EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006DC0635

Rapport mill-Kummissjoni - Rapport annwali dwar il-Fond ta’ Koeżjoni (2005) {SEC(2006)1366}

/* KUMM/2006/0635 finali */

52006DC0635

Rapport mill-Kummissjoni RAPPORT ANNWALI DWAR IL-FOND TA’ KOEŻJONI (2005) {SEC(2006)1366} /* KUMM/2006/0635 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 21.11.2006

KUMM(2006) 635 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

RAPPORT ANNWALI DWAR IL- FOND TA’ KOEŻJONI (2005) {SEC(2006)1366}

WERREJ

1. Eżekuzzjoni tal-baġit 3

2. Ambjent ekonomiku u kundizzjonalità 7

3. Koordinazzjoni mal-politika ta’ trasport u ambjent 7

3.1. Trasport 7

3.2. L-ambjent 7

4. Spezzjonijiet 7

5. Irregolaritajiet u sospensjoni ta’ l-għajnuna 7

6. Valutazzjoni 7

7. L-informazzjoni u l-pubbliċità 7

RAPPORT ANNWALI DWAR IL-FOND TA’ KOEŻJONI (2005)

Dan ir-rapport huwa ppreżentat f’konformità ma’ l-Artikolu 14.1 tar-Regolament (KE) Nru 1164/1991 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Koeżjoni. Ir-rapport ikopri l-attivitajiet tal-Fond ta’ Koeżjoni matul l-2005.

1. Eżekuzzjoni tal-baġit

Riżorsi tal-Fond ta’ Koeżjoni disponibbli bħala impenn fl-2005 ammontaw għal € 5 131 932 989 (prezzijiet kurrenti) għat-13-il Stat Membru benefikant.

Dan l-ammont jinkludi krediti ta’ assistenza teknika (€ 8 100 000). Għandu jiġi nnotat li l-Fond ta’ Koeżjoni jkopri 13-il Stat Membru u li l-Irlanda, riżultat tat-tkabbir ekomiku, m’għadhiex iktar eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2004. L-impenn f’approprjazzjonijiet huma virtwalment kollha użati (99.99%) u ebda approprjazzjonijiet ma saru tul l-2006.

Tabella 1. Implimentazzjoni ta’ l-impenji fl-2005 (f’Ewro)

Approprjazzjonijiet ta’ l-impenji | Bidu | Ċaqliq | Riżorsi finali | Outturn | Imħassra | Immexxija għall-2006 |

Baġit 2005 | 5 131 932 989 | 0 | 5 131 932 989 | 5 131 394 095 | 0 | 0 |

Approprjazzjonijiet immexxija mill-2004 | 2 084 326 | 0 | 2 084 326 | 2 084 326 | 0 | 0 |

Approprjazzjonijiet li reġgħu saru disponibbli | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Ħlas lura | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Total | 5 134 017 315 | 0 | 5 134 017 315 | 5 133 478 421 | 0 | 0 |

Tabella 2. Implimentazzjoni tal-ħlasijiet fl-2005 (f’Ewro)

Approprjazzjonijiet tal-ħlas | Bidu | Ċaqliq | Riżorsi finali | Outturn | Imħassra | Immexxija għall-2006 |

Baġit 2005 | 3 005 500 000 | - 905 667 578 | 2 099 832 422 | 2 095 501 859 | 4 330 562 | 0 |

Approprjazzjonijiet immexxija mill-2004 | 133 138 854 | 0 | 133 138 854 | 133 138 854 | 0 | 0 |

Approprjazzjonijiet li reġgħu saru disponibbli | 7 413 307 | 0 | 7 413 307 | 7 352 531 | 0 | 60 775 |

Ħlas lura | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Total | 3 146 052 161 | - 905 667 578 | 2 240 384 583 | 2 235 993 244 | 4 330 562 | 60 775 |

Minħabba r-rata relattivament lenta ta’ l-implimentazzjoni tal-pagamenti fl-ewwel disa’ xhur tas-sena , total ta’ € 905.6 miljuni f’approprjazzjonijiet ta’ pagamenti ġew trasferiti mill-Fond tal-Koeżjoni lejn l-ERDF bħala parti mill-proċedura tat-trasferiment globali ma’ Fondi Strutturali oħrajn. Meta jitqies dan it-trasferiment, xi 99.8 % ta’ l-approprjazzjonijiet tal-pagamenti ġew implimentati fl-2005.

Implimentazzjoni tal-baġit ta’ l-approprjazzjoni fl-2005 mill-Istati Membri

Tabella 3. Approprjazzjonijiet ta’ l-impenn fl-2005 (f’Ewro)

Stat Membru | L-ambjent | Trasport | Għajnuna Teknika | Total |

Ammont | % Ambjent. | Ammont | % Trasp. | Ammont | Ammont | % MS fuq it-Total |

España | 852 915 773 | 47.2 | 955 633 794 | 52.8 | - | 1 808 549 567 | 35.2 |

Ellada | 108 808 087 | 25.3 | 321 689 418 | 74.7 | - | 430 497 505 | 8.5 |

Portugall | 289 926 872 | 59.2 | 199 774 911 | 40.8 | - | 489 701 783 | 9.5 |

Kypros | 13 122 653 | 86.9 | 1 976 824 | 13.1 | - | 15 099 477 | 0.3 |

Ceska Republika | 125 984 675 | 49.1 | 130 826 766 | 50.9 | - | 256 811 441 | 5.0 |

Eesti | 33 779 915 | 38.5 | 53 970 504 | 61.5 | - | 87 750 419 | 1.8 |

Magyarország | 157 491 180 | 50.7 | 153 050 527 | 49.3 | - | 310 541 707 | 6.0 |

Il-Latvija | 78 180 693 | 50.6 | 76 219 129 | 49.4 | - | 154 399 822 | 3.0 |

Lietuva | 117 185 363 | 68.3 | 54 376 851 | 31.7 | - | 171 562 214 | 3.3 |

Malta | 0 | 0 | 5 347 620 | 100 | - | 5 347 620 | 0.1 |

Polska | 673 535 292 | 57.8 | 491 996 252 | 42.2 | - | 1 165 531 544 | 22.7 |

Slovensko | 79 538 582 | 51.0 | 76 448 510 | 49.0 | - | 155 987 092 | 3.0 |

Is-Slovenia | 47 140 815 | 90.9 | 4 694 914 | 9.1 | - | 51 835 729 | 1.0 |

Għajnuna Teknika | 0 | 0 | 0 | 0 | 29 862 501 | 29 862 501 | 0.6 |

Total | 2 577 609 900 | 50.2 | 2 526 006 020 | 49.8 | 29 862 501 | 5 133 478 421 | 100 % |

Tabella 4. Approprjazzjonijiet tal-pagamenti fl-2005 (f’Ewro)

Iċ-ċifri għall-Istati Membri l-ġodda jirreferu biss għall-pagamenti ta’ proġetti adottati taħt il-Fond ta’ Koeżjoni sa mill-1 ta’ Mejju 2004 (jiġifieri ma ttiħditx f’kunsiderazzjoni l-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni għall-proġetti ta’ l-ISPA). It-Tabella nru 5 hawn isfel turi l-pagamenti li saru fl-2005 fir-rigward tal-proġetti ISPA adottati qabel l-adeżjoni fl-2004.

Stat Membru | L-ambjent | Trasport | Għajnuna Teknika | Total |

Ammont | % Ambjent. | Ammont | % Trasp. | Ammont | Ammont | % |

España | 654 401 989 | 47.2 | 732 303 612 | 52.8 | - | 1 386 705 601 | 62.0 |

Ellada | 156 508 198 | 49.9 | 157 306 438 | 50.1 | - | 313 814 636 | 14.0 |

Irlanda | 12 004 179 | 73.2 | 4 391 663 | 26.8 | - | 16 395 842 | 0.7 |

Portugall | 124 050 708 | 45.1 | 150 776 339 | 54.9 | - | 274 827 047 | 12.3 |

Kypros | 0 | 0 | 5 058 456 | 100 | - | 5 058 456 | 0.3 |

Ceska Republika | 0 | 0 | 15 326 716 | 100 | - | 15 326 716 | 0.7 |

Eesti | 2 543 159 | 66.8 | 1 264 006 | 33.2 | - | 3 807 166 | 0.2 |

Magyarország | 3 190 375 | 4.0 | 74 988 467 | 96.0 | - | 78 178 843 | 3.5 |

Il-Latvija | 0 | 0 | 20 441 701 | 100 | - | 20 441 701 | 0.9 |

Lietuva | 0 | 0 | 48 866 247 | 100 | - | 48 866 247 | 2.2 |

Malta | 0 | 0 | 0 | 0 | - | 0 | 0 |

Polska | 0 | 0 | 17 411 326 | 100 | - | 17 411 326 | 0.8 |

Slovensko | 2 664 822 | 61.3 | 40 784 213 | 38.7 | - | 43 449 035 | 1.9 |

Is-Slovenia | 0 | 0 | 8 542 556 | 100 | - | 8 542 556 | 0.4 |

Għajnuna Teknika | 0 | 0 | 0 | 0 | 3 168 067 | 3 168 067 | 0.1 |

Total | 955 363 431 | 42.8 | 1 277 461 745 | 57.2 | 3 168 067 | 2 235 993 244 | 100 % |

Għar-raba’ sena konsekuttiva, kien hemm tendenza li l-pagamenti favur proġetti fis-settur tat-trasport, minkejja li t-tqassim bejn it-trasport u l-ambjent ivarja konsiderevolemt fost l-Istati Membri.

Tabella 5. Stati Membri Ġodda - Pagamenti li saru fl-2005 f’konnessjoni mal-proġetti ISPA ta’ qabel (eskluża l-assistenza teknika)

Stat Membru | L-ambjent | Trasport | Total |

Ammont | % Ambjent. | Ammont | Trasport | Ammont | % |

Ceska Republika | 37.842.669,97 | 64,2% | 21.083.316,98 | 35,8% | 58.925.986,95 | 11,4% |

Eesti | 16.146.155,41 | 56,6% | 12.363.826,57 | 43,4% | 28.509.981,98 | 5,5% |

Magyarország | 28.224.506,00 | 39,8% | 42.706.981,30 | 60,2% | 70.931.487,30 | 13,7% |

Il-Latvija | 24.905.962,19 | 41,6% | 34.943.875,20 | 58,4% | 59.849.837,39 | 11,5% |

Lietuva | 12.859.292,90 | 38,6% | 20.464.144,41 | 61,4% | 33.323.437,31 | 6,4% |

Polska | 85.207.452,51 | 40,3% | 26.464.614,43 | 59,7% | 211.672.066,94 | 40,8% |

Slovensko | 20.033.296,36 | 43,4% | 26.147.266,92 | 56,6% | 46.180.563,28 | 8,9% |

Is-Slovenia | 1.009.431,70 | 11,0% | 8.137.626,12 | 89,0% | 9.147.057,82 | 1,8% |

Total | 226.228.767,04 | 41,9% | 292.311.651,93 | 58,1% | 518.540.418,97 | 100,0% |

Tabella 6. Ħlas ta’ l-impenn fl-2005 għall-perjodu 1993-99 (f’Ewro)

Stat Membru | Ammont tal-bidu li jrid jitħallas | Tħollija mill-impenn | Ħlasijiet | Ammont finali li jrid jitħallas |

España | 305 739 244 | 30 456 151 | 70 983 944 | 204 299 149 |

Ellada | 171 283 818 | 59 732 167 | 29 386 156 | 82 165 494 |

Irlanda | 33 705 504 | 4 067 959 | 29 637 545 |

Portugall | 31 638 853 | 2 124 257 | 29 514 596 |

Total | 542 367 419 | 90 188 318 | 106 562 316 | 345 616 784 |

NB: L-ammonti tal-bidu li għandhom jiġu mħallsa fl-2005 ma jikkorrispondux għall-ammonti finali ppreżentati fir-rapport annwali għall-2004, minħabba l-inakkuratezzi fit-tabella tas-sena 2004.

L-impenji tal-Fond ta’ Koeżjoni jsiru minn approprjazzjonijiet differenzjati. Fi kliem ieħor, il-pagamenti isegwu l-impenji tal-bidu tar-riżorsi. Jekk il-proġetti kollha jiġu implimentati skond id-deċiżjonijiet, ammont li għandu jitħallas jeżisti “awtomatikament” minħabba d-differenza bejn id-data ta’ deċiżjoni u d-data tal-pagament tal-bilanċ (normalment 4 sa 5 snin).

Sabiex jiġi evitat dewmien eċċessiv bejn impenji u pagamenti, sar sforz partikolari biex jiċċaraw approprjazzjonijiet li għad baqa’ dwar l-azzjonijiet li kienu bdew fl-2000 u biex dawn jitkomplew. Madwar 36.2 % ta’ l-approprjazzjonijiet li baqa’ li kien hemm fil-bidu tas-sena tħallsu jew kienu soġġetti għat-tħollija mill-impenn fl-2005. Sa l-aħħar ta’ l-2005, approprjazzjonijiet li baqa’ kienu niżlu għal 6.7%% biss tal-baġit annwali tal-Fond ta’ Koeżjoni (meta mqabbla ma’ aktar minn 50% fl-aħħar ta’ l-2002 u 39 % fl-aħħar ta’ l-2003). Dan l-isforz biex jitnaqqsu approprjazzjonijet pendenti għandu jinżamm għaddej fl-2006 fi sħab ma’ l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-proġett u t-talbiet ta’ ħlas relatati.

Dettalji tal-proġetti adottati fl-2005 għal kull Stat Membru għandhom jiġu ppreżentati fl-Anness ma’ dan ir-rapport.

2. Ambjent ekonomiku u kundizzjonalità

Ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-Fond ta’ Koeżjoni[1] jinkludi kondizzjonijiet makro ekonomiċi għall-użu tal-Fond. Dan jistipola li “ebda proġett ġdid jew, fil-każ ta’ proġetti importanti, ebda stadju ta’ proġett ġdid ma għandu jiġi ffinanzjat mill-Fond ġewwa Stat Membru meta l-Kunsill, li jaġixxi skond maġġoranza kkwalifikata fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, isib li Stat Membru ma jkunx implimenta [il-programm ta’ stabbiltà jew konverġenza tiegħu] b’tali mod li jkun qed jevita d-defiċit eċċessiv.” Dan jirrifletti r-rwol tal-Fond tal-Koeżjoni bħala strument ta’ appoġġ baġitarju fuq livell nazzjonali li jgħin lill-Istati Membri biex iżommu s-severità makro ekonomika.

Ma ttieħdu ebda deċiżjonijiet mill-Kunsill fl-2005 sabiex jissospendu l-iffinanzjar mill-Fond lill-kwalukwe’ pajjiż benefikant. Sitt Stati Membri li reċentament issieħbu ġew ikkonfermati li għandhom defiċit eċċessiv fl-2004 – Ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, Malta, il-Polonja u l-Islovakkja. Deher li ebda azzjoni oħra ma kienet neċessarja mill-iżviluppi baġitarji fl-2005, wara li l-Kummissjoni kkonkludiet f’Diċembru 2004 li l-Istati Membri kollha kkonċernati kienu ħadu azzjoni effettiva b’rispons għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill. Ċipru kien kapaċi jikkoreġi d-defiċit eċċessiv tiegħu sa l-2005, filwaqt li l-programmi ta’ konverġenza tal-pajjiżi l-oħrajn (ħlief il-Polonja) huma fi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill, bid-dati mixteqa għall-korrezzjoni tad-defiċit eccessiv, rispettivament fl-2006 għal Malta, fl-2007 għall-Islovakkja, u fl-2008 għar-Repubblika Ċeka. L-aġġornament ta’ l-2005 tal-Programm ta’ konverġenza Pollakk jipproponi li jitnaqqas id-defiċit ġenerali tal-gvern sa inqas minn 3% sa l-2009, kontrarjament għad-data ta’ l-2007 fir-regolament tal-Kunsill ta’ Lulju fl-2004. Fl-opinjoni tal-Kunsill, dan ma jikkostitwix korrezzjoni effettiva tad-defiċit eċċessiv sa l-2007, u l-Kummissjoni hija intenzjonata li tirrakkomanda aktar azzjonijiet skond il-proċedura tad-defiċit eċċessiv kif inhu meħtieġ mill-Patt ta’ Stabbiltà u ta’ Tkabbir.

Fl-2005, tliet Stati Membri koperti mill-Fond tal-Koeżjoni (il-Greċja, l-Ungerija u l-Portugall) kienu involuti fl-istadji addizzjonali fil-proċedura tad-defiċit eċċessiv.

Għall-Portugall, id-defiċit eċċessiv kien reġa’ ingħata bidu wara l-abbrogazzjoni ta’ l-2004 għall-proċedura preċedenti li nbdiet fl-2002. Wara r-riżultat tal-proċessi ta’ defiċit ta’ 2.9% fl-2004, il-Kunsill fetaħ mill-ġdid il-proċedura tad-defiċit eċċessiv bħala reazzjoni għad-defiċit imbassar ta’ 6.2% għall-2005, u rrakkomanda korrezzjoni tas-sitwazzjoni sa mhux iktar tard mill-aħħar ta’ l-2008. Il-Kunsill, fl-Opinjoni tiegħu dwar l-aġġornament ta’ l-2005 ta’ l-istabbiltà Portugiża, innota li l-programm kien konsistenti mal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sa l-2008.

Il-Kunsill iddeċieda f’Jannar 2005 li l-Greċja u l-Ungerija ma kinux ħadu azzjoni b’rispons tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill f’Lulju ta’ l-2004. Fil-każ tal-Greċja, madanakollu, il-Kummissjoni kkonkludiet f’April 2005 li l-azzjoni effettiva kienet ittieħdet sabiex id-defiċit baġitarju tagħha jinġieb taħt it-3% fl-2006 b’rispons ta’ l-avviż tal-Kunsill ta’ Frar 2005. L-avviż tal-Kunsill iġedded l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sa l-2006, u dan huwa rifless fl-iskadenza stipolata mill-aġġornament ta’ l-2005 tal-programm Grieg ta’ l-istabbiltà għar-rimedjar tas-sitwazzjoni.

Fir-rigward ta’ l-Ungerija, il-Kunsill ħareġ f’Marzu 2005 b’rakkommandazzjoni ġdida li titlob lill-pajjiż biex jintroduċi miżuri baġitarji oħrajn sa Lulju 2005 u biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv sa l-2008.

F’Lulju ta’ l-2005, il-Kummissjoni ħarġet komunikazzjoni lill-Kunsill li tistqarr li l-awtoritajiet Ungeriżi ħadu azzjoni effettiva għad-defiċit tal-baġit fl-2005, iżda tista’ tinħtieġ azzjoni oħra flimkien ma’ aġġustamenti importanti u deċiżivi biex tintlaħaq il-mira tad-defiċit ta’ l-2006.

F’Ottubru ta’ l-2005, il-Kummissjoni reġgħet ivvalutat is-sitwazzjoni baġitarja fl-Ungerija u rrakkomandat lill-Kunsill sabiex jiddeċiedi għat-tieni darba fl-2005 li l-Ungerija naqset milli tieħu azzjoni effettiva biex tikkoreġi d-defiċit. Fil-valutazzjoni mill-ġdid ġie konkluż li l-miri baġitarji għall-2005 u l-2006 mhux ser jintlaħqu għal marġini kbir, fejn tinġieb in kwestjoni l-iskadenza ta’ l-2008 li ġiet stabbilita preċedentament għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv. Skond din is-sitwazzjoni, f’Novembru 2005 il-Kunsill ħareġ it-tieni deċiżjoni ta’ l-Artikolu 104(8) għall-Ungerija. L-aġġornament tal-programm ta’ konverġenza Ungeriża tressaq f’Diċembru 2005, bi pjan li jitbaxxa d-defiċit eċċessiv sa l-2008. Dan ġie kkunsidrat bħala suġġett għal riskju sostanzjali mill-Kunsill fl-Opinjoni tiegħu, minħabba li ssikkar fl-infiq ma kienx ibbażat fuq miżuri definiti b’mod ċar. B’hekk, il-Kunsill stieden lill-Ungerija biex tippreżenta, sa l-1 ta’ Settembru 2006, aġġornament rivedut dwar il-programm ta’ konverġenza tagħha. Dispożizzjonijiet ta’ kondizzjonalità għandhom ikomplu wara l-2007: ir-regolament ġdid propost dwar il-Fond tal-Koeżjoni għall-perijodu ta’ programmar[2] li jmiss jiċċara iktar l-applikazzjoni tal-klawsola ta’ kondizzjonalità. B’mod partikolari, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi dwar is-sospensjoni tat-totalità jew ta’ parti mill-assistenza finanzjarja mill-Fond għall-Istat Membru kkonċernat b’effett mill-1 ta’Jannar tas-sena ta’ wara d-deċiżjoni. Is-sospensjoni għandha tikkonċerna l-impenji ġodda.

3. KOORDINAZZJONI MAL-POLITIKA TA’ TRASPORT U AMBJENT

3.1. Trasport

Fl-2005, is-settur ta’ trasport kien responsabbli għal ftit aktar minn nofs (49.8%) tat-total ta’ l-impenji tal-Fond ta’ Koeżjoni. Hekk kif ġara fil-passat, sabiex jissaħħaħ il-bilanċ fil-mezzi, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri sabiex tati preferenza partikolari lill-proġetti ferrovjali. Il-proġetti adottati fl-2005 mill-Istati Membri huma stipulati fl-Anness ma’ dan ir-rapport.

Fis-settur tat-trasport, l-appoġġ Komunitarju huwa mwassal b’mod koordinat permezz ta’ strumenti varji: Il-Fond ta’ Koeżjoni, ISPA, ERDF, il-programm tan-Netwerks Trans-Ewropej, self EIB. L-appoġġ finanzjarju minn dawn l-istrumenti huwa essenzjalment dirett lejn in-netwerks tat-trasport Trans-Ewropej (TEN-T).

Il-linji gwida Komunitarji għall-iżvilupp tat-TEN-T ġew stabbiliti mid-Deċiżjoni nru 1692/96/KE kif emendata mid-Deċiżjoni nru 884/2004/KE. Id-Deċiżjoni speċifikat 30 proġett ta’ prijorità ta’ interess Ewropew, li minnhom 14 huma proġetti Essen riveduti. Id-Deċiżjoni ssejjaħ lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità lil dawn il-proġetti.

Fi qbil ma’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) 1164/94 kif inhu emendat mid-Deċiżjoni 1264/1999, il-Fond tal-Koeżjoni jista’ jipprovdi assistenza għall-proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport ta’ interess komuni, iffinanzjat mill-Istati Membri u li huma identifikati fi ħdan il-qafas tal-Linji gwida dwar TEN-T.

3.2. L-ambjent

Fl-2005, is-settur ta’ l-ambjent kien responsabbli għal ftit aktar minn nofs (50.2%) tat-total ta’ l-impenji tal-Fond ta’ Koeżjoni. B’mod ġenerali, il-proġetti appoġġati mill-Fond tal-Koeżjoni kkontribwew għall-għanijiet ta’ politika ambjentali fir-rigward ta’ l-iżvilupp sostenibbli b’mod partikolari fil-ksib taż-żoni prijoritarji tas-sitt Programm ta’ Azzjoni, l-iktar fl-immaniġġjar tar-riżorsi naturali, l-immaniġġjar ta’ l-iskart u fir-rigward ta’ l-investimenti li huma maħsuba li jillimitaw l-impatti fuq il-bidliet klimatiċi. Il-proġetti adottati fl-2005 mill-Istati Membri huma stipulati fl-Anness ma’ dan ir-rapport.

Matul l-2005, il-Fond tal-Koeżjoni kompla jikkontribwixxi fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali, mhux biss permezz ta’ l-iffinanzjar dirett fuq l-infrastrutturi, iżda wkoll bil-proviżjoni ta’ l-inċentivi li jinkuraġġixxu l-applikar tad-direttivi. Dan jikkonċerna interventi tematiċi fuq dimensjoni tematika bħall-priservazzjoni tan-natura, immaniġġjar ta’ l-iskart solidu u ta’ l-ilma mniġġes u l-istudju dwar l-impatt fuq l-ambjent (EIA).

L-Istati Membri l-ġodda poġġew it-tmexxija ta’ l-iskart solidu u l-ilma mniġġes bħala prijorità importanti għall-infiq. Bżonnijiet ta’ investiment u infrastruttura jibqgħu għolja fil-maġġoranza tal-każi sabiex jintlaħqu l-kondizzjonijiet tad-direttivi ewlenin f’oqsma bħal pereżempju skart solidu u ilma mniġġes (b’mod partikolari trattament urban ta’ l-ilma mniġġes), iżda wkoll fl-oqsma ta’ kwalità ta’ l-arja u l-isforz biex jitnaqqas it-tniġġis industrijali. Appoġġ għall-infrastruttura ambjentali taħt il-Fond ta’ Koeżjoni huwa għalhekk importanti għall-Istati Membri l-ġodda.

4. SPEZZJONIJIET

Ix-xogħol ta’ l-awditjar ta’ l-4 ta’ l-UE (il-Greċja, l-Irlanda, il-Portugall, Spanja) fl-2005 kompla jiffoka fuq il-kwestjonijiet ewlenin dwar l-operat effettiv ta’ sistemi ta’ maniġġjar u ta’ kontroll fit-tliet Stati Membri. Il-pjanijiet ta’ l-azzjoni ma’ l-Istati Membri (il-Greċja, il-Portugall u Spanja fuq livell ċentrali) baqgħu jiġu ssorveljati sabiex l-adattamenti meħtieġa jkunu jistgħu isiru.

L-ambitu ta’ l-awditjar kien jinkludi t-testijiet ta’ konformità għas-sistemi kollha u t-testjar sostanzjattiv ta’ l-infiq fil-proġetti li jiffoka fuq l-implimentazzjoni effettiva tal-kontrolli ta’ verifika fuq livell maniġerjali, il-konformità mal-kondizzjonijiet ta’ prokura pubblika, l-infiq eliġibbli u l-pubbliċità għall-ksib ta’ l-assigurazzjoni dwar il-legalità u regolarità tar-rikjesti għall-pagamenti. Aktar minn hekk, inkjesta għall-awditjar separata li bdiet fl-2005 għall-proġetti li kienu ngħalqu formalment sabiex issir eżaminazzjoni tax-xogħol ta’ awditjar li twettaq permezz tal-korpi ta’ l-istralċ qabel ma pprovdew opinjoni ta’ awditjar. Missjoni waħda twettqet fi Spanja u fil-Portugall fis-settur tat-trasport.

Għoxrin proġett tal-Fond tal-Koeżjoni ġew awditjati fil-fond fl-2005, il-maġġoranza kbira tagħhom fi Spanja u fil-Portugall filwaqt li l-isforz fl-awditjar tal-Greċja ikkonċentra fuq testijiet ta’ konformità.

Fuq livell ta’ sistemi, in-nuqqasijiet innotati kienu jittrattaw dwar kontrolli ex-ante insuffiċjenti (verfiki maniġerjali jew operattivi) u n-nuqqas ta’ konformità ma’ l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 1386/2002 dwar kontrolli fuq kampjuni. Fuq livell ta’ proġetti, in-nuqqasijiet ewlenin osservati ikkonċernaw il-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi. L-irregolaritajiet li ġew osservati huma soġġetti għall-proċeduri kontradittorji ma’ l-Istati Membri kkonċernati, u għal jekk, u sa liema punt, għandu jkun hemm rikors għall-applikazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji possibbli.

Fir-rigward tas-sistemi li nġiebu fis-seħħ mill-għaxar Stat Membru fil-ksib tal-kondizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 1386/2002, id-desk reviews tlestew fil-perijodu Jannar-Marzu 2005 u ingħatat is-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tikseb assigurazzjoni dwar it-twaqqif tas-sistemi. L-awditjar tas-sistemi ingħata bidu fl-2005 għall-kontroll dwar jekk is-sistemi humiex fis-seħħ fejn jikkorrispondu għad-deskrizzjoni u jiffunzjonaw b’mod effettiv. Aktar minn hekk, inkjesta separata ingħatat bidu matul l-2005 bil-għan ta’ verifikar ta’ l-applikazzjoni korretta tal-prokura pubblika bbażata fuq kampjun tal-kontratti konklużi wara l-adeżjoni.

5. Irregolaritajiet u sospensjoni ta’ l-għajnuna

Matul l-2005, l-Uffiċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fetaħ ħames każi fir-rigward ta’ l-informazzjoni li waslet li tikkonċerna l-Fond tal-Koeżjoni. Fosthom, iż-żewġ każijiet wasslu għal-inkjesti esterni u każ wieħed diġà ingħalaq bħala “non-case”. Iż-żewġ każi li jifdal ġew trasferiti għas-sena 2006 sa ma ssir valutazzjoni. Ebda missjonijiet ta’ kontroll li huma konnessi mar-Reg. (KE) nru 2185/96[3] ma’ nġiebu fis-seħħ.

Skond l-Artikolu 3 tar-Reg (KE) nru 1831/94[4] li jikkonċerna l-irregolaritajiet u l-irkuprar ta’ l-ammonti mhux dovuti li ġew imħallsa, flimkien ma’ l-organizzazzjoni tas-sistemi ta’ informazzjoni f’dan il-kamp, u xi tmienja mill-Istati Membri benefikanti kkomunikaw 204 każ ta’ irregolarità li jinvolvu € 129 250 528 fi kontribuzzjonijiet Komunitarji. Dawn il-każijiet ġew soġġetti għall-iskoperti tal-fatti amministrattivi u ġudizzjarji.

Ta’ min wieħed jinnota li l-maġġoranza ta’ dawn il-każi (192) ġew ikkomunikati minn erba’ Stati Membri benefikanti, bi predominanza ta’ każi Griegi (152), li jinvolvu total ta’ € 91 653 202 f’kontribuzzjonijiet komunitarji, li minnhom € 24 872 456 għad għandhom jiġu rkuprati lura. Il-każijiet ikkomunikati mill-awtoritajiet Irlandiżi (18) kienu jinvolvu total ta’ € 21 714 607 imnaqqsa qabel il-preżentazzjoni tal-pagament finali lill-Kummissjoni. Kontrarjament, għal 16-il każ ikkomunikat mill-awtoritajiet Portugiżi li jinvolvu € 6 205 143 f’kontribuzzjoni Komunitarja, u għal 6 każo kkomunikat mill-awtoritajiet Spanjoli li jinvolvu € 8 668 985, l-ammonti ta’ € 4 131 494 u € 8 378 744 rispettivament għad iridu jiġu rkuprati.

Fost l-Istati Membri l-ġodda, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija u l-Litwanja biss innotifikaw il-każi (rispettivament 6, 2, 1 u 3 każi), li jinvolvu ammonti inqas importanti minn dawk li jissemmew hawn fuq. Għal kważi l-każi kollha, l-ammonti involuti ġew imnaqqsa qabel il-preżentazzjoni tal-pagamenti rikjesti mill-Kummissjoni.

L-Istati Membri l-oħrajn infurmaw lill-Kummissjoni li ebda irregolaritajiet ma ġew osservati matul l-2005. Madanakollu, l-attenzjoni ta’ l-Istati Membri għandha tinġibed lejn il-fatt li ċertu numru ta’ każi li ġew osservati matul il-missjonijiet nazzjonali u/jew Komunitarji ta’ awditjar ma wasslu għal ebda notifika skond ir-regolament rilevanti.

Fil-biċċa l-kbira tal-każi, l-irregolaritajiet jirrigwardaw l-applikazzjoni tar-regoli tal-prokura pubblika, u għall-każi li jifdal, il-preżentazzjoni ta’ l-infiq li mhux eliġibbli.

Matul is-sena 2005 ir-Regolament (KE) nru 1831/94 ġie mmodifikat mir-Regolament (KE) nru 2168/2005[5]. L-emendi jikkonċernaw: id-definizzjoni ta’ l-irregolaritajiet kif inhuma stipolati fl-Artikolu 1.2 tar-Regolament (KE) nru 2988/95 tal-Kunsill; id-definizzjoni ta’ suspett ta’ frodi; il-kjarifika tal-mument meta l-każ għandu jiġi nnotifikat; id-definizzjoni ta’ “falliment” u l-esklużjoni ta’ l-obbligi ta’ notifika tal-każi ta’ falliment, ħlief ċertu każi, l-iktar meta jkun hemm suspett ta’ frodi; it-trażmissjoni elettronika ta’ każi ta’ irregolaritajiet; iż-żieda tal-livell tan-notifikazzjoni minn € 4 000 sa € 10 000; ir-ridefinizzjoni ta’ għanijiet, bl-enfażi fuq l-analiżi tar-riskju.

6. Valutazzjoni

Skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) rivedut nru 1164/1994 tas-16 ta’ Mejju 1994, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-effettività ta’ l-għajnuna tal-Komunità waqt l-implimentazzjoni tal-proġetti kofinanzjati mill-Fond ta’ Koeżjoni. Dan jimplika rikors fil-monitoraġġ u valutazzjoni tal-miżuri li aktarx jistgħu jippermettu l-adattament tal-proġetti skond ir-riżultati tal-monitoraġġ u tal-valutazzjoni.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri iġibu fis-seħħ, jekk huwa meħtieġ f’kooperazzjoni mal-Bank Ewropew għall-Investimenti, apprezzament u valutazzjoni ta’ kull proġett kofinanzjat (11 fl-2005).

Matul l-implimentazzjoni tal-proġetti u wara t-tlestija tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmonitorjaw it-twettiq tal-proġetti, fir-rigward ta’ l-għanijiet tagħhom u l-impatt ta’ l-implimentazzjoni tagħhom. Fuq livell metodoloġiku, kull rikjesta ta’ assistenza hija akkumpanjata minn analiżi ta’ kemm jaqbel (CBA). Is-CBA għandha turi li l-benefiċċji soċjo-ekonomiċi identifikati fuq firxa medja huma proporzjonati mar-riżorsi finanzjarji mmobilizzati. Il-Kummissjoni teżamina din il-valutazzjoni fuq bażi tal-prinċipji stipolati fil-gwida ta’ l-analiżi ta’ kemm jaqbel ippubblikata fl-2003[6], użata mill-isponsors tal-proġetti kif ukoll mill-Kummissjoni.

Skond dan, il-Kummissjoni pprovdiet matul l-2005 appoġġ metodoloġiku importanti u assistiet lill-Istati Membri permezz ta’ l-azzjonijiet ta’ bini tal-kapaċità bil-għan tat-tisħiħ tal-konsistenza ta’ l-analiżi finanzjarja ex-ante tal-proġetti. B’hekk, software apposta (li jismu CBA Software) ġie żviluppat li, wara fażi tat-testjar, huwa operattiv b’mod sħiħ. Il-għan tiegħu huwa li jagħti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri benefikanti li jifdal, mezz li jista’ jgħin fit-twettiq ta’ l-analiżi ta’ kemm jaqbel għall-proġetti iffinanzjati mill-Fond tal-Koeżjoni.

Aktar minn hekk, il-ex post valutazzjoni tal-kampju ta’ 200 proġett iffanzjat mill-Fond tal-Koeżjoni matul il-perijodu 1993-2002, li saret fl-2004 wasslet fl-2005 għal xogħol ta’ tkomplija importanti: grupp ta’ ħidma ad hoc ingħata bidu sabiex jipproċedi fil-prijoritizzazjoni u tar-riformulazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta’ dan ir-rapport.

7. L-informazzjoni u l-pubbliċità

Fid-9 ta’ Marzu, il-Kummissjoni bagħtet sett ta’ dokumenti linji gwida lill-Istati Membri. Dawn id-dokumenti kellhom il-għan li jirtiraw ċertu dispożizzjonijiet tar-Regolament 1164/94 u jistipolaw regoli biex jaċċertaw ir-rispett tal-prinċipji ta’ maniġġjar finanzjaru sod. L-arranġamenti għall-ħlas fuq il-kont għall-20% mill-pagament; il-proċedura ta’ l-implimentazzjoni tal-ħlas mill-ġdid, kollu jew parti minnu, tal-pagament fuq il-kont (“M+12 regola”); il-poċedura li għandha tiġi applikata skond l-Art.C5 ta’ l-Anness II tar-Reg. 1164/94 (“M+24 regola”); il-linji gwida għall-emendi tad-deċiżjonijiet tal-proġetti tal-Fond tal-Koeżjoni; l-arranġamenti tat-transizzjoni mill-ISPA għall-Fond tal-Koeżjoni għall-Istati Membri kkonċernati.

Żewġ laqgħat informattivi mill-25 Stat Membru saru ġewwa Brussell, fl-20 ta’ April u fil-15 ta’ Diċembru. Fl-ewwel laqgħa, il-Kummissjoni ppreżentat segwiment ’l-ex post valutazzjoni tal-200 proġett tal-Fond tal-Koeżjoni, li l-konklużjonijiet tagħhom ġew diskussi matul il-laqgħa ta’ qabel f’Novembru 2004. Fil-laqgħa ta’ Diċembru, sar skambju ta’ prattika tajba għall-konformità fil-Valutazzjoni ta’ l-Impatt Ambjentali (EIA).

Wara l-adozzjoni fl-1 ta’ April ir-regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 621/2004 dwar miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità, id-Direttorat ġenerali ppubblika skeda tal-fatti fil-portal Inforegio u aġġornament għall-portal ta’ referenza tal-Fond tal-Koeżjoni.

[1] Ibbażat fuq l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94, kif inhu fil-verżjoni kkodifikata ppreżentata mill-Kummissjoni.

[2] Artikolu 4, Proposta tar-Regolament tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond tal-Koeżjoni, COM(2004) 494 finali, 2004/0166(CNS).

[3] ĠU n°L 292, 15.11.1996, p.2

[4] ĠU n°L 191, 29.07.1994, p.1

[5] ĠU n°L 345, 21.12.2005, p.15

[6] http://europa.eu.int/comm/regional_policy/sources/docgener/guides/cost/guide02_en.pdf

Top