EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007DC0390

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - Il-ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet – Ġlieda kontra l-frodi – Rapport annwali 2006 [SEG(2007) 930] [SEG(2007) 938]

/* KUMM/2007/0390 finali */

52007DC0390




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 6.7.2007

KUMM(2007) 390 finali

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Il-ħarsien ta’ l-interes si finanzjarji tal-Komunitajiet – Ġlieda kontra l-frodi – Rapport annwali 2006 [SEG(2007) 930][SEG(2007) 938]

WERREJ

Introduzzjoni 4

1. Ir-riżultati tal-ġlieda kontra l-frodi: statistiċi li jikkonċernaw il-frodi u irregolaritajiet oħra 5

1.1. Statistiċi li jikkonċernaw il-frodi u irregolaritajiet oħra kkomunikati mill-Istati Membri fl-2006 5

1.1.1. Riżorsi proprji tradizzjonali 6

1.1.2. Spejjeż agrikoli (FAEGG - Garanzija) 7

1.1.3. Miżuri strutturali 8

1.1.4. Fondi ta’ qabel l-adeżjoni 9

1.2. Statistiċi li jikkonċernaw l-attività ta’ l-OLAF 10

2. Prevenzjoni tal-frodi 11

2.1. Analiżi u ġestjoni tar-riskju, sistemi ta’ kontroll 11

2.1.1. Il-miżuri li jittieħdu fil-qasam ta’ l-ispejjeż 11

2.1.2. Il-qasam tad-dwana 13

2.2. Id- databases ta’ esklużjoni, ta’ twissija jew ta’ affidabbiltà 14

2.2.1. Fil-livell Ewropew 14

2.2.2. Fl-Istati Membri 15

2.3. Għal aktar trasparenza fil-ġestjoni finanzjarja fil-livell Ewropew 18

2.4. Titjib tar-regoli tal-kontabilità u tal-kontroll għal dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni pożittiva 19

2.5. Il-programm Hercule għall-promozzjoni ta’ l-azzjonijiet fil-qasam tal-ħarsien ta’ l-interessi fnanzjarji Komunitarji 20

3. Il-ġlieda kontra l-frodi 20

3.1. L-iskoperta tal-frodi: il-mekkaniżmi ta’ twissija li jirrikorru għal informaturi interni ( whistleblowing ) 20

3.1.1. L-Istituzzjonijiet Ewropej 20

3.1.2. L-Istati Membri 21

3.2. Ir-riforma ta’ l-Uffiċċju Ewropew tal-Ġlieda kontra l-frodi (OLAF) 23

3.3. L-iżvilupp ta’ l-għajnuna reċiproka 23

3.4. Il-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni ta’ sigaretti 24

3.5. Il-ħarsien ta’ l-euro 25

3.6. Miżuri li ttieħdu minn ċerti Stati Membri fl-2006 25

4. L-irkupru 26

4.1. L-Agrikoltura 26

4.1.1. Il-ħidma tat-Task Force għall-Irkupru 26

4.1.2. Korrezzjonijiet finanzjarji 27

4.2. Fondi strutturali 27

4.3. Riżorsi proprji 29

4.4. L-irkupru wara investigazzjoni ta’ l-OLAF 29

4.5. Il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali rigward l-irkupru tal-fondi Ewropej 30

Introduzzjoni

Il-ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji Komunitarji u l-ġlieda kontra l-frodi jiffurmaw qasam mir-responsabbiltà maqsuma bejn il-Komunità u l-Istati Membri. Il-Kummissjoni tipprepara kull sena, b’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri, rapport li jippreżenta l-miżuri l-ġodda meħuda sabiex jissodisfaw l-obbligi previsti fl-Artikoli 280 tat-Trattat tal-KE. Dan ir-rapport huwa indirizzat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u huwa ppubblikat.

Minbarra ħarsa ġenerali lejn il-miżuri meħuda fl-oqsma differenti, ġie miftiehem bi qbil komuni ma’ l-Istati Membri li jiġu ppreżentati erba’ suġġetti speċifiċi: l-analiżi u l-ġestjoni tar-riskju, id- databases ta’ esklużjoni u ta’ twissija, il-mekkaniżmi ta’ twissija permezz ta’ informatur intern u l-mekkaniżmi ta’ rkupru permezz ta’ kumpens.

L- ewwel punt tar-rapport jiġbor ir- riżultati ta’ l-istatistiċi li jikkonċernaw il-każijiet ta’ irregolaritajiet li ġew komunikati mill-Istati Membri skond ir-regolamenti settorjali, u jippreżenta xi ċifri li jirrigwardaw l-attività ta’ ħidma ta’ l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF).

It- tieni punt jittratta l-miżuri meħuda mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-livell tal- ħarsien kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra. Dan il-punt jinkludi wkoll it-tema ta’ l-analiżi u l-ġestjoni tar-riskju , u d- databases ta’ esklużjoni u ta’ twissija .

It- tielet punt jiġbor il-miżuri meħuda fil- ġlieda kontra l-frodi . Dan il-punt jinkludi wkoll kapitolu dwar il- mekkaniżmi ta’ twissija permezz ta informatur intern .

Ir- raba’ punt jippreżenta l-miżuri meħuda sabiex ikun hemm titjib fl-irkupru ta’ l-ammonti mhux miġbura jew imħallsa meta mhux dovuti. Dan il-punt jinkludi kapitolu dwar il-mekkaniżmi ta’ l-irkupru permezz ta’ kumpens bħala dritt nazzjonali.

Ir-rapport jagħti biss sommarju tal-miżuri meħuda u tar-riżultati miksuba. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tippubblika żewġ dokumenti ta’ ħidma, wieħed li jippreżenta inventarju tal-kontribuzzjonijiet ta’ l-Istati Membri[1], u l-ieħor li jippreżenta l-istatistiċi ta’ l-irregolaritajiet ikkomunikati mill-Istati Membri[2].

Ir-rapporti tas-snin preċedenti huma disponibbli fuq is-sit ta’ l-internet ta’ l-OLAF[3].

1. IR-RIżULTATI TAL-ġLIEDA KONTRA L-FRODI: STATISTIċI LI JIKKONċERNAW IL-FRODI U IRREGOLARITAJIET OħRA

1.1. Statistiċi li jikkonċernaw il-frodi u irregolaritajiet oħra kkomunikati mill-Istati Membri fl-2006

Il-ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji huwa qasam ta’ responsabbiltà maqsuma. Fl-oqsma fejn l-Istati Membri jeżegwixxu l-baġit (il-politika agrikola, il-Fondi Strutturali, il-fondi ta’ qabel l-adeżjoni) u għall-ġbir tar-riżorsi proprji Komunitarji, il-leġiżlazzjoni Komunitarja tobbliga lill-Istati Membri sabiex jikkomunikaw is-suspetti ta’ frodi u irregolaritajiet oħra li jikkostitwixxu ħsara għall-interessi finanzjarji. L-ispejjeż ġestiti mill-Istati Membri jirrappreżentaw madwar 80% tal-baġit Komunitarju.

Id-dokument tas-servizzi tal-Kummissjoni “L-evalwazzjoni statistika ta’ l-irregolaritajiet”, ippubblikat fl-istess żmien ma’ dan ir-rapport, jippreżenta analiżi fil-fond ta’ l-istatistiċi miksuba fuq il-bażi ta’ dawn il-komunikazzjonijiet irċevuti. Dan ir-rapport ma jinkludix statistiċi li jikkonċernaw l-irregolaritajiet innutati fil-qasam ta’ l-ispejjeż direttament irregolati mill-Komunitajiet, imma l-Kummissjoni ħadet il-miżuri neċessarji sabiex dawn jiġu ppreżentati minn issa ’l quddiem.

It-tabella 1 tiġbor in-numru ta’ irregolaritajiet ikkomunikati kif ukoll l-ammonti totali konċernati għal kull settur.

Tabella 1 – In-numru ta’ irregolaritajiet u ammonti totali – sena 2006

TOTAL 2006 |

Qasam | Numru ta’ irregolaritajiet ikkomunikati | L-impatt finanzjarju totali stmat mill-irregolaritajiet, inkluż is-suspetti ta’ frodi (ammonti totali f’miljuni ta’ €) | L-impatt finanzjarju stmat mis-suspetti ta’ frodi biss (ammonti totali f’miljuni ta’ €) |

Riżorsi proprji | 5 243 | 353 | 134.39 (~0,94 % ta’ l-ammont totali tar-riżorsi proprji fl-2006[4]) |

FAEGG- Garanzija | 3 249 | 87 | 29.8 (~0,06 % ta’ l-ammont totali ta’ fondi allokati) |

Fondi strutturali u Fondi ta’ koeżjoni | 3 216 | 703 | 157.56 (~0,41 % ta’ l-ammont totali tal-fondi allokati) |

Fondi ta’ qabel l-adeżjoni | 384 | 12.32 | 1.57 (~0,03 % tal-fondi allokati[5]) |

Total | 12 092 | 1 155.32 | 323.32(~0,94% ta’ l-ammont totali tar-riżorsi proprji u ~0.2% ta’ l-ammont totali ta’ l-ispejjeż fit-tliet oqsma[6]) |

1.1.1. Riżorsi proprji tradizzjonali

In-numru ta’ każijiet ta’ frodi u irregolaritajiet innutati li ġie kkomunikat (każijiet superjuri għal €10 000 ) naqas bi 12 % fl-2006 meta mqabbel ma’ l-2005 (minn 5,943 għal 5,243), imma t-total konċernat mill-irregolaritajiet żdied b’7 % (minn €328 miljun għal €353 miljun[7]). Is-suspetti ta’ frodi jirrappreżentaw madwar 22 % tal-każijiet ta’ irregolaritajiet ikkomunikati (l-impatt finanzjarju stmat huwa ta’ madwar €134.39 miljun, jiġifieri madwar 0.94 % tar-riżorsi proprji fl-2006, kontra €105.3 miljun, jiġifieri madwar 0.85% tar-riżorsi proprji fl-2005). Il-grafika 1 turi t-tendenzi tan-numru ta’ irregolaritajiet ikkomunikati matul l-aħħar ħames snin u l-impatt finanzjarju stmat tagħhom.

Il-livell bażiku tan-numru ta’ każijiet, aktar għoli milli fl-2003, jista’ jispjega ruħu permezz ta’ komunikazzjonijiet aktar numerużi ta’ każijiet min-naħa ta’ l-Istati Membri, minħabba r-reġistrazzjoni ta’ każijiet għal ħidmiet ta’ transitu approvati tard u minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda. In-numru u l-proporzjon ta’ ħidmiet ta’ transitu approvati tard naqas meta mqabbel ma’ l-2005 (b’aktar minn terz)[8].

Il-prodotti l-aktar affetwati mill-irregolaritajiet fl-2006 huma, bħal fis-snin ta’ qabel, il-prodotti tat-tabakk u s-settijiet tat-televiżjoni. Is-settur taz-zokkor tilef mill-importanza meta mqabbel ma’ l-2005, kif ġara fis-setturi tal-prodotti tas-sajd, tal-ħġieġ u x-xogħol fil-ħġieġ, u ta’ l-istrumenti ottiċi, filwaqt li s-setturi tal-laħam, tal-muturi u l-komponenti tagħhom, tal-prodotti inorganiċi, taż-żjut u x-xaħam raw żjieda. Is-settur tat-tessuti baqa’ relattivament stabbli, u tela’ għal drittijiet ta’ €10.3 miljun.

Grafika 1: In-numru ta’ irregolaritajiet ikkomunikati u l-impatt finanzjarju stmat fil-qasam tar-riżorsi proprji tradizzjonali – snin 2002 - 2006 (ammonti totali f’miljuni ta’ €)

[pic]

1.1.2. Spejjeż agrikoli (FAEGG - Garanzija)

Fl-2006, in-numru ta’ irregolaritajiet ikkomunikati żdied bi 3 % meta mqabbel mas-sena ta’ qabel (3,249 każ fl-2006). L-ammont totali konċernat fl-2006 (€87 miljun) naqas bi 15 %, jiġifieri madwar 0.17 % tat-total tal-krediti maħsuba għas-sezzjoni “Garanzija” ta’ l-FAEGG (€49 742 miljun għall-2006). Is-suspetti ta’ frodi jikkonċernaw madwar 10 % tal-każijiet ta’ irregolaritajiet ikkomunikati (€29.8 miljun, jiġifieri madwar 0.06 % tat-total tal-krediti, mqabbla ma’ €21.5 miljun, jiġifieri 0.05% fl-2005).

L-akbar numru ta’ każijiet komunikati jirrigwarda l-iżvilupp rurali, is-settur tal-bovini u dak tal-“frott u l-ħxejjex”. Dawn it-tliet setturi jirrappreżentaw flimkien madwar 60 % tan-numru totali ta’ irregolartajiet ikkomunikati u kważi 70 % ta’ l-ammont totali kkonċernat.

Fil-qasam ta’ l-ispejjeż agrikoli, regolament adottat mill-Kummissjoni[9] fl-2006 jissemplifika l-proċeduri ta’ komunikazzjoni ta’ l-irregolaritajiet mill-bidu ta’ l-2007. Minn issa ’l quddiem, l-ammont ta’ bażi li minnu l-Istati Membri jridu jikkomunikaw l-irregolaritajiet lill-Kummissjonj huwa skond dak tal-Fondi Strutturali (€10,000).

Grafika 2: In-numru ta’ irregolaritajiet ikkomunikati u l-impatt finanzjarju stmat fil-qasam ta’ l-ispejjeż agrikoli - snin 2002 – 2006 (ammonti totali f’miljuni ta’ €)

[pic]

1.1.3. Miżuri strutturali

Fil-qasam tal-Fondi Strutturali, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw serje ta’ regolamenti għall-perjodu l-ġdid ta’ programmazzjoni 2007-2013. Ir-regoli relattivi għall-obbligu li jiġu notifikati l-irregolaritajiet lill-Kummissjoni ġew osservati. Ir-regolamenti l-antiki jibqgħu japplikaw fil-qafas tal-perjodi l-antiki tal-programmazzjoni.

Fl-2006, in-numru ta’ irregolaritajiet ikkomunikati (3,216 każ, inklużi għall-Fond tal-Koeżjoni) naqas b’10 % meta mqabbla mas-sena ta’ qabel (3,750 każ), filwaqt li l-impatt finanzjarju tagħhom (€703 miljuni) żdied bi 17 %. L-impatt finanzjarju stmat mill-irregolaritajiet ikkomunikati fl-2006 jirrappreżenta madwar 1.83 % tal-krediti intiżi għall-Fondi Strutturali u tal-Koeżjoni (€38.430 biljun) għall-2006, is-suspetti ta’ frodi jikkorrispondu għal madwar 16.6 % ta’ l-impatt finanzjarju ta’ l-irregolaritajiet ikkomunikati (€157.56 miljun, jiġifieri kważi 0.41 % tat-total tal-krediti allokati, meta mqabbla ma’ €205 miljuni, jiġifieri 0.53% fl-2005). L-impatt finali mhux ser ikun magħruf sakemm ma l-programmi kollha ma jkunux magħluqa.

Bħal fis-snin ta’ qabel, l-akbar numru ta’ irregolaritajiet ġie kkomunikat mill-ERDF u l-ESF (madwar 75 % ta’ l-irregolaritajiet). In-numru ta’ irregolaritajiet ikkomunikati għall-FAEG-Gwida zdied bi 38 %, dak ta’ l-oqsma tal-Fondi tal-Koeżjoni u IFGS baqa’ stabbli.

Grafika 3: In-numru ta’ irregolaritajiet ikkomunikati u l-impatt finanzjarju stmat fil-qasam ta’ l-azzjonijiet strutturali - snin 2002 – 2006 (ammonti totali f’miljuni ta’ €)

[pic]

1.1.4. Fondi ta’ qabel l-adeżjoni

In-numru totali ta’ irregolaritajiet relattivi għall-fondi PHARE, SAPARD u ISPA għall-2006 żdied bi 13.6 % (384, mqabbla ma’ 338 fl-2005). L-impatt finanzjarju stmat ta’ l-irregolaritajiet żdied għal PHARE u SAPARD, imma naqas għal ISPA (dan għadda minn €6.9 miljun fl-2005 għal 1.2 miljun fl-2006). Għall-2006, l-ammont totali ta’ irregolaritajiet ikkomunikati żdied b’26 % (€12.318 miljun meta mqabbla ma’ 16.7 miljun fl-2005), li jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għal 2.8 % ta’ l-ammonti totali eliġibbli għat-tliet fondi. Is-suspetti ta’ frodi r rappreżentaw madwar 14.63 % tas-somom irregolari kkomunikati. L-impatt finanzjarju stmat huwa ta’ €1.57 miljun. L-impatt finanzjarju tal-frodi kkomunikat għall-perjodu 2000-2006 jikkorrispondi għal 0.03 % tat-total tal-fondi allokati għat-tliet fondi matul dan il-perjodu.

It-tip ta’ irregolarità l-aktar frekwenti għal kull wieħed mill-fondi ta’ qabel l-adeżjoni kien l-“ispiża mhux eliġibbli”[10]. Għal PHARE, it-tieni tip ta’ irregolarità l-aktar frekwenti kienet l-“ispiża mhux iġġustifikata”[11].

Grafika 4: In-numru ta’ irregolaritajiet ikkomunikati u l-impatt finanzjarju stmat fil-qasam tal-fondi ta’ qabel l-adeżjoni – snin 2002 – 2006 (ammonti totali f’eluf ta’ €)

[pic]

1.2. Statistiċi li jikkonċernaw l-attività ta’ l-OLAF

In-numru ta’ inkjesti miftuħa mill-OLAF wara l-evalwazzjoni ta’ l-informazzjoni li ġiet irċevuta naqas (195 fajl miftuħ fl-2006, mqabbla ma’ 214 fl-2005). Id-deċiżjoni li tinfetaħ inkjesta tistrieħ fuq evalwazzjoni preliminari.

Grafika 5: Fajls miftuħa wara l-evalwazzjoni ta’ l-informazzjoni li ġiet irċevuta

[pic]

B’kollox, fil-31 ta’ Diċembru 2006, kien hemm 430 inkjesta għaddejjin, ċifra li tista’ titqabbel ma’ dik ta’ l-2005 (452 inkjesta għaddejjin sal-31 ta’ Diċembru 2005).

Tabella 2: Fajls għaddejjin fil-31 ta’ Diċembru 2006 għal kull settur u l-impatt finanzjarju tagħhom

Settur | Fajls għaddejjin fil-31 ta’ Diċembru 2006 | Impatt finanzjarju stmat (f’miljuni ta’ €) |

Agrikoltura | 65 | 202.7 |

Fondi Strutturali | 46 | 192.9 |

Dwana | 111 | 748.9 |

Spejjeż diretti | 118 | 293.4 |

Inkjesti interni | 91 | 301 |

Total | 431 | 1,738.8 |

Għal aktar dettalji li jikkonċernaw l-inkjesti ta’ l-OLAF u tqabbil mas-snin ta’ qabel, ara r-rapport ta’ l-OLAF[12].

2. PREVENZJONI TAL-FRODI

2.1. Analiżi u ġestjoni tar-riskju, sistemi ta’ kontroll

Evalwazzjoni u ġestjoni adattati tar-riskju, kif ukoll elementi ta’ sistema ta’ kontroll tajjeb, jikkontribwixxu sabiex jassiguraw li l-flus ta’ dawk li jħallsu t-taxxi jintnefqu b’mod effikaċi. Dan il-qasam fil-fatt qiegħed jiġi żviluppat kemm fil-livell tal-Kummissjoni u kemm f’dak ta’ l-Istati Membri, bl-iskop ta’ ħarsien proattiv ta’ l-interessi finanzjarji Komunitarji, ta’ prevenzjoni u ta’ azzjonijiet immirati.

2.1.1. Il-miżuri li jittieħdu fil-qasam ta’ l-ispejjeż

Il-ġestjoni tar-riskji ilha tintuża mill-Kummissjoni għal diversi snin, f’kuntest aktar wiesa’ mill-qasam strett ta’ l-ispejjeż. Wara l-għarfien tan-neċessità li titwaqqaf metodoloġija komuni ta’ ġestjoni tar-riskji[13], il-Kummissjoni ħadet ċertu numru ta’ miżuri li bdew mill-2006[14]. L-għan huwa li jittejjeb il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, li titkabbar l-effikaċja u li tissaħħaħ l-affidabbiltà tas-sistemi ta’ ġestjoni. F’dan il-kuntest, is-servizzi jiddisponu minn metodoloġija komuni sabiex janalizzaw ir-riskji u jagħżlu risposta adattata. Struttura li taħseb sabiex ittejjeb il-ġestjoni tar-riskji li tmiss diversi servizzi u li tista’ tkun immexxija b’mod aktar effikaċi permezz ta’ grupp ta’ servizzi kienet is-suġġett ta’ eżerċizzju pilota fit-tmiem ta’ l-2006 u ser issir permanenti fl-2007.

Fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri kollha jiddisponu, fil-proċeduri tal-baġit tagħhom, minn regoli maħsuba sabiex jgħinu lill-amministraturi sabiex jevalwaw u jamministraw ir-riskji finanzjarji assoċjati ma’ l-għotja ta’ għajnuna jew ta’ akkwist pubbliku, partikolarment sabiex tiġi verifikata l-affidabbiltà tal-benefiċjarji potenzjali[15].

Ir-regoli finanzjarji ġodda adottati fl-2006[16] jistipulaw li l-ammnistrazzjonijiet nazzjonali jwaqqfu sistemi ta’ kontroll interni effikaċi u jipproċedu għall-kontrolli neċessarji fuq il-fondi ta’ l-UE li huma jassiguraw il-ġestjoni tagħhom. Dan jinkludi eżiġenzi ta’ informazzjoni u rapport annwali dwar il-kontrolli u l-verifiki.

Madwar nofs l-Istati Membri jiddisponu minn direzzjonijiet nazzjonali ġenerali (istruzzjonijiet jew prattika tajba)[17] jew regoli relattivi għall-evalwazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju f’oqsma speċifiċi[18].

Disa’ Stati Membri jiddisponu minn għodda partikolari għall-evalwazzjoni tar-riskju li jippreżentaw il-benefiċjarji ġodda tal-fondi pubbliċi. Pereżempju fl- Irlanda, informazzjoni supplementari li għadha mhix disponibbli għall-kandidati l-ġodda tista’ tintalab fl-istadju ta’ l-evalwazzjoni għall-għotja tas-sussidji. Fil- Polonja , dawk li jibbenefikaw mill-PAK għall-ewwel darba huwa aktar probabbli li jintgħażlu sabiex isir kontroll fuq il-post.

L-identifikazzjoni ta’ benefiċjarju bħala benefiċjarju riskjuż jista’ jwassal għal kontrolli aktar stretti min-naħa ta’ l-awtorità tal-ġestjoni[19] jew għall- bżonn sistematiku ta’ garanziji speċifiċi [20].

Meta jingħata sussidju jew akkwist pubbliku (fil-livell nazzjoniali jew Komunitarju), l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jimponu lill-kandidati li jippreżentaw id-dokumenti rilevanti fejn jiddikjaraw li huma jissodisfaw il-kriterji. F’ċerti Stati Membri, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom aċċess għal databases speċifiċi (direttament jew indirettament) sabiex jivverifikaw l-eżattezza tad-dikjarazzjonijiet magħmula mill-kandidati; dan jinvolvi l-aktar databases dwar is-sistema tat-taxxa (aċċessibbli f’aktar min-nofs l-Istati Membri[21]), dwar l-istabbilimenti ta’ kreditu[22] u dwar il-persuni u l-intrapriżi li huma suġġetti għal sanzjonijiet fi proċeduri amministrattivi[23] jew penali[24]. Fl-Ungerija, liġi ta’ l-2006 ħolqot reġistru ġdid għall-ħarsien ta’ kredituri, bl-iskop li jipprovdi informazzjoni kompleta u aġġornata rigward is-solvibbilità u l-miżuri meħuda minn tribunal f’każ ta’ soċjetà rreġistrata.

2.1.2. Il-qasam tad-dwana

L-awtoritajiet tad-dwana nazzjonali ilhom jużaw l-analiżi tar-riskju sabiex jidentifikaw l-attivitajiet illegali possibbli u sabiex jimmiraw aħjar il-kontrolli tagħhom. Matul is-snin, l-effikaċja ta’ l-azzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali setgħet tittejjeb bis-saħħa ta’ koordinazzjoni fil-livell Ewropew.

Sabiex tiġġieled aħjar kontra l-frodi li jaffetwa s-sistema ta’ transitu, fl-1997 il-Kummissjoni ppreżentat “pjan ta’ azzjoni għat-transitu fl-Ewropa”[25] u, fl-2001, din waqqfet qafas regolamentari rivedut, li kien jinkludi b’mod partikolari t-twaqqif ta’ sistema ġdida ta’ transitu kompjuterizzata (NCTS). B’riżultat tar-rapport speċjali Nru 11/2006 tal-Qorti ta’ l-Awdituri, il-Kummissjoni ħadet il-miżuri neċessarji sabiex mill-bidu ta’ l-2007, hi tkun tista’ jkollha aċċess għall-informazzjoni NCTS rigward l-oġġetti sensittivi ħalli tkun tista’ tanalizza r-riskju, sabiex tkun tista’ ssir promozzjoni ta’ l-istrateġiji ta’ kontroll fiżiku mmirati lejn merkanzija fi transitu.

Il-Kummissjoni kompliet ukoll ittejjeb is-sistema “ConTraffic”, li tippermetti ħarsa globali lejn il-moviment ta’ merkanzija f’kontejners. Din is-sistema tippermetti li jiġi segwit l-itinerarju ta’ kontejner sabiex tkun possibbli l-identifikazzjoni ta’ kunsinni potenzjalment suspettużi. Bis-saħħa ta’ interface ġdida fuq l-internet li bdiet taħdem fl-2006, u database li s’issa tinkludi aktar minn 220 miljun reġistrazzjoni għal aktar minn 4.4 miljun kontejner, is-sistema setgħet tintuża b’suċċess mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex ikunu jistgħu jiġġieldu aħjar kontra l-frodi, partikolarment fil-qafas tal-ħidmiet tad-dwana konġunti mwettqa fl-2006.

F’Diċembru 2006, il-Kummissjoni adottat regolament[26] li jimmodifika ċerti dispożizzjonijiet ta’ l-applikazzjoni tal-kodiċi tad-dwana Komunitarja. Ir-regolament jipprevedi l-applikazzjoni ta’ kriterji komuni ta’ riskju, oqsma ta’ kontroll prijoritarji, kif ukoll normi għall-applikazzjoni armonizzata tal-kontrolli tad-dwana f’każijiet partikolari.

2.2. Id- databases ta’ esklużjoni, ta’ twissija jew ta’ affidabbiltà

2.2.1. Fil-livell Ewropew

Fl-2006, il-Kummissjoni rrivediet is-sistemi ta’ twissija u ta’esklużjoni[27], sabiex tkun tista’ tamministra aħjar ċerti riskji marbuta partikolarment mal-ħidma ta’ l-akkwisti pubbliċi u sabiex tħares aħjar l-interessi finanzjarji Komunitarji. F’dan il-qafas, ġiet organizzata taħdita ( Round Table ) f’Jannar ta’l-2006 minn OLAF u Transparency International (TI) dwar il-mezzi għall-ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji ta’ l-UE permezz ta’ sistemi ta’ esklużjoni[28].

L-Artikolu 95 tar-Regolament Finanzjarju, hekk kif emendat fl-2006, jipprevedi t-twaqqif ta’ database ċentrali, komuni għall-istituzzjonijiet, għall-aġenziji eżekuttivi u għall-entitajiet stipulati fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, ta’ organizzazzjonijiet esklużi mill-akkwisti u mis-sussidji ffinanzjati mill-baġit Ewropew. Din id- database ser tinkludi l-informazzjoni kollha pertinenti dwarl-entitajiet ikkundannati għal frodi jew korruzzjoni fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi li qed jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ l-UE. Din ser tkun ipprovduta b’informazzjoni li ġejja minn imsieħba u tista’ tiġi kkonsultata wkoll mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri li jipparteċipaw fit-twettiq tal-baġit Komunitarju[29].

Il-Kummissjoni diġà għandha database interna ta’ avviż bikri (EWS – Early Warning System ), li tinkludi informazzjoni dwar il-fondi amministrati direttament mill-Kummissjoni, fir-rispett tar-regoli li jikkonċernaw il-ħarsien ta’ l-informazzjoni personali.

Il-Kummissjoni tamministra wkoll database li tidentifika l-operaturi ekonomiċi riskjużi fil-qasam speċifiku tal-FAEGG sezzjoni “garanzija”, mgħejjuna mill-Istati Membri. Fit-tieni rapport dwar l-implimentazzjoni tar-regolament li jistabbilixxi din is-sistema[30], il-Kummissjoni tagħmel parti mill-problemi li nqalgħu waqt l-implimentazzjoni tar-regolament, kif ukoll in-numru limitat ta’ irregolaritajiet iddikjarati, problemi ta’ interpretazzjoni ta’ l-opinjonijiet ġuridiċi, kif ukoll il-biża’ ta’ l-Istati membri li jesponu ruħhom għal proċeduri quddiem il-liġi nazzjonali min-naħa ta’ l-operaturi rreġistrati.

Minbarra d- databases ta’ esklużjoni, jeżistu wkoll databsases tal-benefiċjarji affidabbli li jikkontribwixxu għal evalwazzjoni aħjar tar-riskju. B’hekk, ir-regolament li jemenda d-dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-kodiċi tad-dwana Komunitarja[31] jistipula l-għotja ta’ l-istat ta’ operatur ekonomiku kif miftiehem lill-operaturi affidabbli li jissodisfaw ċerti kriterji u li jibbenefikaw mis-simplifikazzjonijiet previsti mir-regolament tad-dwana u/jew ta’ faċilitajiet fir-rigward ta’ kontrolli tad-dwana.

2.2.2. Fl-Istati Membri

Iż-żewġ Direttivi “akkwisti pubbliċi” ta’ l-2004[32] jistipulaw l-obbligu għall-Istati Membri li jeskludu lill-operaturi ekonomiċi li jkunu ħatja ta’ parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, ta’ korruzzjoni jew ta’ frodi għad-detriment ta’ l-interessi finanzjarji tal-KE jew ta’ ħasil ta’ kapital, meta dawn ikunu suġġetti għal kundanna ddikjarata minn ġudizzju definittiv. Id-direttivi jistipulaw ukoll il-possibbiltà li jiġi eskluż operatur ekonomiku fi stat ta’ falliment, ta’ likwidazzjoni, ta’ tmiem ta’ attivitajiet jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, li kien suġġett għal ġudizzju ta’ reat li jaffetwa l-moralità professjonali tiegħu, li wettaq reat professjonali gravi, jew li ma ħallasx il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew it-taxxa.

Flimkien ma’ l-evoluzzjonijiet reċenti fis-sistemi ta’ avviż bikri u ta’ esklużjoni (il-listi s-suwed), l-Istati Membri ġew mistiedna sabiex jindikaw id-databases tagħhom dwar il-benefiċjarji riskjużi (jekk dawn għandhom tali databases ) u sabiex jiddiskrivu waħda minnhom f’aktar dettall. Jaqbel li jkun enfasizzat li l-fatt li nofs l-Istati Membri[33] ma kellhomx tali database ma jfissirx li dawn m’għandhomx miżuri jew regoli fis-seħħ li jippermettu l-identifikazzjoni tal-benefiċjarji riskjużi (ara l-punt 2.1.1.).

Kważi d- databases kollha deskritti għandhom l-għan ta’ prevenzjoni (sistema ta’ avviż kmieni)[34]. Il-fatt li wieħed ikun inkluż fid- database jimplika pereżempju l-bżonn ta’ garanziji speċifiċi jew ta’ kontrolli stretti. Sebgħa minn dawn id- databases [35] huma wkoll (jew biss) iddedikati għal sanzjonijiet , jiġifieri li l-inklużjoni fid- database timplika, jew tista’ timplika, pereżempju l-esklużjoni minn proċeduri ta’ għotja ta’ l-akkwisti pubbliċi jew minn sussidji pubbliċi matul perjodu definit.

Id- databases kollha jinkludu informazzjoni dwar il- persuna legali responsabbli mill-irregolarità msemmija, u l-parti l-kbira tad- databases għandhom ukoll informazzjoni dwar il- persuni fiżiċi implikati (pereżempju il-persuni li tkun wettqet l-irregolarità jew il-kap ta’ l-intrapriża)[36]. Sitt databases jinkludu wkoll informazzjoni dwar il-persuni legali marbuta mal-persuna legali responsabbli mill-irregolarità (kumpanija holding , sussidjarja, eċċ.)[37].

Għad- databases kollha fil-qasam tat- taxxa [38] , il-fatt li l-benfiċjarju ma jkunx aġġorna fil-pagamenti tal-kontribuzzjonijiet tat-taxxa tiegħu jew tas-sigurtà soċjali huwa raġuni għar-reġistrazzjoni fid- database . Ċerti databases jirreġistraw ukoll lill-benefiċjarji li għandhom xi dejn[39], dawk li tkun għaddejja sanzjoni amministrattiva kontrihom[40] jew li jkunu ġew ordnati li jħallsu penali amministrattiva[41], dawk imfittxija għal infrazzjonijeit finanzjarji[42] jew iddikjarati ħatja ta’ infrazzjonijiet finanzjarji (fl-ewwel jew fl-aħħar grad)[43]. Fil-parti l-kbira tal-każijiet, hija l-awtorità fiskali li tiddeċiedi li tinkludi lil benefiċjarju fid- database , jew li tneħħih minnha[44].

Fir-rigward tad- databases fil-qasam ta’ l- akkwisti pubbliċi [45], fl-Awstrija l-benefiċjarji huma rreġistrati f’din id- database jekk huma ordnati li jħallsu penali amministrattiva. Fil-Ġermanja, il-benefiċjarji huma rreġistrati fir-reġistru ta’ korruzzjoni meta jkun kellhom iħallsu penali amministrattiva jew jekk ikunu ġew iddikjarati ħatja ta’ infrazzjonijiet finanzjarji fl-aħħar grad. L-aktar database voluminuża jidher li hija dik li tikkonċerna x-xogħolijiet pubbliċi fl-Italja, fejn kull waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija aktar ’il fuq tikkostitwixxi raġuni għar-reġistrazzjoni. Il-benefiċjarji huma rreġistrati wkoll fid- database jekk dawn ma jkunux irrispettaw l-obbligi tagħhom matul l-għotja ta’ sussidju jew ta’ akkwist pubbliku.

Ir-raġuni prinċipali li għaliha benefiċjarju jiġi rreġistrat fid- databases dwar l- għajnuna finanzjarja [46] hija n-nuqqas ta’ rispett ta’ l-obbligi meta jingħataw sussidju[47]. Fost ir-raġunijiet l-oħra, wieħed isib ukoll proċeduri li jkunu għaddejjin għal infrazzjoni finanzjarja[48] jew kundanna definita għal infrazzjoni finanzjarja[49].

Ir- raġunijiet prinċipali li jiġġustifikaw it-tneħħija ta’ benefiċjarju mid- database jistgħu jkunu: it-tmiem taż-żmien[50], bidla mis-sitwazzjoni inizjali[51] jew il-kostatazzjoni, fit-tmiem ta’ inkjesta, li ma jkunx hemm irregolarità[52]. F’żewġ każijiet, it-tneħħija mid-database ma tkunx possibbli[53].

F’dak li jirrigwarda d-dritt għad-difiża , f’sitt Stati Membri, il-benefiċjarji jiġu infurmati bl-inklużjoni tagħhom fid- database [54]. Kultant ikun possibbli li jsir appell għal din l-inklużjoni[55]. Il-proċeduri ta’ appell jistgħu jkunu amministrattivi[56] jew ġudizzjarji[57].

Il-parti l-kbira tad- databases huma ċentralizzati [58], l-oħrajn huma amministrati fil-livell lokali. Erba’ databases huma aċċessibbli għal awtoritajiet oħra barra dawk li jamministrawhom[59]. Fi tliet Stati Membri, id- database hija aċċessibbli wkoll għal awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra, għal pajjiżi terzi jew għal organizzazzjonijiet internazzjonali li jikkonformaw għal regoli ekwivalenti fil-qasam tal-ħarsien tad- data u li jitolbu dan l-aċċess[60]. Ħlief fl-Iżvezja, id- databases mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku.

Aktar min-nofs l-Istati Membri[61] indikaw li huma għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar il- ħarsien tad-data personali li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet Komunitarji f’dan il-qasam (pereżempju ta’ garanziji kostituzzjonali).

L-Istati Membri semmew diversi problemi li ltaqgħu magħhom matul it-twaqqif jew it-tħaddim tad- databases , pereżempju bażi ġuridika mhux adattata[62], in-neċessità li tiġi ġġustifikata l-eżistenza ta’ database permezz ta’ għan ġuridiku preċiż[63], dubji fir-rigward ta’ l-informazzjoni dwar il-persuni legali u fiżiċi li jistgħu jiġu ppubblikati fis-sistema[64], problemi tekniċi sabiex database tkun tista’ tiġi kollegata ma’ databases oħra[65], problemi ta’ identifikazzjoni ta’ soċjetà meta din timmodifika l-forma ġuridika tagħha[66], u t-tfittxija ta’ l-informazzjoni kollha disponibbli sabiex tiġi ttrattata l-kumplessità ta’ l-evalwazzjoni tar-riskji[67]. Il-problemi nnutati huma simili għal dawk deskritti fit-tieni rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-regolament li jistabbilixxi sistema ta’ identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi riskjużi fil-qasam ta’ l-FAEGG sezzjoni “garanzija”[68].

Jeżistu wkoll miżuri (strumenti) applikabbli għall-benefiċjarji affidabbli, bħal database speċifika dwar il-benefiċjarji affidabbli (“lista bajda”), sistema ta’ ċertifikazzjoni jew evalwazzjoni kwalitattiva tar-riżultati.

Fil-Ġermanja (Berlin), soċjetajiet li jkunu wrew il-kapaċitajiet tekniċi tagħhom, l-effikaċja tagħhom u l-affidabbiltà tagħhom jistgħu jitolbu li jiġu inklużi f’ reġistru ta’ intraprendituri u ta’ fornituri fil-qasam tal-kostruzzjoni . Is-soċjetajiet li jkunu wettqu infrazzjonijiet jitneħħew mir-reġistru għal ċertu perjodu u jistgħu jiġu esklużi mill-proċeduri ta’ għotja ta’ akkwisti pubbliċi.

Fl-Italja, kull intrapriża li teżegwixxi kuntratti ta’ xogħolijiet pubbliċi ta’ valur superjuri għal €150,000 irid ikollha ċertifikat. Is-soċjetajiet “kwalifikati” huma inklużi f’ reġistru kompjuterizzat fl-Osservatorju tax-Xogħolijiet Pubbliċi. Huwa neċessarju wkoll ċertifikat (awtorizzazzjoni) fir-rigward tal-leġiżlazzjoni kontra l-mafja.

Għalkemm il-varjetà tad- databases ippreżentati hawn fuq ma tippermettix li jinkiseb mudell dominanti fl-Istati Membri, l-eżempji pprovduti juru l-possibbiltajiet li jeżistu f’dan il-qasam. Dan l-inventarju jippermetti wkoll lill-Kummissjoni li teżamina jekk il-politika Ewropea tagħha ta’ avviż bikri u ta’ lista sewda għandhiex tittejjeb u li tara kif ir-regoli u l-proċeduri jistgħux isiru aktar ċari u aktar trasparenti.

2.3. Għal aktar trasparenza fil-ġestjoni finanzjarja fil-livell Ewropew

Wara l-inizjattiva Ewropea ta’ trasparenza[69], il-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 30 il-ġdid tar-regolament finanzjarju jistipula minn issa ’l quddiem it-trasparenza fir-rigward tal-benefiċjarji ta’ fondi li ġejjin mill-baġit Komunitarju, ikun xi jkun il-metodu ta’ ġestjoni ta’ dawn il-fondi. Il-benefiċjarji tal-Fondi Strutturali ser jiġu inklużi f’pubblikazzjoni annwali b’lura li ser tibda mill-2008. Fil-qasam tal-politika agrikola komuni, dan japplika għan-nefqiet tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEGG) mill-bidu tas-sena finanzjarja 2008 u għall-infiq tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) mill-1 ta’ Jannar 2007. Ċertu numru ta’ Stati Membri[70] diġà beda japplika dan il-prinċipju ta’ trasparenza minn qabel ir-riforma tar-regolament finanzjarju. Il-Kummissjoni għandha portal ċentrali fuq l-internet li jirrelata mas-siti ta’ l-internet ta’ l-Istati Membri[71]. Il-Kummissjoni stess diġà tippubblika informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-programmi li hi tamministra direttament[72].

Meta jingħata aċċess għal din l-informazzjoni finanzjarja, wieħed jiftaħ għall-pubbliku l-possibbiltà li jeżerċita kontroll indirett dwar kif qed jintnefqu l-fondi Ewropej, li jikkontribwixxi għall-iżgurar ta’ ħarsien aħjar ta’ l-interessi finanzjarji Komunitarji.

2.4. Titjib tar-regoli tal-kontabilità u tal-kontroll għal dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni pożittiva

F’Jannar 2006, il-Kummissjoni adottat pjan ta’ azzjoni għall-qafas ta’ kontroll intern integrat[73], partikolarment b’kunsiderazzjoni ta’ l-opinjoni Nru 2/2004[74] tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri. Dan il-pjan ta’ azzjoni huwa inkluż fl-għan tal-Kummissjoni Barroso li tinkiseb dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni pożittiva mill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-baġit.

F’dan il-qafas, ir-rapport 2005 tal-Kummissjoni dwar il-ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u l-ġlieda kontra l-frodi[75] kien ġabar ċerta ammont ta’ informazzjoni dwar is-sistemi ta’ ċertifikazzjoni ta’ ġestjoni tajba ta’ l-ispejjeż pubbliċi li jeżistu fl-Istati Membri.

Fost l-iżviluppi importanti li seħħu fl-2006 jidhru b’mod partikolari l-elementi li ġejjin[76].

Ir-regolament il-ġdid tal-Kunsill rigward il-Fondi Strutturali adottat f’Lulju 2006 għall-perjodu 2007-2013, kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005[77] dwar l-iffinanzjar tal-PAK, jintroduċu diversi titjib bil-ħsieb li jissimplifikaw u li jiċċaraw ir-regoli applikabbli f’dan is-suġġett, li għandhom jagħtu lill-Kummissjoni, lill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u lill-Parlament Ewropew assigurazzjoni msaħħa fir-rigward ta’ l-użu tajjeb tal-fondi. Ġew stabbiliti evalwazzjoni tal-komponenti tal-kontroll mill-Istati Membri, kif ukoll indikaturi ta’ legalità u irregolarità.

Is-sorveljanza ta’ l-entitajiet li jħallsu f’ġestjoni maqsuma ġiet imsaħħa, u huwa maħsub mekkaniżmu ta’ reviżjoni regolari kemm fil-qasam ta’ l-agrikoltura u kemm f’dak tal-Fondi strutturali.

L-awtoritajiet ta’ Wales u ta’ l-Awstrija fl-2006 iffirmaw “kuntratt ta’ kunfidenza” mal-Kummissjoni. Dan il-“kuntratt” huwa arranġament volontarju li jkun sar bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta’ Stat Membru sabiex tkun garantita l-kwalità tax-xogħol ta’ verifika li jkun sar fuq il-programmi li jkunu għaddejjin taħt il-Fondi Strutturali sa l-2008. Il-konklużjoni ta’ kuntratt bħal dan ifisser li l-Kummissjoni tkun kisbet assigurazzjonijiet fir-rigward tat-tħaddim tajjeb tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, ta’ l-istrateġija tal-verifika u tal-kwalità tar-rapport ta’ kontroll annwali. Negozjati rigward il-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ kunfidenza oħrajn ma’ Stati Membri oħra qiegħdin fi stadju avvanzat.

Fis-sens tal-proposti tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni, l- Olanda fl-2006 adottat inizjattiva li tibbaża fuq il-provvista ta’ dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni nazzjonali fil-livell politiku rigward il-fondi Komunitarji. Il-Kummissjoni tqis li din l-inizjattiva tista’ tiftaħ it-triq għal inizjattivi oħra simili.

2.5. Il-programm Hercule għall-promozzjoni ta’ l-azzjonijiet fil-qasam tal-ħarsien ta’ l-interessi fnanzjarji Komunitarji

Dan il-programm jimmira li jikkontribwixxi l-promozzjoni ta’ l-azzjonijiet fil-qasam ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità[78]. F’Ġunju, il-Kummissjoni pproponiet li l-programm Hercule jittawwal u jiġi mmodifikat sat-tmiem ta’ l-2013[79].

Fl-2006, il-programm ta’ sussidji ta’ kofinanzjament għal 11-il proġett fil-qasam tat-taħriġ, għal 5 seminars u għal studju tal-liġi mqabbel fil-qasam leġiżlattiv, kif ukoll 23 proġett fil-qasam ta’ l-assistenza teknika.

Il-Kummissjoni pproponiet li żżid il-baġit finanzjarju ta’ dan il-programm b’€44 miljun għall-perjodu 2007-2013 (€6 miljun għall-2007), u dan ser jippermetti partikolarment il-finanzjament ta’ azzjonijiet ta’ taħriġ u xiri ta’ tagħmir li jista’ jgħin fil-ġlieda kontra l-kuntrabandu ta’ sigaretti fil-qafas tal-ftehim ta’ kooperazzjoni ffirmat mal-produttur ta’ sigaretti Philip Morris International.

3. IL-ġLIEDA KONTRA L-FRODI

3.1. L-iskoperta tal-frodi: il-mekkaniżmi ta’ twissija li jirrikorru għal informaturi interni ( whistleblowing )

L-uffiċjali u impjegati oħra ta’ amministrazzjoni huma l-persuni fl-aħjar pożizzjoni biex jgħarfu r-riskji, u għalhekk biex iħarsu u jiġġieldu kontra l-frodi. L-istatut ta’ informatur intern ra żvilupp importanti matul dawn l-aħħar snin f’ċertu numru ta’ Stati Membri, bħal fl-Unjoni Ewropea u f’organizzazzjonijijet internazzjonali differenti.

3.1.1. L-Istituzzjonijiet Ewropej

Fl-1999, l-istituzzjonijiet Ewropej introduċew regola li tobbliga lil kull uffiċjal jew impjegat li jagħti informazzjoni mingħajr dewmien dwar suspetti ta’ azzjonijiet irregolari li hu jkun jaf bihom, lill-persuna responsabbli tas-servizz tiegħu jew lid-direttur ġenerali tiegħu, jew, jekk dan jaħseb li jkun il-każ, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni jew direttament lil OLAF[80].

Fl-2004, ġie introdott artikolu ġdid fl-istatut ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra ta’ l-UE. L-Artikolu 22(a) ta’ l-istatut jinkludi l-obbligu stipulat fid-Deċiżjoni ta’ l-1999[81].

Barra minn dan, l-istatut jistipula l-ħarsien ta’ l-informatur. Dan jistipula partikolarment li “l-uffiċjal li jkun ikkomunika l-informazzjoni […] ma jbati l-ebda preġudizzju, sakemm dan ikun qed jaġixxi b’intenzjonijiet tajba”.

Fil-qafas ta’ l-azzjonijiet tagħha rigward l-etika ta’ l-uffiċjali u l-impjegati ta’ l-UE, il-Kummissjoni ħarrġet ukoll lill-persunal sabiex dan ikun jista’ jwettaq sew l-obbligu tiegħu li jittrażmetti l-informazzjoni rigward il-frodi jew irregolaritajiet potenzjali oħra nnutati.

Fl-2006, ma nbdiet l-ebda inkjesta ta’ l-OLAF wara informazzjoni li ġiet irċevuta direttament minn informatur intern.

3.1.2. L-Istati Membri

Fil-kontribuzzjonijiet tagħhom għal dan ir-rapport, l-Istati Membri kollha ddikjaraw li daħħlu fis-seħħ dispożizzjonijiet legali jew prattiki li joħolqu d-dritt jew l-obbligu, għal kull uffiċjal jew impjegat ta’ amministrazzjoni pubblika, li jitrażmetti informazzjoni li jiskopri waqt li jkunu qed iwettaq il-ħidma tiegħu, meta jkollu suspett li setgħet twettqet xi irregolarità, frodi, att ta’ korruzzjoni jew prassi ħażina fi ħdan l-organizzazzjoni fejn jaħdem. Dawn id-dispożizzjonijiet jew din il-prattika jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-fondi pubbliċi, inkluż il-fondi Ewropej.

Fil-parti l-kbira ta’ l-Istati Membri[82], dan jittratta l-ewwelnett dispożizzjonijiet ta’ liġi penali, li jobbligaw lil kull impjegat li jirrapporta l-infrazzjonijiet innutati waqt li jkun qed jagħmel il-ħidma tiegħu. Ma dawn ta’ sikwit jingħaqdu[83] dispożizzjonijiet stipulati mill-kodiċi tal-kondotta, ċirkulari u manwali li jiffissaw it-termini ta’ l-applikazzjoni ta’ dan id-dmir ta’ informazzjoni. Fi ħdax il-Stat Membru[84], l-obbligu li l-awtoritajiet jiġu infurmati b’fatti irregolari nnutati jew suspettati mhux stipulat mil-liġi penali, imma biss minn strumenti ta’ dritt amministrattiv.

L-obbligu ta’ l-informazzjoni ta’ sikwit huwa ġenerali ħafna u jibbaża fuq kull suspett ta’ irregolarità. F’ċerti ċirkostanzi, dan jillimita ruħu għall-aktar każijiet serji, partikolarment reati kriminali. Stat Membru[85] indika li l-obbligu ta’ l-informazzjoni huwa msaħħaħ f’dak li jirrigwarda l-infrazzjonijiet li huma ta’ dannu għall-finanzi pubbliċi, u partikolarment għall-interessi finanzjarji ta’ l-UE.

Fis-sistemi kollha, ħlief għal tnejn[86], meta uffiċjal jinduna b’fatt li huwa għandu jirraporta, l-informazzjoni għandha tkun ikkomunikata l-ewwelnett lis-superjur dirett tiegħu (jew lil dak indirett jekk dan ikun ġustifikat miċ-ċirkostanzi[87]). Dan ta’ l-aħħar għandu jitrażmetti l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra, jekk ikun neċessarju. Kultant, l-aġent jista’ wkoll jikkomunika l-fatti direttament lil servizz intern indipendenti, mingħajr ma jgħaddihom lis-superjur tiegħu, bħal pereżempju s-servizz ta’ kontroll intern[88] jew awtorità interna ta’ sorveljanza[89]. F’każijiet oħra, awtorità esterna tista’ tiġi avżata flimkien mas-superjur: il-pulizija[90], l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku[91], l-awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-fondi[92], awtorità esterna ta’ sorveljanza[93], eċċ.

Il-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni tista’ ssir b’modi differenti ħafna: permezz ta’ ittra, bit-telefon, bl-e-mail jew bil-faks. Fi Stat Membru, l-informatur irid ikun jista’ jiġi identifikat meta dan jissodisfa l-obbligu tiegħu li jirrapporta r-reat[94]. Fi tnejn oħra, min-naħa l-oħra, l-informazzjoni tista’ tkun anonima[95]. F’ħames Stati Membri, l-informazzjoni trid bilfors tingħata bil-miktub[96]. Żewġ Stati Membri jiddisponu minn sistemi ta’ komunikazzjoni permezz ta’ l-Internet[97], Stat ieħor għandu e-mail speċifiku għall-informaturi[98]. Ħames Stati Membri joffru servizz ta’ linja tat-telefon mingħajr ħlas[99].

Ta’ sikwit, l-uffiċjal li jiskopri irregolarità gravi fl-amministrazzjoni tiegħu jista’ jibża minn ritaljazzjoni min-naħa tal-persuni involuti. Sabiex inaqqsu din il-biża u sabiex jinkoraġġixxu t-trażmissjoni ta’ l-informazzjoni, jistgħu jingħataw forom differenti ta’ ħarsien: ħarsien minn tkeċċija[100], in-nuqqas ta’ ħtija għal ħsara finanzjarja kkawżata mid-denunċja[101], li l-identità ta’ l-informatur ma tiġix mikxufa[102], li l-informatur jitpoġġa taħt il-ħarsien ta’ medjatur jekk ikun jixtieq[103]. Id-dritt komuni għal xogħol jista’ jiżgura wkoll ċertu ħarsien: ġustifikazzjoni obbligatorja tad-deċiżjonijiet anqas favorevoli fir-rigward ta’ impjegat[104], l-obbligu ta’ l-amministrazzjonijiet li jħarsu lill-persunal tagħhom minn kull forma ta’ inġustizzja jew ta’ vjolenza[105].

Meta tkun għaddejja proċedura ġudizzjarja, l-informatur jista’ jsir xhud protett skond il-proċedura stipulata mil-liġi[106], partikolarment meta jkun hemm periklu serju għalih jew għal xi persuna oħra. Stat Membru[107] indika li l-informatur għandu d-dritt li jiġi infurmat, fi żmien raġonevoli, minn dak li jiġri wara l-komunikazzjoni tiegħu, u jiddisponi minn dritt ta’ appell għand awtorità indipendenti jekk dawn l-azzjonijiet ma jogħġbuhx. Minbarra li jkun aġixxa b’mod raġonevoli u b’intenzjonijiet tajba, ċerti sistemi ġuridiċi jeżiġu kundizzjonijiet supplementari biex jagħtu ħarsien, pereżempju li jkun hemm riskju reali ta’ ħsara mill-fatt ta’ l-irregolarità[108].

3.2. Ir-riforma ta’ l-Uffiċċju Ewropew tal-Ġlieda kontra l-frodi (OLAF)

L-OLAF, maħluq fl-1999 sabiex iħares l-interessi finanzjarji ta’ l-Unjoni Ewropea kif ukoll ir-reputazzjoni ta’ l-istituzzjonijiet Ewropej, ġie ristrutturat fl-2006 fuq il-bażi ta’ l-esperjenza miksuba mill-ewwel snin ta’ ħidma, sabiex ikun hemm titjib fl-effikaċja.

F’Mejju 2006, il-Kummissjoni adottat proposta għal regolamenti li jemendaw ir-regolamenti dwar l-inkjesti mwettqa mill-OLAF[109], li tissostitwixxi proposta ta’ Frar 2004[110]. Din il-proposta l-ġdida tikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta’ l-Awdituri, bil-għan li ttejjeb it-tmexxija u l-effikaċja ta’ l-Uffiċċju u d-drittijiet proċedurali. Il-proposta ġiet trażmessa lill-Parlament u lill-Kunsill għall-eżaminazzjoni fil-qafas tal-proċedura tal-koeżjoni.

3.3. L-iżvilupp ta’ l-għajnuna reċiproka

Proposta għal emenda tar-regolament dwar għajnuna reċiproka fl-oqsma agrikoli u tad-dwana[111], adottata mill-Kummissjoni f’Diċembru 2006, tipproponi li s-sistema ta’ informazzjoni tad-dwana[112] titwessa’ sabiex tkun tista’ tintuża fis-sistemi nazzjonali ta’ analiżi biex il-kontroll tal-merkanzija jkun immirat u l-azzjonijiet ikunu kkoordinati fil-livell Komunitarju. L-uniku mod kif issir prevenzjoni milli tkompli tikber il-kriminalità f’dawn l-oqsma huwa li kontinwament jibqgħu jittejbu l-istrumenti disponibbli jew ikun hemm innovazzjoni. Il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni operazzjonali fil-qasam tad-dwana u li tipprovdi pjattaforma bejn l-awtoritajiet tad-dwana, l-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali (Interpol, WCO[113], Europol, eċċ.) u l-entitajiet u l-aġenziji ta’ l-Unjoni Ewropea. Din taħseb għall-ħolqien ta’ database ta’ identifikazzjoni ta’ fajls ta’ inkjesti tad-dwana[114] u direttorju ċentrali Ewropew ta’ informazzjoni miksuba mill-provvedituri prinċipali tas-servizzi fis-settur tat-trasport internazzjonali tal-merkanzija, partikolarment f’kontejners[115]. Fl-aħħarnett, din toħloq bażi legali għall-ġestjoni ta’ infrastruttura permanenti ta’ koordinazzjoni ta’ l-operazzjonijiet tad-dwana konġunti ta’ sorveljanza, u b’hekk tagħmilha possibbli li rappreżentanti jew l-uffiċjali ta’ kollegamenti mill-Istati Membri jintlaqgħu fl-OLAF matul il-fażi operazzjonali.

Proposta emendata adottata f’Settembru 2006[116] taħseb li twaqqaf qafas ġdid aktar komplet u multidixxiplinarju ta’ għajnuna reċiproka bl-iskop li jkunu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Komunità mill-frodi u minn kull attività illegali. Għal din r-raġuni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni qed jikooperaw flimkien, billi jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom, filwaqt li jipprovdu għajnuna lil xulxin u jiskambjaw informazzjoni sabiex ikunu possibbli inkjesti rapidi u azzjoni adattata. Din il-proposta ma tagħtix xi poteri ta’ investigazzjoni lill-Kummissjoni, imma għandha l-iskop li tipprovdi lill-Istati Membri bl-assistenza tagħha (pjattaforma ta’ servizzi) għal każijiet ta’ frodi bejn il-fruntieri bħal frodi intra-Komunitarja tal-VAT. Il-proposta għandha l-iskop li tipprovdi l-aqwa użu ta’ l-informazzjoni disponibbli, pereżempju bl-użu ta’ informazzjoni finanzjarja mis-settur kontra l-ħasil tal-flus għall-ġlieda kontra l-frodi detrimentali għall-interessi finanzjarji Komunitarji.

3.4. Il-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni ta’ sigaretti

Fl-2006, sitt Stati Membri[117] addizzjonali ngħaqdu mal-Ftehim iffirmat fl-2004 bejn il-Kummissjoni, għaxar Stati Membri[118] u l-produttur ta’ sigaretti Philip Morris International (PMI), biex b’hekk, fl-aħħar ta’ Diċembru 2006, in-numru ta’ Stati Membri msieħba f’dan il-Ftehim tela’ għal erbgħa u għoxrin[119]. S’issa, huwa biss ir-Renju Unit li ma ffirmax dan il-Ftehim. Dan il-Ftehim jistipula sistema effikaċi ta’ ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni ta’ sigaretti. Dan itejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-partijiet f’dak li jirrigwarda l-qabdiet ta’ sigaretti ta’ kuntrabandu u/jew falsifikazzjoni (li għandhom il-marka Philip Morris) u l-kuntatti regolari suġġetti għal ħidmiet li jaqgħu taħt dan il-Ftehim.

Fost l-elementi prinċipali tal-Ftehim huma inklużi wkoll il-protokolli tas-sorveljanza u tas-segwitu rigward il-kollaborazzjoni bejn l-OLAF u ta’ l-Istati Membri minn naħa, u PMI min-naħa l-oħra. Din il-kooperazzjoni tinvolvi “sorveljanza u (s-) segwitu” tas-sigaretti, bil-ħsieb li tiddetermina l-punt li fih dawn ikunu ħarġu mill-katina tal-provvista legali u jkunu waqgħu f’idejn il-persuni li jorganizzaw il-kuntrabandu.

Fil-qafas ta’ dan il-Ftehim, il-Kummissjoni Ewropea u l-għaxar Stati Membri li kienu msieħba fil-Ftehim f’Lulju ta’ l-2004 ser jitħallsu madwar biljun dollaru fuq perjodu ta’ tnax-il sena. Minn meta ġie ffirmat il-Ftehim sa l-aħħar ta’ l-2006, PMI ħallset madwar 425 miljun dollaru. F’Ottubru 2006, l-għaxar Stati Membri firmatarji oriġinarjament u l-Kummissjoni, f’isem il-KE, ikkonfermaw il-ftehim tagħhom dwar it-tqassim ta’ dawn il-ħlasijiet. L-ammont totali mħallas lill-baġit Komunitarju ser jitla’ għal 9.70 % ta’ l-ammont li ġie rċevut, u l-bqija jidħol fil-baġits ta’ l-Istati Membri.

3.5. Il-ħarsien ta’ l-euro

Il-Kummissjoni kompliet tikkoordina l-isforzi ta’ l-Istati Membri sabiex tħares l-euro mill-falsifikazzjoni, b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Europol u l-Bank Ċentrali Ewropea.

L-OLAF jamministra wkoll il-programm ta’ azzjoni Pericles fil-qasam ta’ skambji, ta’ assistenza u ta’ taħriġ, bl-intenzjoni li jħares l-euro mill-falsifikazzjoni[120]. Dan il-programm jikkofinanzja proġetti tranżnazzjonali u multidixxiplinari maħsuba biex jissensibilizzaw lill-persunal konċernat mid-dimensjoni Komunitarja ta’ l-euro, biex iqarrbu l-istrutturi u lill-persunal ikkonċernat u biex jiżviluppaw klima ta’ kunfidenza reċiproka, biex iqarrbu l-azzjoni ta’ taħriġ tal-persuni li jħarrġu għal livell għoli u biex iwessgħu l-għarfien ġenerali, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-leġiżlazzjoni u l-istrumenti Komunitarji u internazzjonali rilevanti. Fl-2006, inbdew tnax-il proġett, li disgħa minnhom ġew proposti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri u tlieta mill-Kummissjoni /l-OLAF.

Fid-dawl tas-suċċess tiegħu, dan il-programm ġie mtawwal sat-tmiem ta’ l-2013[121].

3.6. Miżuri li ttieħdu minn ċerti Stati Membri fl-2006

Diversi Stati Membri indikaw li huma adottaw liġijiet ġodda biex jiġġieldu kontra l-frodi tal-VAT fl-2006. Fid-Danimarka, ġew applikati regoli aktar severi għat-twettiq ta’ garanziji u għal-likwidazzjoni tas-soċjetajiet implikati fi frodi tat-tip “intra-Komunitarja”. Liġi Taljana tħarrax is-sanzjonijiet penali f’każ ta’ frodi tal-VAT. Fl-Islovenja, tista’ tiġi annullata l-identifikazzjoni tal-VAT bħala sanzjoni fir-rigward ta’ missing trader . Liġi Portugiża ġdida tistipula miżuri fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-qasam ta’ l-iskart. Diversi Stati Membri ndikaw li ħadu miżuri sabiex isaħħu r-responsabbiltà solidari f’każ li ma titħallasx il-VAT[122].

Il-gvern Ċek adotta reżoluzzjoni li tibbaża fuq strateġija kontra l-korruzzjoni għall-perjodu 2006-2011.

Fl-2006, ċertu numru ta’ Stati Membri adottaw ftehim bilaterali ta’ għajnuna reċiproka fil-qasam tad-dwana ma’ Stati Membri oħra jew ma terzi pajjiżi[123].

4. L-IRKUPRU

4.1. L-Agrikoltura

4.1.1. Il-ħidma tat-Task Force għall-Irkupru

Fl-2002, il-Kummissjoni ħabbret l-implimentazzjoni ta’ “ task force għall-irkupru” (TFR) sabiex tanalizza x-xogħol b’lura importanti tal-fajls ta’ l-irkupru fil-qasam tal-FAEGG-Garanzija.

It-TFR konġunta tad-Direzzjoni Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l- OLAF kienet responsabbli għal 463 fajl ta’ aktar minn €500,000 il-wieħed, u għal 3,227 fajl b’ammont totali ta’ anqas minn €500,000 il-wieħed, wara irregolarità kkomunikata lill-Kummissjoni qabel l-1999. Is-sitwazzjoni tax-xogħolijiet tat-TFR fil-31 ta’ Diċembru 2006 tista’ tinġabar kif ġej.

a) Fajls b’ammont totali ta’ aktar minn €500,000 il-wieħed.

Fit-3 ta’ Ottubru 2006, ittieħdet deċiżjoni oriġinali formali tal-Kummissjoni[124] rigward ir-responsabbiltà finanzjarja fi 349 każ ta’ nuqqas ta’ rkupru, li jirrappreżentaw ammont totali ta’ madwar €895 miljun. Fuq il-lista ta’ debituri, din id-deċiżjoni għalqet il-każijiet li ġejjin:

- 41 każ li jirrappreżentaw total ta’ €176 miljun, imdaħħla fil-baġit Komunitarju, minħabba li l-Istati Membri kienu ħadu l-miżuri kollha imposti u, li għalhekk, in-nuqqas ta’ rkupru ma setax jiġi attribwit lilhom;

- 164 każ li jirrappreżentaw total ta’ €317 miljun, attribwiti lill-Istati Membri konċċernati minħabba n-negliġenza tagħhom fil-proċedua ta’ l-irkupru;

- 144 każ, li jirrappreżentaw total ta’ madwar €402 miljun, ġew eliminati mil-lista ta’ debituri, minħabba li l-każijiet ġew ikklassifikati jew kienu mdaħħla darbtejn.

Il-114-il każ li baqa’ għad iridu jiġu approvati.

- F’59 każ, li jirrigwardaw €111.9 miljun, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-Istati Membri konċernati kienu diliġenti fil-proċedura ta’ l-irkupru, li kienet għadha għaddejja.

- F’55 każ, li jirrigwardaw ammont totali ta’ €128.6 miljun, il-proċedura ta’ approvazzjoni tal-kontijiet għadha għaddejja u għandha tintemm fl-2007.

Barra minn dan, fit-13 ta’ Ottubru 2006, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni[125] rigward €6,653,487 li jikkonċernaw lill-Belġju, lill-Ġermanja, lill-Irlanda, lil Franza, lill-Olanda, lill-Portugall u lir-Renju Unit. Din is-somma ddaħħlet fil-baġit Komunitarju minħabba li l-Istati Membri kienu diliġenti fl-isforzi tagħhom għall-irkupru.

b) Każijiet b’ammont ta’ anqas minn € 500 000 il-wieħed. Ir-Regolament (KE) 1290/2005 introduċa mekkaniżmu awtomatiku ta’ approvazzjoni għall-ħlasijiet irregolari li ma ġewx irkuprati fi żmien erba’ snin mid-data ta’ l-ewwel deċiżjoni primarja amministrattiva jew ġudizzjarja jew fi żmien tmien snin, jekk l-irkupru kien suppett għal azzjoni quddiem ġuriżdizzjoni nazzjonali. F’każ li ma jkunx hemm irkupru, 50% tal-konsegwenzi finanzjarji jitħallsu mill-Istat Membru konċernat, u l-50% l-oħra jitħallsu mill-baġit Komunitarju.

Dan il-mekkaniżmu l-ġdid beda japplika mis-16 ta’ Ottubru 2006, u jkopri l-każijiet kollha ta’ nuqqas ta’ rkupru li kienu miftuħa f’dik id-data, inkluż il-114-il każ imsemmija aktar ’il fuq u kif ukoll il-każijiet ikkomunikati mill-Istati Membri qabel il-31 ta’ Diċembru 1998 u ta’ anqas minn 500,000 euro il-wieħed. B’konsegwenza ta’ dan, l-irregolaritajiet kollha datati qabel l-2003 (jew l-1999 jekk l-irkupru kien suġġett għal proċeduri quddiem il-ġuriżdizzjoni nazzjonali) li kienu għadhom ma ġewx irkuprati fis-16 ta’ Ottubru 2006 setgħu jiġu approvati fl-2007 mir-regola ta’ l-irkupru 50%-50%. Il-Kummissjoni implimentat din ir-regola l-ewwel darba fid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-kontabilità f’April 2007[126].

4.1.2. Korrezzjonijiet finanzjarji

Minbarra l-attività ta’ rkupru deskritta hawn fuq, il-Kummissjoni eskludiet ukoll mill-iffinanzjar tal-FAEGG-Garanzija ċertu nfiq magħmul mill-organizzazzjonijiet li jħallsu approvati mill-Istati Membri, minħabba li dawn ma kienux jikkonformaw mar-regoli Komunitarji. Wara t-tmiem ta’ verifiki u laqgħat bilaterali bejnha u l-awtoritajiet kompetenti ta’ tlettax-il Stat Membru, il-Kummissjoni eskludiet madwar 575.5 miljun euro ta’ nfiq mill-iffinanzjar Ewropew, bi tliet deċiżonijiet ta’ l-2006[127].

Il-Kummissjoni eskludiet ukoll mill-finanzjament Komunitarju nefqa ta’ aktar minn nofs miljun euro mill-aġenziji SAPARD ta’ żewġ pajjiżi[128].

4.2. Fondi strutturali

Fil-qasam tal-Fondi Strutturali, l-irkupru ta’ l-ammonti mħallsa meta mhux suppost wara irregolarità jew frodi huwa żgurat mill-Istati Membri. Il-ħlas lura ta’ dawn l-ammonti lill-Kummissjoni jista’ jsir b’mod partikolari billi titnaqqas jew tiġi kanċellata l-kontribuzzjoni finanzjarja, bil-possibbiltà li jiġu trasferiti fondi għal ħidmiet oħra.

Il-programmi kofinanzjati mill-Fondi Strutturali huma pluriannwali u jaħdmu fuq il-bażi ta’ ħlasijiet intermedjarji. L-irkupru ta’ l-ammonti mħallsa meta mhux suppost jista’ jsir qabel jew wara li jingħalaq il-programm. Għall-perjodi ta’ programmazzjoni 1994-99, id-data ta’ l-għeluq biex tiġi ppreżentata t-talba tal-ħlas finali lill-Kummissjoni kienet il-31 ta’ Marzu 2003. Matul dan il-perjodu, kważi 1,000 programm kienu kofinanzjati mill-Komunità, għal ammont totali ta’ madwar 159 biljun euro[129]. Is-servizzi ta’ awtorizzazzjoni u ta’ ġestjoni tal-Kummissjoni (DG REGIO, EMPL, AGRI, FISH), mgħejjuna mill-OLAF, jiżguraw it-tkomplija amministrattiva u finanzjarja ladarba dawn il-programmi jingħalqu. Din it-tkomplija hija bbażata b’mod partikolari fuq il-komunikazzjonijiet ta’ irregolaritajiet effetwati mill-Istati Membri fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1681/94[130] u rreġistrati fid- database ECR ( External Communications Registry – Ir-Reġistru tal-Kommunikazzjonijiet Esterni).

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 1994-99, l-Istati Membri kkomunikaw 11,573 każ ta’ irregolaritajiet b’impatt finanzjarju ta’ €1.452 biljun[131] fuq il-kontribuzzjoni Komunitarja.

Fost dawn il-każijiet, 5,488 ingħalqu b’mod definittiv fil-livell tal-Kummissjoni; l-ammont korrispondenti ta’ €600 miljun ġie kkunsidrat matul il-pagament finali. Barra minn dan, għal 2,016-il każ li kellhom impatt finanzjarju ta’ €173 miljun fl-istess perjodu, l-Istati Membri indikaw lill-Kummissjoni li l-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji kienu ġew konklużi fil-livell nazzjonali. Is-servizzi tal-Kummissjoni bdew il-ħidma ta’ rikonċiljazzjoni sabiex jagħlqu dawn il-każijiet.

Fir-rigward tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006, l-Istati Membri s’issa kkomunikaw 8,733 każ ta’ irregolarità li għandhom impatt finanzjarju ta’ madwar 1.156 biljun euro fuq il-kontribuzzjoni Komunitarja.

L-Istati Membri indikaw lill-Kummissjoni li l-proċeduri amministrattivi u/jew ġudizzjarji twettqu fuq livell nazzjonali għal 3,686 minn dawn il-każijiet u li ġie rkuprat ammont totali ta’ madwar 345 miljun euro.

Fl-2006, il-korrezzjonijiet finanzjarji li jikkonċernaw il-perjodu ta’ programmazzjoni 1994-99 u 2000-2006 kienu ta’ €502 miljun u €521 miljun rispettivament. Dawn il-korrezzjonijiet finanzjarji huma r-riżultat ta’ verifiki tal-Kummissjoni, ta’ dawk tal-Qorti ta’ l-Awdituri u tal-proċedura ta’ għeluq tal-programmi tal-perjodu 1994-99. Dawn jinkludu d-deċiżjonijiet formali ta’ korrezzjoni finanzjarja wara li tiġi nnutata irregolarità, id-diżimpenn fl-għeluq ta’ programm li jwassal għal tnaqqis ta’ l-iffinanzjar Komunitarju minħabba li l-Istat Membru ma jkunx iddikjara biżżejjed spejjeż eliġibbli, u għar-rimbors ta’ l-ammonti totali rkuprati wara t-tkomplija tal-proċeduri ġudizzjarji li kienu pendenti fil-waqt ta’ l-għeluq tal-programmi. Dawn l-ammonti totali ma jinkludux il-korrezzjonijiet finanzjarji li ma jirriżultawx f’irkupru, pereżempju il-korrezzjonijiet finanzjarji mwettqa meta l-Istat Membru jkun innota irregolarità jew meta dan ikun aċċetta korrezzjoni finanzjarja proposta mill-Kummissjoni u l-ammont totali irregolari jkun ġie allokat mill-ġdid għal proġett ieħor.

4.3. Riżorsi proprji

Hija r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri li jirkupraw l-ammonti totali kkunsidrati dwar każ ta’ irregolarità rreġistrat fis-sistema OWNRES. Fit-30 ta’ Marzu 2007, il-livell ta’ rkupru fil-każijiet ikkomunikati fl-2006 kien ta’ 32 % (madwar 113 milun euro).

Għal raġunijiet differenti, huwa possibbli li l-ammont totali kkalkulat inizjalment ma jkunx jista’ jiġi rkuprat kollu kemm hu, minkejja l-isforzi ta’ l-Istati Membri, pereżempju jekk dan ma jkunx jista’ jiġi rkuprat minħabba l-insolvenza tad-debitur, jew jekk dan jiġi modifikat b’riżultat ta’ informazzjoni ġdida jew ta’ proċedura ġudizzjarja.

Meta l-Istat Membru ma jkunx responsabbli tal-fatt li l-ammont totali kkalkulat ma jistax ikun irkuprat, dan jista’ jitlob li dan l-ammont ikun maħfur. Fl-2006, il-Kummissjoni rrifjutat it-talbiet ta’ maħfra mitluba minn ċerti Stati Membri f’59 każ, li jikkorrispondu għal madwar 4.6 miljun euro, minħabba li din qieset li n-nuqqas ta’ rkupru kien dovut għall-Istati Membri.

Minbarra dan, ċerti Stati Membri nżammu responsabbli finanzjarjament ta’ ammont totali ta’ madwar 33.4 miljun euro, minħabba li ma kienux ikkalkulaw id-djun tad-dwana li kellhom jiġu kkunsidrati.

4.4. L-irkupru wara investigazzjoni ta’ l-OLAF

Meta b’riżultat ta’ inkjesta ta’ l-OLAF jinstab li jkun probabbli li ċerti ammonti jkunu tħallsu b’mod irregolari lil xi benefiċjarju, jew li xi ammonti li kellhom jinġabru ma jkunux inġabru, l-awtoritajiet responsabbli, ġeneralment l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri jew tal-pajjiżi terzi konċernati, għandhom jipproċedu għall-irkupru ta’ l-ammonti msemmija. Fl-2006, it-total ta’ l-ammonti rkuprati wara inkjesta ta’ l-OLAF kien ta’ madwar 114-il miljun euro.

Tabella 4: l-irkupru wara investigazzjoni ta’ l-OLAF

Settur | Rkupru 2006 |

Dwana | 0.1 |

Agrikoltura | 1.2 |

Fondi Strutturali | 17.2 |

Spejjeż diretti | 93.1 |

Investigazzjoni interni | 2.2 |

Total | 113.8 |

4.5. Il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali rigward l-irkupru tal-fondi Ewropej

Ir-rapport annwali preċedenti pprovda ħarsa ġenerali tal-proċeduri ta’ rkupru li jeżistu fl-Istati Membri. L-analiżi tal-kontribuzzjonijiet uriet li l-irkupru permezz ta’ kumpens, li huwa kkunsidrat ġeneralment bħala l-annullament ta’ klejm u ta’ d-dejn li jannullaw lil xulxin, huwa applikabbli kważi fl-Istati Membri kollha fir-rigward tal-fondi pubbliċi. Il-kumpens jikkostitwixxi mezz effikaċi għall-irkupru tal-fondi pubbliċi, u huwa għalhekk li l-kwestjonarju ta’ l-2006 kellu l-għan li jiċċara ċerti aspetti ta’ dan il-mekkaniżmu.

Fil-prinċipju, is-sistemi ġuridiċi kollha jippermettu kumpens bejn dejn u klejm li jaqgħu taħt l-istess fond Komunitarju[132]. Min-naħa l-oħra, dan mhuwiex il-każ meta d-dejn u l-klejm jaqgħu taħt fondi Komunitarji differenti. F’dan il-każ, nofs l-Istati Membri biss jindikaw li l-kumpens huwa possibbli[133].

Fir-rigward tal-FAEGG sezzjoni “Garanzija”, il-kumpens bejn dejn u klejm li jikkonċernaw setturi agrikoli differenti huwa possibbli fi kważi s-sistemi ġuridiċi kollha[134]. F’dak li jikkonċerna l-Fondi Strutturali u l-Fondi ta’ Koeżjoni, il-kumpens huwa limitat ġeneralment għall-istess programm. Huwa biss f’għaxar Stati Membri[135] li l-kumpens huwa possibbli bejn programmi differenti. Dan huwa wkoll possibbli bejn perjodi differenti ta’ programmazzjoni f’għaxar Stati Membri[136]. F’erba’ Stati Membri, il-kumpens huwa possibbli anke meta l-irkupru u l-ħlas ma jaqgħux taħt l-istess aġenzija li tħallas[137].

Fil-parti l-kbira ta’ l-Istati Membri, huwa possibbli li jseħħ il-kumpens bejn dejn Komunitarju u klejm nazzajonali, u viċi versa[138].

Ċertu numru ta’ Stati Membri jiddisponu minn statistika li tirrigwarda l-prattika ta’ l-irkupru tagħhom, li huma jkunu kkomunikaw lill-Kummissjoni fil-qafas ta’ dan ir-rapport. Din l-istatistika turi li ċertu numru ta’ Stati Membri jirrikorru b’mod regolari għall-kumpens. Għalhekk, pereżempju, matul l-aħħar tliet snin, l-irkupru permezz ta’ kumpens irrappreżenta bejn 75 u 90% tat-total tal-fondi pubbliċi rkuprati fil-qasam agrikolu fl-Irlanda, bejn 73 u 94% fis-settur tal-premiums tal-bhejjem fi Franza, madwar 90% fil-qasam agrikolu fl-Awstrija, aktar minn 50% fil-qasam agrikolu u bejn 21 u 93% għall-Fond Soċjali Ewropew fl-Iżvezja[139]. Dawn iċ-ċifri jinkludu l-Fondi Nazzjonali, imma parti konsiderevoli tikkorrispondi għal Fondi Ewropej irkuprati b’dan il-mod.

Filwaqt li l-kumpens huwa użat b’mod estensiv f’ċerti Stati Membri għall-irkupru ta’ fondi Komunitarji, dan huwa użat ħafna anqas fi Stati Membri oħra, minkejja li huwa legalment possibbli taħt ċerti kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni tista’ biss tinkoraġġixxi r-rikors għal dan l-istrument tant effikaċi għall-irkupru tal-fondi Komunitarji kull meta jkun possibbli. Biex jiżdied ir-rikors għall-kumpens, wieħed jista’ jipperemtti lill-awtoritajiet responsabbli mill-irkupru li jkollhom aċċess għal databases , partikolarment dawk ta’ aġenziji oħra li jħallsu jew databases ċentrali, bħalma hu diġà l-każ f’ċertu numru ta’ Stati Membri[140].[pic][pic][pic]

[1] “L-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 280 tat-Trattat tal-KE mill-Istati Membri fl-2006”, SEC(2007)930.

[2] “Analiżi statistika ta’ l-irregolaritajiet”, SEC(2007)938.

[3] http://ec.europa.eu/anti_fraud/reports/anti-fraud_en.html.

[4] Dan il-persentaġġ jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ l-istima tar-riżorsi proprji tradizzjonali fil-baġit ġenerali 2006, u mhux fuq il-bażi tal-kontabilità.

[5] Persentaġġ tas-suspett ta’ frodi matul il-perjodu 2000-2006 mit-total ta’ fondi allokati matul dan il-perjodu.

[6] Għal fondi ta’ qabel l-adeżjoni, ġie kkunsidrat l-ammont pro rata tal-perjodu 2000-2006.

[7] Iċ-ċifri ppublikati fir-rapport 2005 ġew imwettqa.

[8] Fl-2005, in-numru ta’ każijiet ta’ transitu approvati tard kien ta’ 2,313. Fl-2006, kien hemm 1,381 każ.

[9] Ir-referenzi eżatti tar-regolamenti msemmija f’dan il-kapitolu jinstabu fid-dokument ta’ ħidma tas-servizzi “Evalwazzjoni ta’ l-istatistika ta’ l-irregolaritajiet”, imsemmi qabel.

[10] Spiża hija “mhux eliġibbli” meta din issir mingħajr ma jkunu rrispettati l-kriterji definiti mill-Istati Membri jew din ma titħallasx skond ir-regoli Komunitarji u nazzjonali applikabbli f’dan is-suġġett.

[11] Spiża hija “mhux iġġustifikata” meta din tkun eliġibbli, imma dokumenti li jiġġustifikaw l-ispiża mhumiex preżenti jew il-flus jintużaw għal raġunijiet differenti minn dawk issussidjati.

[12] http://ec.europa.eu/comm/anti_fraud/reports/index_en.html.

[13] Komunikazzjoni rigward programm għal qafas ta’ kontroll intern integrat, COM(2005)252.

[14] Komunikazzjoni lill-Kummissjoni mis-Sinjura Grybauskaité, bi qbil mal-President u l-Viċi President Kallas, Lejn ġestjoni tar-riskji effikaċi u koerenti fis-servizzi tal-Kummissjoni, SEC(2005)1327.

[15] Qed nitkellmu dwar regoli stabbiliti għal diversi snin, imma li qed jevolvu. Għalhekk pereżempju, l-awtoritajiet Spanjoli indikaw li liġi ta’ l-2006 dwar is-sussidji ser tintroduċi l-possibbiltà li titwaqqaf sanzjoni penali kontra persuna li kellha tikkostitwixxi garanzija, iżda din m’għamlitx dan.

[16] Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li jwaqqaf regolament finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L248/1 tas-16.9.2002), emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, EURATOM) Nru1995/2006 tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2006 (ĠU L 390 tat-30/12/2006).

[17] Ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Polonja, il-Finlandja, u r-Renju Unit.

[18] L-akkwisti pubbliċi: L-Irlanda, l-Olanda, il-Polonja u r-Renju Unit. Sussidji u għajnuna finanzjarja (inklużi l-Fondi Strutturali u l-Fondi ta’ Koeżjoni, programmi ta’ qabel l-adeżjoni u dwar il-faċilità ta’ transitu): il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Malta, l-Olanda, il-Polonja u s-Slovakkja. Agrikoltura: l-Irlanda, Franza u l-Lussemburgu.

[19] Il-Belġju, d-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

[20] Il-Ġermanja u Franza. Fil-liġi Maltija, l-awtoritajiet jistgħu jesiġu l-għotja ta’ garanzija min-naħa ta’ persuna li r-reġistrazzjoni tal-VAT tagħha tista’ toħloq riskju partikolari.

[21] Ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja. Fil-Portugall, il-liġi fuq il-baġit 2006 tipprevedi l-pubblikazzjoni tad-debituri prinċipali tat-taxxa.

[22] Id-Danimarka, il-Greċja (indirettament) Franza, il-Litwanja, l-Olanda, il-Finlandja u r-Renju Unit.

[23] Il-Greċja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall u l-Finlandja.

[24] Ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Greċja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall u l-Finlandja.

[25] COM(97) 188 finali, ĠU C 176 ta’ l-10.6.1997.

[26] Ir-Regolament (KE) Nru 1875/2006 tal-Kummissjoni, tat-18 ta’ Diċembru 2006, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa ċerti dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kodiċi tad-dwana Komunitarja, ĠU L 360 tad-19.12.2006.

[27] Is-sistemi ta’ esklużjoni huma sistemi ta’ sanzjoni amministrattiva li jikkonsistu fl-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku li jinstab f’waħda mis-sitwazzjonijiet koperti mill-kriterji ta’ esklużjoni ta’ ċerti proċeduri jew vantaġġi, bħal pereżempju l-parteċipazzjoni f’akkwist pubbliku jew il-benefiċċju ta’ sussidji. L-operaturi esklużi huma elenkati f’ database aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti.

[28] Wara l-laqgħa, TI ifformulaw serje ta’ rakkomandazzjonijiet dwar it-titjib tas-sistema ta’ eżekuzzjoni fil-Kummissjoni u dwar l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ esklużjoni amministrata ċentralment fil-livell Ewropew għall-ispejjeż kollha Komunitarji, inkluż għall-fondi ta’ ġestjoni maqsuma.

[29] Din id- database ser tinħoloq sa l-1 ta’ Jannar 2009 l-aktar tard.

[30] Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1469/95 (“il-lista s-sewda”), COM(2005) 520; SEC(2005) 1333 ta’ l-20.10.2005.

[31] Ara n-nota fil-qiegħ tal-paġna 26.

[32] Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar il-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, u d-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali, ĠU L134 tat-30.4.2004.

[33] Il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, l-Ungerija, Franza, Ċipru, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall, il-Finlandja u r-Renju Unit.

[34] Id-Danimarka, s-Slovenja u s-Slovakkja ( databases fiskali). Il-Ġermanja, l-Italja u l-Awstrija ( databases dwar l-akkwisti pubbliċi). Il-Litwanja u l-Polonja (Fondi Strutturali u Fondi ta’ Koeżjoni).

[35] Il-Ġermanja, l-Italja, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovakkja u l-Iżvezja.

[36] Ħlief għall-Polonja.

[37] Il-Ġermanja, l-Italja, il-Litwanja, l-Awstrija, is-Slovakkja u l-Iżvezja.

[38] Id-Danimarka, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Iżvezja.

[39] Is-Slovakkja u l-Iżvezja.

[40] Is-Slovenja u s-Slovakkja.

[41] Id-Danimarka, is-Slovenja u s-Slovakkja.

[42] Is-Slovenja u s-Slovakkja.

[43] Id-Danimarka u s-Slovakkja.

[44] Id-Danimarka, is-Slovenja u l-Iżvezja. Fl-Islovakkja, l-inklużjoni u t-tneħħija huma awtomatiċi.

[45] Il-Ġermanja (Berlin), l-Italja u l-Awstrija.

[46] Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni: Il-Litwanja, Malta u l-Polonja. Agrikoltura: il-Latvja.

[47] Il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja.

[48] Il-Polonja.

[49] Il-Latvja.

[50] Id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Awstrija, is-Slovenja u l-Iżvezja.

[51] Il-Ġermanja. Il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu , tal-liġi relattiva għar-reġistru tal-korruzzjoni.

[52] Il-Polonja.

[53] Il-Latvja u l-Litwanja.

[54] Id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Iżvezja.

[55] Id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Italja, il-Latvja u l-Iżvezja.

[56] Id-Danimarka, l-Italja u l-Latvja.

[57] Il-Ġermanja u l-Iżvezja.

[58] Id-Danimarka, il-Ġermanja (iċċentralizzata fil-livell ta’ Land), l-Italja, il-Litwanja, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja u l-Iżvezja.

[59] Il-Ġermanja, Malta, l-Awstrija u l-Iżvezja.

[60] Id-Danimarka (f’każijiet eċċezzjonali), l-Italja u l-Iżvezja.

[61] Il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, l-Italja, il-Latvja, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Iżvezja.

[62] Is-Slovakkja.

[63] L-Awstrija.

[64] Il-Litwanja.

[65] Malta.

[66] L-Awstrija.

[67] Is-Slovakkja.

[68] Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1469/95 (“lista sewda”), COM(2005) 520; SEC(2005) 1333 ta’ l-20.10.2005.

[69] COM(2006) 194 finali

[70] Fil-każ tal-politika agrikola komuni pereżempju, informazzjoni dwar il-benefiċjarji kienet tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fl-2006 fil-Belġju, fid-Danimarka, fl-Estonja, fi Franza, fl-Olanda, fil-Portugall, fi Spanja, fl-Islovenja, fl-Iżvezja u fir-Renju Unit.

[71] http://ec.europa.eu/grants/beneficiaries_fr.htm.

[72] http://ec.europa.eu/public_contracts/beneficiaries_en.htm.

[73] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta’ l-Awdituri: Pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni għal qafas ta’ kontroll intern integrat, COM (2006) 9 u SEC(2006)49. B’qafas ta’ kontroll integrat wieħed jifhem sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll komplementari biżżejjed sabiex ikun hemm assigurazzjoni raġonevoli li r-riskju ta’ żball huwa amministrat sew fil-livelli kollha tal-ħidmiet.

[74] Parir Nru 2/2004 tal-Qorti ta’ l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej rigward il-mudell ta’ verifika unika, ĠU C107 tat-30.4.2004.

[75] COM(2006) 378 finali.

[76] Ara wkoll l-ewwel rapport dwar il-progress fil-pjan ta’ azzjoni, COM(2007)86 finali.

[77] Ir-Regolament (KE) Nru1290/2005 tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 2005 rigward il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 209 tal-11.8.2005).

[78] http://ec.europa/anti-fraud/programmes/index_fr.html.

[79] COM(2006)339. Fil-mument ta’ l-għeluq tal-preparazzjoni ta’ dan ir-rapport, il-proposta kienet għadha ma ġietx adottata mill-Kunsill u l-Parlament.

[80] L-Art. 2 tal-ftehim interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni rigward l-inkjesti interni effetwati mill-OLAF, ĠU L 136 tal-31.5.1999, p. 15.

[81] “L-uffiċjal li, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu, ikollu għarfien ta’ fatti li jistgħu jimplikaw attività illegali eventwali, partikolarment frodi jew korruzzjoni, li jistgħu jippreġudikaw l-interessi tal-Komunità, jew xi aġir li għandu x’jaqsam ma’ l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu li tista’ tikkostitwixxi nuqqas gravi għall-obbligi ta’ l-uffiċjali tal-Komunitajiet, jinforma immedjatament lis-superjur dirett tiegħu jew lid-direttur ġenerali tiegħu b’dan, inkella, jekk hu jaħseb li jkun il-każ, lis-segretarju ġenerali, jew xi persuna oħra ta’ grad ekwivalenti, jew direttament lill-Uffiċċju Ewropew għall-ġlieda kontra l-frodi”

[82] Il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka (fejn il-kodiċi tax-xogħol jinkludi wkoll xi dispożizzjonijiet), l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, l-Islovenja, is-Slovakkja.

[83] Il-Belġju, l-Estonja, Spanja, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, il-Slovakkja.

[84] Id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Finlandja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit.

[85] Spanja.

[86] Greċja u l-Iżvezja.

[87] Il-Latvja, l-Olanda, l-Islovenja.

[88] Il-Belġju (ir-Reġjun Fjamming), l-Irlanda (fil-qasam ta’ l-agrikoltura) u Malta. Fl-Iżvezja, l-aġent tal-Qorti Suprema ta’ l-Awdituri huwa obbligat li jagħti rendikont lill-unità ta’ kontroll intern.

[89] Id-Danimarka, il-Litwanja (“il-kontrollur ta’ l-irregolaritajiet”), l-Ungerija (“il-persuna responsabbli mill-irregolaritajiet fl-organizzazzjoni”), l-Awstrija (uffiċjal responsabbli mill-ġlieda kontra l-korruzzjoni).

[90] Id-Danimarka, l-Italja.

[91] Franza, l-Italja, l-Islovakkja. Fil-Greċja l-impjegat li jkun innota l-infrazzjoni għandu jinforma direttament lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku.

[92] Il-Latvja, Malta, il-Polonja.

[93] L-Olanda, il-Portugall (l-awtorità tad-dixxiplina).

[94] Il-Belġju.

[95] Il-Ġermanja, l-Islovenja.

[96] Greċja, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu u Malta.

[97] Il-Litwanja (għall-Fondi Strutturali u ta’ koeżjoni). Fil-Ġermanja, tali sistema teżisti f’Niedersachsen (EurLex - 62004J0503), Hannover, u fil-qrib hija maħsuba l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dan it-tip fil-livell nazzjonali.

[98] Il-Polonja.

[99] Ir-Repubblika Ċeka, il-Latvja, l-Awstrija, il-Portugall u r-Renju Unit.

[100] Spanja, l-Irlanda.

[101] L-Irlanda.

[102] L-Irlanda u l-Finlandja.

[103] Il-Belġju, il-komunità fjamminga.

[104] Id-Danimarka u l-Latvja.

[105] Franza u l-Awstrija.

[106] Ir-Repubblika Ċeka, il-Lussemburgu, il-Portugall, l-Islovenja, is-Slovakkja.

[107] L-Olanda.

[108] Il-Latvja u l-Awstrija.

[109] Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar l-investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew tal-ġlieda kontra l-frodi (OLAF), COM(2006)244 finali.

[110] COM(2004) 103 u 104.

[111] COM(2006) 866 li temenda r-Regolament (KE) Nru 515/97 tal-Kunsill dwar l-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta’ l-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli, ĠU L 82 tat-22.3.1997.

[112] CIS – Is-Sistema ta’ Informazzjoni tad-Dwana.

[113] L-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwani.

[114] FIDE – Customs File Identification Database.

[115] EU Container Targeting System.

[116] COM(2006) 473.

[117] Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, l-Ungerija u l-Iżvezja.

[118] Il-Belġju, il-Ġermanja, Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall u -Finlandja.

[119] Flimkien mar-Rumanija u l-Bulgarija, li ngħaqdu mal-ftehim f’Marzu 2007, dan in-numru huwa sitta u għoxrin.

[120] http://ec.europa/anti-fraud/programmes/pericles/2006/index_en.html.

[121] Id-Deċiżjoni 849/2006 tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Novembru 2006 li temenda u testendi d-deċiżjoni 2001/923/KE li twaqqaf programm ta’ azzjoni fil-qasam ta’ skambji, assistenza u ta’ taħriġ għall-ħarsien ta’ l-euro mill-falsifikazzjoni ta’ flus (il-programm Pericles).

[122] Il-Belġju u d-Danimarka għar-responsabbiltà ta’ diretturi ta’ kumpaniji, Spanja fir-rigward tar-responsabbiltà solidari tal-gruppi ta’ l-intrapriżi.

[123] Il-Belġju ffirma ftehim mal-Belarus u l-Kongo, il-Portugall ma’ Spanja, is-Slovakkja ma’ l-Islovenja, l-Albanija u l-Iżrael.

[124] Id-Deċiżjoni 2006/678/KE tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2006, ĠU L 278 ta’ l-10.10.2006, p. 24.

[125] C(2006)4801.

[126] Id-Deċiżjoni 2007/327/KE tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2007, ĠU L 122 tal-11.5.2007.

[127] Id-Deċiżjonijiet 2006/334/KE, 2006/554/KE u 2006/932/KE, ĠU L124 tal-11.5.2006, L218 tad-9.8.2006 u L355 tal-15.12.2006.

[128] Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2005)3702 u C(2006)2405, mhux ippubblikati fil-ĠU.

[129] Qed nitkellmu dwar programmi pluriannwali. Din iċ-ċifra ma tinkludix il-proġetti diretti ffinanzjati fil-qafas tal-Fondi Strutturali u lanqas il-proġetti kofinanzjati mill-Fondi tal-Koeżjoni.

[130] ĠU L 178 tat-12.7.1994.

[131] Sitwazzjoni skond informazzjoni fid- database ECR fit-18.5.2007.

[132] Ċerti Stati Membri madankollu jindikaw li l-kumpens huwa limitat wisq fis-settur agrikolu: Ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, il-Lussemburgu, l-Ungerija u Malta.

[133] Il-Belġju (il-gvern Fjamming), id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda (bejn iż-żewġ sezzjonijiet tal-FAEGG imma mhux utilizzat fil-prattika), Spanja, Franza (bejn iż-żewġ sezzjonijeit tal-FAEGG), l-Italja, l-Olanda, il-Polonja (meta l-ġestjoni tiddependi mill-istess entità), il-Portugall, l-Islovakkja u l-Iżvezja.

[134] Ħlief l-Estonja, Malta u l-Islovenja. Fl-Awstrija, il-kumpens huwa possibbli biss fl-istess aġenzija li tħallas.

[135] Il-Bejġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, l-Italja, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall u r-Renju Unit.

[136] Il-Bejġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, l-Italja, l-Olanda, il-Polonja, il-Finlandja u r-Renju Unit.

[137] Il-Belġju (ir-Reġjun Fjamming), id-Danimarka, il-Ġermanja u l-Italja.

[138] Dan mhux possibbli fil-Greċja, fil-Latvja, fil-Litwanja, f’Malta, fl-Olanda, fl-Awstrija, fil-Finlandja, fl-Iżvezja u fir-Renju Unit. F’ċerti Stati Membri, dan it-tip ta’ kumpens huwa limitat għall-qasam agrikolu. Fl-Islovenja u fl-Islovakkja huwa possibbli li jiġi rkuprat ammont dovut lill-baġit Komunitarju permezz ta’ klejm fil-baġit nazzjonali, imma mhux possibbli li jsir kontra.

[139] Għall-istatistika kollha kkomunikata mill-Istati Membri, ara SEC(2007)930.

[140] Il-Belġju (Reġjun tal-Vallonja), ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Greċja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, l-Isvezja u r-Renju Unit.

Top