EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0202

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm Komunitarju sabiex itejjeb il-ħidma tas-sistemi ta’ tassazzjoni fis-suq intern (Fiscalis 2013) {SEK(2006) 566}

/* KUMM/2006/0202 finali */

52006PC0202

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm Komunitarju sabiex itejjeb il-ħidma tas-sistemi ta’ tassazzjoni fis-suq intern (Fiscalis 2013) {SEK(2006) 566} /* KUMM/2006/0202 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 17.5.2006

KUMM(2006) 202 finali

2006/0076 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi programm Komunitarju sabiex itejjeb il-ħidma tas-sistemi ta’ tassazzjoni fis-suq intern (Fiscalis 2013)

(preżentata mill-Kummissjoni) {SEK(2006) 566}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Raġunijiet għall-proposta u objettivi tagħha Skond artikolu 15(4)a tad-Deċiżjoni Fiscalis 2003 - 2007, il-Kummissjoni għandha tissottometti komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li turi x-xewqa li jitkompla l-programm Fiscalis, akkumpanjat, fejn rilevanti, minn proposta xierqa. Fis-6 ta’ April 2005 il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni[1] li tesprimi x-xewqa li jinħolqu żewġ programmi suċċessuri, Dwana 2013 u Fiscalis 2013[2] għall-programmi Dwana 2007 u Fiscalis 2003 – 2007 rispettivament. |

120 | Kuntest ġenerali L-isfida ewlenija li se taffronta l-Unjoni Ewropea fis-snin li ġejjin hi li twettaq it-tkabbir u l-ħolqien ta’ l-impjiegi, kif stipulat fit-tnedija mill-ġdid ta’ l-istrateġija ta’ Liżbona[3]. Il-programm 2013 se jikkontribwixxi b’mod attiv għat-twettiq ta’ din l-istrateġija billi jkompli jiżviluppa l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa sabiex jiżgura li s-sistemi ta’ tassazzjoni jilħqu l-objettivi li ġejjin: applikazzjoni komuni ta’ leġislazzjoni Komunitarja tat-taxxa; il-protezzjoni ta’ interessi finanzjarji nazzjonali u Komunitarji; il-ħidma bla xkiel tas-suq intern permezz tal-ġlieda kontra l-ħrib mit-taxxa u l-evażjoni tagħha, li tinkludi d-dimensjoni internazzjoni tagħha; ikun evitat it-tfixkil tal-kompetizzjoni; u it-tnaqqis kontinwu ta’ piżijiet ta’ konformità kemm fuq amministrazzjonijiet u fuq persuni taxxabbli. |

130 | Dispożizzjonijiet li jeżistu fil-qasam tal-proposta Il-programm Fiscalis 2013 hu s-suċċessur tal-programm Fiscalis 2003-2007. |

141 | Konsistenza mal-politiki u l-objettivi l-oħra ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. |

KONSULTAZZJONI MA’ PARTIJIET INTERESSATI U L-ASSESSJAR TA’ L-IMPATT |

Konsultazzjoni tal-partijiet interessati |

211 | Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi prinċipali mmirati u profil ġenerali ta’ min iwieġeb Il-pajjiżi parteċipanti kollha pparteċipaw fl-evalwazzjoni ta’ servej elettroniku ta’ nofs il-perjodu, filwaqt li saru żjarat ta’ studju f’ħamsa minnhom. Matul dawn iż-żjarat, kienu organizzati intervisti intensivi ma’ koordinaturi tal-programm, l-utenti tas-sistemi ta’ l-IT, parteċipanti fil-ġrajjiet, il-ġerarkija ta’ l-amministrazzjoni tat-taxxa kif ukoll persuni taxxabbli. Parteċipanti fil-programm jintalbu regolarment jagħtu l-fehma tagħhom bħala parti minn sistema ta’ monitoraġġ interna għall-programm 2007. |

212 | Sommarju tar-risposti u kif ikunu tqiesu Il-partijiet interessati jikkunsidraw il-programm Fiscalis bħala rilevanti ħafna għall-ħtiġiet tal-pajjiżi parteċipanti u qablu li l-programm Fiscalis jgħin għall-kisba ta’ kooperazzjoni aħjar u trawwim ta’ fiduċja bejn l-amministrazzjonijiet tagħhom u l- uffiċjali. Pajjiżi parteċipanti apprezzaw, b’mod partikulari, il-flessibbiltà offruta mill-programm u jridu li tibqa’ tinżamm fil-futur. Huma enfasizzaw ukoll li l-programm għandu rwol ewlieni fl-appoġġ lill-pajjiżi parteċipanti biex jitgħallmu minn xulxin u b’hekk jevitaw żbalji li jiswewlhom ħafna flus. L-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu rrikmandat attivitajiet ta’ tisħiħ fil-qasam tat-taħriġ u t-tixrid tat-tagħrif. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew ikkunsidrati meta sar l-abbozzar tal-proposta l-ġdida. |

Ġbir u użu ta’ għarfien espert |

229 | Ma kienx hemm bżonn ta’ għarfien espert barrani . |

230 | Assessjar ta’ l-impatt L-ewwel għażla politika, it-twaqqif tal-programm Fiscalis, ser ikollha effett immedjat u devastanti fuq is-Suq Intern b’mod ġenerali u fuq it-tħaddim tas-sistemi tat-taxxa b’mod partikulari. It-tieni għażla ta’ politika, it-twaqqif tal-programm 2013 bħala estensjoni tal-programm 2007 mingħajr ma jiġu pprovduti riżorsi addizzjonali li jappoġġjaw inizjattivi ta’ politika ġdida u/jew sabiex iwieġbu għal bdil fiċ-ċirkustanzi, tkun tfisser deterjorazzjoni progressiva tal-qagħda kurrenti. Għalkemm din l-għażla tista’ tidher sodisfaċenti fuq perjodu ta’ żmien qasir, malajr turi l-limitazzjonijiet tagħha u effetti mhux mixtieqa, għax ma tipprovdix riżorsi biżżejjed lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa sabiex jindirizzaw l-isfidi li jkunu resqin. It-tielet għażla politika tipprevedi li l-programm 2013 jitwaqqaf bħala estensjoni tal-programm 2007 msaħħaħ b’riżorsi finanzjarji addizzjonali sabiex, min-naħa waħda, jappoġġja inizjattivi politiċi ġodda u min-naħa l-oħra jipprevedi żieda marġinali tal-baġit tas-sottointestaturi l-oħrajn kollha. L-inizjattivi politiċi ġodda li ser jikkontribwixxu ħafna għall-iżvilupp ta’ amministrazzjoni tat-taxxa elettronika kompluta ser jassorbu l-akbar sehem ta’ dawn ir-riżorsi addizzjonali. Baġit addizzjonali hu wkoll meħtieġ sabiex jittejbu s-sistemi ta’ IT trans Ewropej sabiex jassorbu ż-żieda mistennija fil-bdil ta’ l-informazzjoni, filwaqt li sehem limitat tar-riżorsi addizzjonali ser jintuża sabiex jiġu żviluppati inizjattivi li jappoġġjaw il-promozzjoni tal-qsim ta’ l-għarfien, fil-qasam tat-tagħlim ta’ elettronika u t-tixrid ta’ informazzjoni. |

231 | Il-Kummissjoni għamlet l-assessjar ta’ l-impatt imniżżel fil-Programm ta’ Xogħol, u dan ir-rapport hu aċċessibbli fuq SEC(2006)566. |

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

305 | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Jiġi stabbilit programm Komunitarju sabiex itejjeb it-tħaddim tas-sistemi ta’ tassazzjoni fis-suq intern (Fiscalis 2013). |

310 | Il-bażi legali It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea speċjalment Artikolu 95. |

320 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. |

L-objettivi tal-proposta ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba r-raġuni(ijiet) li ġejja(in): |

321 | Peress li l-objettivi tal-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-pajjiżi parteċipanti u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effett ta’ l-azzjoni jinkisbu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif imniżżel f’Artikolu 5 tat-Trattat. |

Azzjoni tal-Komunità tikseb aħjar l-objettivi tal-proposta għar-raġuni(jiet) li ġejja(in): |

324 | Għalkemm ir-responsabilità primarja sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ dan il-programm qiegħda fuq il-pajjiżi parteċipanti, azzjoni tal-Komunità hi meħtieġa għall- koordinazzjoni ta’ l-attivitajiet segwiti taħt il-programm kif ukoll għall-provvediment ta’ infrastruttura u l-istimulu meħtieġ. |

Għalhekk il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja (in): |

331 | Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’Artikolu 5 KE, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu l-objettivi tagħha. |

L-għażla ta’ strumenti |

341 | Strumenti proposti: oħra (Programm tal-Kommunità) |

342 | Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġuni(ijiet) li ġejjin: Mhux applikabbli |

IMPLIKAZZJONI FUQ IL-BAġIT |

401 | L-ispejjeż ta’ ħidma li għandhom jitħallsu mill-Komunità jistgħu jinqasmu f’żewġ kategoriji prinċipali, Azzjonijiet Konġunti u Azzjonijiet IT. Azzjonijiet Konġunti jkopru seminars, gruppi tal-proġett, żjarat ta’ ħidma, kontrolli multilaterali, taħriġ, u kull attività oħra skond l-Artikolu 1(2)(f). Azzjonijiet IT jkopru l-iffunzjonar u l-evoluzzjoni ta’ sistemi trans Ewropej eżistenti u l-iżvilupp ta’ sistemi ġodda. L-ammont totali li ser jitħallas mill-baġit tal-Komunità hu ta’ EUR 156,9 miljun għall-perjodu 2008-2013. Il-programm 2013 hu programm ta’ sitt snin marbut mal-perspettivi finanzjarji 2007 – 2013. Il-Kummissjoni tirriserva l-possibilità li teżamina jekk ċerti xogħlijiet ta’ implimentazzjoni tal-programm tal-Komunità jistgħux jiġu fdati lil aġenzija eżekuttiva jew lil fornituri ta’ servizzi permezz ta’ kuntratti ta’ għajnuna teknika u amministrattiva. |

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |

520 | Revoka ta’ leġislazzjoni eżistenti L-adozzjoni tal-proposta ser twassal għal revoka ta’ leġislazzjoni eżistenti. |

570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta Artikolu 6: Sistemi ta’ bdil ta’ komunikazzjoni u informazzjoni Sistemi trans Ewropej ta’ komunikazzjoni u ta’ skambju ta’ informazzjoni għandhom sehem importanti ħafna fit-tisħiħ ta’ l-iffunzjonar tas-sistemi tat-taxxa tal-Komunità, u b’mod partikulari li jiggarantixxu l-effettività u l-effiċjenza tagħhom. Il-programm 2013 ser jappoġġja s-sistemi relatati mat-taxxa li qegħdin jiġu żviluppati jew li huma operattivi fid-dħul fis-seħħ ta’ din id-deċiżjoni kif ukoll l-iżvilupp ta’ kull sistema ġdida relatata mat-taxxa stabbilita skond il-leġislazzjoni tal-Komunità. Is-sistema EMCS ser tiġi integrata fil-programm 2013 mill-2009. Il-programmi ta’ qabel urew li koordinazzjoni estensiva bejn il-partijiet interessati hi essenzjali għat-tmexxija bla xkiel ta’ dawn is-sistemi trans Ewropej ta’ l-IT. Element ieħor essenzjali hu l-impenn simili tal-Kummissjoni u tal-pajjiżi parteċipanti, kull wieħed minnhom fil-qasam rispettiv tiegħu biex ikunu żgurati t-tħaddim tas-sistemi eżistenti u l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet trans Ewropej fil-ġejjieni. Il-proposta tipprovdi għal diviżjoni ċara ta’ responsabbiltajiet bejn il-Kummissjoni u l-pajjiżi parteċipanti. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tagħmel is-sistemi ta’ komunikazzjoni u dawk ta’ skambju ta’ għarfien disponibbli għal servizzi pubbliċi oħrajn għall-għanijiet ta’ taxxa jew mhux ta’ taxxa sakemm jingħata kontribut finanzjarju lill-baġit tal-programm. Artikolu 7: Kontrolli Multilaterali L-organizzazzjoni ta’ kontrolli ta’ taxxa bejn il-fruntieri għandha natura ġudizzjarja kumplessa li teħtieġ kuntatti mill-qrib bejn l-awdituri involuti. Azzjoni ta’ Kontroll Multilaterali Fiscalis toffri qafas lill-awdituri biex jorganizzaw dawn il-kontrolli. L-awdituri użaw il-Kontrolli Multilaterali b’mod intensiv fl-ewwel sentejn tal-programm 2007. Dawn l-azzjonijiet saru strument importanti u effiċjenti biex jiġġieldu l-frodi bejn il-fruntieri. Il-programm 2013 se jkompli jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jużaw din it-tip ta’ azzjoni, izidu fil-frekwenza tagħhom u jtejbu l-kwalità tagħhom. Artikolu 8: Seminars u gruppi tal-proġetti Is-seminars jipprovdu forum ta’ persuni ta’ ħila kbira f’qasam partikulari biex jiltaqgħu ma’ xulxin u, flimkien mal-Kummissjoni, jiddiskutu problemi komuni, esperjenzi u soluzzjonijiet possibbli. Is-seminars huma utli għall-iżvilupp u t-tixrid ta’ l-aħjar prattika amministrattiva iżda wkoll għall-istimolu u l-iżvilupp tal-kooperazzjoni jew bħala għodda ta’ taħriġ. L-Istati Membri ta’ sikwit jirreferu għall-kuntatti bilaterali bejn l-uffiċjali fil-kuntest tas-seminars bħala utli ħafna biex irawmu l-kooperazzjoni u jibnu fiduċja bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali. Okkażjonalment, ir-rappreżentanti tal-kummerċ u l-persuni taxxabbli u persuni oħrajn b’għarfien espert speċifiku ġew mistiedna għal dawn is-seminars. Il-parteċipanti ta’ l-amministrazzjonijiet dejjem apprezzaw ħafna l-preżenza ta’ dawn ir-rappreżentanzi esperti. Tnedew gruppi tal-proġetti u laqgħat ta’ daqs żgħir fuq suġġetti speċifiċi, bħala biċċa għodda ġdida taħt il-programm 2007. Fl-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-programm 2007, kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni esprimew sodisfazzjon kbir għall-ħidma mwettqa mill-gruppi ta’ ħidma. B’mod partikulari dawn jipprovdu sisien utli għall-analiżi tal-varjetajiet ta’ strateġiji użati fl-amministrazzjonijiet tat-taxxa u jagħmlu suġġerimenti għal prattika amministrattiva tajba. Il-gruppi tal-proġetti se jiġu inklużi bħala tip ta’ azzjoni ġdida fil-programm 2013. Artikolu 9: Żjarat ta’ ħidma Huma maħsuba żjarat ta’ ħidma sabiex isir studju prattiku amministrattiv partikulari f’amministrazzjoni oħra jew sabiex tinstab soluzzjoni għall-problema ta’ natura strateġika u prattika. Żjarat ta’ ħidma jistgħu jiġu organizzati ma’ l-awtoritajiet tat-taxxa ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE kif ukoll ma’ l-awtoritajiet tat-taxxa ta’ pajjiżi terzi. Artikolu 10: Attivitajiet ta’ taħriġ L-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-programm 2007 kkonfermat il-ħtieġa li jitkompla l-iżvilupp ta’ taħriġ komuni. Għadd ta’ attivitajiet ta’ taħriġ ad hoc ġew żviluppati matul l-ewwel nofs tal-programm 2007. Artikolu 1(2)f: Attivitajiet oħra L-opportunità biex tiġi żviluppata, barra l-azzjonijiet standard, kull attività oħra mfassla biex tagħti soluzzjoni għal ħtieġa partikulari, instabet li kienet partikularment utli fil-programm 2007. Permezz ta’ din il-proċedura, fil-programm 2007 tnedew gruppi tal-proġetti. Għalhekk, l-għażla ser tibqa’ tgħodd ukoll fil-programm 2013. Artikolu 3: Parteċipazzjoni fil-programm Il-pajjiżi parteċipanti huma l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-pajjiżi kandidati, il-pajjiżi potenzjalment kandidati u ċerti pajjiżi msieħba fil-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP) sakemm ikunu miftiehma l-arranġamenti meħtieġa. Artikolu 11: Parteċipazzjoni f’attivitajiet taħt il-programm Rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi, persuni taxxabbli u l-organizzazzjonijiet tagħhom jistgħu jieħdu sehem f’attivitajiet organizzati permezz tal-programm kulmeta tinħass il-ħtieġa li jintlaħqu l-objettivi tal-programm. Artikolu 12: Il-bdil ta’ l-informazzjoni L-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-programm 2007 kkonfermat il-ħtieġa li l-qsim ta’ informazzjoni u l-iskambju ta’ l-għarfien bejn l-amministrazzjonijiet, u bejn l-amministrazzjonijiet u l-Kummissjoni kif ukoll fil-konsolidament ta’ l-għarfien maħluq matul il-ġrajjiet tal-programm ikunu organizzati b’mod iktar strutturat. Għalhekk, il-programm 2013 se jagħti attenzjoni partikulari għall-qsim ta’ l-informazzjoni u l-immaniġġjar ta’ l-għarfien. |

1. 2006/0076 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi programm Komunitarju sabiex itejjeb il-ħidma tas-sistemi ta’ tassazzjoni fis-suq intern (Fiscalis 2013)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[4],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata f’Artikolu 251 tat-Trattat,

Billi:

(1) L-għanijiet ewlenin għall-Komunità fis-snin li ġejjin huma li toħloq it-tkabbir u l-impjiegi, kif stipulat fit-tnedija mill-ġdid ta’ l-istrateġija ta’ Liżbona. Id-Deċiżjoni Nru 888/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 1998 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarja biex ittejjeb is-sistemi ta’ tassazzjoni indiretti tas-suq intern (il-programm Fiscalis)[6] (minn hawn ’il quddiem “il-programm 2007”) u d-Deċiżjoni Nru 2235/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2002 li tadotta programm tal-Komunità biex tittejjeb l-operazzjoni tas-sistemi ta’ tassazzjoni fis-suq intern (Fiscalis 2003 – 2007)[7] (minn hawn ’il quddiem “il-programm 2007”) ikkontribwew b’mod sinifikanti għall-kisba ta’ dawk l-għanijiet għall-perjodi 1998 sa l-2002 u 2003 sa l-2007. Hu għalhekk meqjus bħala xieraq li jitkompla l-programm Fiscalis. Dan il-programm għandu jiġi stabbilit għal perjodu ta’ sitt snin sabiex it-tul tiegħu jiġi allinjat ma’ dak tal-Qafas Finanzjarju Multi-Annwali li jinstab fil-ftehim Inter-istituzjonali ta’ (għandha titniżżel id-data) bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fuq dixxiplina baġitarja u tmexxija finanzjarja xierqa[8].

(2) Il-kooperazzjoni effiċjenti, effettiva u estensiva fost l-Istati Membri attwali u futuri u bejniethom u l-Kummissjoni hi element ewlieni fit-tħaddim tas-sistemi tat-tassazzjoni u fil-ġlieda kontra l-frodi. Billi dawk li jwettqu l-frodi fil-kamp tat-taxxa ma jillimitawx l-attivitajiet tagħhom għat-territorji tal-Komunità, dan il-programm għandu jipprovdi l-possibilità li jiżviluppa l-kooperazzjoni ma’ u jipprovdi l-għajnuna lill-pajjiżi terzi. Hu għandu wkoll jgħin sabiex jiġu identifikati prattiċi leġislattivi u amministrattivi li jistgħu jfixklu l-kooperazzjoni u jsib ir-rimedji possibbli għal ostakli lil tali kooperazzjoni.

(3) Sabiex jiġi appoġġjat il-proċess ta’ adeżjoni minn pajjiżi kandidati, għandhom ikunu pprovduti mezzi prattiċi li permezz tagħhom l-amministrazzjonijiet tat-taxxa ta’ dawk il-pajjiżi jkunu jistgħu jidħlu għas-sensiela sħiħa ta’ ħidmiet meħtieġa taħt il-leġislazzjoni tal-Komunità sa mid-data ta’ l-adeżjoni tagħhom. Għalhekk dan il-programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi kandidati. Strateġija simili għandha tittieħed fir-rigward ta’ pajjiżi potenzjalment kandidati.

(4) Sabiex jiġu appoġjati riformi tat-taxxa f’pajjiżi li jipparteċipaw fil-Politika Ewropea tal-Viċinat, hu xieraq li tiġi pprovduta taħt ċerti kundizzjonijiet, kull possibilità, għall-parteċipazzjoni tagħhom f’attivitajiet magħżula tal-programm.

(5) Is-sistemi kompjuterizzati trans Ewropej ta’ komunikazzjoni żgura, ta’ komunikazzjoni u ta’ skambju ta’ l-informazzjoni finanzjati taħt il-programm 2007 għandhom sehem importanti ħafna fit-tisħiħ tas-sistemi ta’ tassazzjoni fil-Komunità u għalhekk għandhom ikomplu jiġu ffinanzjati. Barra minn hekk għandu jkun possibbli li fil-programm jiġu inklużi sistemi oħra ta’ skambju ta’ informazzjoni relatati mat-taxxa bħas-Sistema ta’ Kontroll tal-Moviment tas-Sisa (EMCS) stabbilita taħt Deċiżjoni Nru 1152/2003/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 fuq il-kompjuterizzazzjoni tal-moviment u s-sorveljanza ta’ prodotti suġġetti għas-sisa[9] u kull sistema meħtieġa għall-għanijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 fuq tassazzjoni ta’ riservi fuq id-dħul fil-forma ta’ pagamenti ta’ imgħaxx[10].

(6) L-esperjenza miksuba mill-Komunità mill-programmi ta’ l-2002 u l-2007 wriet li meta tlaqqa’ flimkien l-uffiċjali minn amministrazzjonijiet nazzjonali differenti f’attivitajiet professjonali bħal żjarat ta’ ħidma, seminars, gruppi tal-proġetti u kontrolli multilaterali jikkontribwixxi għall-kisba ta’ l-għanijiet tal-programm. Għalhekk dawk l-attivitajiet għandhom jitkomplew. Għandu jibqa’ possibbli li jiġi żviluppat tip ġdid ta’ azzjonijiet li jwieġbu b’mod aktar effettiv għall-ħtiġiet.

(7) L-esperjenza miksuba mill-programmi ta’ l-2002 u l-2007 uriet li l-iżvilupp u l-implimentazzjoni koordinati ta’ programm ta’ taħriġ komuni jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-għanijiet tal-programm, b’mod partikulari għall-kisba ta’ standard komuni ogħla ta’ fehma fil-liġi Komunitarja. L-opportunitajiet li joffri l-ambjent ta’ tagħlim elettroniku għandhom jiġu esplorati bis-sħiħ.

(8) Uffiċjali attivi fil-qasam tat-tassazzjoni jeħtieġu standard suffiċjenti ta’ kompetenza lingwistika sabiex jikkooperaw u jieħdu sehem fil-programm. Hi r-responsabilità tal-pajjiżi li jieħdu sehem fil-programm sabiex jipprovdu t-taħriġ fil-lingwa meħtieġa għall-uffiċjali tagħhom.

(9) Hu xieraq li tiġi pprovduta l-possibilità li jiġu organizzati ċerti attivitajiet bil-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi, rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u persuni taxxabbli jew l-organizzazzjonijiet tagħhom.

(10) L-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-programm 2007[11] kkonfermat il-ħtieġa għal organizzazzjoni aktar strutturata fil-qsim ta’ informazzjoni u fl-iskambju ta’ l-għarfien bejn l-amministrazzjonijiet, l-amministrazzjonijiet u l-Kummissjoni kif ukoll fit-tisħiħ ta’ l-għarfien miġbur waqt l-avvenimenti tal-programm. Għalhekk, għandha tingħata attenzjoni partikulari lill-iskambju ta’ informazzjoni u ’l-amministrazzjoni ta’ għarfien.

(11) Għalkemm ir-responsabilità primarja sabiex jinkisbu l-objettivi tal-programm 2013 qiegħda fuq il-pajjiżi parteċipanti, hi meħtieġa l-ħidma tal-Komunità biex tikkoordina dawn l-attivitajiet kif ukoll għall-provvediment ta’ l-infrastruttura u l-istimulu neċessarju. Peress li l-objettivi tal-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-pajjiżi parteċipanti u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effett ta’ l-azzjoni jinkisbu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif imniżżel f’Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilita f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkisbu l-objettivi tagħha.

(12) Għat-tul kollu tal-programm, din id-Deċiżjoni tistabbilixxi qafas finanzjarju li jikkostitwixxi l-punt ewlieni ta’ referenza, għall-awtorità baġitarja, fl-ambitu tat-tifsira ta’ punt 33 tal-ftehim Inter-istituzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għal dixxiplina baġitarja u titjib tal-proċedura baġitarja[12].

(13) Il-miżura meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiġi adottata bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[13].

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

lProgramm Fiscalis 2013

1. B’dan qed jiġi stabbilit programm ta’ azzjoni multiannwali Komunitarju (Fiscalis 2013) minn hawn ’il quddiem imsemmi ‘l-programm’, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2013 biex itejjeb it-tħaddim tas-sistemi ta’ tassazzjoni tas-suq intern.

2. L-attivitajiet tal-programm ser jikkonsistu f’dan li ġej:

(a) sistemi ta’ komunikazzjoni u ta’ skambju ta’ informazzjoni; (b) kontrolli multilaterali;

(c) seminars u gruppi tal-proġetti;

(d) żjarat ta’ ħidma;

(e) attivitajiet ta’ taħriġ;

(f) kull attività oħra meħtieġa għat-twettiq ta’ l-għanijiet tal-programm.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(1) “tassazzjoni” tfisser it-taxxi li ġejjin applikati fil-pajjiżi parteċipanti fil-programm:

(a) Taxxa fuq il-Valur Miżjud;

(b) Taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u fuq prodotti tat-tabakk u prodotti ta’ l-enerġija;

(c) Taxxi fuq id-dħul u fuq il-kapital kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE[14];

(d) Taxxi fuq premiums ta’ l-assigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE[15].

(2) “amministrazzjoni” tfisser l-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi fil-pajjiżi parteċipanti fil-programm responsabbli għall-amministrazzjoni tat-tassazzjoni jew attivitajiet relatati mat-taxxa;

(3) “uffiċjal” ifisser uffiċjal ta’ l-amministrazzjoni.

Artikolu 3

Parteċipazzjoni fil-programm

1. Il-Pajjiżi Parteċipanti huma l-Istati Membri u l-pajjiżi msemmija f’paragrafu 2.

2. Il-programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(a) pajjiżi kandidati li jieħdu benefiċċju minn strateġija ta’ qabel l-adeżjoni, bi qbil mal-prinċipji ġenerali u termini u kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Komunità, stabbiliti fil-Ftehim Strutturali u Assoċjazzjoni ta’ Deċiżjonijiet tal-Kunsill;

(b) pajjiżi kandidati potenzjali, bi qbil mad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu determinati ma’ dawk il-pajjiżi li jsegwu t-twaqqif ta’ ftehim strutturali għall-parteċipazzjoni fi programmi tal-Komunità.

3. Il-programm jista’ jkun miftuħ ukoll għal parteċipazzjoni ta’ ċerti pajjiżi msieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, jekk dawn il-pajjiżi laħqu livell suffiċjenti ta’ approssimazzjoni tal-leġislazzjoni rilevanti u metodi amministrattivi ma’ dawk tal-Komunità u bi qbil mad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu ddeterminati ma’ dawk il-pajjiżi wara t-twaqqif ta’ ftehim strutturali għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Komunità.

4. Pajjiżi parteċipanti għandhom jiġu rrappreżentati minn membri ta’ l-amministrazzjoni relevanti.

Artikolu 4

Objettivi

1. L-objettiv ġenerali tal-programm għandu jkun li jitjieb it-tħaddim xieraq tas-sistemi ta’ tassazzjoni fis-suq intern billi tikber il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi parteċipanti, l-amministrazzjonijiet tagħhom u l-korpi l-oħrajn.

2. L-objettivi tal-programm għandhom ikunu:

(a) fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud, dazji tas-sisa u taxxi fuq id-dħul u fuq il-kapital:

(i) li jitħarsu l-iskambju effiċjenti, effettiv u estensiv ta’ skambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni amministrattiva;

(ii) li jkun possibbli għall-uffiċjali li jiksbu standard għoli komuni ta’ ftehim fil-liġi Komunitarja u fl-implimentazzjoni tagħha fl-Istati Membri;

(iii) li jkun żgurat it-titjib kontinwu tal-proċeduri amministrattivi li jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħtiġiet ta’ l-amministrazzjonijiet u tal-persuni taxxabbli permezz ta’ l-iżvilupp u t-tixrid ta’ prattika amministrattiva tajba.

(b) fir-rigward ta’ taxxi fuq premiums ta’ l-assigurazzjoni, li titjieb il-kooperazzjoni bejn amministrazzjonijiet, sabiex tkun żgurata applikazzjoni aħjar tar-regoli eżistenti;

(c) fir-rigward ta’ pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali, li jintlaħqu l-ħtiġiet speċjali ta’ dawk il-pajjiżi fil-qasam tal-leġislazzjoni tat-taxxa u l-kapaċità amministrattiva;

(d) fir-rigward ta’ pajjiżi terzi, b’mod partikulari dawk tal-pajjiżi msieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, sabiex titjieb il-kooperazzjoni ma’ l-amministrazzjonijiet tat-taxxa ta’ dawk il-pajjiżi.

Artikolu 5

Programm ta’ Ħidma

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta’ ħidma kull sena skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2).

Kapitolu II

Attivitajiet tal-programm

Artikolu 6

Sistemi ta’ komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni

1. Il-Kummissjoni u l-pajjiżi parteċipanti għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni definiti f’paragrafu 2 huma operattivi.

2. Is-sistemi ta’ komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a) In-Netwerk ta’ Komunikazzjoni Komuni/l-Interazzjoni tas-Sistemi Komuni (CCN/CSI);

(b) Is-Sistema ta’ l-Iskambju ta’ l-Informazzjoni fuq il-VAT (VIES);

(c) Sistemi ta’ Dazju;

(d) Sistema ta’ Kontroll tal-Moviment tas-Sisa (EMCS);

(e) kull taxxa ġdida relatata mas-sistemi ta’ komunikazzjoni u ta’ skambju ta’ l-informazzjoni, stabbilita skond il-leġislazzjoni Komunitarja u prevista fil-Programm ta’ Ħidma li għalih issir referenza f’Artikolu 5.

3. Il-komponenti Komunitarji tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u ta’ skambju ta’ l-informazzjoni għandhom ikunu l-konnessjonijiet ta’ hardware , software u tan-netwerk, li għandhom ikunu komuni għall-pajjiżi parteċipanti kollha.

Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi l-kuntratti meħtieġa biex tkun żgurata n-natura operattiva ta’ dawn il-komponenti f’isem il-Komunità.

4. Il-komponenti mhux Komunitarji tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u ta’ skambju ta’ l-informazzjoni għandhom jinkorporaw id- databases nazzjonali li jiffurmaw parti minn dawn is-sistemi, il-konnessjonijiet tan-netwerk bejn il-komponenti Komunitarji u mhux Komunitarji u tali software u hardware li kull pajjiż parteċipant iqis xieraq għat-tħaddim sħiħ ta’ dawk is-sistemi fl-amministrazzjoni kollha tiegħu.

Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jiżguraw li l-komponenti mhux Komunitarji jibqgħu operattivi u għandhom jiżguraw l-interoperabbiltà ta’ dawn il-komponenti mal-komponenti Komunitarji.

5. Il-Kummissjoni għandha tikkoordina, flimkien mal-pajjiżi parteċipanti, dawk l-aspetti tat-twaqqif u tat-tħaddim tal-komponenti Komunitarji u mhux Komunitarji tas-sistemi u ta’ l-infrastruttura msemmija f’paragrafu 2 li huma meħtieġa sabiex ikunu żgurati t-tħaddim, l-interkonnettività u t-titjib kontinwu tagħhom. Għandu jkun hemm qbil ma’ l-iskedi u t-termini stabbiliti għal dak il-għan mill-pajjiżi parteċipanti.

6. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel is-sistemi ta’ komunikazzjoni u ta’ skambju ta’ informazzjoni disponibbli għal servizzi pubbliċi oħrajn għall-għanijiet ta’ taxxa jew mhux ta’ taxxa sakemm jingħata kontribut finanzjarju lill-baġit tal-programm.

Artikolu 7

Kontrolli Multilaterali

L-Istati Membri u dawk il-pajjiżi li għandhom ftehim bilaterali jew multilaterali fuq kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta’ informazzjoni jew ma’ xulxin jew ma’ l-Istati Membri li jippermettu attività bħal din, għandhom jorganizzaw u jwettqu kontrolli multilaterali fil-forma ta’ kontroll koordinat mar-responsabilità fiskali ta’ persuna jew persuni taxxabbli, stabbiliti f’pajjiżi parteċipanti differenti.

Il-pajjiżi li jieħdu sehem f’kontrolli multilaterali bħal dawn jista’ jkollhom interessi komuni jew li jikkumplimentaw lil xulxin u fuq ir-riżultat ta’ dawn il-kontrolli għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni.

Artikolu 8

Seminars u Gruppi tal-Proġetti

Il-Kummissjoni u l-pajjiżi parteċipanti għandhom jorganizzaw seminars u gruppi tal-proġetti flimkien u jiżguraw it-tixrid tar-riżultat ta’ dawn is-seminars u gruppi tal-proġetti.

Artikolu 9

Żjarat ta’ Ħidma

1. Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jorganizzaw żjarat ta’ ħidma għall-uffiċjali. Iż-żjarat ta’ ħidma m’għandhomx ikunu għal aktar minn xahar. Kull żjara ta’ ħidma għandha timmira lejn attività professjonali partikulari u għandha titħejja b’mod suffiċjenti u sussegwentement tiġi evalwata mill-uffiċjali u mill-amministrazzjonijiet konċernati.

2. Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jippermettu li l-uffiċjali taż-żjara jkollhom sehem effettiv fl-attivitajiet ta’ l-amministrazzjoni li qed tospita. Għal dan il-għan, l-uffiċjali taż-żjara għandhom ikunu awtorizzati li jwettqu l-ħidmiet relatati mad-dmirijiet fdati lilhom mill-amministrazzjoni li qed tospita skond is-sistema legali tagħha.

3. Matul iż-żjara ta’ ħidma, ir-responsabilità ċivili ta’ l-uffiċjal taż-żjara fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu għandha tiġi ttrattata bl-istess mod bħal dik ta’ l-uffiċjali ta’ l-amministrazzjoni li qed tospita. L-uffiċjali taz-zjara huma marbutin bl-istess regoli ta’ segretezza professjonali bħall-uffiċjali nazzjonali.

Artikolu 10

Attivitajiet ta’ taħriġ

1. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-pajjiżi parteċipanti, għandha tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni strutturata bejn il-korpi nazzjonali ta’ taħriġ u l-uffiċjali responsabbli għat-taħriġ fl-amministrazzjonijiet tat-tassazzjoni , u b’mod partikulari permezz tal-mezzi li ġejjin:

(a) l-iżvilupp ta’ programmi ta’ taħriġ eżistenti u, fejn meħtieġ, programmi ġodda biex jipprovdu qofol komuni ta’ taħriġ għall-uffiċjali biex ikunu jistgħu jiksbu l-ħiliet u l-għarfien professjonali komuni meħtieġ;

(b) fejn xieraq, il-koordinazzjoni tal-ftuħ, lill-uffiċjali mill-pajjiżi parteċipanti kollha, ta’ korsijiet ta’ taħriġ fit-tassazzjoni fejn dawn il-korsijiet huma pprovduti minn pajjiż parteċipant għall-uffiċjali tiegħu stess;

(c) fejn xieraq, l-iżvilupp ta’ l-istruttura u għodda meħtieġa għal taħriġ ta’ taxxa komuni u l-ġestjoni tat-taxxa.

2. Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jiżguraw li programmi komuni ta’ taħriġ u l-infrastruttura komuni ta’ taħriġ ta’ taxxa msemmija f’paragrafu 1(c) ikunu integrati bis-sħiħ fil-programmi nazzjonali ta’ taħriġ.

Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jiżguraw ukoll li l-uffiċjali tagħhom jirċievu t-taħriġ inizjali u kontinwu meħtieġ biex jiksbu l-ħiliet u l-għarfien professjonali komuni skond il-programmi ta’ taħriġ komuni u taħriġ lingwistiku meħtieġ għal dawk l-uffiċjali biex jaċċertaw standard suffiċjenti ta’ kompetenza lingwistika għas-sehem fil-programm.

Artikolu 11

Parteċipazzjoni f’attivitajiet taħt il-programm

Rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi, persuni taxxabbli u l-organizzazzjonijiet tagħhom jistgħu jieħdu sehem f’attivitajiet organizzati taħt il-programm kulmeta dan hu essenzjali sabiex jitwettqu l-objettivi msemmija f’Artikolu 4.

Artikolu 12

Il-Qsim ta’ Informazzjoni

Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-pajjiżi parteċipanti, għandha tiżviluppa l-qsim ta’ informazzjoni li tirriżulta mill-attivitajiet tal-programm b’mod sistematiku u strutturat.

Kapitolu III

Dispożizzjonijiet Finanzjarji

Artikolu 13

Qafas Finanzjarju

1. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2013 b’dan qed jiġi stabbilit għal EUR 156,9 miljun.

2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti ta’ l-iskema multiannwali tal-perspettivi finanzjarji.

Artikolu 14

Infiq

1. L-infiq meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-programm għandu jinqasam bejn il-Komunità u l-pajjiżi parteċipanti, skond il-paragrafi 2 sa 6.

2. Il-Komunità għandha terfa’ l-infiq li ġej:

(a) l-ispiża tal-ksib, l-iżvilupp, l-istallazzjoni, il-manutenzjoni u l-ispiża tat-tħaddim ta’ kuljum tal-komponenti Komunitarji tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u ta’ skambju ta’ l-informazzjoni deskritti fl-Artikolu 6(3);

(b) l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ l-għajxien magħmula mill-uffiċjali tal-pajjiżi parteċipanti relatati mal-kontrolli multilaterali, iż-żjarat ta’ ħidma, is-seminars, il-gruppi tal-proġetti;

(c) l-ispejjeż ta’ l-organizzazzjoni relatati ma’ seminars kif ukoll l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ l-għajxien imħallsa għall-parteċipazzjoni ta’ l-esperti esterni u l-parteċipanti msemmija f’Artikolu 11;

(d) l-ispiża tal-ksib, l-iżvilupp, l-istallazzjoni, il-manutenzjoni tas-sistemi ta’ taħriġ u l-moduli tat-taħriġ sakemm dawn ikunu komuni għall-pajjiżi parteċipanti kollha;

(e) l-ispejjeż ta’ kull attività oħra msemmija fil-punt f ta’ l-Artikolu 1(2).

3. Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni sabiex l-approprjazzjonijiet jiġu użati skond il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda.

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-regoli relatati mal-ħlas ta’ l-ispejjeż u għandha tikkomunika dawn ir-regoli lill-pajjiżi parteċipanti skond ir-Regolament Finanzjarju.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta kull miżura neċessarja għall-ġestjoni tal-baġit tal-programm skond il-proċedura msemmija f’Artikolu 16(2).

5. L-allokazzjoni finanzjarja ta’ dan il-programm tista’ tkopri wkoll spejjeż dovuti għall-attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u evalwazzjoni, meħtieġa direttament għall-ġestjoni tal-programm u l-kisba ta’ l-objettivi tiegħu, b’mod partikulari studji, laqgħat, informazzjoni u azzjonijiet ta’ pubblikazzjoni, spejjeż relatati ma’ netwerks iffukati fuq skambju ta’ informazzjoni, flimkien man-nefqa ta’ l-għajnuna teknika u amministrattiva li l-Kummissjoni tista’ tirrikorri għaliha għall-ġestjoni tal-programm.

6. Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jerfgħu l-infiq li ġej:

(a) l-iżvilupp, ix-xiri, l-istallazzjoni, il-manutenzjoni u l-ispiża tat-tħaddim ta’ kuljum tal-komponenti tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u ta’ skambju ta’ l-informazzjoni li m’humiex Komunitarji, deskritti fl-Artikolu 6(4);

(b) l-ispejjeż relatati mat-taħriġ inizjali u li jkompli, li jinkludi taħriġ lingwistiku, ta’ l-uffiċjali tagħhom.

Artikolu 15

Kontroll Finanzjarju

Id-deċiżjonijiet fuq il-finanzjament u kull ftehim jew kuntratt li jirriżulta minn din id-Deċiżjoni għandhom ikunu suġġetti għall-kontroll finanzjarju, u jekk meħtieġ, għall-verifiki fuq il-post mill-Kummissjoni, inklużi mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi ( OLAF ), u mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri. Kull għotja li ssir skond din id-Deċiżjoni għandha tkun suġġetta għal ftehim bil-miktub u bil-quddiem min-naħa tal-benefiċjarji. Dan il-ftehim għandu jkun fih l-aċċettazzjoni tal-benefiċjarji għall-verifika mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri fuq l-użu li jkun sar mill-finanzi mogħtija.

Kapitolu IV

Dispożizzjonijiet oħra

Artikolu 16

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-“Kumitat Fiscalis” (minn hawn ‘l quddiem “il-Kumitat”).

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, f’konformità ma’ l-Artikoli 7 u 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 17

Segwitu

Il-programm għandu jkun suġġett għal sorveljanza konġunta kontinwa mill-pajjiżi parteċipanti u mill-Kummissjoni.

Artikolu 18

Evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu u dik finali

1. Evalwazzjonijiet ta’ nofs il-perjodu u dik finali tal-programm għandhom jitwettqu taħt ir-responsabilità tal-Kummissjoni bl-użu tar-rapporti mfassla mill-pajjiżi parteċipanti msemmija f’paragrafu 2 u ta’ kull informazzjoni relevanti oħra. Il-programm għandu jkun evalwat f’termini ta’ l-objettivi stipulati f’Artikolu 4.

L-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu għandha tirrevedi r-riżultati miksuba mit-twettiq tal-programm f’nofs il-perjodu f’termini ta’ l-effikaċja u l-effiċjenza, kif ukoll l-issuktar tar-rilevanza ta’ l-għanijiet inizjali tal-programm. Għandha tevalwa wkoll l-użu ta’ l-iffinanzjar u l-progress tas-segwitu u ta’ l-implimentazzjoni.

L-evalwazzjoni finali għandha tiffoka fuq l-effikaċja u l-effiċjenza ta’ l-attivitajiet tal-programm.

2. Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni r-rapporti ta’ evalwazzjoni li ġejjin:

(a) rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu fuq ir-rilevanza tal-programm sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2011;

(b) rapport ta’ evalwazzjoni finali li jiffoka fuq l-effikaċja u l-effiċjenza tal-programm, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2014.

3. Fuq il-bażi tar-rapporti msemmija f’paragrau 2 u kull informazzjoni oħra relevanti, il-Kummissjoni għandha tissottometti r-rapporti li ġejjn lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill:

(a) rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu msemmi u komunikazzjoni fuq kemm ikun tajjeb li l-programm jitkompla, akkumpanjata, fejn xieraq, bi proposta, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2011;

(b) ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2014.

Dawn ir-rapporti għandhom jintbagħtu wkoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-informazzjoni tagħhom.

Artikolu 19

Revoka

Id-Deċiżjoni Nru. 2253/2002 hi b’dan irrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008.

Madankollu, obbligazzjonijiet finanzjarji relatati ma’ azzjonijiet segwiti taħt dik id-Deċiżjoni għandhom ikomplu jsiru skond dik id-Deċiżjoni sa meta jitlestew.

Artikolu 20

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej .

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Artikolu 21

Id-Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠISLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq il-programm Komunitarju Fiscalis 2013

2. QAFAS ABM/ABB

Qasam(Oqsma) ta’ Politika(ki) kkonċernat/i u Attività/Attivitajiet assoċjati:

Politika ta’ Tassazzjoni 1405

3. LINJI BAĠITARJI

3.1. Linji baġitarji (linji operattivi u linji relatati ta’ għajnuna teknika u amministrattiva (eż- linji BA) inklużi l-intestaturi:

- 140504 Programm Fiscalis 2013

- 14010404 Programm Fiscalis 2013 - Infiq fuq ġestjoni amministrattiva

- L-istruttura baġitarja finali għall-programm Fiscalis 2013 ser tiġi deċiża fi stadju ulterjuri.

3.2. Tul ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

- Il-perjodu ta’ validità tal-bażi legali jibda mill-01/01/2008 sa 31/12/2013.

- Il-pagamenti jkomplu wara l-31/12/2013

3.3. Karatterizzazzjoni baġitarja ( żid il-fillieri jekk meħtieġ ):

Linja baġitarja | Tip ta’ nfiq | Ġdid | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Pożizzjoni f’perspettiva finanzjarja |

140504 | Mhux-komp | Diff[16] | IVA | LE | IVA | 1a |

14010404 | Mhux-komp | Mhux Diff[17] | IVA | LE | IVA | 1a |

4. SOMMARJU TA’ RIŻORSI

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Sommarju ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn (CA) u approprjazzjonijiet ta’ pagament (PA)

EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali)

CA TOTALI li jinkludi l-ispejjeż ta’ riżorsi umani | A+c+d+e | 22.529 | 24.029 | 27.979 | 29.729 | 31.329 | 32.879 | 168.474 |

PA TOTALI li jinkludi l-ispejjeż ta’ riżorsi umani | b+c+d+e | 10.159 | 19.346 | 25.086 | 28.142 | 29.942 | 32.059 | 23.740 | 168.474 |

Dettalji ta’ ko-finanzjament

N.A.

4.1.2. Kompatibilità ma’ l-ipprogrammar Finanzjarju

x Il-proposta hi kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

Din id-deċiżjoni hi kompatibbli mal-Qafas Finanzjarju Multiannwali anness mal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba. Hi taqa’ taħt is-sottointestatura 1a - Kompetittività għat-tkabbir u l-impjieg.

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-dħul

x Il-Proposta ma għandha l-ebda implikazzjonijiet finanzjarji fuq id-dħul, għalkemm titjib fl-amministrazzjoni fiskali għandu jagħmel il-ġbir tar-riżorsi tagħha (VAT) aktar effettiva u effiċjenti f’dawk li huma spejjeż.

4.2. Riżorsi Umani FTE (inklużi uffiċjali, staff temporanju u estern) - ara dettall taħt punt 8.2.1.

Rekwiżiti annwali | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

Numru totali ta’ riżorsi umani | 16 | 16 | 16 | 16 | 16 | 16 |

5. KARATTERISTIĊI U OBJETTIVI

5.1. Ħtieġa li jintlaħqu fi żmien qasir jew twil

Għal analiżi aktar dettaljata ara paragrafu 4 ta’ l-assessjar ta’ l-impatt tal-programm Fiscalis 2013.

Il-programm Fiscalis jimmira sabiex iwieġeb l-isfidi attwali u futuri għat-tassazzjoni. Għalhekk għandha ssir enfasi fuq iż-żieda ta’ l-għarfien tal-liġi Komunitarja fi kwistonijiet tat-taxxa, tingħata aktar importanza lill-iskoperta u l-ġlieda kontra l-frodi bit-tisħiħ ta’ kooperazzjoni amministrattiva u t-titjib ta’ l-organizzazzjoni tal-kontrolli tat-taxxa, bi tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq persuni taxxabbli, u billi tadatta t-tassazzjoni għall-ambjent tat-taxxa li jinbidel. Fl-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-programm Fiscalis 2003 - 2007, il-partijiet interessati wrew li huma jikkunsidraw l-objettivi tal-programm li huma relevanti ħafna għall-ħtiġiet tagħhom.

Permezz tal-flessibbiltà tiegħu, il-programm Fiscalis akkwista rwol importanti fil-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, li l-livell ġenerali tagħha għall-VAT u sisa jista’ jkun qrib 1% tal-GNP. L-impatt tal-programm Fiscalis fuq il-kummerċ tal-Komunità hu konsiderevoli, peress li xi 50 miljun persuna taxxabbli huma benefiċjarji tas-Sistema ta’ Bdil ta’ Informazzjoni VAT (VIES), is-sistema ċentrali ta’ l-infrastruttura ta’ l-amministrazzjoni tat-taxxa komputerizzata trans Ewropea. Il-programm jappoġġja inizjattivi ugwali għat-tnaqqis ta’ spejjeż ta’ konformità għal persuni taxxabbli. It-tagħrif provdut mill-kumpaniji juri li l-ispejjeż ta’ konformità huma ħafna akbar minn, 30,9% tat-taxxi u 2,6% ta’ bejgħ għal SMEs u 1,9% u 0,02% għal kumpaniji kbar. Il-programm għandu sehem dirett fix-xogħol ta’ l-awdituri tat-taxxa li jistrieħu fuq it-tagħrif tal-VIES għall-ħidma ta’ kontroll tagħhom. Fiscalis hu wkoll appoġġ ewlieni li juri lill-uffiċjali tat-taxxa d-dimensjoni Ewropea ta’ ħidmiethom.

5.2. Valur miżjud ta’ l-involviment tal-Komunità u koerenza fil-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli.

Għal analiżi aktar dettaljata ara paragrafu 6 ta’ l-istima ta’ impatt tal-programm Fiscalis 2013.

Jekk l-ebda strument komunitarju ma jitkompla fil-qasam tat-taxxa, l-impatt kollu mwettaq qabel, tal-programmi Fiscalis jisfa fix-xejn. Dan ikun ifisser, per eżempju, li l-ebda netwerk żgur u sistemi ta’ skambju ta’ informazzjoni ma jkunu jeżistu bejn il-25 Stat Membru u li l-interoperabbiltà u interkonnettività tas-sistemi ta’ l-IT ma jkunux possibbli. Mingħajr Programm Fiscalis suċċessur, kooperazzjoni amministrattiva ssir aktar dgħajfa, minħabba nuqqas ta’ skambju ta’ informazzjoni, għarfien u għarfien espert bejn amministrazzjonijiet tat-taxxa. Barra minn hekk, li tibni kooperazzjoni amministrattiva mingħajr programm tal-Komunità ikun jiswa aktar mil-lat baġitarju u mil-lat tar-riżorsi umani. Ir-riżultat ikun kwalità inferjuri u fuq kollox ħafna anqas effiċjenti peress li kull amministrazzjoni jkollha torganizzaha fuq bażi nazzjonali. Lanqas ikunu jistgħu jibbenefikaw il-pajjiżi kandidati, il-Balkani tal-Punent u l-pajjiżi msieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. L-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu wriet li hemm ftehim komuni bejn il-partijiet interessati kollha tal-programm, li programm Komunitarju hu essenzjali sabiex titejjeb il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa. L-istima ta’ impatt tipprovdi deskrizzjoni ta’ x’kien ikun l-impatt kieku l-programm Fiscalis ma jeżistix.

Il-programm Fiscalis stabbilixa strutturi għall-qsim ta’ għarfien u esperjenzi bejn uffiċjali tat-taxxa b’mod organizzat. Grazzi għal dawn l-istrutturi, il-programm Fiscalis sar referenza fil-qasam ta’ kooperazzjoni bejn is-sistemi tat-taxxa ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-programm għandu flessibbiltà minnu nnifsu li tagħti lill-amministrazzjonijiet ta’ l-Istati Membri, l-opportunità li jiżviluppaw risposta mfassla għall-ħtiġiet partikulari tagħhom. Għal dan il-għan kull amministrazzjoni għandha punt ta’ kuntatt tal-programm Fiscalis li jgħin lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programm Fiscalis. Mingħajr il-programm 2013, ma jkunx possibbli li torganizza l-qsim ta’ l-informazzjoni u l-għarfien bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa kollha u fl-oqsma kollha b’politika tat-taxxa b’mod sistematiku. Jekk il-programm Fiscalis jiġi mwaqqaf, l-istrutturi u l-kuntatti stabbiliti jispiċċaw, għax ir-rabta tagħhom tintemm. Bħala konsegwenza, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jistgħu jibdew iħarsu aktar ’il ġewwa milli jippromwovu l-qsim ta’ informazzjoni u tagħlim minn xulxin.

5.3. Objettivi, riżultati mistennija u indikaturi relatati fil-proposta tal-kuntest tal-qafas ABM.

Objettivi u riżultati mistennija

Kif imsemmi hawn fuq, l-objettiv ġenerali tal-programm Fiscalis 2013 hu li jtejjeb il-funzjonament tas-sistemi tat-tassazzjoni fis-suq intern b’żieda fil-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi parteċipanti, l-amministrazzjonijiet tagħhom, uffiċjali u korpi oħra, u sabiex jidentifika u jirrimedja oqsma, bħal prattiċi leġislattivi u amministrattivi li jagħmlu din il-kooperazzjoni aktar diffiċli. L-objettiv ġenerali hu speċifikat aktar bit-twaqqif ta’ objettivi speċifiċi għal kull element prinċipali jew qasam ta’ attività tal-programm, u b’mod partikulari:

(a) fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud, dazji tas-sisa u taxxi fuq id-dħul u fuq il-kapital:

(i) li jitħarsu l-iskambju effiċjenti, effettiv u estensiv ta’ skambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni amministrattiva;

(ii) li jkun possibbli għall-uffiċjali li jiksbu standard għoli komuni ta’ ftehim fil-liġi Komunitarja u fl-implimentazzjoni tagħha fl-Istati Membri;

(iii) li jkun żgurat it-titjib kontinwu tal-proċeduri amministrattivi li jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħtiġiet ta’ l-amministrazzjonijiet u tal-persuni taxxabbli permezz ta’ l-iżvilupp u t-tixrid ta’ prattika amministrattiva tajba.

(b) fir-rigward ta’ taxxi fuq premiums ta’ l-assigurazzjoni:

li titjieb il-kooperazzjoni bejn amministrazzjonijiet, sabiex tkun żgurata applikazzjoni aħjar tar-regoli eżistenti;

(c) fir-rigward ta’ pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali:

li jintlaħqu l-ħtiġiet speċjali ta’ dawk il-pajjiżi fil-qasam tal-leġislazzjoni tat-taxxa u l-kapaċità amministrattiva;

(d) fir-rigward ta’ pajjiżi terzi, b’mod partikulari dawk tal-pajjiżi msieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat,

li titjieb il-kooperazzjoni ma’ l-amministrazzjonijiet tat-taxxa ta’ dawk il-pajjiżi.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta’ ħidma kull sena.

Indikaturi

L-indikaturi ser jiġu żviluppati qabel il-bidu tal-programm 2013.

5.4. Metodu ta’ implimentazzjoni (indikattiv)

X Ġestjoni Ċentralizzata

Direttament mill-Kummissjoni

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta’ monitoraġġ

L-indikaturi ser jiġu żviluppati b’mod tali li l-monitoraġġ regolari tal-programm isir fattibbli.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. L-assessjar ta’ l- impatt

L-assessjar ta’ l-impatt ġie ppreparat u ser jakkumpanja l-proposta.

6.2.2. Evalwazzjoni ex-ante

L-evalwazzjoni ex-ante ġiet sostitwita mill-assessjar ta’ l-impatt.

6.2.3. Miżuri li ttieħdu wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat)

6.2.4. Termini u frekwenza ta’evalwazzjoni fil-ġejjieni

Ir-rapport ta’ l-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu ser jipprovdi l-ewwel evalwazzjoni tar-riżultati miksuba mit-twettiq tal-programm f’nofs il-perjodu f’termini ta’ l-effikaċja u l-effiċjenza. Ir-rilevanza ta’ l-objettivi tal-bidu tal-programm ser tiġi evalwata wkoll biex jiġi vverifikat jekk għandhomx jiġu meqjusa xi bidliet jew aġġustamenti għat-tieni fażi tat-twettiq tal-programm. Ir-rapport ad interim ser jiġi bbażat fuq rapporti sottomessi mill-pajjiżi parteċipanti u fuq it-tagħrif l-ieħor kollu disponibbli. Dan ser jiġi mħejji mill-Kummissjoni.

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali ser jiġi bbażat fuq l-evalwazzjoni ad interim ta’ nofs il-peijodu, rapporti finali tal-pajjiżi parteċipanti, u t-tagħrif l-ieħor kollu disponibbli. Għandha tipprovdi evalwazzjoni finali fuq l-effikaċja u l-effiċjenza tal-programm bi tqabbil tar-riżultati miksuba bl-objettivi tal-programm. Kriterji oħra ta’ evalwazzjoni, bħal utilità u sostenibbiltà, jistgħu jitqiesu.

1. Evalwazzjonijiet ta’ nofs il-perjodu u dawk finali tal-programm għandhom jitwettqu taħt ir-responsabilità tal-Kummissjoni bl-użu tar-rapporti mfassla mill-pajjiżi parteċipanti msemmija f’paragrafu 2 u ta’ kull informazzjoni relevanti oħra. Il-programm għandu jkun evalwat f’termini ta’ l-objettivi stipulati f’Artikolu 3.

- L-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu għandha tirrevedi r-riżultati miksuba mit-twettiq tal-programm f’nofs il-perjodu f’termini ta’ l-effikaċja u l-effiċjenza, kif ukoll l-issuktar tar-rilevanza ta’ l-għanijiet inizjali u impatt ta’ l-attivitajiet tal-programm. Għandha tevalwa wkoll l-użu ta’ l-iffinanzjar u l-progress tas-segwitu u ta’ l-implimentazzjoni.

- L-evalwazzjoni finali għandha tiffoka, inter alia , fuq l-effikaċja u l-effiċjenza ta’ l-attivitajiet tal-programm.

2. Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:

(a) rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu fuq ir-rilevanza tal-programm sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2011;

(b) rapport ta’ evalwazzjoni finali li jiffoka fuq l-effikaċja u l-effiċjenza tal-programm, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2014.

3. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

(a) ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu msemmi f’paragrafu 1 u komunikazzjoni fuq kemm ikun tajjeb li l-programm jitkompla, akkumpanjata, fejn xieraq, bi proposta, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2011;

(b) ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali msemmi f’paragrafu 1 sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2014.

7. MIŻURI KONTRA L-FRODI

L-ispejjeż għall-iżvilupp ta’ l-infrastruttura kompjuterizzata żgura trans Ewropea u attivitajiet oħra żviluppati taħt il-programm jiġu esegwiti fuq bażi kontrattwali billi jsegwu l-proċedura ta’ verifika stabbilita, mis-servizzi tal-Komunità qabel il-pagament, u jkunu kkunsidrati l-obbligi kuntrattwali u l-ġestjoni finanzjarja u ġenerali soda. Miżuri kontra l-frodi (kontrolli, rapporti, eċċ.) huma maħsuba fil-kuntratti kollha konklużi bejn il-Kummissjoni u l-benefiċjarji.

L-azzjonijiet konġunti (l-istrumenti relatati man-nies mill-kaxxa ta’ l-għodda) jiġu mħallsa mill-baġit ‘Azzjoni Konġunta’ tal-programm Fiscalis 2013. L-uffiċjali jiġu mħallsa lura kif ġej:

Kull Stat Membru għandu punt ta’ kuntatt Fiscalis, li jirċievi self sabiex iħallas lura l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ l-għajxien ta’ l-uffiċjali parteċipanti f’attività Fiscalis bi qbil mar-regoli finanzjarji li ġew stabbiliti għall-programmi. Dan il-punt ta’ kuntatt jirrifondi wkoll ġabra ta’ spejjeż ta’ organizzazzjoni msemmija b’mod ċar fil-Gwida Finanzjarja tal-programm. Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jirrappurtaw fuq dawn l-ispejjeż permezz ta’ l-Għodda ta’ Rappurtar ta’ Attività filwaqt li għandhom iżommu dokumenti li jappoġġjaw dawn l-ispejjeż fl-arkivji lokali għal ta’ l-anqas ħames snin wara t-tmiem is-sena baġitarja meta ssir l-ispiża.

Parteċipanti minn pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali jew is-settur privat jirċievu rimborż direttament mill-Kummissjoni billi jiġu segwiti l-prattiċi stabbiliti.

Żjarat ta’ kontroll fl-Istati Membri jiġu mwettqa mis-servizzi finanzjarji tal-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-ġestjoni tal-programm.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Objettivi tal-proposta f’termini ta’ l-ispejjeż finanzjarji tagħhom

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

(Intestaturi ta’ Objettivi, azzjonijiet u ħruġ għandhom jiġu pprovduti) | Tip ta’ ħruġ | Spiża medja | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | Sena 2013 | TOTAL |

Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 |

Uffiċjali jew staff temporanju[22] | A*/AD | 7 | 7 | 7 | 7 | 7 | 7 |

B*, C*/AST | 8 | 8 | 8 | 8 | 8 | 8 |

Staff finanzjat[23] permezz ta’ art. 14 01 02 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 |

Staff ieħor[24] finanzjat permezz ta’ art. 14 01 04/05 | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. |

TOTAL | 16 | 16 | 16 | 16 | 16 | 16 |

*Ir-riżorsi umani jkopru staff ta’ l-unitajiet kompetenti għall-ġestjoni tal-programm u s-sistemi ta’ l-IT finanzjati permezz tal-programm.

8.2.2. Deskrizzjoni tax-xogħlijiet li jiġu mill-azzjoni

8.2.3. Sorsi ta’ riżorsi umani (statutorji)

(Meta jissemma aktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika n-numru ta’ postijiet li joriġinaw minn kull wieħed mis-sorsi)

X Postijiet li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu estiżi

( Postijiet allokati minn qabel fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena

( Postijiet li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li ġejja

( Postijiet li għandhom jiġu użati mill-ġdid permezz ta’ riżorsi eżistenti fis-servizz ta’ ġestjoni (użu mill-ġdid intern)

( Postijiet meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux maħsuba fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena in kwistjoni

8.2.4. Spejjeż amministrattivi oħra inklużi fl-ammont ta’ referenza (14 01 04/05 - Spiża fuq ġestjoni amministrattiva)

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Linja baġitarja (numru u titolu) | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | TOTAL |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. |

- intra muros | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. |

- extra muros | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. |

Assistenza teknika u amministrattiva totali | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. |

8.2.5. Spiża finanzjarja ta’ riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | TOTAL |

Uffiċjali jew staff temporanju (14 01 01) | 1.620 | 1.620 | 1.620 | 1.620 | 1.620 | 1.620 | 9.720 |

Staff finanzjat minn Art. 14 01 02 (awżiljarju, END, staff tal-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja baġitarja) | 0.047 | 0.047 | 0.047 | 0.047 | 0.047 | 0.047 | 0.282 |

Spiża Totali ta’ Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 1.667 | 1.667 | 1.667 | 1.667 | 1.667 | 1.667 | 10.002 |

Kalkolu- Uffiċjali u Aġenti temporanji

Referenza għandha ssir għall-Punt 8.2.1, jekk japplika

108,000 EUR kull sena għal kull uffiċjal/staff temporanju

Kalkolu- Staff finanzjat taħt art. 14 01 02

Referenza għandha ssir għall-Punt 8.2.1, jekk japplika

47,000 EUR kull sena għal kull staff finanzjat taħt art. 14 01 02

.

Kalkolu- Staff finanzjat taħt art. 14 01 04/05

Referenza għandha ssir għall-Punt 8.2.1, jekk japplika

167,000 EUR kull sena għal kull staff finanzjat taħt art. 14 01 04/05

8.2.6. Nfiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza EUR miljun (sa 3 punti deċimali) |

2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | TOTAL |

14 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.250 | 0.250 | 0.250 | 0.250 | 0.250 | 0.250 | 1.500 |

14 01 02 11 02 - Laqgħat u Konferenzi | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. |

14 01 02 11 03 – Kumitati[26] | 0.012 | 0.012 | 0.012 | 0.012 | 0.012 | 0.012 | 0.072 |

14 01 02 11 04 - Studji u konsultazzjonijiet | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. |

14 01 02 11 05 - Sistemi ta’ informazzjoni | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. |

2 Spiża ta’ ġestjoni totali (14 01 02 11) | 0.262 | 0.262 | 0.262 | 0.262 | 0.262 | 0.262 | 1.572 |

3 Spejjeż oħra ta’ natura amministrattiva (speċifika billi tinkludi referenza għal-linja baġitarja) | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. |

Spejjeż amministrattivi totali, minbarra riżorsi umani u spejjeż assoċjati (li MHUMIEX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.262 | 0.262 | 0.262 | 0.262 | 0.262 | 0.262 | 1.572 |

Kalkolu - Nfiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza

1,000 EUR kull missjoni, 250 missjoni fis-sena

Kumitati: Kumitat Komitoloġiku: Kumitat Fiscalis, laqgħa waħda fis-sena, spejjeż ta’ l-ivvjaġġar għal 27 espert

[1] COM(2005)111 tas-6 ta’ April 2005 (L-Assessjar ta’ l-Impatt–SEC 2005/423)

[2] Il-kliem programm Fiscalis jirreferi għall-programm Fiscalis bħala tali mingħajr ma tingħata attenzjoni jekk hux Fiscalis, Fiscalis 2003-2007 jew Fiscalis 2013. Jekk issir referenza għall-programm partikulari, nirreferu għalih rispettivament bħala programm 2002, programm 2007 jew programm 2013.

[3] COM(2005)330 finali ta’ l-20 ta’ Lulju 2005 u SEC(2005)622/3 tat-2 ta’ Mejju 2005.

[4] ĠU C , , p. .

[5] ĠU C. , p. .

[6] ĠU L 126, 28.4.1998, p. 1.

[7] ĠU L 341, 17.12.2002, p.1.

[8] Għandha tiddaħħal fil-kors tan-negozjati.

[9] ĠU L 162, 01.07.2003, p. 5.

[10] ĠU L 157, 26.5.2003, p. 38, Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2004/66/KE ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35.

[11] SEC (2005) 1045, 29.7.2005.

[12] ĠU C 172, 18.6.1999, p. 1, ftehim kif l-aħħar emendat mid-Deċiżjoni 2003/429/KE (ĠU L 147, 14.6.2003, p. 25).

[13] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[14] ĠU L 336, 27.12.1977.

[15] ĠU L 73, 19.3.1976, p. 18.

[16] Approprjazzjonijiet differenzjati.

[17] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

[18] Nefqa li ma taqax taħt Kapitolu 14 01 tat-Titolu 14 kkonċernat.

[19] Nefqa li taqa’ taħt artikolu 14 01 04 ta’ Titolu 14.

[20] In-nefqa amministrattiva tantiċipa l-esternalizzazzjoni possibbli ta’ attivitajiet taħt il-programm. Ċifri baġitarji er ikunu disponibbli biss wara li jitlesta studju tal-fattibilità ta’ dan is-suġġett fl-2006.

[21] Nefqa taħt kapitolu 14 01 minbarra artikoli 14 01 04 jew 14 01 05.

[22] L-ispiża ta’ dan m’hix koperta bl-ammont ta’ referenza.

[23] L-ispiża ta’ dan m’hix koperta bl-ammont ta’ referenza.

[24] L-ispiża ta’ dan hija koperta bl-ammont ta’ referenza.

[25] Referenza għandha ssir għall-istatement finanzjarju leġislattiv speċifiku għall-Agenzija(i) Eżekutiva/i kkonċernata/i.

[26] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li l-kumitat jappartjeni għalih.

Top