħa tiegħu tal-5 ta’ Novembru 2007 fi Brussell, hija li sabiex jitlaħaq dan l-għan, iż-żieda globali annwali fit-temperatura medja tal-wiċċ ma għandhiex taqbeż il-livelli preindustrijali b'aktar minn 2°C. Dan jimplika li l-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra għandhom jitnaqqsu sa mill-inqas 50 % inqas mill-livelli ta’ l-1990 sa l-2050. Is-setturi kollha ta’ l-ekonomija għandhom jikkontribwixxu għat-twettiq ta’ dan it-tnaqqis ta' emissjonijiet. Il-pajjiżi żviluppati għandhom ikomplu jmexxu, billi jimpenjaw ruħhom biex inaqqsu b'mod kollettiv, l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra bi 30 % sa l-2020 meta mqabbel ma' l-emissjonijiet fl-1990.

3. Biex jintlaħaq dan l-għan, il-Kunsill Ewropew, waqt laqgħa tiegħu fit-8 u d-9 ta’Marzu 2007 fi Brussell, approva l-għan tal-Komunità ta’ tnaqqis bi 30 % ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra sa l-2020 meta mqabbel ma’ l-1990 bħala l-kontribut tiegħu għal ftehim global u komprensiv għall-perjodu wara l-2012, sakemm pajjiżi żviluppati oħrajn jimpenjaw ruħhom ukoll fi tnaqqis ta’ emissjonijiet komparabbli, u sakemm il-pajjiżi li huma l-aktar ekonomikament avvanzati fost dawk li qed jiżviluppaw jimpenjaw ruħhom biex jikkontribwixxu b'mod adegwat skond ir-responsabbiltajiet u l-kapaċitajiet tagħhom.

4. Il-Kunsill Ewropew enfasizza li l-Komunità hija impenjata li tittrasforma lill-Ewropa f'ekonomija effiċjenti ħafna fl-enerġija u b'emissjonijiet tal-gassijiet serra baxxi u ddeċiediet li, sakemm ikun konkluż ftehim globali u komprensiv għall-perjodu wara l-2012, u mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni tagħha fin-negozjati internazzjonali, il-Komunità tagħmel impenn sod indipendenti biex tilħaq tnaqqis ta’ talanqas 20% fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sa l-2020 meta mqabbla ma' l-1990.

5. Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE[9] stabbiliet sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-Komunità, li tkopri ċerti setturi ta’ l-ekonomija.. Sabiex jintlaħaq, b’mod ekonomiku, l-għan ta’ tnaqqis ta’ 20 % fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sa l-2020 meta mqabbla mal-livelli ta’ l-1990, is-setturi kollha ta’ l-ekonomija għandhom jikkontribwixxu għat-twettiq ta’ dan it-tnaqqis ta’ emissjonijiet. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw politiki u miżuri addizzjonali bi sforz li jillimitaw iktar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn sorsi mhux inklużi fid-Direttiva 2003/87/KE.

6. L-isforz ta’ kull Stat Membru għandu jkun determinat skond il-livell ta’ l-emissjonijiet tiegħu tal-gassijiet serra fl-2005, li hija l-aħħar sena li għaliha hemm disponibbli dejta verifikata dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

7. Sforzi ta’ tnaqqis mill-Istati Membri għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-ħtieġa għal tkabbir ekonomiku sostenibbli madwar il-Komunità, filwaqt li jitqies il-PGD per capita relattiv ta’ l-Istati Membri. L-Istati Membri li bħalissa għandhom PGD per capita relattivament baxx, u għalhekk għandhom aspettativi għoljin għat-tkabbir tal-PGD, jistgħu jżidu fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom meta mqabbla ma’ l-2005, iżda għandhom jillimitaw din iż-żieda fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra biex jikkontribwixxu għall-impenn tat-tnaqqis globali tal-Komunità. L-Istati Membri li bħalissa għandhom PGD per capita relattivament għoli jkollhom inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra meta mqabbla ma’ l-2005.

8. Biex tkun żgurata firxa ġusta ta’ l-isforzi madwar l-Istati Membri għall-kontribut għall-implimentazzjoni ta’ l-impenn indipendenti tal-Komunità, l-ebda Stat Membru m’għandu jkollu jnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-2020 għal aktar minn 20 % inqas mil-livelli ta' l-2005, u l-ebda Stat Membru m'għandu jitħalla jżid l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-2020 għal aktar minn 20 % ogħla mil-livelli ta' l-2005. It-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra għandu jsir bejn l-2013 u l-2020, fejn kull Stat Membru jitħalla jittrasferixxi ammont daqs 2 % tal-limitu ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' dak l-Istat Membru mis-sena ta’ wara u Stat Membru li għandu emissjonijiet inqas minn dak il-limitu jitħalla jittrasferixxi t-tnaqqis żejjed ta’ l-emissjonijiet għas-sena ta’ wara.

9. Biex tipprovdi għall-flessibbiltà għall-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ l-impenji tagħhom, biex tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi terzi, b’mod partikolari fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, u biex tipprovdi ċertezza għall-investituri, il-Komunità għandha tkompli tirrikonoxxi ċertu ammont ta’ krediti mill-proġetti ta’ tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-pajjiżi terzi, qabel ma jintlaħaq ftehim internazzjonali fil-ġejjieni dwar it-tibdil fil-klima. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-politiki tagħhom dwar l-akkwist ta’ dawn il-krediti jtejbu l-firxa ġeografika ġusta tal-proġetti u jtejbu l-ilħiq ta' ftehim internazzjonali fil-ġejjieni dwar it-tibdil fil-klima.

10. Għalhekk l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jużaw il-krediti tat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jsir matul il-perjodu 2008-2012 u li jirriżultaw minn tipi ta’ proġetti li jkunu aċċettati mill-Istati Membri kollha matul dak il-perjodu. L-Istati Membru għandhom ikunu kapaċi wkoll jużaw dawn il-krediti għat-tnaqqis li jsir wara il-perjodu 2008-2012 u li jirriżultaw minn proġetti reġistrati u implimentati matul il-perjodu 2008-2012 u li jirriżultaw mit-tipi ta' proġetti (‘kategoriji tal-proġetti’) aċċettati mill-Istati Membri kollha matul dak il-perjodu.

11. Ftit li xejn mill-proġetti tal-mekkaniżmu ta’ l-iżvilupp nadif (CDM) ġew implimentati fil-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati (LDCs). Billi l-Komunità tappoġġa l-firxa ġusta tal-proġetti CDM, inkluża l-Alleanza Globali dwar it-Tibdil fil-Klima tal-Kummissjoni[10], huwa xieraq li tingħata ċertezza dwar l-aċċettazzjoni ta’ krediti minn proġetti li jibdew wara l-perjodu 2008 sa 2012 fl-LDCs, għat-tipi ta’ proġetti li kienu aċċettati mill-Istati Membri kollha matul il-perjodu 2008 sa 2012. Dik l-aċċettazzjoni għandha tkompli sa l-2020 jew sa l-ilħiq ta' ftehim mal-Komunità, ikun liema jkun li jiġi l-ewwel.

12. Sabiex ikun hemm aktar flessibbiltà u biex ikun promoss l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw krediti addizzjonali mill-proġetti permezz ta’ ftehimiet konklużi mill-Komunità ma' pajjiżi terzi. Mingħajr ftehim internazzjonali fil-ġejjieni dwar it-tibdil fil-klima li jiddetermina l-ammont allokat għall-pajjiżi żviluppati, proġetti ta’ Implimentazzjoni Konġunta (JI) ma jistgħux jitkomplew wara l-2012. Madankollu, il-krediti tat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw minn proġetti bħal dawn għandhom ikomplu jkunu rikonoxxuti permezz ta' ftehimiet ma' pajjiżi terzi.

13. Il-kapaċità kontinwa li l-Istati Membru jkunu jistgħu jużaw il-krediti CDM hija importanti biex tgħin għall-iżgurar ta’ suq għal dawk il-krediti wara l-2012. Biex ikun żgurat dan is-suq kif ukoll iktar tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fi ħdan il-Komunità, u b’hekk iktar implimentazzjoni ta’ l-għanijiet Komunitarji dwar l-enerġija rinnovabbli, is-sigurtà ta’ l-enerġija, l-innovazzjoni u l-kompetittività, huwa propost li l-użu annwali mill-Istati Membri tal-krediti mill-proġetti ta’ tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-pajjiżi terzi, għandu jkun limitat għal 3 % ta’ l-emissjonijiet ta’ kull Stat Membru minn sorsi mhux inklużi fid-Direttiva 2003/87/KE fl-2005, sakemm jintlaħaq ftehim internazzjonali ġdid dwar it-tibdil fil-klima. Dan l-ammont huwa daqs terz mill-isforz tat-tnaqqis fl-2020. L-Istati Membri għandhom jitħallew jittrasferixxu l-parti mhux użata ta’ dan l-ammont għal Stati Membri oħra.

14. La jintlaħaq ftehim internazzjonali fil-ġejjieni dwar it-tibdil fil-klima, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw biss krediti ta’ tnaqqis ta’ emissjoni mill-pajjiżi li jkunu rratifikaw dak il-ftehim u soġġett għal approċċ komuni.

15. Il-progress li jsir fl-implimentazzjoni ta’ l-impenji taħt din id-Deċiżjoni għandhom ikunu valutati kull sena abbażi ta' rapporti sottomessi taħt id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 280/2004/KE tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ [ta’] l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto[11]. Kull sentejn għandha ssir valutazzjoni dwar il-progress previst u għandha ssir evalwazzjoni kompluta ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fl-2016.

16. Kwalunkwe aġġustament fil-firxa tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jkunu pari ma’ l-aġġustament korrispondenti fl-ammont massimu ta’ emissjonijiet minn sorsi mhux inklużi f’din id-Deċiżjoni.

17. Bil-konklużjoni tal-Komunità dwar ftehim internazzjonali dwar it-tibdil tal-klima, il-limiti dwar l-emissjonijiet għall-Istati Membri għandha tkun aġġustata biex ikun onorat l-impenn tal-Komunità għat-tnaqqis ta’ l-emissjoniet tal-gassijiet serra stabbilit f’dak il-ftehim, billi jitqies il-prinċipju tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-ħtieġa għal tkabbir ekonomiku sostenibbli madwar il-Komunità. L-ammont ta’ krediti mill-proġetti tat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-pajjiżi terzi li kull Stat Membru jista’ juża għandu jiżdied sa nofs l-isforz addizzjonali ta’ tnaqqis minn sorsi mhux koperti bid-Direttiva 2003/87/KE.

18. Il-reġistri stabbiliti bid-Deċiżjoni 280/2004/KE u l-Amministratur Ċentrali maħtur bid-Direttiva 2003/87/KE, għandhom jintużaw għall-iżgurar ta' proċessar u kontabbiltà preċiżi tat-tranżazzjonijiet kollha fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

19. Għandhom jiġu adottati l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[12]. B’mod partikolari, is-setgħa għandha tkun konferita fuq il-Kummissjoni biex tadotta, wara l-iffirmar ta’ ftehim internazzjonali, miżuri għall-aġġustament tal-limiti ta’ emissjonijiet ta' l-Istati Membri, kif ukoll miżuri għall-użu ta' tipi addizzjonali ta’ krediti ta’ proġetti skond dak il-ftehim, u biex tadotta wkoll l-miżuri neċessarji biex ikunu sorveljati t-tranżazzjonijiet skond din id-Deċiżjoni. Peress li dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u ġew mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Deċiżjoni kif ukoll biex jissupplementaw din id-Deċiżjoni biż-żieda jew modifika ta' elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju kif provduta fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

20. Peress li l-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni ma jistgħux jitwettqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu individwalment, u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif imniżżel f'dak l-istess Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli dwar id-determinazzjoni tal-kontribut ta' l-Istati Membri biex jonoraw l-impenn tal-Komunità għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-2013 sa l-2020 għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn sorsi mhux inklużi fid-Direttiva 2003/87/KE u l-evalwazzjoni tiegħu.

Artikolu 2 Tifsiriet

Għall-għan ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet kif stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/87/KE.

Barra minn hekk, “emissjonijiet tal-gassijiet serra” għandha tfisser l-emissjoni tad-dijossidu tal-karbonju (CO2), il-metanu (CH4), l-ossidu nitruż (N2O), il-karboni idrofluworidi (HFCs), il-karboni perfluworidi (PFCs), u l-eżafluworidu tal-kubrit (SF6) minn sorsi, espressi f’termini ta’ ekwivalenza mad-dijossidu tal-karbonju, kif determinati skond id-Direttiva 2003/87/EC.

Artikolu 3 Livelli ta’ emissjonijiet għall-perjodu 2013 sa 2020

21. Sakemm jiġi konkluż mill-Komunità ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima li jirriżulta fi tnaqqis ta’ emissjonijiet ikbar minn dawk meħtieġa skond dan l-Artikolu, kull Stat Membru għandu, sa l-2020, jillimita l-emissjonijiet tiegħu tal-gassijiet serra minn sorsi mhux inklużi fid-Direttiva 2003/87/KE b’perċentwal stabbilit għal dak l-Istati Membru fl-Anness għal din id-Deċiżjoni skond l-emissjonijiet tiegħu fl-2005.

22. Soġġett għall-paragrafu 3 u l-Artikolu 4, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet totali tiegħu ta’ gassijiet serra fl-2013 minn sorsi mhux koperti bid-Direttiva 2003/87/KE ma jaqbżux il-medja annwali ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ dak l-Istat Membru minn dawk is-sorsi matul l-2008, l-2009 u l-2010, kif irrappurtat u verifikat skond id-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni 280/2004/KE.

Soġġett għall-paragrafu 3 u l-Artikolu 4, kull Stat Membru għandu jillimita kull sena dawk l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mod lineari biex ikun żgurat li dawk l-emissjonijiet ma jaqbżux il-livell massimu għal dak l-Istat Membru fl-2020, kif spjegat fl-Anness.

23. Matul is-snin 2013 sa 2019, kull Stat Membru jista’ jittrasferixxi mis-sena ta’ wara ammont daqs 2 % tal-limitu ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ dak l-Istat Membru fil-paragrafu 2. Jekk l-emissjonijiet ta’ Stat Membru jkunu inqas mil-limitu fil-paragrafu 2, jista’ jittrasferixxi t-tnaqqis żejjed ta’ l-emissjonijiet għas-sena ta' wara.

Artikolu 4 L-użu ta’ krediti mill-attivitajiet tal-proġetti

24. Sa ma jidħol fis-seħħ ftehim internazzjonali fil-ġejjieni dwar it-tibdil fil-klima, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-krediti li ġejjin għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-implimentazzjoni ta’ l-obbligi tagħhom fl-Artikolu 3:

(a) Tnaqqis ta’ Emissjonijiet Ċertifikat (CERs) u Unitajiet ta’ Tnaqqis ta’ Emissjonijiet (ERUs) mogħtija skond it-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2012 minn tipi ta’ proġetti li jkunu ġew aċċettati mill-Istati Membri kollha skond id-Direttiva 2003/87/KE matul il-perjodu 2008 sa 2012.

(b) CERs mogħtija skond it-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet mill-1 ta' Jannar 2013 minn proġetti li jkunu reġistrati matul il-perjodu 2008 sa 2012 li t-tip ta' proġett tagħhom ikun aċċettat mill-Istati Membri kollha skond id-Direttiva 2003/87/KE matul il-perjodu 2008 sa 2012.

(c) CERs mogħtija skond it-tnaqqis ta’ emissjonijiet li jinkiseb minn proġetti implimentati fil-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati li t-tip ta’ proġett tagħhom ikun aċċettat mill-Istati Membri kollha skond id-Direttiva 2003/87/KE matul il-perjodu 2008 sa 2012, sakemm dawk il-pajjiżi jirratifikaw ftehim mal-Komunità jew sa l-2016, ikun liema jkun li jiġi l-ewwel.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-politiki tagħhom dwar l-akkwist ta’ dawn il-krediti jtejbu l-firxa ġeografika ġusta tal-proġetti u jtejbu l-ilħiq ta' ftehim internazzjonali dwar it-tibdil tal-klima.

25. Minbarra l-paragrafu 1, u fil-każ li jdum biex jiġi konkluż ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima, l-Istati Membri jistgħu, biex jimplimentaw l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 3, jużaw krediti addizzjonali tat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn proġetti jew attivitajiet oħra tat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet skond il-ftehimiet msemmija fl-Artikolu 11a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE.

26. Wara li jiġi konkluż ftehim internazzjonali fil-ġejjieni dwar it-tibdil fil-klima, l-Istati Membri jistgħu jużaw biss is-CERs mill-pajjiżi terzi li jkunu rratifikaw il-ftehim.

27. L-użu annwali tal-krediti minn kull Stat Membru skond il-paragrafi 1, 2 u 3 mgħandux jaqbeż l-ammont ta’ 3 % ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ dak l-Istat Membru mhux kopert bid-Direttiva 2003/87/KE fl-2005.

Kull Stat Membru jista’ jittrasferixxi l-parti mhux użata ta’ dak l-ammont għal Stat Membru ieħor.

Artikolu 5 Il-valutazzjoni tal-progress fl-implimentazzjoni ta’ l-impenji

28. L-Istati Membri għandhom, fir-rapporti annwali tagħhom sottomessi taħt l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE, jirrappurtaw l-emissjonijiet annwali tagħhom li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 3 u l-użu tal-krediti skond l-Artikolu 4.

29. Il-Kummissjoni għandha, fir-rapport li tissottometti taħt l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE, tevalwa jekk il-progress ikun suffiċjenti biex ikunu onorati l-impenji taħt din id-Deċiżjoni.

Il-valutazzjoni għandha tqis il-progress fil-politiki u miżuri Komunitarji u l-informazzjoni mill-Istati Membri skond l-Artikoli 3 u 5 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE.

Kull sentejn, bil-bidu bl-emissjonijiet irrappurtati għall-2013, il-valutazzjoni għandha tinkludi wkoll il-progress previst tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri lejn l-onorar ta’ l-impenji tagħhom taħt din id-Deċiżjoni. L-Istati Membri għandhom jissottomettu aġġornament tal-progress ippjanat qabel l-1 ta’ Lulju 2016.

Artikolu 6 L-aġġustamenti applikabbli wara l-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali fil-ġejjieni dwar it-tibdil tal-klima

30. Il-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom japplikaw wara l-iffirmar mill-Komunità ta' ftehim internazzjonali dwar it-tibdil tal-klima b’riżultat ta’ tnaqqis mandatorju li jaqbeż dak skond l-Artikolu 3.

31. Mis-sena wara l-iffirmar tal-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-Komunità minn sorsi mhux koperti taħt id-Direttiva 2003/87/KE fl-2020 skond l-Artikolu 3(1) għandhom jitkomplu jitnaqqsu b'ammont daqs it-tnaqqis addizzjonali globali ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Komunità mis-sorsi kollha stabbiliti fil-ftehim internazzjonali għall-Komunità, immultiplikat bis-sehem tat-tnaqqis totali tal-Komunità ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għas-sena 2020 li jikkontribwixxu għalih l-Istati Membri permezz ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra minn sorsi mhux koperti fid-Direttiva 2003/87/KE skond l-Artikolu 3.

32. Kull Stat Membru għandu jikkontribwixxi għall-isforz tat-tnaqqis addizzjonali tal-Komunità fi proporzjon għas-sehem tiegħu ta’ l-emissjonijiet totali tal-Komunità minn sorsi mhux koperti fid-Direttiva 2003/87/KE għas-sena 2020 skond l-Artikolu 3.

Il-Kummissjoni għandha temenda l-Anness biex taġġusta l-limiti ta’ l-emissjonijiet skond l-ewwel subparagrafu. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Deċiżjoni, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2).

33. L-Istati Membri jistgħu jżidu l-użu tagħhom tal-krediti tat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 4(4) minn pajjiżi terzi li jkunu rratifikaw il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 u skond il-paragrafu 5 sa nofs it-tnaqqis addizzjonali li jsir skond il-paragrafu 2.

Kull Stat Membru jista’ jittrasferixxi l-parti mhux użata ta’ dak l-ammont għal Stat Membru ieħor.

34. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri biex tipprovdi għall-użu mill-Istati Membri ta’ tipi addizzjonali ta’ krediti ta' proġetti jew għall-użu mill-Istati Membri ta’ mekkaniżmi oħra li jinħolqu skond il-ftehim internazzjonali, kif xieraq.

Dawk il-miżuri, li tfasslu sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Deċiżjoni billi jżidu magħha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 9(2).

Artikolu 7 Twessigħ ta’ l-ambitu tad-Direttiva 2003/87/KE

L-ammont massimu ta’ emissjonijiet taħt l-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun aġġustat skond l-ammont ta' kwoti għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jingħataw skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE li jirriżulta minn bidla fil-firxa tas-sorsi taħt dik id-Direttiva wara l-approvazzjoni finali mill-Kummissjoni tal-pjanijiet dwar l-allokazzjoni annwali għall-perjodu 2008 sa 2012 skond id-Direttiva 2003/87/KE.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-figuri li jirriżultaw minn dak it-tibdil.

Artikolu 8 Ir-Reġistri u l-Amministratur Ċentrali

35. Ir-reġistri ta’ l-Istati Membri stabbiliti skond l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE għandhom jiżguraw il-kontabbiltà preċiża tat-tranżazzjonijiet taħt din id-Deċiżjoni. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

36. L-Amministratur Ċentrali maħtur bl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jwettaq, permezz tar-reġistru indipendenti ta’ tranżazzjonijiet, monitoraġġ ta’ kull tranżazzjoni skond din id-Deċiżjoni, u fejn meħtieġ iwaqqaf xi tranżażżjonijiet biex ikun żgurat li ma jkunx hemm irregolaritajiet. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

37. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-paragrafi 1 u 2.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Deċiżjoni billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2).

Artikolu 9 Il-Kumitat

38. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat dwar it-tibdil fil-klima stabbilit bl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE.

39. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqies l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 10 Rapport

Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta’ valutazzjoni ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tissottometti dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Ottubru 2016, flimkien ma’ proposti kif jixraq.

Artikolu 11 Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Artikolu 12

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA TA’ L-ISTATI MEMBRI SKOND L-ARTIKOLU 3

Limiti ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ l-Istat Membru sa l-2020 kif imqabbel mal-livelli ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-2005 minn sorsi mhux koperti mid-Direttiva 2003/87/KE | L-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ l-Istat Membru fl-2020, wara l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 3 (f’tunnellati ekwivalenti tas-CO2) |

Il-Belġju | -15% | 70954356 |

Il-Bulgarija | 20% | 35161279 |

Ir-Repubblika Ċeka | 9% | 68739717 |

Id-Danimarka | -20% | 29868050 |

Il-Ġermanja | -14% | 438917769 |

L-Estonja | 11% | 8886125 |

L-Irlanda | -20% | 37916451 |

Il-Greċja | -4% | 64052250 |

Spanja | -10% | 219018864 |

Franza | -14% | 354448112 |

L-Italja | -13% | 305319498 |

Ċipru | -5% | 4633210 |

Il-Latvja | 17% | 9386920 |

Il-Litwanja | 15% | 18429024 |

Il-Lussemburgu | -20% | 8522041 |

L-Ungerija | 10% | 58024562 |

Malta | 5% | 1532621 |

L-Olanda | -16% | 107302767 |

L-Awstrija | -16% | 49842602 |

Il-Polonja | 14% | 216592037 |

Il-Portugall | 1% | 48417146 |

Ir-Rumanija | 19% | 98477458 |

Is-Slovenja | 4% | 12135860 |

Is-Slovakkja | 13% | 23553300 |

Il-Finlandja | -16% | 29742510 |

L-Iżvezja | -17% | 37266379 |

Ir-Renju Unit | -16% | 310387829 |

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-isforz ta’ l-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra sa l-2020

2. IL-QAFAS ABM / ABB

Il-Qasam/Oqsma ta' Politika kkonċernati u assoċjati ma' l-Attività/Attivitajiet:

Qasam ta’ Politika: 07 Ambjent

L-Attività ABB Kodiċi 0703: L-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni Komunitarji dwar l-ambjent

3. IL-LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-baġit (linji operattivi u linji ta’ għajnuna teknika u amministrattiva relatati (ex-linji BA)) li jinkludu l-intestaturi:

Article 07 03 07 - LIFE+ (Strument Finanzjarju għall-Ambjent — 2007 sa 2013)

3.2. Tul ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

Għall-2009-2013 l-approprijazzjonijiet meħtieġa jiġu koperti bir-riżorsi diġà previsti għall-programm LIFE+. Minħabba li l-leġiżlazzjoni riveduta tidħol fis-seħħ biss mill-2013, u m’hemm l-ebda data għall-azzjoni, il-proposta se tkompli tkun ta’ piż fuq il-baġit ta’ l-UE wkoll wara din id-data, f'dak li għandu x'jaqsam mal-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta' l-implimentazzjoni ta' l-impenji ta' l-Istati Membri (l-Artikolu 5) u l-aġġornament u l-manutenzjoni tar-reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet tas-sistema (l-Artikolu 8).

Kwalunkwe riżors addizzjonali meħtieġ għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-impenji kif meħtieġa mill-Artikolu 10 se jkun previst fil-kuntest ta’ reviżjoni fil-ġejjieni tad-Deċiżjoni 280/2004/KE li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ [ta’] l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto.

L-istima ta’ l-impatti finanzjarji inklużi f’din id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva tkopri dawk l-impatti għall-adattament tar-reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jkunu mwettqa l-kompiti previsti, kif stipulat fl-Artikolu 8 u biex dan ikun aġġornat u miżmum wara.

3.3. Il-karatteristiċi baġitarji (żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ):

Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

07 03 07 | Mhux Obblig. | Diff | LE | LE | LE | Nru 2 |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi finanzjarji

4.1.1. Sommarju ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u l-approprjazzjonijiet ta’ ħlas (AĦ)

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Tip ta’ nefqa | Nru. tat-taqsima | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 u wara | Totali |

Spiża operattiva[13] |

L-approprjazzjonijiet ta’ impenn (AI) | 8.1. | a | 0.750 | 0.750 |

L-approprjazzjonijiet ta’ ħlas (AĦ) | b | 0.225 | 0.525 | 0.750 |

Nefqa amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza[14] |

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | c | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 |

AMMONT TA’ REFERENZA TOTALI |

L-approprazzjonijiet ta' impenn | a+c | 0.000 | 0.750 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.750 |

Approprjazzjonijiet ta’ ħlas | b+c | 0.000 | 0.225 | 0.000 | 0.525 | 0.000 | 0.000 | 0.750 |

Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[15] |

Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5. | d | 0.059 | 0.059 | 0.059 | 0.059 | 0.059 | 0.059 | 0.351 |

Spejjeż amministrattivi, għajr għal riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6. | e | 0.100 | 0.100 | 0.100 | 0.300 |

Spiża finanzjarja indikattiva totali ta’ l-intervent |

TOTAL AI inkluża n-nefqa tar-riżorsi umani | a+c+d+e | 0.059 | 0.809 | 0.059 | 0.159 | 0.159 | 0.159 | 1.401 |

TOTAL AĦ inkluża n-nefqa tar-riżorsi umani | b+c+d+e | 0.059 | 0.284 | 0.059 | 0.684 | 0.159 | 0.159 | 1.401 |

Dettalji ta’ kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi l-kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn korpi oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella ta’ hawn taħt (jistgħu jiżdiedu linji addizzjonali jekk huma previsti korpi differenti li jipprovdu l-kofinanzjament):

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Korp ta' kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Totali |

…………………… | f | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 |

AI TOTALI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.2. Il-kompatibilità ma' l-ipprogrammar finanzjarju

X Il-proposta hija kompatibbli mal-programmar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta se tkun tikkonsisti fi programmar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[16] (jiġifieri strument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-dħul

X Il-proposta m'għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

NB: Id-dettalji u l-osservazzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-metodu li bih jiġi kkalkolat l-effett fuq id-dħul għandhom jintwerew f’anness separat.

EUR miljuni (sa punt deċimali wieħed)

Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Il-qagħda wara l-azzjoni |

Għadd totali ta’ riżorsi umani | 0.5 A*/AD | 0.5 A*/AD | 0.5 A*/AD | 0.5 A*/AD | 0.5 A*/AD | 0.5 A*/AD |

5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

5.1. Jeħtieġ li jintlaħaq f’terminu ta’ żmien qasir jew twil

Id-Deċiżjoni proposta tipprevedi taħt l-Artikolu 8 li l-Amministratur Ċentrali maħtur bl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jwettaq, permezz tar-reġistru indipendenti ta’ tranżazzjonijiet, monitoraġġ ta’ kull tranżazzjoni skond din id-Deċiżjoni, u fejn meħtieġ iwaqqaf xi tranżazzjonijiet biex ikun żgurat li ma jkunx hemm irregolaritajiet. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

Ir-reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-Komunità jivverifika jekk it-tranżazzjonijiet fir-reġistru huma konsistenti mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Verifiki tal-kriterji ta’ Kyoto jsiru mir-Reġistru Indipendenti tat-Tranżazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti. Fl-assenza ta’ ftehim internazzjonali għall-perjodu wara l-2012, ir-reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-Komunità se jkollu jivverifika l-konsistenza tat-tranżazzjonijiet mal-kriterji Komunitarji kif imniżżel f’din id-Deċiżjoni u biex jissodisfa l-kriterji kollha li jistgħu jiġu introdotti skond ftehim internazzjonali.

5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli

Biex ikun żgurat li teżisti sistema fil-livell ta' l-UE biex tivverifika t-tranżazzjonijiet kollha għal xi irregolaritajiet taħt il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni proposta. Per eżempju, id-Deċiżjoni proposta tippermetti flessibbiltà permezz ta’ tranżazzjonijiet bejn l-Istati Membri tal-krediti ta’ ‘emissjonijiet’ minn attivitajiet ta’ proġetti fil-pajjiżi terzi.

L-infiq operattiv huwa previst f'dik il-parti tal-baġit ta' LIFE+ li hija soġġetta għall-ġestjoni ċentrali diretta.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

L-GĦAN

L-għan huwa li jkun żgurat li l-Komunità jkollha garanzija li t-tranżazzjonijiet kollha taħt id-Deċiżjoni proposta jiġu verifikati għal xi irregolaritajiet, biex tkun żgurat il-konsistenza mal-kriterji stabbiliti f’dik id-Deċiżjoni, kif ukoll kwalunkwe kriterju li jista’ jiġi introdott fi ftehim ġdid internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima.

IR-RIŻULTAT MISTENNI:

Aġġornament tar-reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-Komunità mill-Amministratur Ċentrali maħtur skond l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE biex ikun hemm verifika ta’ xi irregolaritajiet tat-trażazzjonijiet taħt id-Deċiżjoni proposta, u kwalunkwe kriterju introdott skond ftehim indipendenti ġdid dwar it-tibdil fil-klima.

Dan ikollu jkun awtomatiku u jiżgura li huwa possibbli li l-informazzjoni rilevanti tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

5.4. Metodi għall-implimentazzjoni (indikattivi)

X Ġestjoni ċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni

( indirettament permezz ta’ delega lil:

( Aġenziji eżekuttivi

( korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

( korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

( Ġestjoni maqsuma jew deċentralizzata

( ma’ Stati Membri

( ma’ pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Rimarki:

6. MONITORAĠĠ U VALUTAZZJONI

6.1. Sistema ta’ monitoraġġ

Il-kuntratti li tiffirma l-Kummissjoni għall-finijiet ta' l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni għandhom jipprovdu għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju min-naħa tal-Kummissjoni (jew ta' kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha) u għall-verifiki min-naħa tal-Qorti ta' l-Awdituri, jekk ikun meħtieġ fil-post stess.

6.2. Valutazzjoni

6.2.1. Valutazzjoni ex-ante

Ara l-valutazzjoni ta' impatt mehmuża ma’ din il-proposta. L-impatti ekonomiċi, soċjali, ambjentali u ta' saħħa tal-miżuri proposti ġew analizzati.

6.2.2. Miżuri li ttieħdu wara valutazzjoni intermedja/ex-post (tagħlimiet miksuba permezz ta’ esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Il-bidla proposta tar-reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet tqis it-tagħlimiet li ttieħdu mill-operat ta' din is-sistema fil-perjodu 2005 sa 2007.

6.2.3. Termini u frekwenza tal-valutazzjoni futura

Il-progress tal-ħidma ta’ l-implimentazzjoni ta’ din il-proposta u l-adegwatezza tar-riżorsi allokati jkunu vvalutati kull sena flimkien mal-pjan ta’ ġestjoni.

7. Miżuri kontra l-frodi

L-istandards ta' kontroll intern Nri 14, 15, 16, 18, 19, 20, u 21, u l-prinċipji mniżżla fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom jiġu applikati bis-sħiħ.

8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014+ |

Uffiċjali jew persunal temporanju[18] (XX 01 01) | A*/AD | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0.5 |

B*, C*/AST | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Persunal iffinanzjat[19] bl-Artikolu XX 01 02 |

Staff ieħor[20] iffinanzjat taħt l-Artikolu XX 01 04/05 |

TOTALI | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0.5 |

8.2.2. Deskrizzjoni ta’ kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni

- Issorvelja l-istabbiliment u ż-żamma ta’ reġistru Komunitarju dwar l-emissjonijiet mhux koperti taħt l-ETS ta’ l-UE fir-reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE.

8.2.3. Sorsi ta’ riżorsi umani (statutorji)

( Karigi attwalment allokati lit-tmexxija tal-programm li se jinbidlu jew jiġu estiżi

( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

X Karigi li se jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Karigi li jridu jerġgħu jimtlew permezz ta’ riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ tmexxija (tqassim intern mill-ġdid)

( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhumiex previsti fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena kkonċernata

8.2.4. Spejjeż amministrattivi oħra inklużi fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Spejjeż ta ġestjoni amministrattiva)

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Linja tal-baġit (Nru u intestatura) | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 u wara | TOTALI |

Għajnuna teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros |

Għajnuna teknika u amministrattiva totali |

8.2.5. L-ispejjeż finanzjarji tar-riżorsi umani u spejjeż finanzjarji relatati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Tip ta' riżorsi umani | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 u wara |

Uffiċjali u aġenti temporanji (XX 01 01) | 0.059 | 0.059 | 0.059 | 0.059 | 0.059 | 0.059 |

Persunal iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 02 (awżiljari, END, aġenti b'kuntratt, eċċ.) (indika l-linja tal-baġit) |

L-ispiża totali tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX inklużi fis-somma ta’ referenza) | 0.059 | 0.059 | 0.059 | 0.059 | 0.059 | 0.059 |

Kalkolu – Uffiċjali u aġenti temporanji |

Is-salarju standard għal uffiċjal 1A*/AD kif previst fil-Punt 8.2.1 huwa € 0.117 m. |

Kalkolu – L-impjegati iffinanzjati skond l-Artikolu XX 01 02 |

Mhux applikabbli |

8.2.6. Nefqiet amministrattivi oħra mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza EUR miljun (sa 3 punti deċimali) |

2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 u wara | TOTALI |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[22] |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta' informatika |

2 It-total ta’ nfiq ieħor ta’ ġestjoni (XX 01 02 11) |

3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva XX.010301 (it-tagħmir taċ-Ċentru tad-Dejta, in-nefqa għas-servizzi u l-operat taċ-Ċentru tad-Dejta). | 0.100 | 0.100 | 0.100 | 0.300 |

Infiq amministrattiv totali minbarra riżorsi umani u spejjeż relatati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza | 0.100 | 0.100 | 0.100 | 0.300 |

Kalkolu – Infiq amministrattiv ieħor li mhux inkluż fl-ammont ta' referenza |

Iż-żamma tas-Sistema ta’ l-IT fiċ-Ċentru tad-Dejta: € 100 000 kull sena mill-2012. L-ispejjeż inklużi hawnhekk jirrigwardaw iż-żamma tar-Reġistru CITL / Komunitarju mill-Kummissjoni, kif ukoll l-akkwist u ż-żamma ta’ l-istrumenti ta’ l-IT u l-komunikazzjoni meħtieġa għall-operat komplut tas-sistema. L-ispejjeż li jirrigwardaw l-iżvilupp u ż-żamma tas-sistema huma koperti bil-linja tal-baġit 07 03 07 (LIFE+) – ara t-taqsima 8.1. |

Il-ħtiġijiet għal riżorsi umani u amministrattivi għandhom ikunu koperti taħt l-allokazzjoni mogħtija lid-DĠ li jmexxi fil-qafas tal-proċedura għall-allokazzjoni annwali.

[1] ĠU L 33, 7.2.1994, p. 11.

[2] Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2004/101/KE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 18).

[3] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Il-bini ta' Alleanza Globali dwar it-Tibdil fil-Klima bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi fqar li qed jiżviluppaw li huma l-aktar vulnerabbli għat-tibdil fil-klima, COM(2007) 540 finali, 18.9.2007.

[4] ĠU C , , p. .

[5] ĠU C , , p. .

[6] ĠU C , , p. .

[7] ĠU C , , p. .

[8] ĠU L 33, 7.2.1994, p. 11.

[9] ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2004/101/KE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 18).

[10] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Il-bini ta' Alleanza Globali dwar it-Tibdil fil-Klima bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi fqar li qed jiżviluppaw li huma l-aktar vulnerabbli għat-tibdil fil-klima , COM(2007) 540 finali, 18.9.2007.

[11] ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1.

[12] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[13] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[14] Nefqa skond l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[15] Nefqa skond il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[16] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[17] Kolonni addizzjonali għandhom jiżdiedu fejn meħtieġ, jiġifieri jekk it-tul ta' l-azzjoni jaqbeż is-6 snin.

[18] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[19] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[20] Li l-ispiża tagħhom hija inkluża fl-ammont ta’ referenza.

[21] Għandha ssir riferenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija(i) Eżekuttiva(i) kkonċernata(i).

[22] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jappartjeni għalih.

Top