EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005DC0666

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Lejn l-avvanz ta' l-użu sostenibbli tar-riżorsi - Strateġija tematika għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ ta' l-iskart {SEG(2005) 1681} {SEG(2005) 1682}

/* KUMM/2005/0666 finali */

52005DC0666

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Lejn l-avvanz ta' l-użu sostenibbli tar-riżorsi - Strateġija tematika għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ ta' l-iskart {SEG(2005) 1681} {SEG(2005) 1682} /* KUMM/2005/0666 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 21.12.2005

KUMM(2005) 666 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Lejn l-avvanz ta' l-użu sostenibbli tar-riżorsi: Strateġija tematika għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ ta' l-iskart

{SEG(2005) 1681}{SEG(2005) 1682}

WERREJ

1. Introduzzjoni 3

2. Is-sitwazzjoni preżenti 4

3. L-għanijiet ta’ politika ta’ l-UE dwar l-iskart li qed tevolvi 6

4. Azzjoni 6

5. X'se jkun l-impatt tat-tibdiliet proposti? 8

6. Is-sitwazzjoni internazzjonali 10

7. Monitoraġġ u evalwazzjoni 11

8. Proċess ta’ reviżjoni 11

ANNESS I: Azzjonijiet prinċipali 13

ANNESS II: Dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva 13

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Lejn l-avvanz ta' l-użu sostenibbli tar-riżorsi: Strateġija tematika għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ ta' l-iskart (Test b’relevanza għall–EEA)

1. INTRODUZZJONI

L-iskart jirrappreżenta sfida ambjentali, soċjali u ekonomika għall-Ewropew. Għal xi wħud, dan iqajjem xbihat negattivi: boroż taż-żibel, żibel fit-toroq u miżbliet ta’ skart tossiku. Għal oħrajn l-iskart jippreżenta opportunità - l-isforz Ewropew sabiex tiġi indirizzata l-problema ta' l-iskart b'metodi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent ħoloq impjiegi u opportunitajiet kummerċjali. Is-settur tal-ġestjoni u r-riċiklaġġ ta' l-iskart għandu rata għolja ta' tkabbir u dħul ikkalkolat ta' 'l fuq minn €100 biljun għall-UE tal-25. Barra minn hekk dan juża konċentrazzjoni għolja ta' ħaddiema u jiġġenera bejn 1.2 u 1.5 miljun impjieg. L-industrija tar-riċiklaġġ qed tiġġenera ammonti dejjem jiżdiedu ta' riżorsi għas-settur tal-manifattura: mill-inqas 50% tal-karta u l-azzar, 43% tal-ħġieġ u 40% tal-metall li ma fihx il-ħadid li huma prodotti fl-UE preżentement qed jiġu minn materjal riċiklat.

Fl-aħħar 30 sena l-iskart kien fiċ-ċentru tal-politika ambjentali ta' l-UE u sar progress sostanzjali f'dan il-qasam. Landfills u inċineraturi li jniġġsu ħafna qegħdin jiġu mnaddfa. Tekniċi ġodda ġew żviluppati għat-trattament ta’ l-iskart perikoluż. L-iskart perikoluż qed jitneħħa mill-vetturi u t-tagħmir elettriku u elettroniku. Il-livelli ta' dijossina u emissjonijiet oħra mill-inċineraturi qed jonqsu.

Mal-mogħdija taż-żmien, l-iskart qed jitqies iktar u iktar bħala riżors prezzjuż għall-industrija. Trattamenti bħall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkuprar ta' l-enerġija qed jibdew jiġu applikati għall-iskart regolat - l-iskart ta' l-imballaġġ, vetturi għall-iskrapjar, l-iskart mit-tagħmir elettriku u elettroniku, l-iskart bijodegredabbli u t-tajers. Il-waqfien tar-rimi ta' l-iskart bijodegradabbli fil- landfills u ż-żjieda fl-użu mill-ġdid, ir-reċiklaġġ u l-irkuprar qed jikkontribwixxu għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra.

Madanakollu, minkejja dawn is-suċċessi, l-iskart għadu problema. Il-volumi ta’ l-iskart qed ikomplu jikbru. F'xi każi l-leġiżlazzjoni qed tkun implimentata ftit, filwaqt li hemm differenzi sostanzjali tat-trattament tal-problema fuq livell nazzjonali. Il-potenzjal għall-prevenzjoni ta' l-iskart għadu ma ġiex sfruttat sew. L-għarfien li qed jiġi żviluppat dwar l-impatt ambjentali ta' l-użu tar-riżorsi għadu mhux qed jiġi rifless kif suppost f'politika dwar l-iskart.

Ix-xejriet li mhux sostenibbli fil-ġenerazzjoni ta' l-iskart u l-kwistjonijiet ta' politika huma kawża ta' tħassib peress li l-ġenerazzjoni ta' l-iskart tista' tkun sintomu ta' l-użu ineffiċjenti tar-riżorsi fuq livell ambjentali. Barra minn hekk, il-ġestjoni ta' l-iskart tikkawża emissjonijiet fl-ajru, l-ilma u l-ħamrija, minbarra l-istorbju u fastidji oħra li jikkontribwixxu għall-problemi ambjentali u jħallu spejjeż ekonomiċi.

Barra minn hekk, il-liġi ta' l-UE dwar l-iskart sikwit tibqa' mċajpra minkejja d-deċiżjonijiet passati tal-Qorti, li kienu s-suġġett ta' litigazzjoni konsiderevoli dwar l-interpretazzjoni tagħha. Dan jirriżulta ta' mekkaniżmi regolatorji li jidħlu f’xulxin u inċertezza għall-awtoritajiet kompetenti u l-industrija ta' l-iskart u jista' jtellef investimenti neċessarji.

Meta jiġi kkunsidrat dan kollu, hu ċar li wasal iż-żmien sabiex tiġi analizzata u evalwata il-politika ta' l-UE dwar l-iskart, bil-għan li jinħoloq qafas strateġiku għall-futur. Kif kien stipulat fis-Sitt Programm ta' Azzjoni dwar l-Ambjent, din l-istrateġija tippreżenta miri u tispjega l-mezzi li permezz tagħhom l-UE tista' timxi lejn it-titjib fil-ġestjoni ta' l-iskart.

Dan il-proċess jissimplifika u jiċċara b'mod sostanzjali l-qafas legali preżenti, skond l-objettivi ta' l-EU għal regolazzjoni aħjar. L-iskart ġie identifikat bħala qasam ta’ prijorità għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità [KUMM(2005) 535]. Din l-Istrateġija tispjega l-mezzi inizjali li dan l-ewwel eżerċizzju ta' reviżjoni wera li huma meħtieġa u tistabbilixxi approċċ li l-Kummissjoni se tieħu biex tirregola aħjar il-liġi ta' l-iskart ta' l-UE.

Fl-aħħarnett, l-Istrateġija toħroġ minn leġiżlazzjoni eżistenti u konsultazzjoni estensiva ta' l-partijiet interessati, filwaqt li tidentifika implimentazzjoni totali u effettiva mill-Istati Membri bħala kondizzjoni għall-progress sabiex jiġu milħuqa l-objettivi ppreżentati f'din l-istrateġija.

2. IS-SITWAZZJONI PREżENTI

Bħalissa fl-UE l-iskart muniċipali jintrema permezz ta' landfills (49%), inċinerazzjoni (18%), riċiklaġġ u kompostaġġ (33%). Fl-Istati Membri l-ġodda, fejn saru sforzi u investimenti kbar sabiex jikkonformaw ma' l- acquis ta’ l-UE, is-sitwazzjoni qiegħda dejjem tevolvi iżda l-użu tal- landfills għadu dominanti. Hemm diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, li jibdew minn dawk li jirriċiklaw l-inqas (90% landfill , 10% riċiklaġġ u rkuprar ta’ enerġija) u jispiċċaw b'dawk li l-iżjed iħarsu l-ambjent (10% landfill , 25% irkuprar ta’ enerġija u 65% riċiklaġġ).

Il-politika preżenti ta' l-UE dwar l-iskart hi bbażata fuq kunċett magħruf bħala l-ġerarkija ta' l-iskart. Dan ifisser li, idealment, għandu jkun hemm prevenzjoni tal-ġenerazzjoni ta' l-iskart, dak l-iskart li xorta jiġi prodott jintuża mill-ġdid, riċiklat u rkuprat kemm jista' jkun sakemm dan ikun possibbli, u l-użu tal- landfills ikun ta' l-inqas. Il- landfill jirrappreżenta l-agħar għażla għall-ambjent peress li dan ifisser telf ta' riżorsi li jista' jsir problema ambjentali fil-futur. Il-ġerarkija ta' l-iskart m'għandhiex titqies bħala regola stretta, speċjalment peress li metodi differenti tat-trattament ta' l-iskart jista' jkollhom impatti ambjentali differenti. Madanakollu, l-għan li nsiru soċjetà li tuża iktar ir-riċiklaġġ u l-irkuprar ifisser li nitilgħu 'l fuq fil-ġerarkija, u nitbiegħdu mill-użu tal- landfills u nersqu iktar qrib l-użu tar-riċiklaġġ u l-irkuprar.

Il-qafas legali[1] li fuqu hu bbażat dan it-trattament strateġiku jinkludi leġiżlazzjoni orizzontali dwar il-ġestjoni ta' l-iskart, per eżempju d-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart, id-Direttiva dwar l-Iskart Perikoluż, kif ukoll ir-Regolament dwar il-Ġarr ta’ l-Iskart. Dawn tikkomplementahom leġiżlazzjoni iktar dettaljata dwar it-trattament ta' l-iskart u operazzjonijiet tar-rimi, bħad-Direttivi dwar il- Landfills u l-Inċinerazzjoni, u leġiżlazzjoni li tirregola l-ġestjoni ta' flussi ta' skart speċifiċi (żjut ta' skart, PCBs/PCTs u l-batteriji). Il-miri tar-riċiklaġġ u l-irkuprar ġew imfassla għal xi flussi ta' l-iskart prinċipali, bħall-imballaġġ, vetturi għall-iskrappjar (ELVs) u l-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE). Għal tabella li turi l-leġiżlazzjoni rilevanti ara Anness III li jinsab mehmuż mad-Dokument tas-Servizzi tal-Kummissjoni SEG(2005) 1682.

Minkejja l-progress konsiderevoli li sar, il-volumi ta' l-iskart b'mod ġenerali qed jikbru u l-ammont assolut ta' l-iskart li qed jintrema fil- landfills mhux qed jonqos. Bejn l-1990 u l-1995 il-volum totali ta' l-iskart iġġenerat fil-pajjiżi ta' l-UE u l-EFTA żdied b'10% filwaqt li l-PGD żdied b'6.5%. Il-ġenerazzjoni ta' l-iskart solidu muniċipali (SSM) kienet qed tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għal din iż-żjieda u dan hu marbut mal-livell ta' l-attività ekonomika hekk kif kemm il-ġenerazzjoni tas-SSM u l-PGD fl-UE ta' 25 żdiedu b'19% bejn l-1995 u 2003. Flussi iżgħar iżda sinifikanti qed jikbru wkoll: il-ġenerazzjoni ta' l-iskart perikoluż żdiedet b'13% bejn l-1998 u 2002 filwaqt li l-PGD żdied b'10%. Hekk kif huma mistennija livelli ogħla ta' tkabbir ekonomiku, hu mistenni li jkompli jikber il-volum u dan se jolqot il-biċċa l-kbira tat-tipi ta' skart. Per eżempju, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tipprevedi li l-iskart tal-karta/kartun, ħġieġ u plastik se jiżdied b'40% sa 2020 meta imqabbel mal-livelli milħuqa fl-1990. L-OECD tipprevedi li l-ġenerazzjoni ta' SSM se tkompli tikber sa 2020 iżda b'rata daqsxejn inqas. Iċ-Ċentru għar-Riċerka Konġunta jipprevedi żjieda fil-ġenerazzjoni ta' SSM ta' 42.5% sa 2020 meta mqabbla mal-livelli milħuqa fl-1995. It-tkabbir ta' SSM fl-10 pajjiżi l-ġodda ta' l-UE hu previst li jiżdied relattivament iktar malajr.

Filwaqt li r-riċiklaġġ u l-inċinerazzjoni qed jiżdiedu, l-ammonti assoluti ta' l-iskart li jintrema fil- landfills mhumiex jonqsu minħabba ż–żieda fil-ġenerazzjoni ta' l-iskart. Per eżempju, l-ammont ta' skart tal-plastik li jintrema fil- landfills żdied b'21.7% bejn l-1990 u 2002 iżda l-persentaġġ ta' l-iskart tal-plastik mormi fil- landfills niżel minn 77% għal 62%.

Dawn ix-xejriet li mhumiex sostenibbli huma parti minnhom ir-riżultat ta' l-implimentazzjoni mhux sodisfaċenti tal-liġijiet dwar l-iskart li parti minnha hi dovuta għal ċerti elementi tal-qafas tal-politika u dak legali li hemm il-lok sabiex jiġu msaħħa.

Hemm għadd ta' problemi ta' implimentazzjoni , li jibdew mir-rimi ta' l-iskart f' landfills ikkaratterizzati minn ġestjoni ħażina u l-ġarr bejn il-pajjiżi ta' l-iskart perikoluż bi ksur tal-konvenzjonijiet internazzjonali. Definizzjonijiet li mhumiex ċari kif ukoll opinjonijiet differenti dwar kif għandhom jiġu implimentati l-liġijiet m'għenux sabiex itejbu l-implimentazzjoni filwaqt li rriżultaw f'litigazzjoni. Minkejja d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, ċerti aspetti, bħal meta l-iskart ma jibqax ikun skart, għadhom mhux ċari.

Minkejja l-fatt li l-prevenzjoni ta' l-iskart kien l-għan l-aktar importanti kemm fil-politika nazzjonali kif ukoll f’dik ta' l-UE dwar il-ġestjoni ta' l-iskart, s'issa sar progress limitat fit-trasformazzjoni ta' dan il-għan f'azzjoni prattika. La l-miri tal-Komunita' u lanqas dawk nazzjonali li ġew imfassla fil-passat ma ġew milqugħa b'mod sodisfaċenti.

Ir-riċiklaġġ u l-irkuprar qed jiżdiedu. Madanakollu, dawn ikopru biss proporzjon limitat ta' l-iskart. Id-Direttivi dwar ir-Riċiklaġġ s'issa ġew immirati lejn flussi ta' skart individwali li ppermettew li l-politika tal-Komunità dwar l-iskart twassal għal tnaqqis ta' l-impatt ambjentali permezz tas-separazzjoni f'ras il-għajn u r-riċiklaġġ tal-flussi ta' l-iskart bħall-batteriji, l-imballaġġ, il-vetturi u l-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku. Dawn il-flussi dejjem jikbru huma ta' importanza partikolari minħabba n-natura perikoluża u l-kumplessità tagħhom. Madankollu, dawn jirrappreżentaw biss proporzjon limitat ta' l-iskart totali ġġenerat.

Barra minn hekk, filwaqt li l-ammont ta' skart li qed jiġi rriċiklat qed jiżdied, jeżistu biss standards ta' trattament għal- landfills u l-inċineraturi u, parzjalment, għar-riċiklaġġ. Dan iqajjem problema ambjentali peress li xi faċilitajiet ta' riċiklaġġ jistgħu jniġġsu jekk mhumiex operati kif suppost. L-istandards huma meħtieġa mhux biss għall-ħarsien ta' l-ambjent iżda wkoll għal raġunijiet kummerċjali - sabiex jiġu promossi l-istess kriterji għall-materjal riċiklat.

F'dan il-kuntest, il-preparamenti għal din l-Istrateġija Tematika involvew verifika sħiħa tas-sitwazzjoni preżenti u l-identifikazzjoni tal-problemi u l-kwistjonijiet. Din wasslet għall-proposti mfassla hawn taħt għal trattament aktar wiesa' tal-prevenzjoni u r-riċiklaġġ ta' l-iskart.

3. L-GħANIJIET TA’ POLITIKA TA’ L-UE DWAR L-ISKART LI QED TEVOLVI

Il-politika ta' l-UE dwar l-iskart għandha l-potenzjal li tikkontribwixxi għat-tnaqqis ġenerali ta' l-impatt ambjentali negattiv ta' l-użu tar-riżorsi. Il-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni ta' l-iskart u l-promozzjoni tar-riċiklaġġ u l-irkuprar ta' l-iskart se jżidu l-effiċjenza tar-riżorsi ta' l-ekonomija Ewropea u jnaqqsu l-impatt ambjentali negattiv ta' l-użu tar-riżorsi. Din se tikkontribwixxi għall-manuntenzjoni tal-bażi tar-riżorsi li hu essenzjali għal tkabbir ekonomiku sostnut.

L-għanijiet bażiċi tal-politika ta' l-UE preżenti dwar l-iskart - il-prevenzjoni ta' l-iskart u l-promozzjoni ta' l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkuprar sabiex -jonqos l-impatt ambjentali negattiv - għadhom validi u se jkunu appoġġjati minn dan it-trattament ibbażat fuq l-impatt .

L-għan fuq żmien twil huwa li l-UE ssir soċjeta li tirriċikla, li tfittex li tevita l-iskart u li tuża l-iskart bħala riżors. Permezz ta' l-applikazzjoni ta' standards għolja ta' referenza ambjentali, is-suq intern se jiffaċilita r-riċiklaġġ u l-attivitajiet ta' rkuprar.

4. AZZJONI

Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, u b'hekk jinkiseb livell ogħla ta' ħarsien ambjentali, il-proposta hi li jiġi aġġornat il-qafas legali eżistenti, jiġifieri li tiġi introdotta analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja fit-tfassil tal-politika u li tiġi ċċarata, issimplifikata u mtejba l-liġi ta' l-UE dwar l-iskart. Dan se jikkontribwixxi sabiex jingħelbu l-problemi preżenti ta' implimentazzjoni u li l-UE taqbad b'mod deċisiv it-triq li twassal għal soċjetà effiċjenti f'dak li hu r-riċiklaġġ ekonomiku u effiċjenti fuq livell ambjentali. Il-livell preżenti ta' ambizzjoni ambjentali se jinżamm u jittejjeb filwaqt li jipprovdi bażi għal tkabbir sostenibbli.

Dan jeħtieġ kombinazzjoni ta' miżuri li jippromwovu l-prevenzjoni ta' l-iskart, ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid b'tali mod li jwasslu għall-akbar tnaqqis possibbli fl-impatt akkumulat matul iċ-ċiklu tal-ħajja tar-riżorsi, inkluż:

- Tiġdid ta' l-enfasi fuq l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti . Jeżistu problemi differenti ta' implimentazzjoni fl-Istati Membri kollha, li jvarjaw mill-eżistenza li għadha għaddejja ta' landfills illegali f'għadd ta' Stati Membri sa differenzi ta' interpretazzjoni fi Stati oħra. Parti minn din is-strateġija hi mfassla sabiex jitneħħew ambigwitajiet, jiġu solvuti tilwimiet dwar interpretazzjonijiet u tiġi emendata leġiżlazzjoni li għadha ma ġabitx il-vantaġġi ambjentali mistennija. Il-Kummissjoni se tuża l-Kumitat tal-Ġestjoni ta' l-Iskart bħala l-forum għall-bdil ta' l-informazzjoni u l-aħjar prattika kif ukoll sabiex jitqajmu diffikultajiet ta' implimentazzjoni. Hi se tkompli tieħu passi legali sabiex jiġi żgurat l-infurzar ugwali ta' l- acquis fl-Istati Membri kollha.

- Simplifikazzjoni u modernizzazzjoni ta' leġiżlazzjoni eżistenti fejn l-esperjenza wriet li din hi neċessarja għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi filwaqt li jinżamm il-livell ta' ħarsien ambjentali, konformi ma' għanijiet ta' regolament aħjar. Dan se jirriżulta f'leġiżlazzjoni dwar l-iskart li tkun effiċjenti f'termini ta' prezz u jinvolvi għadd ta' miżuri. L-ewwelnett, emenda tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart li tinkorporaha fid-Direttivi dwar l-Iskart Perikoluż, l-introduzzjoni ta' mentalità bbażata fuq iċ-ċiklu tal-ħajja, jiġi ċċarat meta l-iskart ma jibqax ikun skart u d-definizzjonijiet ta' rkuprar u rimi, l-introduzzjoni ta' definizzjoni ta' riċiklaġġ u s-soluzzjoni tal-problema ta' partijiet komuni f'biċċiet differenti ta' leġiżlazzjoni dwar l-iskart jew aspetti ambjentali oħra. It-tieninett, l-abrogazzjoni tad-Direttiva dwar Iż-Żjut ta' Skart u t-trasferiment tad-dispożizzjonijiet tagħha dwar il-ġbir taż-żjut ta' skart fid-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart. It-tieletnett, proposta fl-2006 sabiex jiġu kkonsolidati t-tliet Direttivi dwar l-iskart mill-industrija tad-dijossidu tat-titanju. Ir-rabanett, minbarra l-proposti adottati flimkien ma’ din l-Istrateġija, fil-kuntest ta’ reviżjoni kontinwa u sistematika tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart ta’ l-UE, il-Kummissjoni se tevalwa l-bżonn għall-mezzi addizzjonali biex l-għanijiet ta’ regolament aħjar u ta’ simplifikazzjoni jlaħħqu iktar mal-perjodu ta’ żmien ippjanat fil-Komunikazzjoni KUMM(2005) 535. Se tinkludi, inter alia , ir-reviżjonijiet li jmiss dalwaqt meħtieġa mid-direttivi ta’ l-iskart, bħar-reviżjoni ta’ l-2006 tad-Direttiva dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw u r-reviżjoni ta’ l-2008 tad-Direttiva dwar l-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku, u r-reviżjoni tas-sistema tat-terminoloġija ta’ l-iskart. Fl-aħħarnett, bl-eżistenza ta' standards komuni proposti permezz ta' din l-Istrateġija, se jkun hemm opportunitajiet ġodda għal sistema regolatorja simplifikata għall-ġarr ta' l-iskart li jħeġġeġ aktar ir-riċiklaġġ u l-irkuprar ta' l-iskart.

- L-introduzzjoni ta' mentalità bbażata fuq iċ-ċiklu tal-ħajja fil-politika dwar l-iskart. Il-politika ambjentali kkonċentrat tradizzjonalment fuq il-fażijiet tal-bidu u dawk ta' l-aħħar taċ-ċiklu tal-ħajja: l-estrazzjoni, l-ipproċessar u l-manifattura fuq naħa u l-ġestjoni ta' l-iskart fuq naħa oħra. Issa hu fatt rikonoxxut li l-impatt ambjentali ta' ħafna riżorsi hu sikwit marbut mal-fażi ta' l-użu[2]. Il-fażijiet kollha fiċ-ċiklu tal-ħajja ta' riżors għandhom ikunu kkunsidrati peress li jista' jkun hemm kontrobilanċi bejn fażijiet differenti u miżuri adottati li jnaqqsu l-impatt ambjentali f'fażi waħda jistgħu jżidu l-impatt f'fażi oħra. Hu fatt ċar li l-politika dwar l-ambjent jeħtieġ li tiżgura li jkun minimizzat l-impatt ambjentali matul iċ-ċiklu ta' ħajja intier tar-riżorsi. Bl-applikazzjoni tat-trattament taċ-ċiklu tal-ħajja, il-prijoritajiet jistgħu jiġu identifikati b'mod aktar faċli u l-politika tista' tiġi mmirata b'mod aktar effikaċi sabiex jinkiseb l-akbar vantaġġ possibbli għall-ambjent meta jitqies l-isforz li jkun sar.

L-istrateġija taċ-ċiklu tal-ħajja se tiġi inkorporata fil-leġiżlazzjoni ta' l-UE billi jiġu ċċarati l-għanijiet tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart sabiex dawn jikkunsidraw b'mod espliċitu il-perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja. Dan se jkollu konsegwenzi sinifikanti għat-tfassil ta' politika ġdida u l-prinċipji tal-ġestjoni ta' l-iskart u l-prattika fil-futur. Ir-revizjonijiet riċenti tal-miri tar-riċiklaġġ u l-irkuprar għall-iskart tal-materjal ta' l-imballaġġ kienu l-ewwel eżempju ta' l-użu ta' ħsieb dwar iċ-ċiklu tal-ħajja fit-tfassil tal-politika. Miri ġodda jitfasslu għal kull materjal konċernat permezz ta' l-analiżi ta’ l-impatt ambjentali u ekonomiku fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott. Ir-reviżjoni tal-ġestjoni ta' l-iskart taż-żejt jirrappreżenta qasam ieħor fejn ġiet applikata mentalità bbażata fuq iċ-ċiklu tal-ħajja.

- Il-Promozzjoni ta' politika aktar ambizzjuża dwar il-prevenzjoni ta' l - iskart billi jiġu ċċarati l-obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri sabiex jiżviluppaw programmi għall-prevenzjoni ta' l-iskart li jkunu disponibbli pubblikament. Fuq il-livell ta' l-UE il-Kummissjoni se tippromwovi l-użu tad-Direttiva IPPC, IPP u strumenti oħra sabiex tinfirex l-aħjar prattika.

- Għarfien u informazzjoni aħjar li jsaħħu l-iżvilupp kontinwu tal-politika dwar il-prevenzjoni ta' l-iskart.

- L-Iżvilupp ta' standards ta' referenza komuni għar-riċiklaġġ. Bil-għan li jiġi żgurat li s-suq intern jiffunzjona kif suppost għar-riċiklaġġ, skond il-proposta se jitqiegħdu standards ma' l-Istati tal-Komunità kollha għall-attivitajiet ta' riċiklaġġ u materjal riċiklat sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien ambjentali u tixxejjen it-theddida tad- dumping ambjentali. Dan it-trattament se jkun ibbażat fuq l-emendi li saru lid-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart u d-Direttiva IPPC. Dan it-trattament se jkun applikat għall-bijoskart bħala prijorità.

- Aktar elaborazzjoni tal-politika ta' l-UE dwar l-iskart. Metodi ġodda sabiex jitkattar ir-riċiklaġġ, ibbażati fuq l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-iskart eżistenti ta’ l-UE, se jiġu mfittxija. Se titwettaq analiżi tal-possibilità u vijabilità fil-medda t-twila ta' trattament li jispeċifika l-materjal. L-Istati Membri se jkunu mħeġġa li jagħmlu aktar użu ta' strumenti ekonomiċi u jbiddlu l-aħjar prattiċi permezz ta' koordinazzjoni aħjar fi ħdan il-Kumitat dwar il-Ġestjoni ta' l-Iskart.

L-azzjoni u t-tibdiliet proposti huma mfissra f'aktar dettall f'Anness I, li jagħti wkoll kalendarju indikattiv għall-preżentazzjoni tad-diversi proposti sabiex titwettaq l-Istrateġija Tematika.

5. X'SE JKUN L-IMPATT TAT-TIBDILIET PROPOSTI?

Din l-Istrateġija Tematika hi mistennija li jkollha implikazzjonijiet għall-prattika kurrenti fl-Istati Membri u li toħloq opportunitajiet ġodda għall-alternattivi tal-ġestjoni ta' l-iskart minflok ir-rimi fil- landfills , biex b'hekk jiġi mħeġġeġ avvanz fil-ġerarkija ta' l-iskart. Dawn qed jidhru fil-qosor hawn taħt (għal iktar dettall ara l-Valutazzjoni ta' l-Impatt li ħarġet ma' din l-istrateġija).

Inqas rimi fil- landfills

L-azzjoni li ttieħdet taħt l-Istrateġija Tematika se tikkontribwixxi sabiex ikomplu jitwaqqfu l-flussi ta' skart li jintremew fil- landfills . L-aċċent iżjed qawwi fuq l-implimentazzjoni u l-promozzjoni ta' strumenti ekonomiċi se jgħinu sabiex il-prezzijiet tar-rimi fil- landfills jogħlew u jilħqu livell li jirrifletti aħjar l-impatt ambjentali veru ta' dan il-metodu ta' ġestjoni ta' l-iskart, bir-riżultat li anqas skart jintrema fil- landfills . Madanakollu, peress li dan il-metodu ta' ġestjoni ta' l-iskart għadu s-soluzzjoni unika f'ħafna Stati Membri, it-tbegid mir-rimi fil- landfills se jieħu ż-żmien. Barra minn hekk, fil-każ ta' xi tipi ta' skart, ir-rimi fil- landfills jista' jkun l-unika għażla vijabbli. L-Istati Membri l-ġodda se jkollhom bżonn iż-żmien sabiex jibnu infrastruttura alternattiva u jindirizzaw dak li wirtu mill-passat.

L-ammonti ta' skart li qed jintrema fil- landfills fl-UE se jiġu eżaminati f'2010. Jekk jirriżulta li l-ammonti u t-tipi ta' skart li qed jintremew fil- landfills jibqgħu inaċċettabbli, u l-użu ta' alternattivi oħra mhux qed isir malajr biżżejjed, aktar projbizzjonijiet fuq l-użu tal- landfills huma previsti.

Aktar kompostaġġ u rkuprar ta’ enerġija mill-iskart

Hekk kif jonqos ir-rimi ta' l-iskart fil- landfills , se jiżdiedu l-alternattivi li jinsabu iktar 'il fuq fil-ġerarkija ta' l-iskart, u dan kollu jkun ta' gwadann għall-ambjent.

L-iżvilupp ta' punti ta' referenza fil-kwalità għall-faċilitajiet ta' kompostjar u l-kompost se jżidu l-prospetti tal-kompostjar.

Fejn tiġi rkuprata l-enerġija mill-iskart, l-Istrateġija se żżid l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija. Il-Kummissjoni qed tipproponi l-użu ta' limiti ta' effiċjenza għall-klassifikazzjoni tat-trattament ta' l-iskart fl-inċineraturi muniċipali bħala rkuprar jew rimi. Dan se jgħin ukoll l-UE sabiex tilħaq il-miri tagħha taħt id-Direttiva fejn tidħol il-promozzjoni ta' l-elettriku prodott minn sorsi ta' enerġija li jiġġeddu.

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu fuq dik li hi l-aħjar alternattiva mil-lat ambjentali fiċ-ċirkostanzi attwali.

Iktar riċiklaġġ u aħjar

Il-ħames snin li ġejjin se jkunu perjodu importanti fejn tidħol l-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar ir-Riċiklaġġ. Bl-introduzzjoni ta' standards ta' kwalità minima għal ċerti faċilitajiet ta' riċiklaġġ, hu mistenni titjib sinifikanti, mis-sitwazzjoni preżenti fejn minn 8% sa 10% biss ta' l-iskart hu kopert mill-istandards ta' kwalità minima għal sitwazzjoni fejn hi koperta parti sostanzjali ta' skart għar-riċiklaġġ. Din il-koperta se tiġi adattata skond ir-riskju ambjentali. Dan se jiżgura li hekk kif ir-riċiklaġġ isir l-għażla aktar preferuta għall-iskart, l-impatt ambjentali tiegħu jiġi kkontrollat u jinħolqu l-kondizzjonijiet tas-suq li jippermettu li jkompli r-riċiklaġġ bir-ritmu preżenti.

L-istandards ta' kwalità għar-riċiklaġġ se żżid id-domanda għall-materjal riċiklat u l-aċċettabilità tiegħu. Dan se jidderieġi l-flussi ta' l-iskart lejn ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid. Barra minn hekk, suq intern aktar favorevoli għar-riċiklaġġ ibbażat fuq l-istandards ta' l-UE se jippermetti li jsir ir-riċiklaġġ fejn dan ikun l-iktar effiċjenti. Dan se jnaqqas l-ispejjeż u b'hekk jiffaċilita r-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid.

Ir-riċiklaġġ ta' għadd ta' materjal bħalissa sejjer tajjeb, bi prezzijiet għolja fis-suq iwasslu għal tkabbir fir-rati tar-riċiklaġġ. Per eżempju, l-użu ta' l-iskart tal-karta għall-produzzjoni ta' karta ġdida rdoppja bejn l-1991 (25%) u 2004 (50%). Għall-materjal ieħor, jidher li hemm ostakli li mhumiex jippermettu l-iżvilupp totali tas-suq tar-riċiklaġġ, u bħalissa għaddej xogħol sabiex dawn jitneħħew. Is-sitwazzjoni mhux se tkun studjata qabel 2010. Jekk ir-riċiklaġġ tal-materjal li jwassal għal vantaġġ ambjentali mhux qed isir, tista' tittieħed azzjoni oħra li tikkonċentra fuq il-materjali, bl-użu ta' l-istrument ta' politika l-iktar xieraq (strument ekonomiku, responsabbiltà tal-produttur, projbizzjoni tal- landfills , kollezzjoni jew miri ta' riċiklaġġ).

Vantaġġi prinċipali u impatti pożittivi

Dawn l-isforzi għandhom il-potenzjal li jtejbu l-effikaċità tal-prezz tal-politika ta' l-UE dwar l-iskart u jwasslu għal vantaġġi ambjentali u soċjali sinifikanti:

- il-politika dwar l-iskart se tiffoka aktar fuq l-impatt ambjentali biex b'hekk issir aktar effiċjenti u effikaċja fil-prezz;

- il-firxa regolatorja ta' l-attivitajiet tal-ġestjoni ta' l-iskart se jitjiebu, bir-riżultat li jitnaqqsu l-ispejjeż u l-barrieri għall-attivitajiet ta' riċiklaġġ u rkuprar;

- politika ta' prevenzjoni ta' l-iskart se tiġi mwettqa fuq livell nazzjonali, sabiex tkun żgurata l-ogħla effiċjenza ambjentali u ekonomika u tiġi promossa l-azzjoni l-iktar qrib lejn il-lok tal-ġenerazzjoni ta' l-iskart;

- żjidiet fl-irkuprar se jwasslu għal tnaqqis ta' emissjonijiet mir-rimi ta' l-iskart u vantaġġi ambjentali bħat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra.

Eżempji kwantifikati ta' dawn l-impatti pożittivi huma:

- iktar skart muniċipali li minflok ma jintrema fil- landfills jiġi kkompostat, riċiklar u rkuprar ta’ enerġija jista' jipproduċi iżjed tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' bejn 40 u aktar minn 100 Mt CO2 ekwivalenti fis-sena;

- il-kjarifikazzjoni dwar meta l-iskart ma jibqax ikun skart tista' twassal għal tnaqqis ta' parti mill-ispejjeż amministrattivi relatati mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart. Per eżempju, is-settur tar-riċiklaġġ taż-żrar jikkalkola li dawn l-ispejjeż jilħqu 1% tad-dħul;

- żjieda fir-riċiklaġġ toħloq l-impjiegi: ir-riċiklaġġ ta' 10 000 tunnellata ta' skart jeħtieġ sa 250 impjieg, imqabbla ma' 20 sa 40 impjieg meħtieġa jekk l-iskart ikun inċinerat, u 10 impjiegi jekk jintrema ġo landfill . Meta jiġi kkunsidrat it-tnaqqis fil-ħolqien ta' l-impjiegi fl-estrazzjoni u l-produzzjoni tal-materja prima dan għandu jwassal għall-ħolqien limitat ta' l-impjiegi.

6. IS-SITWAZZJONI INTERNAZZJONALI

Il-biċċa l-kbira ta' l-ekonomiji żviluppati u għadd ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw qed jippruvaw jilħqu l-għan tat-titjib tal-ġestjoni ta' l-iskart. Pajjiżi li għandhom sistemi ta' ġestjoni ta' skart inqas żviluppati s-soltu jimmiraw għal titjib fil-prattika bażika tal-ġestjoni ta' l-iskart, speċjalment fejn jidħol ir-rimi ta' l-iskart muniċipali fil- landfills u l-ġestjoni ta' l-iskart perikoluż. Pajjiżi b'sistemi ta' ġestjoni aktar maturi jfittxu l-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni ta' l-iskart u ż-żjieda tar-riċciklaġġ u l-irkuprar ta' l-iskart.

L-iżjed inizzjattivi importanti li qed jittieħdu fuq livell internazzjonali huma l-Konvenzjoni dwar il-kontroll ta’ movimenti trans-fruntieri ta’ skart perikoluż u tad-disponiment tiegħu (il-Konvenżjoni ta’ Basel) u x-xogħol ta' l-OECD dwar il-kontroll tal-ġarr ta' l-iskart u t-tfassil ta' punti ta' referenza maqbula fuq livell intrernazzjonali għall-ġestjoni ta' l-iskart adattata mil-lat ambjentali. Dan hu intiż, fost affarijiet oħra, li jsaħħaħ il-kapaċitajiet istituzzjonali u mhux istituzzjonali fil-ġestjoni ta' l-iskart fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-UE qed tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' sistema ta' kontroll fuq livell internazzjonali permezz tal-politika tagħha u b'mod partikolari ir-regolament li ħarġet dwar il-ġarr ta' l-iskart li hu intiż li jiżgura livell għoli ta' ħarsien ambjentali.

Dan l-aħħar, fuq l-instigazzjoni tal-Ġappun, il-pajjiżi tal-G8 bdew ix-xogħol fuq it-tnaqqis, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' l-iskart.

Eżempji ta' politka żviluppata minn pajjiżi oħra industrijallizati:

- Il-Ġappun għandu leġiżlazzjoni estensiva relatata ma' l-iskart u politika oħra sostenibbli ta' produzzjoni u konsum taħt it-tliet prinċipji tat-tnaqqis, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ. Dawn jinkludu liġijiet li jfasslu miri għall-prevenzjoni ġenerali ta' l-iskart, ir-riċiklaġġ ta' l-iskart u li jiġi evitat ir-rimi finali. Il-Ġappun se jipprova jilħaq il-mira tar-riċiklaġġ ta' 24% ta' l-iskart muniċipali u l-limitazzjoni tar-rimi finali sa 50%. Barra minn dawn il-miri, il-Ġappun żviluppa għadd ta' liġijiet dwar ir-riċiklaġġ, uħud minnhom li jirreflettu l-għanijiet tad-Direttivi ta' l-UE dwar ir-Riċiklaġġ (dwar l-imballaġġ, WEEE u ELV), oħrajn fuq affarijiet mhux koperti minn leġiżlazzjoni ta' l-UE (materjal ta' kostruzzjoni u ikel). Fuq livell lokali, xi gvernijiet lokali jimponu ħlasijiet għat-trattament ta' l-iskart kif ukoll taxxi fuq l-iskart industrijali li jintrema fil- landfills .

- L-Istati Uniti ta' l-Amerika għandu politika żviluppata kemm fuq il-livelli Federali kif ukoll dak ta' l-Istati. Il-gvern Federali ffissa mira indikattiva għall-medda t-twila ta' rata ta' riċiklaġġ nazzjonali ta' 33% ta' l-iskart muniċipali u qed isostni dan permezz ta' programmi li l-biċċa l-kbira minnhom huma volontarji. Dan jinkludi sforzi sabiex jitkattar id-disinn għaqli u jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-prodotti. Għadd ta' Stati żviluppaw leġiżlazzjoni li tirristrinġi r-rimi fil- landfills u tippromwovi r-riċiklaġġ ta' diversi flussi ta' skart, inkluża leġiżlazzjoni li tirrifletti l-għanijiet tad-direttivi ta' l-UE dwar ir-Riċiklaġġ (dwar l-imballaġġ u WEEE). Qed tingħata attenzjoni lil-livell għoli ta’ ġenerazzjoni ta’ skart muniċipali.

- Iċ-Ċina għaddiet għadd ta' liġijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ġestjoni ta' l-iskart. B'mod partikolari dawn għandhom l-għhan li jippromwovu "l-ekonomija ċirkolari". Bħalissa ċ-Ċina qed tfassal pjanijiet fil-medda tan-nofs u l-medda t-twila għall-iżvilupp ta' dan il-kunċett. Fiċ-Ċina hemm ukoll domanda li qed tikber għall-materjali li jistgħu jiġu riċiklati. Minħabba f'hekk, dan l-aħħar saret pressjoni fuq is-swieq għal dawn il-materjali li mistenni titqawwa fil-futur.

7. MONITORAġġ U EVALWAZZJONI

L-istrateġija se tkun immonitorjata fuq bażi kontinwa. Dan se jeħtieġ sforz kontinwu għat-titjib fl-Istatistika dwar il- landfills u r-riċiklaġġ u l-kostruzzjoni ta' bażi ta' għarfien aktar b'saħħitha għhall-impatt ambjentali u l-indikaturi ta' l-impatt. Il-valutazzjoni tal-politika nazzjonali dwar l-iskart, l-analiżi tar-rapporti ta' l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni u l-konsultazzjoni kontinwa ta' l-partijiet interessati se jagħtu sehemhom f'dan.

8. PROċESS TA’ REVIżJONI

FL-2010, IL-KUMMISSJONI SE TI rrevedi l-progress lejn il-kisba ta' l-għan ta' l-istrateġija li jkun sar. B’mod partikolari, din ir-reviżjoni se tevalwa l-progress fuq il-politika ta’ prevenzjoni ta’ l-iskart bl-implimetazzjoni tal-mentalità bbażata fuq iċ-ċiklu tal-ħajja għall-ġestjoni ta’ l-iskart – inkluż il-ġestjoni tal-bijoskart - u l-progress lejn soċjetà Ewropea li tirriċikla u se żżid ma' l-evalwazzjoni finali tas-Sitt Programm ta' Azzjoni dwar l-Ambjent.

ANNESS I: Azzjonijiet prinċipali

1. SIMPLIFIKAZZJONI U AĠĠORNAR TA' LEĠIŻLAZZJONI EŻISTENTI

Id-definizzjoni ta’ l-iskart

Id-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart tiddefinixxi l-iskart bħala prodotti jew materjali li jintremew. Fid-dawl tal-konsultazzjoni estensiva mal-partijiet interessati, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhemmx il-bżonn li d-definizzjoni ta' l-iskart tiġi emendata b'mod sostanzjali, Iżda jeħtieġ li jiġi ċċarat meta skart ma jibqax ikun skart (u jsir materja prima sekondarja). Għalhekk, qed tiġi proposta emenda għad-Direttiva li tistabbilixxi kriterji ambjentali bbażati fuq il-fluss ta' l-iskart sabiex ikun determinat meta skart ma jibqax ikun skart. Dan jista' jwassal għal titjib fl-effiċjenza ambjentali tal-prodotti riċciklati, billi s-settur kummerċjali jiġi mħeġġeġ li jipproduċi prodotti riċiklati li jimxu ma' dawn il-kriterji ambjentali, u jitnaqqsu l-piżijiet bla bżonn fuq attivitajiet ta' riċiklaġġ li huma ta' riskju baxx. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tippubblika Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li se tinkludi linji gwida, bbażata fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u li tindirizza l-kwistjonijiet tal-prodotti sekondarji f’setturi ta’ l-industrija rilevanti dwar meta l-prodotti sekondarji għandhom jew m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala skart bil-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni legali għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet kompetenti. Matul il-verifika ta’ l-istrateġija fl-2010, il-Kummissjoni se tevalwa l-effikaċja tal-linji gwida.

Id-definizzjoni kurrenti ta' l-iskart ma tistabbilixxi l-ebda limitu ċar dwar meta l-iskart ikun ġie ttrattat b'mod adegwat u b'hekk għandu jiġi kkunsidrat bħala prodott. Dan il-fattur hu problematiku peress li joħloq inċertezza legali u spejjeż amministrattivi għas-settur kummerċjali u l-awtoritajiet kompetenti. Jista' jwassal ukoll għal opinjonijiet diverġenti bejn l-Istati Membri u anki bejn ir-reġjuni, bir-riżultat li jitfaċċjaw problemi għas-suq intern. Barra minn hekk, qed idur fis-suq materjal riċiklat ta' kwalità inferjuri li jikkaġuna diffikultajiet kemm għax-xerrejja potenzjali kif ukoll għall-bejjiegħa ta' reputazzjoni tajba.

Diskussjonijiet mal-partijiet interessati u ma' l-Istati Membri kif ukoll analiżi tal-Kummissjoni żvelaw li għadd relattivament żgħir ta' flussi ta' skart tikkonċernahom din il-kwistjoni. Dan ifisser li hu possibbli li jiġu magħżula dawk il-flussi ta' skart li għalihom jeħtieġ li jitfasslu kriterji fuq il-bażi tal-vantaġġ potenzjali ambjentali u ekonomiku. L-ewwel mewġa ta’ flussi ta’ skart li se tiġi indirizzata minn din is-sistema se tinkludi kompost, żrar riċiklat, u skond ir-riżultat ta’ l-istudju dwar l-impatti ambjentali li għaddej bħalissa, l-użu ta’ xaħam tad-dam bħala fjuwil.

Il-Kummissjoni qed tipproponi trattament li jinqasam fi tnejn għal din il-kwistjoni : l-ewwelnett fid-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart tiġi stabbilita l-proċedura għall-adozzjoni tal-kriterji, u t-tieninett, jiġu proposti flussi ta' skart speċifiċi għal din is-sistema, magħżula fuq il-bażi tal-vantaġġ ambjentali u ekonomiku. Il-Kummissjoni se twettaq studji u tikkonsulta mal-partijiet interessati qabel ma toħroġ bi proposta.

Dan it-trattament għandu jwassal għal:

- effiċjenza ambjentali aħjar tal-prodotti riċiklati hekk kif l-operaturi ekonomiċi ifittxu li jilħqu l-livell meħtieġ sabiex il-prodott riċiklat tagħhom ma jibqax jitqies bħala skart;

- ċertezza akbar għax-xerrejja tal-prodotti jew materjali riċiklati;

- is-simplifikazzjoni regolatorja għall-iskart ta' riskju baxx li jintuża bħala materjal sekondarju.

Prekondizzjoni għall-implimentazzjoni ta' dan it-trattament hi l-istabbiliment ta' kriterji ambjentali fuq livell għoli sabiex jitnaqqas ir-riskju ambjentali. Minbarra l-kriterji ambjentali, se jkun hemm ukoll il-bżonn li jiġu stabbiliti kriterji li jistabbilixxu kemm prodott ikun tajjeb għall-użu sabiex ikun żgurat li l-prodotti riċiklati jistgħu jsibu suq vijabbli. Dawn il-kriterji jistgħu jittieħdu minn standards eżistenti tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardazzjoni (CEN) jew sorsi simili.

Firxa ta' fatturi se jiġu kkunsidrati fl-għażla tal-flussi ta' skart u t-tfassil tal-kriterji. Notevolment, dawn jinkludu r-riskju li l-prodott riċiklat jista' jintuża b'mod mhux xieraq, jew jinġarr 'il barra mill-UE għal użu fittizju, jew inkella jkollu impatt ambjentali li l-klassifikazzjoni tiegħu bħala skart kienet tostakola. Fattur ieħor hu l-eżistenza ta' suq vijabbli għall-prodott riċiklat rilevanti. Il-Kummissjoni se tqis dawn il-fatturi qabel ma tipproponi flussi ta' skart u kriterji.

Id-definizzjoni ta' l-irkuprar u attivitajiet ta' rimi

Il-problema preżenti ewlenija tad-definizzjonijiet ta' l-irkuprar u r-rimi fid-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart hi li dawn jintużaw għal skopijiet differenti. Fid-Direttivi ta' Riċiklaġġ dawn jintużaw sabiex jitfasslu miri u fir-Regolament dwar il-Ġarr ta' l-Iskart jintużaw sabiex jiġi determinat jekk ir-regoli tas-suq intern japplikawx għall-iskart li jinġarr.

Idealment dawn jintużaw biss għat-tfassil ta' miri u sistema aktar sempliċi tintuża għall-ġarr ta' l-iskart. Madanakollu, minħabba ċertu vojt f'standards eżistenti Ewropej dwar il-ġestjoni ta' l-iskart u minħabba l-bżonn ta' strutturi u politika tal-ġestjoni ta' l-iskart li jindraw, għadu kmieni wisq għhal dan it-tibdil fil-leġiżlazzjoni.

Id-definizzjonijiet li jidhru fil-leġiżlazzjoni preżenti, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, ma jippromwovux l-aħjar prattika ambjentali, per eżempju fl-irkuprar ta' l-enerġija mill-iskart fl-inċineraturi muniċipali. Il-Kummissjoni tqis li hemm bżonn ta' definizzjoni aktar fonda u għalhekk se tipproponi emenda għad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart li se tibbaża d-definizzjoni ta' l-irkuprar fuq il-kunċett tas-sostituzzjoni tar-riżorsi fl-ekonomija, u mhux fl-impjant speċifiku. Barra minn hekk, l-emenda se tippermetti li jiġu trattati kwistjonijiet ambjentali li jitqajmu minn teknoloġiji u prassi ġodda, skond il-każ partikolari, permezz ta' proċedura ta' kumitat.

Il-Kummissjoni qed tipproponi li jiġi introdott l-użu ta' limiti ta' effiċjenza għall-klassifikazzjoni tat-trattament ta' l-iskart fl-inċineraturi muniċipali sew bħala rkuprar jew sew bħala rimi. Id-deċiżjonijiet li ħarġu s'issa mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja jikklassifikaw il-maġġoranza assoluta ta' l-inċineraturi muniċipali bħala faċilitajiet għar-rimi. Din il-klassifikazzjoni jista' jkollha implikazzjonijiet negattivi bir-riżultat li ssir ħsara lill-ambjent. Per eżempju, l-inċinerazzjoni marbuta ma’ l-irkuprar ta’ l-enerġija s-soltu tkun ikkunsidrata bħala alternattiva għar-rimi ta' l-iskart bijodegradabbli muniċipali fil- landfills . Madanakollu, hemm it-tħassib li jekk l-inċinerazzjoni tiġi kklasifikata bl-istess mod bħar-rimi fil- landfills , xi awtoritajiet lokali tista' tiġihom it-tentazzjoni li jużaw l-orħos alternattiva (ir-rimi fil- landfills ), li dan ukoll se jagħmel ħsara lill-ambjent. Barra minn hekk, l-inċineraturi muniċipali b'effiċjenza ta' enerġija għolja se jiġu ddiskriminati b'mod negattiv meta mqabbla ma' operazzjonijiet ta' ko-inċinerazzjoni b'effiċjenza ta' enerġija simili iżda b'kontrolli ta' emissjonijiet aktar stretti.

Definizzjoni ta' rkuprar li tikkunsidra li l-enerġija li jipproduċi inċineratur jissostitwixxi l-użu ta' riżorsi f'impjanti ta' l-elettriku se tirrifletti aħjar il-vantaġġi ambjentali ta' l-inċinerazzjoni. Madanakollu, l-effiċjenza ta' l-enerġija ta' inċineraturi muniċipali tista' tvarja b'mod drammatiku. B'ammonti baxxi ta' l-effiċjenza ta’ l-enerġija, l-inċinerazzjoni jaf ma tkunx iktar vantaġġuża mil- landfill . B’ammont għolja ta’ l-effiċenzja ta’ l-enerġija, l-inċinerazzjoni tista’ tkun vantaġġuża daqs ir-riċiklaġġ mekkaniku jew il-kompostaġġ ta’ ċerti flussi ta’ skart.

Il-Valutazzjoni ta' l-Impatt turi li l-applikazzjoni ta' limitu ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija għall-inċineraturi muniċipali tista' tiġġgenera vantaġġi kemm ekonomiċi kif ukoll ambjentali. Id-determinazzjoni tal-livell tal-limitu b'referenza għall-effiċjenza ta' l-impjant li jitmexxa skond BAT ( best available techniques - l-aqwa tekniċi disponibbli) se jiffaċcilita li jintlaħqu l-miri għat-tnaqqis fl-użu tal- landfills .

Il-Kummissjoni qed tipproponi emenda għad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart sabiex tinkludi limitu ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija 'l fuq minn dak li permezz tiegħu l-inċinerazzjoni muniċipali titqies bħala operazzjoni ta’ rkuprar. Il-limitu jieħu l-BAT bħala gwida u jikkunsidra r-rakkomandazzjoni fil-BREF (dokument ta' referenza tal-BAT) dwar l-inċinerazzjoni ta' l-iskart sabiex jintuża fattur ta' ekwivalenza ta' 2.6 sabiex titqabbel l-enerġija f'forma ta' elettriku ma' enerġija f'forma ta' sħana, jiġifieri 1 kWh ta' elettriku hu ekwivalenti għal 2.6 kWh ta' sħana, b'fattur ta' 1.1 għat-tisħin distrettwali.

Din il-proposta se tippromwovi t-tnaqqis fl-użu tal- landfills u l-użu tal-BAT għall-irkuprar ta' l-enerġija mill-iskart maħruq fl-inċineraturi. Din se tippermetti wkoll it-titjib kontinwu ta' l-effiċjenza ambjentali ta' dan it-tip ta' rkuprar ta’ enerġija peress li l-limitu ta' l-effiċjenza se tkun analizzata regolarment sabiex jiġi riflettat il-progress teknoloġiku.

Din il-kjarifikazzjoni ta' definizzjonijiet għandha tiffaċilita l-funzjonament ta' suq intern għar-riċiklaġġ li japplika standards għolja ambjentali. Fl-istess ħin, huwa meħtieġ li tkompli issir reviżjoni tas-sitwazzjoni.

Eżempju ieħor tat-tip ta' kwistjonijiet li din is-sistema se tkun tista' tindirizza huma l-każijiet fejn l-użu ta' materjal ta' l-iskart għall-kostruzzjoni tal- landfills jista' jitqies bħala operazzjoni ta' rkuprar.

Id-definizzjoni tar-riċiklaġġ

Definizzjoni tar-riċiklaġġ għandha tiġi introdotta fid-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart sabiex isservi bħala gwida fid-definizzjoni tal-politika u l-miri.

Miżuri oħra ta' simplifikazzjoni

Bil-għan li tittejjeb ir-regolazzjoni:

- kontrobilanċi bejn il-proċeduri tal-permessi stipulati fid-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart u d-Direttiva dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrati ta' l-Iskart se jitneħħew permezz ta' indikazzjoni jekk ikun hemm permess taħt IPPC ma jkunx hemm bżonn ta' permess dwar l-iskart ieħor;

- id-Direttiva 91/689/KEE dwar l-Iskart Perikoluż se tiġi inkorporata fid-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart bil-għan li jiġu ċċarati u jitneħħew kontrobilanċi u dispożizzjonijiet li għadda żmienhom;

- il-Kummissjoni se tintroduċi f'2006 konsolidazzjoni tat-tliet Direttivi dwar l-iskart mill-industrija tad-dijossidu tat-titanju, bl-aġġornament ta' dispożizzjonijiet u t-tneħħija ta' dispożizzjonijiet li għadda żmienhom.

Il-Kummissjoni se tikkunsidra regolazzjoni aħjar fir-reviżjoni tad-direttivi dwar l-iskart stipulati fil-leġiżlazzjoni ta' l-UE dwar l-iskart, per eżempju fejn jidħlu d-direttivi dwar l-inċinerazzjoni, ELV, ir-rimi fil- landfills , id-direttivi tad-WEEE, u tar-restrizzjoni ta’ l-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (RoHS), u, fil-kuntest ta’ reviżjoni sistematika tal-leġiżlazzjoni ta’ l-iskart ta’ l-UE, se tipproponi emendi għal-leġiżlazzjoni eżistenti ta' l-UE, kif jaqbel.

2. L-INTRODUZZJONI TA’ MENTALITA BBAżATA FUQ Iċ-ċIKLU TAL-ħAJJA FIL-POLITIKA DWAR L-ISKART

Il-vantaġġi ambjentali ta' politika dwar l-iskart huma kumplessi peress li jiġu f'stadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja u f'forom differenti, u konsegwentement il-kwantifikazzjoni u t-tqabbil tagħhom jistgħu jkunu diffiċli. Minkejja dan, il-politika dwar l-iskart għandha tikkontribwixxi għat-tnaqqis ta' l-impatt ambjentali fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tar-riżorsi. F'ħhafna każi dan ifisser biss l-użu tas-sens komun sabiex tiġi eżaminata l-istampa l-kbira, iżda kultant ifisser l-użu ta' strumenti ta' valutazzjoni bħall-valutazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja.

Il-Kummissjoni tipproponi li jiġu ċċarati l-għanijiet tal-politika dwar l-iskart taħt id-Direttiva ta' Qafas sabiex tiġi applikata mentalità bbażata fuq iċc-ċiklu tal-ħajja b'mod espliċitu. Il-politika ta' l-UE dwar l-iskart għandu jkollha bħala għan it-tnaqqis ta' l-impatt ambjentali negattiv tal-ġenerazzjoni ta' l-iskart u li tikkontribwixxi lejn tnaqqis totali fl-impatt ambjentali ta' l-użu tar-riżorsi.

3. IT-TITJIB TAL-BAŻI TA' L-GĦARFIEN

Il-mentalità bbażata fuq iċ-ċiklu tal-ħajja titlob titjib tal-bażi ta' l-għarfien dwar l-impatt ta' l-użu tar-riżorsi, il-ġenerazzjoni u l-ġestjoni ta' l-iskart u previżjonijiet u mudellar aktar sistematiċi.

Din se tkun provduta l-iktar permezz tal-mekkaniżmu deskritt fl-Istrateġija Tematika dwar ir-riżorsi u permezz ta' inizjattivi meħuda fil-kuntest ta' Politika dwar il-Prodott Integrat. Barra minn hekk, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, Eurostat u ċ-Ċentru għar-Riċerka Konġunta kollha se jkomplu jagħtu sehem fil-bini ta' bażi robusta ta' l-għarfien xjentifiku u ekonomiku dwar il-politika dwar l-iskart.

Pass ieħor importanti se jkun id-definizzjoni, b'konsultazzjoni mal-komunità xjentifika u dik tal-partijiet interessati, ta' linji gwida bażiċi sabiex strumenti taċ-ċiklu tal-ħajja jkunu jistgħu jiġu użati faċilment fit-tfassil tal-politika dwar l-iskart, bi strateġija u metodoloġija li dwarhom intlaħaq qbil. L-għan hu li l-użu ta' dawn l-istrumenti jsir aktar faċli fid-deċiżjonijiet ta' politika fuq il-livelli kollha, minn dak lokali sa dak Ewropew.

4. IL-PREVENZJONITA' L-ISKART

Il-potenzjal għall-prevenzjoni ta' l-iskart jiddependi fuq għadd ta' fatturi - tkabbir ekonomiku, il-punt sa fejn diġà waslu l-operaturi ekonomiċi fl-adozzjoni ta' l-aħjar prattika fit-tnaqqis tal-ġenerazzjoni ta' l-iskart eċċ. Il-prevenzjoni tista' biss issir billi jiġu influwenzati deċiżjonijiet prattiċi li jittieħdu fid-diversi stadji taċ-ċiklu tal-ħajja: kif ikun iddisinnjat, manifatturat, offrut lill-konsumatur u finalment kif jiġi użat il-prodott. Il-produzzjoni ta’ l-iskart muniċipali hija affetwata wkoll mill-imġiba tal-konsumatur li hija relatata ma’ l-istruttura soċjali, id-dħul personali u l-ġid tas-soċjetà.

Din l-istrateġija ma tistipulax miri ta' l-UE għall-prevenzjoni ta' l-iskart peress li dan mhux l-aktar metodu effettiv u effiċjenti mil-lat ambjentali sabiex titrawwem il-prevenzjoni ta' l-iskart. Dan hu minħabba l-fatt li dawn il-miri ma jindirizzawx il-kumplessità ta' l-impatt ambjentali: il-piż ta' l-impatt jista' jitnaqqas iżda l-impatt ambjentali jista' jikber, filwaqt li tnaqqis zgħir fil-piż jista' jġib tnaqqis kbir fl-impatt ambjentali. Barra minn hekk, politika ta' prevenzjoni għandha tqis xejriet nazzjonali ta' produzzjoni u konsum, ix-xejriet tagħhom previsti u r-relazzjoni ta' dawn mat-tkabbir ekonomiku.

Din l-istrateġija tistipula trattament koordinat għall-prevenzjoni ta' l-iskart li se jikkonċentra l-politika ta' prevenzjoni fit-tnaqqis ta' l-impatt ambjentali u jfassal qafas għal politika nazzjonali speċifika. Għandha tittieħed azzjoni dwar il-prevenzjoni ta' l-iskart fuq il-livelli kollha tat-tmexxija. Fuq il-livell Ewropew, id-Direttiva dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis (IPPC) tista' tagħti kontribut kbir għall-prevenzjoni ta' l-iskart. BREFs żviluppati taħt IPCC jipprovdu informazzjoni utli dwar il-prevenzjoni ta' l-iskart. Dawn l-aspetti tal-BREFs għandhom jiġu msaħħa u l-Istati Membri, l-industrija u l-partijiet interessati l-oħra għandhom ibiddlu l-informazzjoni dwar l-aħjar prattika b'mod iktar regolari. Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li teżamina mill-ġdid il-kwistjoni dwar l-iżvilupp ta' qafas għal inizjattivi ta' disinn ambjentali fil-kwadru ta' Politika dwar il-Prodott Integrat.

Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-miżuri ta' prevenzjoni se jkollhom jittieħdu fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. Dawn jistgħu jinkludu miri ta' prevenzjoni ta' l-iskart. Id-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart se jiġi emendat sabiex tiġi ċcċarata l-obbligazzjoni ta' l-Istati Membri li jiżviluppaw programmi ta' prevenzjoni ta' l-iskart li jkunu disponibbli pubblikament, fil-kuntest tal-produzzjoni u l-konsum sostenibbli.

5. LEJN SOĊJETÀ EWROPEA LI TIRRIĊIKLA L-ISKART

Minħabba li r-riżorsi li jidħlu fis-suq, illum jew għada se jsiru skart, u kwalunkwe attività ta' produzzjoni tiġġenera xi forma ta' skart, jinħtieġu miżuri sabiex l-iskart jerġa' jidħol fiċ-ċiklu ekonomiku. Is-settur tar-riċiklaġġ jeħtieġ ambjent regolatorju li jħeġġeġ attivitajiet ta' riċiklaġġ.

Ix-xejra kurrenti hi dik ta' żjieda ta' kontrolli u restrizzjonijiet fuq il-ġarr ta' l-iskart fis-suq intern. Dan mhux se jtejjeb b'mod drammatiku is-sitwazzjoni ambjentali u jista' jwassal għal leġiżlazzjoni dettaljata u l-mikroġestjoni ta' l-iskart fuq livell nazzjonali jew reġjonali. Dan jista' jnaqqas id-disponibilità ta' l-iskart li jista' jiġgi riċiklat għall-industrija fl-UE, speċjalment fl-Istati Membri ż-żgħar. Sabiex titwaqqaf din ix-xejra hemm bżonn ta' kundizzjonijiet uniformi għall-attivitajiet ta' riċiklaġġ fl-UE kollha. Ir-riċiklaġġ inniffsu għandu jkun nadif mil-lat ambjentali u dan jeħtieġ l-introduzzjoni ta' l-istandards.

Filwaqt li f'ċerti każi l-forzi tas-suq kattru l-iżvilupp tar-riċiklaġġ, l-indikazzjonijiet tas-suq is-soltu jimbuttaw lejn ir-rimi ta' l-iskart. Għalhekk hemm il-ħtieġa ta' inċentivi għar-riċiklaġġ u l-irkuprar ta' l-iskart. Strumenti ekonomiċi u taxxi nazzjonali fuq l-użu tal- landfills għandhom potenzjal għoli f'dan ir-rigward.

Kundizzjonijiet uniformi għar-riċiklaġġ

Il-bini ta' suq intern għar-riċiklaġġ li japplika standards għoljin ambjentali jkollu l-vantaġġ li jferrex il-prattika tajba mal-medda ta' l-UE kollha u tgħin ukoll l-industrija tar-riċiklaġġ billi tippermettilha li tiggwadanja mis-suq intern.

Għadd ta' miżuri se jikkumplementaw il-leġiżlazzjoni eżistenti u jippermettu l-UE to timla l-vojt fejn jidħlu l-istandards ta' l-iskart. Dawn jinkludu:

- l-introduzzjoni ta' kriterji ta' effiċjenza għal proċessi magħżula ta’ rkuprar taħt id-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart u l-iżvilupp ta' linji gwida għall-applikazzjoni ta' ċerti dispoizzjonijiet tar-Regolazzjoni dwar il-Ġarr ta' l-Iskart sabiex jiġi mrażżan l-irkuprar fittizju;

- it-tixrid tal-prattika tajba permezz ta' standards minimi fid-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart għal proċessi rilevanti ta’ rkuprar u l-estenzjoni ta' l-ambitu tad-Direttiva IPPC għal attivitajiet magħżula tal-ġestjoni ta' l-iskart;

- iż-żjieda ta' dispożizzjoni fid-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart li jippermetti l-adozzjoni ta' kriterji ambjentali fil-każ ta' ċerti flussi ta' skart sabiex jiġi speċifikat meta ma jaqgħux iżjed fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart iżda jkunu kkunsidrati minflok bħala prodotti.

Skambju mtejjeb ta' l-informazzjoni dwar taxxi nazzjonali fuq ir-rimi

Ħafna jaqblu li t-taxxi fuq ir-rimi huma effikaċji fil-prezz u jistgħu jwasslu għal titjib drammatiku fil-ġestjoni ta' l-iskart. Barra minn hekk, differenzi kbar fit-taxxi tar-rimi bejn l-Istati Membri jistgħu jwasslu għal ġarr bla bżonn ta' skart u jolqtu l-kompetizzjoni bejn l-operaturi tal-ġestjoni ta' l-iskart fid-diversi Stati Membri.

Hekk kif il-prospett li jintlaħaq ftehim dwar azzjoni f'dan il-qasam fuq livell ta' UE hu limitat, l-ewwel pass għandu jkun li l-Istati Membri jiġu mħeġgġa sabiex jużaw dan it-tip ta' strument ekonomiku fuq livell nazzjonali. Il-Kummissjoni tinkuraġġixxi lill-Istati Membri biex jaqsmu l-informazzjoni dwar l-approċċi tagħhom għat-taxxi fuq ir-rimi filwaqt li jżommu lill-Kummissjoni infurmata b'kollox.

Metodi ġodda sabiex jitkattar ir-riċiklaġġ

Id-Direttivi dwar ir-Riċiklaġġ li ġew adottati matul l-aħħar għaxar snin qed jiffaċilitaw it-tqegħid u l-iffinanzjar ta' l-infrastruttura għal flussi kbar ta' skart. Madanakollu, hu diffiċli li l-applikazzjoni ta' dan it-trattament tiġi ġġustifikata għal sensiela ġdida ta' flussi ta' l-iskart. Għal flussi żgħar ta' skart, jew dawk b'inqas impatt ambjentali, dan it-trattament jista' joħloq piżijiet amministrattivi tqal meta mqabbla mal-gwadann ekonomiku li jista' jinkiseb.

Madanakollu, jekk l-organizzazzjoni u l-promozzjoni tar-riċiklaġġ għal kull fluss ta' skart se jitħallew f'idejn is-suq, mhux se jkun possibbli li ngawdu mill-benefiċċji ambjentali kollha li jista' joffri r-riċiklaġġ. Filwaqt li l-prijorità preżenti hi li tkun żgurata implimentazzjoni totali tad-Direttivi ta' l-UE dwar ir-riċiklaġġ, il-bżonn għall-futur hu trattament komplementari li fl-istess ħin ikollu ambitu aktar flessibbli u wiesa'. Ir-reviżjoni ta' din l-istrateġija se tassessja l-bżonn għal aktar miżuri għall-promozzjoni tar-riċiklaġġ. B'mod partikolari, din se tikkonsidra trattament ibbażat aktar fuq il-materjal, possibilment bl-użu tar-responsabbiltà tal-produttur. Dan jinvolvi li jkun assessjat jekk huwiex probabbli li s-suq jimxi bl-iżvilupp tar-riċiklaġġ ta' xi materjal b'mod adegwat waħdu jew jekk humiex meħtieġa miżuri sabiex jingħelbu l-ostakli għar-riċiklaġġ. F'dan il-kuntest, tista' tiġi kkunsidrata sensiela wiesgħa ta' miżuri, u l-kunsiderazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja se tikkontribwixxi sabiex jiġi żgurat li l-vantaġġi ambjentali tar-riċiklaġġ jinkisbu bl-inqas spiża possibbli.

Il-miri ta' riċiklaġġ

Il-miri ta' riċiklaġġ u rkuprar huma wżati f'għadd ta' Direttivi ta' l-UE dwar l-Iskart. Ir-reviżjoni riċenti tal-miri ta' riċiklaġġ li hemm fid-Direttiva dwar l-imballaġġ u l-iskart ta' l-imballaġġ uriet l-importanza li jiġu applikati miri f'livelli xierqa li jkunu fi proporzjon ma' l-ambitu tad-definizzjoni kif ukoll li jitqiesu d-dettalji speċifiċi ta' kull materjal. Mingħajr analiżi bħal din, iqum ir-riskju li jiġu applikati miri li jippromwovu proċessi li m'għandhom l-ebda vantaġġ ambjentali jew vantaġġi minimi, jew li ma jirnexxilhomx jippromwovu teknoloġiji li jistgħu jwasslu għal vantaġġi ambjentali konsiderevoli iżda li jsibuha diffiċli biex jidħlu fis-suq.

Minħabba dawn il-kumplessitajiet, il-livell ta' miri għandu jiġi determinat billi jiġi kkunsidrat l-ambitu tad-definizzjoni tar-riċiklaġġg għad-diversi materjali kif sar diġà fil-każ tal-verifika tal-miri tad-Direttivi dwar l-Imballaġġ, u għandu jikkonsidra l-karatteristiċi speċifiċi ta' kull materjal. Proposti futuri għal miri ta' riċiklaġġ u rkuprar ġodda għandhom jottimizzaw l-effiċcjenza tal-prezz tar-riċiklaġġ u rkuprar u jevitaw li jippromwovu teknoloġiji inadegwati għal ċerti materali.

Il-ġestjoni tal-bijoskart

L-impatt ewlieni negattiv tal-bijoskart jiġri meta l-bijoskart jintrema ġo landfill . Dan jipproduċi l-metanu, gass serra li għandu qawwa ta' 21 darba aktar mid-dijossidu karboniku. Bil-għan li tiġi indirizzata din it-theddida ambjentali, id-Direttiva l-1999/31/KE dwar ir-rimi ta' l-iskart fil- landfills tistipula li żewġ terzi ta' l-iskart muniċipali bijodegradabbli ma jistax jintrema fil- landfills , u tobbliga l-Istati Membri li jfasslu u jivverifikaw b'mod regolari strateġgiji nazzjonali għall-ġestjoni ta' l-iskart li ma jintremiex fil- landfills . L-implimentazzjoni totali ta' dan l-obbligu se jagħti kontribut sinifikanti għat-tnaqqis ta' l-impatt ambjentali tal-bijoskart, b'mod partikolari fejn jidħlu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

Madanakollu, ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istrateġiji nazzjonali kkonkluda li "wara l-analiżi ta' l-istrateġiji ma joħroġx ċar jekk il-miri għat-tnaqqis ta' rimi fil- landfills se jintlaħqu f'dawk l-Istati Membri fejn dan għadu ma sarx. Jidher li se jkun hemm bżonn ta' aktar sforzi sabiex jintlaħqu l-miri. Il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari sabiex tintlaħaq il-mira tas-sena 2006 u tieħu l-miżuri kollha xierqa li jiżguraw li d-Direttiva tiġi implimentata kif suppost”[3].

M'hemmx l-aħjar għażla ambjentali li hi unika għall-ġestjoni tal-bijoskart li ma jintremiex fil- landfills . Il-bilanċ ambjentali ta' l-alternattivi diversi disponibbli għall-ġestjoni ta' dan it-tip ta' skart jiddependi fuq għadd ta' fatturi lokali, fost oħrajn is-sistemi ta' kollezzjoni, il-kompożizzjoni ta’ u l-kwalità ta’ l-iskart, il-kundizzjonijiet tal-klima, l-impatt fuq il-bdil tal-klima, il-potenzjal tal-kompost li jagħti sehem għall-ġlieda kontra d-degradazzjoni tal-ħamrija u kategoriji oħra ta' impatt ambjentali. Għalhekk, strateġiji għall-ġestjoni ta' dan it-tip ta' skart għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri fuq il-bażi ta’ mentalità bbażata fuq iċ-ċiklu tal-ħajja.

Il-Kummissjoni se toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni ta' mentalità bbażata fuq iċ-ċiklu tal-ħajja għall-ġestjoni tal-bijoskart u se tgħddi dawn il-linji gwida lill-Istati Membri u tistedinhom sabiex jirrevedu l-istrateġiji nazzjonali tagħhom. Dawn il-linji gwida se jgħinu wkoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali li jkunu ġgeneralment responsabbli mit-tfassil tal-pjanijiet dwar il-ġestjoni ta' l-iskart muniċipali.

L-aspetti relatati ma' l-istandards ta' l-iskart jeħtieġu wkoll li jiġu indirizzati fuq il-livell ta' UE. Kriterji dwar il-kwalità tal-kompost se jiġu adottati taħt id-dispożizzjoni dwar it-tmiem ta’ l-iskart li hemm propost fid-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart, u l-Kummissjoni se tipproponi li t-trattament bijoloġiku ta' l-iskart jiddaħħal fl-ambitu tad-Direttiva IPPC meta din tiġi riveduta.

Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE dwar il-protezzjoni ta’ l-Ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura se tiġi riveduta bil-għan li jissaħħu l-istandards ta' kwalità li taħthom jiġi permess dan l-użu wara l-adozzjoni ta' l-Istrateġija Tematika dwar il-ħamrija u l-miżuri assoċjati.

Ir-reviżjoni ta’ l-istrateġija, b’mod partikolari, se tindirizza l-progress li jkun sar fuq il-ġestjoni tal-bijoskart u tassessja l-ħtieġa ta’ miżuri oħra.

Il-ġestjoni taż-żjut ta' skart

Il-mentalità bbażata fuq iċ-ċiklu tal-ħajja ġiet applikata għal-leġiżlazzjoni dwar ir-rimi ta' ż-żejt użat (Direttiva 75/439/KEE).

Din id-direttiva tirregola r-rimi taż-żjut ta' skart u tistipula r-riġenerazzjoni taż-żjut ta' skart. Din il-liġi ma ġietx implimentata sew u għadd ta' każijiet ġew imressqa quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li tat deċiżjoni kontra ħames Stati Membri. Analiżi riċenti, bl-użu tat-trattament taċ-ċiklu tal-ħajja uriet li l-prijorità li ngħatat lir-riġenerazzjoni taż-żjut ta' skart fuq l-użu bħala fjuwil mhux ġustifikat minn xi vantaġġ ambjentali ċar. Barra minn hekk, ir-rati ta' kollezzjoni taż-żjut ta' skart għadhom baxxi wisq. Għalhekk, filwaqt li r-rimi ħażin taż-żjut ta' skart jista' jkollu impatti negattivi sostanzjali u għandu jiġi evitat, il-liġi attwali mhux qed tikseb ir-riżultati mixtieqa. Għalhekk, din se tiġi abrogata u postha jittieħed minn dispożizzjoni ġdida fi-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart, li se żżomm l-obbligu ta' l-Istati Membri li jiżguraw il-kollezzjoni taż-żjut ta' skart iżda mhux se tagħti prijorità lir-riġenerazzjoni. Dan se jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa ta' l-Istati Membri ta' l-obbligu tal-kollezzjoni li jindirizza l-iktar kwistjoni ambjentali importanti, dik taż-żjut ta' skart.

Il-passi li jmiss : Kalendarju ta’ azzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija Tematika dwar il-prevenzjoni u r-riċiklaġġ ta' l-iskart u miżuri u attivitajiet oħra li se jagħtu kontribut

Azzjoni proposta u/jew pjanata taħt l-Istrateġija Tematika dwar il-prevenzjoni u r-riċiklaġġ ta' l-iskart | Żmien |

Proposta għal direttiva li temendi d-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart u tabbroga d-Direttiva dwar Iż-żjut ta' skart | Proposta flimkien ma' din l-istrateġija |

Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart ta' l-imballaġġ | 2006 |

Dispożizzjoni tal-miri mfassla taħt id-Direttiva 2000/53/KE dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw | 2006 |

Proposta għal direttiva li tiġbor f'direttiva waħda it-tliet Direttivi dwar l-iskart mill-industrija tad-dijossidu tat-titanju | 2006 |

Pubblikazzjoni ta' linji gwida, ibbażati fuq id-deċiżjonijiet preċedenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, dwar il-kwistjoni ta' meta l-prodotti sekondarji għandhom jew m'għandhomx jitqiesu bħala skart | 2006 |

Pubblikazzjoni ta' linji gwida għall-Istati Membri dwar l-applikazzjoni ta' mentalità bbażata fuq iċ-ċiklu tal-ħajja għall-ġestjoni ta' l-iskart bijodegradabbli li ma jintremiex ġo landfills | 2006 |

Titjib tal-bażi ta' l-għarfien dwar l-impatt ta’ l-użu tar-riżorsi, il-ġenerazzjoni u l-ġestjoni ta’ l-iskart u previżjoni u mudellar aktar sistematiku | Jibda f’2006 |

Proposta sabiex jiġi ċċarat u mwessa’ l-ambitu tad-Direttiva IPPC għal attivitajiet oħra fil-qasam tal-ġestjoni ta’ l-iskart, inklużi t-trattament bijoloġiku għall-irkuprar ta’ l-iskart u l-preparazzjoni ta’ l-iskart perikoluż għall-inċinerazzjoni u l-fdalijiet ta’ l-inċcinerazzjoni għall-irkuprar | 2007, meta d-Direttiva IPPC tkun soġġetta għal reviżjoni ġenerali |

Proposta għar-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE dwar il-protezzjoni ta’ l-Ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura. | 2007 |

Pubblikazzjoni ta’ linji gwida bażiċi sabiex l-istrumenti taċ-ċiklu tal-ħajja jkunu jistgħu jiġu użati faċilment fit-tfassil tal-politika dwar l-iskart, b’trattament u metodoloġija maqbula | 2007 |

Pubblikazzjoni ta’ linji gwida dwar ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-Ġarr ta’ l-Iskart sabiex jixxejjen l-irkuprar fittizju | 2007 |

Pubblikazzjoni ta’ linji gwida dwar standards ambjentali minimi għall-permes ta’ installazzjonijiet li mhumiex koperti mid-Direttiva IPPC u dwar l-aħjar tekniċi disponibbli għat-taħlit ta’ l-iskart perikoluż. | 2007 |

Assessjar tas-sitwazzjoni kurrenti u l-bżonn ta’ miżuri oħra sabiex jiġi stimulat l-avvanz lejn soċjetà Ewropea li tirriċikla | 2007 |

Reviżjoni tal-miri taħt id-Direttiva 2002/96/KE dwar l-iskart mit-tagħmir elettriku u elettroniku | 2008 |

Adozzjoni ta’ l-ewwel sensiela ta’ standards ta’ kwalità għal meta ċerti flussi ta’ skart ma jibqgħux ikunu skart, bl-ewwel ikunu l-kompost u ż-żrar riċiklat | 2008 – bil-kondizzjoni li tidħol fis-seħħ id-Direttiva ta' Qafas dwar l-Iskart riveduta |

Miżuri u attivitajiet oħra li se jikkontribwixxu għall-Istrateġija Tematika fil-prevenzjoni u r-riċiklaġġ ta’ l-iskart |

Żvilupp tas-suq Għadd ta’ Stati Membri nedew inizzjattivi għall-iżvilupp tas-suq tar-riċiklaġġ ta’ l-iskart, bil-għan li jitneħħew l-ostakli għar-riċiklaġġ u tiżdied id-domanda għall-materjali riċiklati (eż. L-iżvilupp ta’ standards, titjib fid-disponibilità ta’ informazzjoni aktar rilevanti għas-suq u x-xiri pubbliku). Dawn it-trattamenti jidhru li għandhom xi potenzjal sabiex jikkomplementaw il-politiki ewlenija dwar ir-riċiklaġġ u li jistgħu jiġu adottati f’mapep tat-triq għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar it-Teknoloġgija Ambjentali. |

Riċerka u teknoloġija Il-Kummissjoni se tiżgura li l-fondi Ewropej disponibbli għar-riċerka u x-xogħol ta’ żvilupp dwar it-teknoloġija ta’ l-iskart jindirizzaw aħjar l-impatti ambjentali ewlenin ta’ l-iskart. |

L-aħjar prattiċi Il-Kummissjoni se tappoġġja t-tixrid u t-trasferiment ta’ l-aħjar prattiċi dwar inizjattivi ta’ konoxxenza, edukazzjoni u inċentivi u sistemi żviluppati fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali. |

Għajnuna ta’ l-Istat Dawn il-linji gwida dwar l-għajnuna ta’ l-istat għall-ħarsien ta’ l-ambjent se jkunu riveduti. Din ir-revizjoni, fost affarijiet oħra, se tiċċara f’liema każijiet tista’ tingħata għajnuna mill-istat għas-sostenn ta’ attivitajiet ta’ riċiklaġġ ta’ l-iskart. |

Barra minn hekk, ir-reviżjoni ta’ l-istrateġija f’2010, jekk ikun hemm il-bżonn, se tidentifika miżuri oħra meħtieġa għall-prevenzjoni ta’ l-iskart u tapplika mentalità bbażata fuq iċ-ċiklu tal-ħajja għall-ġestjoni ta’ l-iskart u l-avvanz lejn soċjetà Ewropea li tirriċikla.

ANNESS IIDIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Strateġija Tematika dwar il-prevenzjoni u r-riċiklaġġ ta’ l-iskart

2. QAFAS ABM / ABB

Qasam ta’ Politika: 07 – Ambjent

Attività: 07 04 – Implimentazzjoni tal-politika ambjentali

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-Baġit (linji operattivi u linji ta’ assistenza teknika u amministrattiva relatati (ex- linji B..A)) li jinkludu l-intestaturi :

07 01 04 01 – Leġiżlazzjoni, tqajjim ta’ kuxjenza u azzjonijiet ġenerali oħra bbażati fuq il-programmi ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam ta’ l-ambjent – Nefqa fuq ġestjoni amminstrattiva

07 04 02 – Tqajjim ta’ kuxjenza u azzjonijiet ġenerali oħra bbażati fuq il-programmi ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam ta’ l-ambjent

3.2. Tul ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

L-istrateġija għandha medda ta’ żmien ta’ 10 snin (2005-2015). Id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva preżenti tkopri l-aspetti finanzjarji marbuta ma' l-ewwel ħames snin (2005-2010).

3.3. Karatteristiċi tal-baġit

Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Kontrbuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettivi finanzjarji |

07 04 02 | Mhux obbligatorja | Diff[4] | LE | LE | LE | Nru 3 |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

Il-ħtiġijiet għal riżorsi umani u amministrattivi għandhom ikunu koperti bl-allokazzjoni li tingħata lid-DĠ li jkun qed jimmaniġġja (DĠ Ambjent) fil-qafas tal-proċedura annwali tal-baġit.

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u ta’ l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

Miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Tip ta’ nefqa | Numru tas-sezzjoni | Sena 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | Total |

Nefqa operattiva[5] |

Approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) | 8.1 | a | 0.230 | 0.380 | 0.230 | 0.230 | 0.080 | 1.150 |

Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet (AĦ) | b | 0.130 | 0.280 | 0.330 | 0.230 | 0.180 | 1.150 |

Nefqa amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza[6] |

Assistenza teknika u amministrattiva (AMD) | 8.2.4 | c | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

AMMONT TOTALI TA' REFERENZA |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji | a+c | 0.230 | 0.380 | 0.230 | 0.230 | 0.080 | 1.150 |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet | b+c | 0.130 | 0.280 | 0.330 | 0.230 | 0.180 | 1.150 |

Nefqa amministrattiva mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza[7] |

Riżorsi umani u nefqa assoċcjata (AMD) | 8.2.5 | d | 0.486 | 0.486 | 0.486 | 0.486 | 0.486 | 0.486 | 2.916 |

Nefqa amministrattiva, barra r-riżorsi umani u nefqa assoċjata, mhux inklużi fl-ammont ta' referenza (AMD) | 8.2.6 | e | 0.002 | 0.088 | 0.088 | 0.090 | 0.086 | 0.084 | 0.438 |

Spiża indikattiva finanzjarja totali ta’ intervenzjoni |

TOTAL ta’ AI li jinkludi l-ispiża għar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0.488 | 0.804 | 0.954 | 0.806 | 0.802 | 0.650 | 4.504 |

TOTAL AĦ inkluż l-ispiża għar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0.488 | 0.704 | 0.854 | 0.906 | 0.802 | 0.750 | 4.504 |

Dettalji ta’ ko-finanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi l-kofinanzjament minn Stati Membri, jew korpi oħrajn (jekk jogħġbok speċifika liema), stima tal-livell ta' dan il-kofinanzjament għandha tkun indikata fit-tabella hawn taħt (jistgħu jiżdiedu aktar linji jekk korpi differenti huma previsti għall-għoti tal-kofinanzjament)

Miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Il-korp tal-kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 | Total |

…………………… | f |

AI TOTAL inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.2. Kompatibbiltà ma’ l-Ipprogrammar Finanzjarju

X Il-proposta hija kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta ser tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid ta' l-intestatura relevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista' teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[8] (i.e. strument ta' flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-dħul

X Il-proposta ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

Miljuni ta’ EUR (sa post deċimali wieħed)

Qabel l-azzjoni[Sena n-1] | Il-qagħda wara l-azzjoni |

Numru totali ta’ riżorsi umani | 0.486 | 0.486 | 0.486 | 0.486 | 0.486 | 0.486 |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Li għandhom jintlaħqu fiż-żmien fil-qosor jew fit-tul

Li jiġi indirizzat it-tħassib ambjentali marbut mal-ġestjoni ta’ l-iskart. L-Istrateġija se tniedi azzjonijiet għat-titjib ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart u l-ambjent regolatorju li fi ħdanu se jseħħu l-attivitajiet ta’ l-immaniġġgjar ta’ l-iskart.

5.2. Valur miżjud ta’ l-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli

L-immaniġġjar ta’ l-iskart huwa attività ekonomika li sseħħ fis-suq intern. L-attività hija regolata ħafna u jeħtieġ strateġiji komuni sabiex tittejjeb l-effiċjenza tas-suq.

5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM.

L-għan ta’ l-istrateġija huwa li jiġu stipulati għadd ta’ azzjonijiet li jippermettu t-tnaqqis ta’ l-impatti ambjentali ta' l-iskart u jikkontribwixxu għat-tnaqqis ta' l-impatti ambjentali ta' l-użu tar-riżorsi.

Sabiex isir dan, hemm previst għadd ta’ azzjonijiet konkreti:

1) Is-simplifikazzjoni u l-modernizzazzjoni ta’ l-ambjent regolatorju għall-attivitajiet ta’ l-iskart.

2) It-titjib ta’ l-għarfien f’dan il-qasam.

3) L-iżvilupp ta’ inċentivi għall-promozzjoni tal-prevenzjoni u r-riċiklaġġ ta’ l-iskart.

Aktar dettalji dwar ir-riżultati mistennija u l-impatti tagħhom jinsabu fil-Komunikazzjoni u l-valutazzjoni ta’ l-impatt mehmuża miegħu, rispettivament.

5.4. Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

X Ġestjoni Ċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni

( indirettament permezz ta' delegazzjoni lil:

( Aġenziji eżekuttivi

( korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet hekk kif jissemma fl-Art. 185 tar-Regolament Finanzjarju

( korpi nazzjonali tas-settur pubbliku / Korpi b'missjoni ta' servizz pubbliku

( Ġestjoni bi sħab jew deċentralizzata

( ma' l-Istati Membri

( ma’ Pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti rilevanti: Il-miżuri previsti skond l-istrateġija se jkunu direttament implimentati mill-Kummissjoni (tnedija ta’ studji, organizzazzjoni ta’ laqgħat, tmexxija tal-kuntratti ta’ servizz eċċ) u mill-Istati Membri (l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet).

6. SUPERVIŻJONI U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta' sorveljanza

Il-Kummissjoni tipproponi li tirrevedi l-effettività ta’ l-Istrateġija Tematika ħames snin wara l-pubblikazzjoni tal-Kommunikazzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se tħejji rapport li se jiġi ppubblikat u ppreżentat lill-Istituzzjonijiet.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

L-Istrateġija Tematika kienet is-suġġett ta’ Valutazzjoni ta’ l-Impatt li se tiġi ppubblikata fl-istess ħin ta’ l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni.

6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (lezzjonijiet miksuba permezz ta’ esperjenzi simili fil-passat)

L-approċċ ta' tfassil ta' politika permezz ta' l-għodda ta' l-Istrateġija Tematika hija xi ħaġa ġdida introdotta mis-Sitt Programm Ta' Azzjoni Ambjentali[10]. Madankollu, il-miżuri f’din l-istrateġija speċifika ma jmorrux lil hinn mill-prassi amministrattiva normali (tnedija ta’ studji, organizzazzjoni ta’ laqgħat ta' l-esperti, kuntratti ta’ servizz ta’ ammonti ta’ flus relattivament żgħhar) li għalihom hemm proċeduri xierqa ta’ salvagwardja finanzjarja.

6.2.3. Termini u frekwenza ta’ l-evalwazzjoni fil-ġejjieni

Il-Kummissjoni tipproponi li tirrevedi l-effettività ta’ l-Istrateġija Tematika ħames snin wara l-pubblikazzjoni tal-Kommunikazzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se tħejji rapport li se jiġi ppubblikat u ppreżentat lill-Istituzzjonijiet.

7. MIżURI KONTRA L-FRODI

L-attivitajiet proposti jikkonsistu biss f’nefqa għall-istaff, il-laqgħat ta’ l-esperti u l-kuntratti għall-istudju. Ta’ l-aħħar se jkunu soġġetti għall-mekkaniżmi ta’ kontroll li l-Kummissjoni tħaddem is-soltu u għalhekk m’hemmx bżonn ta’ aktar miżuri kontra l-frodi.

B’mod partikolari, il-benefiċjarji u l-kuntratturi potenzjali għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju u jipprovdu evidenza dwar kemm huma sodi finanzjarjament u legalment. Għall-għotjiet, huma meħtieġa jfornu dikjarazzjonijiet proviżorji tad-dħul u l-infiq marbuta mal-proġett/l-attività li għalihom ikun mitlub il-finanzjament. Il-ħlasijiet isiru fuq il-bażi tat-termini u l-kundizzjonijiet marbuta mal-ftehim dwar l-għotja u fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tad-dħul u ta’ l-infiq iċċertifikati kif xieraq mill-benefiċjarju u vverifikati mis-servizz rilevanti tal-Kummissjoni. Kontrolli fuq il-post huma wkoll possibbli u l-benefiċjarji huma meħtieġa li jżommu d-dettali u d-dokumenti ta’ apoġġ kollha għal perjodu ta’ ħames snin wara t-tlestija tal-proġett.

8. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Sena 2005 | Sena 2006 | Sena 2007 | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 |

Uffiċjali jew staff temporanju[12] (XX 01 01) | A*/AD | 3.5 | 3.5 | 3.5 | 3.5 | 3.5 | 3.5 |

B*, C*/AST | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 |

Staff iffinanzjat mill-Artikolu XX 01 02 [13]. |

Staff ieħor[14] iffinanzjat mill-Art XX 01 04/05 |

TOTAL | 4.5 | 4.5 | 4.5 | 4.5 | 4.5 | 4.5 |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet li rriżultaw mill-azzjoni

Il-ħidmiet li se jitwettqu jidħlu fil-prassi amministrattiva normali u jinkludu t-tnedija ta’ studji, l-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ esperti, il-ġestjoni tal-kuntratti ta’ servizz, u ħwejjeġ bħal dawn.

8.2.3. Sorsi ta’ riżorsi umani (statutorji)

X Karigi attwalment allokati lill-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu estiżi

( Postijiet allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( Karigi li għandhom jintalbu għhall-proċedura APS/PDB li jmiss

( Karigi li għandhom jiġu organizzati mill-ġdid permezz tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ tmexxija (organizzazzjoni interna mill-ġdid)

( Karigi meħtieġa għal sena n madankollu mhumiex ippjanati għal eżerċizzju APS/PDB għas-sena in kwistjoni

8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 –Nefqa fuq ġestjoni amministrattiva)

Miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Linja tal-baġit (numru u intestatura) | Sena 2005 | Sena 2006 | Sena 2007 | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | TOTAL |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra: |

- intra muros |

- extra muros |

Total għal Assistenza teknika u amministrattiva |

8.2.5. Spiża finanzjarja għar-riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta' referenza

Miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Tip ta' riżorsi umani | Sena 2005 | Sena 2006 | Sena 2007 | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 |

Uffiċjali u staff temporanju (XX 01 01) | 0.486 | 0.486 | 0.486 | 0.486 | 0.486 | 2.430 |

Staff iffinanzjat mill-Artikolu XX 01 02 (awżiljarju, END, kuntratt tal-staff, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

Spiża totali għar-Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 0.486 | 0.486 | 0.486 | 0.486 | 0.486 | 2.430 |

Kalkolu: - Uffiċjali u Aġenti temporanji

Kull FTE huwa ggradat għal €108,000 fis-sena.

Kalkolu – Staff iffinanzjat taħt l-Art XX 01 02

8.2.6 Nefqa amministrattiva oħra li mhix inkluża fl-ammont ta' referenza Miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali) |

Sena 2005 | Sena 2006 | Sena 2007 | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missionijiet | 0.002 | 0.008 | 0.008 | 0.010 | 0.006 | 0.004 | 0.038 |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[16] | 0.080 | 0.080 | 0.080 | 0.080 | 0.080 | 0.400 |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsulenzi |

XX 01 02 11 05 - Sistemi ta' informazzjoni |

2 Total ta' Infiq ieħor ta' Ġestjoni (XX 01 02 11) | 0.002 | 0.088 | 0.088 | 0.090 | 0.086 | 0.084 | 0.438 |

3 Nefqa ieħor ta' natura amministrattiva (speċifika billi tinkludi referenza għal-linja tal-baġit) |

Total tan-nefqa amministrattiva, barra r-riżorsi umani u spejjeż assoċjati (MHUX inkluż fl-ammont ta' referenza) | 0.002 | 0.088 | 0.088 | 0.090 | 0.086 | 0.084 | 0.438 |

Kalkolu – Nefqa amministrattiva oħra mhux inkluża fl-ammont ta' referenza

Wieħed jassumi li l-missjoni medja tqum €1,000.

[1] Ara Anness III għall-lista ddettaljata ta' atti legali.

[2] KUMM(2003) 302 - Politika dwar il-Prodott Integrat.

[3] KUMM(2005) 105 - Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar l-istrateġiji nazzjonali għat-tnaqqis ta' l-iskart bijodegradabbli li jintrema fil- landfills konformi ma' Artikolu 5(1) tad-Direttiva 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' l-iskart fil- landfills .

[4] Approprjazzjonijiet differenzjati.

[5] In-nefqa ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[6] Nefqa fl-artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[7] Nefqa fi ħdan il-kapitolu xx 01 minbarra artikli xx 01 04 jew xx 01 05.

[8] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim Interistituzzjonali.

[9] Kolonni addizzjonali jistgħu jinżiedu jekk meħtieġ i.e. jekk tul l-azzjoni jaqbeż is-6 snin.

[10] Deċiżjoni Nru. 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta' Azzjoni ta’ Ambjent tal-Komunità.

[11] Kif deskritt taħt is-Sezzjoni 5.3.

[12] Spiża li MHIX koperta mill-ammont ta' referenza.

[13] Spiża li MHIX koperta mill-ammont ta' referenza.

[14] Spiża li hija inkluża fl-ammont ta' referenza.

[15] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernati.

[16] Speċifika t-tip ta' kumitat u l-grupp li għalih jappartjeni.

Top