EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006DC0071

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel - 2006

/* KUMM/2006/0071 finali */

52006DC0071

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel - 2006 /* KUMM/2006/0071 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 22.2.2006

KUMM(2006)71 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI

dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel - 2006

.

WERREJ

1. Introduzzjoni 3

2. Żviluppi Ewlenin 3

2.1. Żviluppi leġiżlattivi u ta’ strateġija politika u l-istat ta’ l-azzjoni 3

2.2. Differenzi bejn is-sessi 5

3. Sfidi u orjentazzjonijiet ta’ strateġiji politiċi 7

3.1. Sfruttamemt sħiħ tal-kontribut tal-politika dwar l-ugwaljanza bejn is-sessilejn l-istrateġija Ewropea għat-tkabbir u l-impjieg 7

3.2. Promozzjoni ta’ rikonċiljazzjoni effettiva tax-xogħol u l-ħajja privata 8

3.3. Appoġġ għall-ugwaljanza bejn is-sessi b’mekkaniżmi istituzzjonali effettivi. 8

3.4. Id-dimensjoni esterna ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi 9

4. Konklużjonijiet 9

ANNEX 11

1. INTRODUZZJONI

Dan ir-rapport annwali jippreżenta ħarsa ġenerali ta’ l-iżviluppi ewlenin dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2005. Fih ukoll fil-qosor l-isfidi u l-orjentazzjoniiet ta’ politika għall-futur.

L-UE sostniet mill-ġdid l-impenn sħiħ tagħha lejn l-ugwaljanza bejn is-sessi fl- aġenda soċjali [1] għall-2005-2010, li jikkomplementa u jappoġġja l-istrateġija mġedda ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi[2]. Is-sett il-ġdid ta’ linji ta’ gwida integrati [3]li jappoġġja l-objettivi ta’ twettiq ta’ tkabbir sod u fit-tul u li jinħolqu impjiegi aktar u aħjar jagħrfu li l-ugwaljanza bejn is-sessi hija essenzjali biex jintlaħqu l-isfidi tas-suq tax-xogħol. Jagħqdu flimkien miżuri dwar l-impjieg tan-nisa u n-normalizzazzjoni tal-perspettiva li tinkludi ż-żewġ sessi f’kull azzjoni meħuda.

Il-politika ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi tikkontribwixxi għall-impjieg u t-tkabbir. Tliet kwarti ta’ l-impjiegi maħluqa f’dawn l-aħħar ħames snin fl-UE mtlew min-nisa. Iżda l-persistenza tal-firda bejn is-sessi tenfasizza li jista’ jsir aktar biex jiġi sfruttat il-potenzjal produttiv tan-nisa. Il-bilanċ negattiv bejn ix-xogħol u l-ħajja b’mod partikolari, għadu jġiegħel lill-ħaddiema joħorġu mis-suq tax-xogħol u jikkontribwixxi għal rati ta’ fertilità aktar baxxi. Hemm ħtieġa reali li jiżdiedu l-isforzi li jappoġġjaw mezzi effettivi u innovattivi li jgħinu lill-irġiel u lin-nisa jirrikonċiljaw ix-xogħol u r-responsabbiltajiet privati tagħhom fl-istadji kollha f’ħajjithom.

L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel m’għandiex tkun limitata mill-fruntieri. L-UE appoġġjat bil-qawwa l-Pjattaforma ta' Beijing għall-Azzjoni (Pfa) u sostniet mill-ġdid l-impenn tagħha għar-realizzazzjoni sħiħa tal-PfA billi talbet l-implimentazzjoni effettiva tagħha.[4] Dan huwa essenzjali biex jinkisbu objettivi ta’ żvilupp miftehma internazzjonalment, inklużi dawk tad-Dikjarazzjoni tal-Millennju. Din il-pożizzjoni kellha wkoll l-appoġġ ta’ l-UE fil-laqgħa plenarja ta’ livell għoli ta’ l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-14-16 ta’ Settembru 2005 li indirizzat ir-reviżjoni tad-Dikjarazzjoni tal-Millennju.

2. ŻVILUPPI EWLENIN

2.1. Żviluppi leġiżlattivi u ta’ strateġija politika u l-istat ta’ l-azzjoni

Il-Kummissjoni ħabbret Komunikazzjoni dwar żviluppi fil-ġejjieni ta’ strateġiji għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea għall-ħames snin li ġejjin, li għandha tiġi adottata fl-ewwel kwart ta’ l-2006. “Il-Pjan tar-rotta ta’ l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel” se jidentifika sfidi u azzjonijiet għall-UE biex tikiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi permezz ta’ l-istrateġiji politiċi interni u esterni tagħha, konsistenti ma’ l-objettivi ta’ tkabbir u ħolqien ta’ impjieg. Il-pjan tar-rotta se jenfasizza l-impenn u l-kontribut speċifiku ta’ l-UE għal dan il-proċess.

Il-leġiżlazzjoni kellha rwol ewlieni biex isir progress fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel tul l-aħħar għexiren ta’ snin. Ittieħdu aktar passi ’l quddiem fl-2005 wara l-adozzjoni ta’ proposta emendata għal Direttiva[5] li tissemplifika u timmodernizza l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Komunità dwar trattament indaqs ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjieg. Qed isiru sforzi biex tkun żgurata l-adozzjoni bla dewmien tad-Direttiva kmieni fl-2006 fuq il-bażi ta’ pożizzjoni komuni nnegozjata bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew.

L-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2002[6] dwar trattament indaqs skadiet fil-5 ta’ Ottubru 2005. It-twaqqif ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-ugwaljanza stipulati fid-Direttiva bla dubju se jikkontribwixxi għal implimentazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi. Bosta Stati Membri ttrasponew id-Direttiva f’liġi nazzjonali. Proċedimenti ta’ ksur jingħataw bidu fejn id-Direttiva ma tkunx ġiet trasposta jew ma ġietx trasposta sewwa.

Fit-8 ta’ Marzu 2005, il-Kummissjoni pproponiet it-twaqqif ta’ Istitut Ewropew għall-ugwaljanza bejn is-sessi [7] , li huwa maħsub li jsir għodda importanti għat-tixrid ta’ l-informazzjoni, l-iskambju ta’ prassi tajba u l-iżvilupp ta’ għodda ta’ metodoloġija għall-promozzjoni tan-normalizzazzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi. Il-kisbiet u l-isfidi fil-qasam ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi jkunu wkoll aktar fid-dehra. Il-proposta qed tiġi eżaminata mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta opinjoni li tappoġġja l-proposta fit-28 ta’ Settembru 2005[8].

Fil-qafas tad- djalogu soċjali Ewropew l-imsieħba soċjali adottaw Qafas ta’ Azzjonijiet għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi f’Marzu 2005 u kkonċentraw fuq erba’ prijoritajiet: l-indirizzar tar-rwoli tas-sessi, il-promozzjoni tan-nisa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, sostenn għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja u tentattivi ta’ soluzzjoni tad-differenza fil-pagi tan-nisa u l-irġiel. Ir-rapport annwali dwar il-progress li sar se jkun ta’ l-akbar importanza. Inizjattivi biex tinġabar, tiġi skambjata u promossa prassi tajba fil-qasam ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi qed jittieħdu wkoll minn xi uħud mill-imsieħba soċjali tas-settur.

L-importanza dejjem tiżdied li tingħata lill-ugwaljanza bejn is-sessi fix-xjenza u l-aċċess tan-nisa għall-pożizzjonijiet ewlenin kienu enfasizzati mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Kompetittività tat-18 ta’ April 2005. L-Istati Membri ġew mistiedna jgħollu b’mod sinifikanti n-numru ta’ nisa f’pożizzjonijiet ewlenija ta’ riċerka, bil-għan li tintlaħaq, bħala l-ewwel pass, il-mira ta’ 25% fis-settur pubbliku bħala medja fl-UE.

Il-ħtieġa li jittieħed kont tal-perspettiva ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politika ta’ immigrazzjoni kienet indirizzata fl-aġenda komuni għall- integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi [9]adottata mill-Kummissjoni. Hi enfasizzat b’mod partikolari l-importanza ta’ l-utilizzazzjoni sħiħa tal-potenzjal tan-nisa immigranti fuq is-suq tax-xogħol. Il-Kummissjoni b’mod attiv ilha tindirizza l-problema tat- traffikar tal-bnedmin, li fosthom in-nisa jibqgħu l-ewwel vittmi. Hi ppreżentat strateġija integrata u proposti għal pjan ta’ azzjoni [10]li enfasizza l-importanza tal-perspettiva ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi fi strateġiji ta’ prevenzjoni u fl-eliminazzjoni tal-forom kollha ta’ sfruttament, inklużi l-isfruttament sesswali u l-isfruttament fix-xogħol domestiku.

L-2005 ra ċ-ċelebrazzjoni ta’ l-għaxar anniversarju tal- Pjattaforma ta’ Beijing għall-Azzjoni , li kkostitwiet tappa importanti fl-iżvilupp tan-normalizzazzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi ta’ l-istrateġiji politiċi pubbliċi. F’din l-okkażjoni, il-gvernijiet mad-dinja kollha għarfu l-progress li sar s’issa, iżda enfażizzaw ukoll l-isfidi u l-ostakoli li fadal. Oqsma partikolari ta’ tħassib huma l-aċċess tan-nisa għall-edukazzjoni, il-proprjetà, ix-xogħol, is-saħħa u s-servizzi ta’ riproduzzjoni. Il-mortalità ta’ l-omm tibqa’ problematika u f’xi partijiet, b’mod partikolari xi reġjuni Afrikani, is-sitwazzjoni tan-nisa marret għall-agħar. L-impenn ta’ l-UE kkontribwixxa bil-qawwa biex tiġi sostnuta mill-ġdid u b’suċċess il-PfA. Wara proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni adottaw Stqarrija Konġunta dwar “ Il-Konsens Ewropew dwar l-Iżvilupp ”[11] f’Novembru 2005 li identifikat l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala wieħed mill-ħames prinċipji ewlenin tal-politika ta’ l-iżvilupp. L-Istrateġija l-ġdida ta’ l-UE għall-Afrika[12] wkoll tipprevedi b’mod speċifiku li l-ugwaljanza bejn is-sessi għandha titqies fis-sħiħ fis-sħubijiet kollha u fi strateġiji nazzjonali ta’ żvilupp. Il-Kummissjoni mistennija tadotta komunikazzjoni bl-isem ta’ “Viżjoni Ewropea dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp” fl-ewwel nofs ta’ l-2006.

2.2. Differenzi bejn is-sessi

It-tendenza favur l-impjieg tan-nisa wasslet għal tnaqqis tad-differenzi bejn is-sessi fl-impjieg u l-qgħad. Madankollu, għad fadal nuqqas ta’ bilanċ kbir filwaqt li d-differenza fil-pagi għoljin ma turix sinjali sinifikanti ta’ tnaqqis.

Fis-snin reċenti, il-progress lejn l-ilħuq tal-mira ta’ Liżbona għall-impjieg ta’ 70% sa l-2010 kien l-aktar dovut għaż-żieda bla waqfien fid-dħul tan-nisa fis-suq tax-xogħol tul dawn l-aħħar għaxar snin, filwaqt li r-rata ta’ impjieg ta’ l-irġiel baqgħet relattivament stabbli tul l-istess perjodu. Ir-rata ta’ impjieg tan-nisa żdiedet għal 55.7% fl-UE-25 fl-2004, 0.7 punti perċentwali aktar meta mqabbla ma’ l-2003, qrib ħafna tal-mira fuq medda ta’ żmien medju ta’ 57% sa l-2005. Bħala riżultat, id-differenza fir-rata ta’ l-impjieg ġiet imnaqqsa iżjed sa 15.2 punti fl-2004, minn 18.1 fl-1999. Tnaqqis fil- qgħad fost in-nisa kkombinat ma’ żieda simili fil-qgħad fost l-irġiel naqqas id-differenza fil-qgħad b’2.1 punti, kważi punt sħiħ anqas mill-1999. Fost il- ħaddiema anżjani, il-progress fir-rata ta’ impjieg kien ukoll aktar qawwi fost in-nisa milli fost l-irġiel. Ir-rata ta’ impjieg tan-nisa ’l fuq minn 55 żdiedet b’punt perċentwali sħiħ fl-2004 għal 31.7%, jew 5.4 punti ’l fuq mil-livell fl-1999. Dan għen inaqqas id-differenza fir-rata ta’ l-impjieg għall-anzjani, minkejja li d-differenza baqgħet partikolarment għolja fuq 19.0 punti fl-2004.

Quddiem dan l-isfond favorevoli, wieħed irid jammetti li l-oqsma prinċipali ta’ tkabbir għall-impjieg tan-nisa baqgħu kkonċentrati f’attivitajiet u okkupazzjonijiet diġa femminili b’mod predominanti. Dan saħħaħ is-segregazzjoni fis-suq tax-xogħol. Tabilħaqq, kemm is-segregazzjoni settorjali kif ukoll dik okkupazzjonali[13] jkomplu jiżdiedu fl-UE, rispettivament għal 25.4% u 18.1%. Aktar minn erba’ għal kull għaxar impjegati nisa jaħdmu fl-amministrazzjoni pubblika, l-edukazzjoni, is-saħħa jew l-attivitajiet soċjali, bi tqabbil ma’ anqas minn tnejn għal kull għaxart irġiel. Fis-settur privat, iżda, is-servizzi għan-negozju jibqgħu riżorsa importanti ta’ ħolqien ta’ l-impjiegi kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, b’żieda ta’ persuni impjegati li taqbeż il-5% bejn l-2000 u l-2004.

Raġuni oħra ta’ tħassib hija l-persistenza tad-differenza bejn is-sessi fix- xogħol part - time , li jsir minn 32.6% tan-nisa fl-impjieg kontra biss 7.4% ta’ l-irġiel. Minkejja li r-rikors għax-xogħol part-time jista’ jirrifletti preferenzi personali u jista’ jgħin lin-nies jidħlu (jidħlu mill-ġdid) u jibqgħu fis-suq tax-xogħol, id-differenza għolja bejn is-sessi hija wkoll xhieda tad-differenzi ta’ mudelli ta’ użu tal-ħin bejn in-nisa u l-irġiel u tar-rwol ta’ kura li b’mod predominanti jassumuh in-nisa u d-diffikultajiet akbar li jiffaċċjaw huma u jippruvaw jirrikonċiljaw ix-xogħol u l-ħajja privata. Il-parteċipazzjoni fl-impjieg u l-ammont ta’ ħin li jinħadem min-nisa huwa marbut mill-qrib man-numru u l-età tat-tfal; fl-irġiel dan huwa inqas il-każ. Għan-nisa ta’ età bejn l-20 u d-49, li jkollhom tarbija jwaqqa’ r-rata ta’ l-impjieg b’ammont li jlaħħaq 14.3 punti, filwaqt li jgħolli r-rata ta’ impjieg ta’ l-irġiel b’5.6 punti. Bl-istess mod, ir-rikors għax-xogħol part-time minn nisa jiżdied man-numru tat-tfal, filwaqt li għall-irġiel dan mhux il-każ. Terz tan-nisa b’tifel wieħed/tifla waħda u nofs in-nisa bi tlett itfal jew aktar jaħdmu fuq bażi part-time , filwaqt li n-numru tat-tfal għandu effett żgħir fuq il-proporzjon ta’ l-irġiel li jaħdmu part-time.

It-tensjonijiet tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja kkombinati ma’ sistemi ta’ remunerazzjoni u evalwazzjoni sterjotipati u ta’ preġudizzju bejn is-sessi jkomplu jeffettwaw il-karriera tan-nisa u jipperpetwaw is-segregazzjoni vertikali tas-suq tax-xogħol. Fi ħdan l-intrapriżi, in-nisa jikkostitwixxu biss 32% tal-maniġers[14]. 10% biss tal-membri tal-bordijiet u 3% tas-CEOs ta’ l-intrapriżi aktar kbar ta’ l-UE huma nisa[15]. Fl-edukazzjoni u r-riċerka, in-nisa huma aktar mill-irġiel bħala gradwati (59%), iżda l-preżenza tagħhom tonqos b’mod konsistenti hekk kif jitilgħu mas-sellum tal-karriera, minn 43% ta’ PhDs jaqgħu għal biss15% ta’ professuri fis-sħiħ[16].

Id- differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel tibqa’ fuq livelli għolja li mhumiex aċċettabbli u ma turix sinjali sinifikanti li se tonqos. Bħala medja, in-nisa jaqilgħu 15% anqas mill-irġiel għal kull siegħa maħduma. Dan jirriżulta kemm minn nuqqas ta’ rispett tal-leġiżlazzjoni dwar pagi ndaqs kif ukoll minn għadd ta’ inugwaljanzi strutturali bħas-segregazzjoni fis-suq tax-xogħol, differenzi fir-rutina tax-xogħol, aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ, sistemi preġudikati u sterjotipi ta’ evalwazzjoni ta’ pagi.

Ir-riskju ta’ l-esklużjoni soċjali jidher kemxejn ikbar għan-nisa milli għall-irġiel fl-istadji kollha tal-ħajja, mera ta’ sehem medju aktar baxx fis-suq tax-xogħol. Ir-riskju tal-faqar, b’mod partikolari, huwa ogħla fost nisa ta’ età ikbar u fost ġenituri single bi tfal dipendenti, grupp magħmul b’mod predominanti minn nisa.

3. SFIDI U ORJENTAZZJONIJIET TA’ STRATEġIJI POLITIċI

L-istrateġija Ewropea għat-tkabbir u l-impjieg tagħraf li l-ugwaljanza bejn is-sessi hija essenzjali għall-progress, iżda l-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali ppreżentati mill-Istati Membri din is-sena wrew preżenza anqas u telf ta’ momemtum ta’ kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi. L-Ewropa teħtieġ impenn sostnut mill-ġdid lejn l-istrateġija tal-Komunità, billi tikkombina n-normalizzazzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi ma’ azzjonijiet speċifiċi pożittivi, bl-appoġġ ta’ mekkaniżmi istituzzjonali effettivi.

3.1. Sfruttamemt sħiħ tal-kontribut tal-politika dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi lejn l-istrateġija Ewropea għat-tkabbir u l-impjieg

L-istrateġiji politiċi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi huma strumentali għat-tkabbir u l-impjieg. It-tneħħija ta’ l-inugwaljanzi strutturali bejn in-nisa u l-irġiel se tgħin biex teħles il-potenzjal ta’ impjieg tan-nisa filwaqt li tikkontribwixxi għall-koeżjoni soċjali u l-vijabilità tas-sistema ta’ protezzjoni soċjali. Il-persistenza tad-differenzi bejn is-sessi hija sinjal ta’ suq tax-xogħol li jiffunzjona ħażin fejn l-aspirazzjonijiet individwali u l-kwalifiki m'għandhomx appoġġ sħiħ u m'humiex apprezzati, u saħansitra huma ta' diżinċentiv għall-parteċipazzjoni tas-suq tax-xogħol.

- L-Istati Membri u l-imsieħba soċjali għandhom ifittxu li jiksbu tnaqqis fid-differenza tar-rata ta’ impjieg bejn in-nisa u l-irġiel, b’mod partikolari fost ħaddiema anzjani.

- It-tnaqqis tad-differenza fil-paga u l-qirda tal-kawżi li jgibuha għandhom jibqgħu prijorità. L-azzjoni għandha tgħaqqad l-istrumenti kollha disponibbli, inkluża l-implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni eżistenti, u għandha tinvolvi b’mod attiv l-imsieħba soċjali. Fost l-oqsma li l-aktar iridu jiġu indirizzati hemm is-segregazzjoni settorjali u okkupazzjonali, l-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ għall-kulħadd, sistemi trasparenti ta’ evalwazzjoni u ta’ paga, iż-żieda ta’ l-għarfien u t-taqbida kontra l-isterjotipi fost il-partijiet interessati u r-reviżjoni tal-klassifikazzjoni tal-professjonijiet.

- Il-kwalità ta’ l-impjiegi u ambjent tajjeb tax-xogħol huma elementi ewlenin biex wieħed jiġbed in-nies lejn is-suq tax-xogħol u ma jitlifhomx. L-Istati Membri u l-imsieħba soċjali jeħtieġ li jieħdu passi konkreti biex jgħinu fit-twettiq ta’ dan, l-aktar billi jġibu ’l quddiem u jxerrdu mudelli ta’ xogħol li japprezzaw fis-sħiħ il-kwalifiki tal-ħaddiema filwaqt li jiżguraw sigurtà ta’ impjieg u drittijiet soċjali u benefiċċji.

- L-Istati Membri għandhom jipproċedu, fejn meħtieġ, b’riformi ta’ sistemi ta’ taxxa u benefiċċji biex joħolqu inċentivi u jeliminaw diżinċentivi għal dawk li, b’mod predominanti nisa, jaqilgħu anqas ġewwa d-djar jew li għandhom il-kura ta’ xi ħadd, biex jidħlu (jidhlu mill-ġdid) u jibqgħu fuq is-suq tax-xogħol, billi x-xogħol ikun finanzjarjament attraenti u l-indipendenza ekonomika tagħhom tkun żgurata, saħansitra fir-rigward ta’ l-akkumulu tad-drittijiet ta’ pensjoni.

- L-istrateġija Ewropea għat-tkabbir u l-impjieg teħtieġ l-appoġġ sħiħ tal-Fondi Strutturali fil-qasam ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-aktar bl-integrazzjoni effettiva ta’ perspettiva ta’ ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsfa ta’ referenza strateġika nazzjonali u dokumenti ta’ ipprogrammar, u l-finanzjament suffiċjenti ta’ azzjonijiet speċifiċi ta’ ugwaljanza bejn is-sessi.

3.2. Promozzjoni ta’ rikonċiljazzjoni effettiva tax-xogħol u l-ħajja privata

Bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja jgħin inaqqas id-differenzi bejn is-sessi u jtejjeb il-kwalità ta’ l-ambjent tax-xogħol filwaqt li jikkontribwixxi biex tiġi indirizzata l-isfida tat-tibdiliet demografiċi. Biex ikun effettiv, għandu jkun imfassal u promoss bħala politika kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel fl-istadji kollha ta’ ħajjithom, inklużi ż-żgħażagħ kif enfasizzat fil-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ[17]. Jeħtieġ impenn imġedded biex ikun hemm faċilitajiet ta’ kura ta’ kwalità tajba, aċċessibli u għal but ta’ kullħadd għat-tfal u dipendenti oħra.

- L-Istati Membri għandhom jżidu l-isforzi tagħhom biex jilħqu l-objettivi ta’ Barċellona[18] ta’ kura għat-tfal u jappoġġjaw l-iżvilupp tal-kura għall-anzjani u persuni b’diżabilità. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-fatt li l-orarji tax-xogħol full-time tan-nisa u ta’ l-irġiel jeħtieġu ħinijiet ta’ ftuħ konvenjenti u flessibilità. L-inizjattivi minn intrapriżi jew stabbilimenti edukattivi biex jiżviluppaw is-servizzi ta’ kura għandhom jiġu inkoraġġati.

- Ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja privata għandha tinkludi l-promozzjoni u t-tixrid ta’ arranġamenti ta’ xogħol innovattivi u adattabbli li jiffaċilitaw il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja u jqisu l-ħtiġijiet differenti fl-istadji differenti tal-ħajja.

- L-aċċess għas-servizzi pubbliċi, inklużi l-amministrazzjoni, is-servizzi ta’ trasport u dawk dwar l-impjieg għandu jkun kompatibbli ma’ l-orarji tax-xogħol u m’għandux iwaqqaf lin-nisa u l-irġiel b’responsabbiltajiet ta’ tfal u persuni oħra dipendenti milli jidħlu (jidħlu mill-ġdid) jew milli jibqgħu fis-suq tax-xogħol.

- Għandha titieħed azzjoni deċiżiva biex ikunu miġġielda l-isterjotipi sessisti u l-irġiel jitħeġġu jerfgħu r-rsponsabbiltajiet tagħhom fl-isfera domestika u tal-familja. Dan jinkludi l-iżvilupp ta’ inċentivi, finanzjarji l-aktar, li jappoġġjaw bilanċ aħjar ta’ responsabbiltajiet u xogħol bejn in-nisa u l-irġiel u jsaħħu r-rwol ta’ l-irġiel fil-lif għall-kura u tal-ġenituri.

3.3. Appoġġ għall-ugwaljanza bejn is-sessi b’mekkaniżmi istituzzjonali effettivi.

Governanza qawwija li tinvolvi l-partijiet kollha kkonċernati hija vitali biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi. Teħtieġ impenn qawwi u ċar fl-ogħla livell politiku u għandha tkun appoġġjata minn mekkaniżmi xierqa, arranġamenti ta’ organizzazzjoni, riżorsi u qsim ta’ esperjenza bejn l-Istati Membri.

- Is-sħubija u d-djalogu huma elementi ewlenin ta’ governanza. Huwa essenzjali li l-partijiet kollha kkonċernati jissieħbu fl-istadji kollha tat-teħid ta’ deċiżjoni, implimentazzjoni u evalwazzjoni, l-aktar il-ministeri jew dipartimenti ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-korpi ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili.

- L-Istati Membri għandhom isaħħu l-implimentazzjoni tagħhom tal-prinċipju tan-normalizzazzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma kollha rilevanti ta’ politika u jieħdu passi konkreti biex jiżviluppaw u jxerdu metodi u għodda favur dan, bħal pereżempju l-verifika ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-evalwazzjoni ta’ l-impatt ta’ din l-ugwaljanza.

- L-integrazzjoni tal-linji ta’ gwida dwar politika ekonomika u l-impjieg fl-istrateġija l-ġdida ta’ Liżbona għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri isaħħu n-normalizzazzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kapitoli kollha tal-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali, partikolarment fl-oqsma fejn ġie reġistrat progress limitat, jiġifieri fil-politika ekonomika, fil-politika ta’ l-intraprizi u fil-politika baġitarja (baġitjar għall-ugwaljanza bejn is-sessi).

- L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw it-tħaddim xieraq tal-makkinarju nazzjonali bħala appoġġ għall-ugwaljanza bejn is-sessi, inklużi l-istituzzjonijiet ta’ l-ugwaljanza stipulati fid-Direttiva 2002/73/KE[19], jiġifieri jiżguraw li għandhom l-indipendenza meħtieġa, ir-riżorsi u l-kapaċitajiet biex jaħdmu b’mod effettiv.

- Il-monitoraġġ ta’ l-istrateġiji politiċi jeħtieġ li jkunu mirfuda mill-ġbir, il-kompilazzjoni u t-tixrid ta’ data mqassma skond is-sess li tkun fil-ħin, ta’ min jorbot fuqha u paragunabbli. Għandha tingħata aktar attenzjoni biex ikun evitat il-preġudizzju dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-metodoloġija statistika u l-klassifikazzjonijiet.

3.4. Id-dimensjoni esterna ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi

L-UE ilha fuq quddiem fil-politika dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi mill-bidu nett. Tat sehmha biex l-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi promossa lilhinn mill-fruntieri tagħha. L-Ewropa għandha ssostni mill-ġdid l-impenn tagħha għal dan l-approċċ u tiżgura li l-aspetti dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi jitqiesu fir-relazzjonijiet esterni tagħha.

- L-Istati Membri għandhom jieħdu passi konkreti biex iħaffu l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva ta’ l-Istqarrija u l-Pjattaforma ta’ Beijing għall-Azzjoni tar-Raba’ Konferenza Dinjija dwar in-Nisa. Għandhom jissorveljaw il-progress b’rappurtaġġ regolari u evalwazzjoni ta’ riżultati u ssettjar ta’ miri marbuta maż-żmien.

- Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandu jkollhom l-appoġġ ta’ għajnuna teknika u finanzjarja xierqa fl-isforzi tagħhom biex jintegraw in-normalizzazzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tar-rwol tan-nisa fi ħdan strateġiji politiċi u programmi.

- L-Istati Membri għandhom iqisu l-perspettiva ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi fi sħubijiet ma’ pajjiżi mhux ta’ l-UE u fi strateġiji ta’ żvilupp inklużi strateġiji ta’ tnaqqis tal-faqar, b’konformità mal-“Konsensus Ewropew” dwar politika ta’ żvilupp.

- Il-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali li jkunu se jaderixxu għandhom jibqgħu jiġu appoġġjati fl-isforzi tagħhom biex jitttrasponu, jimplimentaw u jinfurzaw b’mod effettiv l- acquis tal-Komunità fi kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi kif ukoll joħolqu l-istituzzjonijiet meħtieġa biex jinfurzawh.

4. KONKLUżJONIJIET

Wara dan ir-rapport dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u bl-għarfien tal-kontribut li l-ugwaljanza bejn is-sessi tista’ tagħti lill-aġenda mġedda għat-tkabbir u l-impjieg, il-Kunsill Ewropew huwa mistieden iħeġġeġ l-Istati Membri jikkunsidraw il-progress f’dan il-qasam u jsostnu mill-ġdid l-impenn tagħhom biex jinnormalizzaw id-dimensjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma kollha ta’ politika fi sħubija ma’ l-imsieħba soċjali u biex jilqgħu l-isfidi li jidhru hawn fuq. Huwa u jagħmel hekk, għandha tingħata attenzjoni speċjali għal:

- tnaqqis b’approċċ komprensiv tad-differenza fl-impjieg bejn in-nisa u l-irġiel, b’mod partikolari fost ħaddiema anzjani;

- analizzar u ttrattar tal-kawżi li hemm wara d-differenza fil-pagi bejn is-sessi;

- żvilupp ta’ approċċ komprensiv għall-promozzjoni tar-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja privata, bl-involviment kemm ta’ l-irġiel kif ukoll tan-nisa;

- li jsir użu sħiħ mill-Fondi Strutturali b’appoġġ għall-ugwaljanza bejn is-sessi, bl-iżgurar kemm tal-finanzjament ta’ azzjonijiet speċifiċi kif ukoll ta’ l-integrazzjoni ta’ perspettiva ta’ ugwaljanza fl-istadji kollha ta’ l-ippjanar, implimentazzjoni u evalwazzjoni ta’ oqsfa strateġiċi nazzjonali u programmi operattivi;

- l-issoktar ta’ l-appoġġ għall-imsieħba soċjali fl-iżvilupp, implimentazzjoni u monitoraġġ ta’ l-inizzjattivi tagħhom fil-qasam ta’ l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, jiġifieri l-Qafas għal Azzjonijiet għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi;

- l-implimentazzjoni fis-sħiħ tad-Direttiva dwar trattament indaqs għal-irġiel u n-nisa fuq is-suq tax-xogħol[20] u b’mod partikolari t-twaqqif ta’ istituzzjonijiet ta’ ugwaljanza;

- l-adozzjoni b’ħeffa tal-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi sabiex tiżgura t-twaqqif u t-tħaddim tiegħu f’waqtu.

- l-iżgurar ta’ l-adozzjoni tal-proposta għal Direttiva [21]dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u trattament indaqs ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjieg u okkupazzjoni (verżjoni mfassla mill-ġdid);

- l-bini fuq l-impenn għar-realizzazzjoni sħiħa tal-Pjattaforma għal Azzjoni ta’ Beijing u l-implimentazzjoni effettiva u s-sorveljanza tagħha.

ANNEX

The following figures provide a statistical overview of the relative position of women and men in some key domains: the labour market, education, presence in decision making positions and health. All indicators presented below are the same as those used in the 2004 and 2005 reports on equality between women and men in order to maintain continuity and to facilitate monitoring from one year to another. This year, additional data is provided in relation to the theme of work-life balance.

Employment rates

Over the last few years, the gap between women’s and men’s employment rates has decreased from 18.1 to 15.2 percentage points (p.p.), mainly due to a stagnation of men’s employment rate together with a growth of women’s employment rate in most countries. However, the gap between women and men remains significant, although it varies considerably across countries, from less than 10 p.p. in Sweden, Finland and Denmark and the Baltic countries to more than 20 p.p. in Cyprus, Luxembourg, Italy, Spain, Greece and Malta. Among older workers (55 to 64 years), the gap between female and male employment rates is higher, almost 20 p.p. in 2004. However, a comparison with 1999 figures shows a reduction of this gap due to a strong growth in the employment rate of women aged 55-64 (+ 5.4 p.p.).

Unemployment rates

In most countries, women are still more likely to be unemployed than men, but the gap has reduced from 3.0 p.p. in 1999 to 2.1 p.p. in 2004, due to the improvement of the situation of women in the labour market. This decrease in the gap has occurred in 15 countries out of 25, especially in the countries which had the most significant gap in 1999 (Greece, Spain and Italy but also Cyprus, Germany, Poland, France, the Czech republic and Belgium).

Part-time work

Despite the abovementioned convergence in the employment and unemployment rates, it must be recognised that women’s participation in the labour market is still relatively low and part-time work features strongly. In 2004, 32.6% of women worked part-time, while this was the case for only 7.4% of men. However, this varied greatly between countries: less than one-tenth of women worked part-time in Slovakia, Hungary, the Czech republic, Lithuania and Greece whilst in Luxembourg, Belgium, the United Kingdom and Germany the share of part-time work among women reached 40% and was up to three quarters in the Netherlands.

Reconciliation of professional and private life

The lack of work-life balance is often cited as a factor explaining the persistence of gender gaps in the labour market. Indeed, women appear more affected by the tensions arising when trying to combine participation in the labour market with private responsibilities. Data show that participation in the labour market and the number of hours worked are linked to parenthood, but that the effect is negative for women whilst it is positive for men. In almost all European countries, women (aged 20-49) with children have lower employment rates than those without. For the EU-25, the employment rate falls from 75.4% in the case of women without children to 61.1% for women with children. Moreover, 23.3 % of women having children worked part-time while this is the case for only 15.9 % of women without children.

Conversely, employment rates of men with children are higher (91.2%) than among men without children (85.6%) and the share of part-time workers becomes even lower. The same conclusions can be drawn from the average number of hours worked, which decreases for women (aged 20-49) with children while it increases for men.

Pay gap

The gender pay gap is the reflection of a multitude of inequalities between women and men on the labour market and may show significant variation across countries, sectors and occupations. In 2004, the estimated pay gap between women and men in the EU was 15%, one point below its level in 1999. Taking into account methodological issues, 17 Member States reported a slight decrease of the pay gap over that period while it remained unchanged in three others. Five countries reported an increase of the gender pay gap since 1999: Belgium, Slovakia, Portugal, France and Germany. Note that country comparisons should be done with care due to the diversity of sources.

Presence in decision-making positions

Concerning the decision-making positions, the role of women remains weak and positive developments are very slow. This is the case in politics, where women occupied 23% of parliamentary seats in 2005 (with a full percentage point increase since 2003). The proportion exceeds one-third in Sweden, Denmark, the Netherlands, Finland, Spain and Belgium but is still below 15% in Greece, Ireland, Slovenia, Italy, Hungary and Malta. Nevertheless, during the period under review, women’s share of parliamentary seats fell in only four countries and the long-term trend is well that of an improvement of women’s representation in politics.

In the economic field, it appears that, in 2004, women represented 32% of managers in Europe. However, women’s share of top management positions in firms (i.e. membership of the daily executive bodies of top companies) was 10%.

Education, training and research

In 2004, almost 8 women aged 20-24 out of 10 had completed at least upper secondary education, while less than three quarters of men had done so. With regard to a typical academic career, it appears that women are more numerous and more successful than men at first degree level (59% of ISCED5a graduates), but their share decreases in PhDs (43% of ISCED 6 graduates), and reaches a minimum among full professors (15% of Grade A full professors). Furthermore, study fields continue to be segmented with a low presence of women in engineering or science and technology and a high one in health, education or the humanities. Concerning life-long learning, more women than men participate in adult education and training in 21 Member States, with an average participation rate of 11.7% among women and 10% among men.

Health and age at first child

Healthy life expectancy at birth is the number of years that a person is expected to live without limitations in functioning/disability. In 2003, women were in a better position than men with respect to this indicator. The average age of women at the birth of their first child ranges from 24.5 years in Baltic countries to 29 years in Germany, the Netherlands, Spain and the United Kingdom. It has increased everywhere between 1999 and 2003, by between 0.1 years in Spain and up to 1.3 years in the Czech republic.

[pic]

[pic]

[pic]

[pic]

[pic]

[pic]

[pic]

[pic]

[pic]

[pic]

[pic]

[pic]

[pic]

[pic]

Average hours worked per week by women and men (aged 20-49) with or without children (aged 0-6) in EU Member States – 2004

[pic]

[pic]

Source: Eurostat, European Labour Force Survey, 2004

Data are not available for DK, IE and SE.

Employment rates and amount of time worked per week for women and men aged 20-49, depending on whether they have children under 12 - 2004

Left bar: without children under 12. Right bar: with children under 12.

[pic]

[pic]

Source: Eurostat, European Labour Force Survey, 2004

DK, IE, CY, LU, MT, SK, SE: some data are not shown for reasons of availability or reliability.

[pic]

[pic]

[pic]

[1] COM(2005) 33 finali tad-9.2.2005.

[2] COM(2005) 24 finali tat-2.2.2005.

[3] Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/600/KE tat-12 ta’ Lulju 2005 dwar Linji ta’ gwida għall-politika ta’ l-impjieg ta’ l-Istati Membri.

[4] Dokument 9242/05 tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea tas-27.5.2005.

[5] COM(2005) 380 finali tat-25.8.2005.

[6] Id-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' aċċess għall-impieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU L 269, 5.10.2002, p.15).

[7] COM(2005) 81 finali tat-8.3.2005.

[8] CESE 1066/2005 tat-28.9.2005.

[9] COM(2005) 389 finali ta’ l-1.9.2005.

[10] COM(2005) 514 finali tat-18.10.2005.

[11] “Stqarrija Konġunta mill-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika ta’ l-Izvilupp ta’ l-UE:“Il-Kunsens Ewropew”, dokument 14820/05 tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea tat-22.11.2005.

[12] COM(2005) 489 finali tat-12.10.2005.

[13] Is-segregazzjoni bejn is-sessi fis-setturi tiġi kkalkolata bħala s-sehem medju nazzjonali ta’ impjieg għan-nisa u l-irġiel applikat għal kull settur; id-differenzi jiżdiedu ma’ xulxin biex jipproduċu l-ammont totali ta’ żbilanċ bejn is-sessi espress bħala proporzjon ta’ l-impjieg totali (klassifika NACE). Is-segregazzjoni bejn is-sessi fl-okkupazzjonijiet hija kkalkolata b’mod simili bħala s-somma tad-differenzi fis-sehem medju nazzjonali ta’ l-impjieg għan-nisa u l-irġiel applikati għal kull okkupazzjoni (klassifika ISCO).

[14] Ewrostat, Servej tal-Forza tax-Xogħol, 2005.

[15] Dejtabejż dwar in-nisa u l-irġiel f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjoni, Kummissjoni Ewropea.

[16] “In-Nisa u x-Xjenza: L-Eċċellenza u l-Innovazzjoni”, SEC(2005) 370 tal-11.3.2005.

[17] COM(2005) 206 finali tat-30.5.2005.

[18] Nipprovdu kura għat-tfal għal 33% tat-tfal bejn 0 u 3 snin u 90% tat-tfal minn 3 snin sa l-età skolastika obbligatorja sa l-2010.

[19] L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/73/KE.

[20] Direttiva 2002/73/KE.

[21] COM (2005) 380 finali.

Top