EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42015X0819(01)

Regolament Nru 14 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta' vetturi fir-rigward tal-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza, sistemi tal-ankraġġi ISOFIX, ankraġġi ISOFIX tal-irbit ta' fuq u pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size [2015/1406]

OJ L 218, 19.8.2015, p. 27–81 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1406/oj

19.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 218/27


It-testi NU/KEE oriġinali biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html.

Regolament Nru 14 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta' vetturi fir-rigward tal-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza, sistemi tal-ankraġġi ISOFIX, ankraġġi ISOFIX tal-irbit ta' fuq u pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size [2015/1406]

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-suppliment 5 għas-serje 07 ta' emendi — Data tad-dħul fis-seħħ: 10 ta' Ġunju 2014.

WERREJ

REGOLAMENTAZZJONI

1.

Kamp ta' applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet

6.

Testijiet

7.

Spezzjoni tal-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza matul u wara t-testijiet statiċi

8.

Modifiki u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta' vettura

9.

Konformità tal-produzzjoni

10.

Penali għan-nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

11.

Struzzjonijiet tat-tħaddim

12.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

13.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

14.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

ANNESSI

Anness 1

Komunikazzjoni

Anness 2

Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni

Anness 3

Pożizzjonament tal-ankraġġi taċ-ċinturini effettivi

Anness 4

Proċedura biex jiġu ddeterminati l-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda fil-vetturi motorizzati

Anness 5

Apparat ta' trazzjoni

Anness 6

Għadd minimu ta' punti ta' ankraġġ u l-pożizzjonament tal-ankraġġi tan-naħa t'isfel

Anness 7

Test dinamiku bħala alternattiva għat-test statiku tas-saħħa tal-ankraġġi taċ-ċinturini ta' sikurezza

Anness 8

Speċifikazzjonijiet tal-manikin

Anness 9

Sistemi tal-ankraġġi ISOFIX u ankraġġi ISOFIX tal-irbit ta' fuq

Anness 10

Il-pożizzjoni bilqiegħda i-Size

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għal:

(a)

Vetturi tal-kategoriji M u N (1) għall-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza tagħhom maħsuba għal okkupanti adulti ta' sits li jħarsu 'l quddiem, li jħarsu lura jew li jħarsu laġenba;

(b)

Vetturi tal-kategorija M1 fir-rigward tas-sistemi tal-ankraġġi ISOFIX u l-ankraġġi ISOFIX tal-irbit ta' fuq maħsuba għal sistemi għat-trażżin tat-tfal. Kategoriji oħra ta' vetturi mgħammra b'ankraġġi ISOFIX ukoll għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;

(c)

Vetturi ta' kwalunkwe kategorija fir-rigward tal-pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size, jekk il-manifattur tal-vettura jiddefinihom.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament,

2.1.

“Approvazzjoni ta' vettura” tfisser l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura mgħammra b'ankraġġi għal tipi speċifiċi ta' ċinturini ta' sikurezza;

2.2.

“Tip ta' vettura” tfisser kategorija ta' vetturi motorizzati li mhumiex differenti minn xulxin fir-rigward ta' aspetti essenzjali bħad-dimensjonijiet, il-linji u l-komponenti tal-istruttura tal-vettura jew tas-sit tal-vettura li magħhom ikunu mqabbda l-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza u s-sistema ta' ankraġġi ISOFIX, kif ukoll l-ankraġġi ISOFIX tal-irbit ta' fuq. M'għandhomx ikunu differenti wkoll, fil-każ li s-saħħa tal-ankraġġi tiġi ttestjata skont it-test dinamiku, u s-saħħa tal-art tal-vettura tiġi ttestjata skont it-test statiku fil-każ ta' pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size, il-karatteristiċi ta' kwalunkwe komponent tas-sistema ta' trażżin, speċjalment il-funzjoni ta' limitatur tat-tagħbija, li jinfluwenzaw il-forzi li jiġu applikati fuq l-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza;

2.3.

“Ankraġġi taċ-ċinturini” tfisser partijiet mill-istruttura tal-vettura jew mill-istruttura tas-sit jew kwalunkwe parti oħra tal-vettura li magħha għandhom jintrabtu l-assemblaġġi taċ-ċinturin tas-sigurtà;

2.4.

“Ankraġġ effettiv taċ-ċinturin” tfisser il-punt li jintuża biex jiġi ddeterminat b'mod konvenzjonali, kif speċifikat fil-paragrafu 5.4, l-angolu ta' kull parti taċ-ċinturin tas-sikurezza f'relazzjoni ma' min jilbsu, jiġifieri, l-punt li miegħu ikollha tintrabat ċinga biex ikollha l-istess qagħda bħala l-qagħda maħsuba taċ-ċinturin meta jintlibes, u li jista' jkun (jew ma jkunx) l-ankraġġ reali taċ-ċinturin, skont il-konfigurazzjoni tal-komponenti taċ-ċinturin tas-sikurezza fil-punt tal-irbit taċ-ċinturin mal-ankraġġ tiegħu;

2.4.1.

Pereżempju, fil-każ

2.4.1.1.

Meta gwida taċ-ċinga tintuża fuq l-istruttura tal-vettura jew fuq l-istruttura tas-sit, il-punt tan-nofs tal-gwida fil-post fejn iċ-ċinga toħroġ mill-gwida għal fuq il-ġenb ta' min ikun qed jilbes iċ-ċinturin, għandu jitqies bħala l-ankraġġ effettiv taċ-ċinturin; u,

2.4.1.2.

meta ċ-ċinturin jgħaddi direttament mill-persuna li tkun qed tilbsu lejn ritrattatur marbut mal-istruttura tal-vettura jew mal-istruttura tas-sit mingħajr gwida taċ-ċinga, l-ankraġġ effettiv taċ-ċinturin għandu jitqies bħala l-intersezzjoni tal-assi tar-rukkell biex tinħażen iċ-ċinga mal-pjan li jgħaddi mil-linja ċentrali taċ-ċinga fuq ir-rukkell;

2.5.

“Art” tfisser il-parti ta' taħt tal-bodì ta' vettura li tgħaqqad il-ħitan tal-ġnub tal-vettura. F'dan il-kuntest, jinkludi l-pjanċi tal-qafas, il-ħadidiet b'toqob u skanalaturi (swages) u possibbilment rinforzi oħra, anki jekk ikunu taħt il-qiegħ, bħal elementi lonġitudinali u trażversali;

2.6.

“Sit” tfisser struttura li tista' tkun jew tista' ma tkunx integrali mal-istruttura tal-vettura kompluta bit-tapizzerija, maħsuba biex toqgħod bilqiegħda fuqha persuna adulta waħda. It-terminu jkopri kemm sit individwali kif ukoll parti minn bank maħsuba biex tpoġġi fuqha persuna waħda;

2.6.1.

“Sit tal-passiġġier ta' quddiem” tfisser kwalunkwe sit fejn il-“punt H ta' quddiem nett” tas-sit ikkonċernat jinsab fi jew quddiem il-pjan vertikali trażversali mill-punt R tas-sewwieq;

2.6.2.

“Sit li jħares'il quddiem” tfisser sit li jista' jintuża waqt li l-vettura tkun miexja u li jħares lejn il-parti ta' quddiem tal-vettura b'tali mod li l-pjan vertikali ta' simetrija tas-sit jifforma angolu ta' inqas minn + 10° jew – 10° mal-pjan vertikali ta' simetrija tal-vettura;

2.6.3.

“Sit li jħares lura” tfisser sit li jista' jintuża waqt li l-vettura tkun miexja u li jħares lejn il-parti ta' wara tal-vettura b'tali mod li l-pjan vertikali ta' simetrija tas-sit jifforma angolu ta' inqas minn + 10° jew – 10° mal-pjan vertikali ta' simetrija tal-vettura;

2.6.4.

“Sit li jħares laġenba” tfisser sit li jista' jintuża waqt li l-vettura tkun miexja u li jħares lejn il-parti tal-ġenb tal-vettura b'tali mod li l-pjan vertikali ta' simetrija tas-sit jifforma angolu ta' 90° (± 10°) mal-pjan vertikali ta' simetrija tal-vettura;

2.7.

“Grupp ta' sits” tfisser jew tip ta' sit f'forma ta' bank jew sits li huma separati imma ħdejn xulxin (jiġifieri bl-ankraġġi ta' quddiem nett ta' sit wieħed allinjat ma' jew 'il quddiem mill-ankraġġi ta' wara nett u allinjat ma' jew wara l-ankraġġi ta' quddiem nett ta' sit ieħor) u jakkomoda persuna adulta bilqiegħda waħda jew aktar;

2.8.

“Sit f'forma ta' bank” tfisser struttura kompluta bit-tapizzerija, maħsuba biex fuqha toqgħod aktar minn persuna adulta waħda;

2.9.

“Tip ta' sit” tfisser kategorija ta' sits li ma jvarjawx f'tali aspetti essenzjali bħal:

2.9.1.

Il-forma, id-dimensjonijiet u l-materjali tal-istruttura tas-sit,

2.9.2.

It-tipi u d-dimensjonijiet tas-sistemi ta' aġġustament u tas-sistemi li jillokkjaw kollha,

2.9.3.

It-tip u d-dimensjonijiet tal-ankraġġ taċ-ċinturin fuq is-sit, tal-ankraġġ tas-sit, u tal-partijiet rilevanti tal-istruttura tal-vettura;

2.10.

“Ankraġġ tas-sit” tfisser is-sistema, inklużi l-partijiet affettwati tal-istruttura tal-vettura, li permezz tagħha l-assemblaġġ tas-sit jitwaħħal mal-istruttura tal-vettura;

2.11.

“Sistema ta' aġġustament” tfisser l-apparat li bih is-sit jew il-partijiet tiegħu jistgħu jiġu aġġustati għal pożizzjoni addattata għall-morfoloġija tal-okkupant li jkun bilqiegħda; b'mod partikolari, dan l-apparat jista' jippermetti:

2.11.1.

Spostament lonġitudinali;

2.11.2.

Spostament vertikali;

2.11.3.

Spostament angolari.

2.12.

“Sistema ta' spostament” tfisser apparat li jippermetti li s-sit jew waħda mill-partijiet tiegħu jiġi spostat jew imdawwar mingħajr pożizzjoni intermedja fissa, sabiex ikun hemm aċċess faċli għall-ispazju wara s-sit ikkonċernat;

2.13.

“Sistema li tillokkja” tfisser kwalunkwe apparat li jiżgura li s-sit u l-partijiet tiegħu jinżammu fi kwalunkwe pożizzjoni ta' użu u jinkludi apparati li jillokkjaw kemm id-dahar tas-sit b'mod relattiv għas-sit kif ukoll is-sit b'mod relattiv għall-vettura;

2.14.

“Żona ta' referenza” tfisser l-ispazju bejn żewġ pjani vertikali lonġitudinali, 400 mm 'il bogħod minn xulxin u simetriċi fejn fir-rigward tal-punt H, u definiti bir-rotazzjoni mill-veritikali għall-orizzontali tal-apparat tal-forma tar-ras, kif ġie deskritt fl-Anness 1 tar-Regolament Nru 21. L-apparat għandu jiġi ppożizzjonat kif ġie deskritt f'dak l-Anness tar-Regolament Nru 21 u ssettjat għat-tul massimu ta' 840 mm;

2.15.

“Funzjoni tat-tagħmir li jillimita t-tagħbija fuq it-toraċi” tfisser kwalunkwe parti taċ-ċinturin tas-sikurezza u/jew tas-sit u/jew tal-vettura maħsuba biex tillimita l-livell tal-forzi ta' trażżin li japplikaw fuq it-toraċi tal-okkupant f'każ ta' kolliżjoni;

2.16.

“ISOFIX” hija sistema għall-konnessjoni ta' sistemi ta' trażżin tat-tfal ma' vettura, li għandha ankraġġi riġidi fil-vettura, żewġ żidiet riġidi korrispondenti fuq is-sistema għat-trażżin tat-tfal, u mezz biex jiġi limitat ix-xengil ta' rotazzjoni (pitch rotation) tas-sistema ta' trażżin tat-tfal;

2.17.

“Pożizzjoni ISOFIX” tfisser pożizzjoni li tippermetti l-istallazzjoni ta':

(a)

Jew sistema universali għat-trażżin tat-tfal ISOFIX li tħares 'il quddiem kif ġiet iddefinita fir-Regolament Nru 44,

(b)

Jew sistema semi-universali ISOFIX għat-trażżin tat-tfal li tħares 'il quddiem kif definita fir-Regolament Nru 44,

(c)

Jew sistema semi-universali ISOFIX għat-trażżin tat-tfal li tħares lura kif definita fir-Regolament Nru 44,

(d)

Jew sistema semi-universali ISOFIX għat-trażżin tat-tfal li tħares laġenba kif definita fir-Regolament Nru 44,

(e)

Jew sistema ISOFIX għat-trażżin tat-tfal f'vettura speċifika kif definita fir-Regolament Nru 44.

(f)

Jew sistema i-Size għat-trażżin tat-tfal f'vettura speċifika kif definita fir-Regolament Nru 129.

(g)

Jew sistema ISOFIX għat-trażżin tat-tfal f'vettura speċifika kif definita fir-Regolament Nru 129;

2.18.

“Ankraġġ baxx ISOFIX” tfisser żbarra orizzontali tonda u riġida b'dijametru ta' 6 mm, li testendi mill-istruttura tal-vettura jew tas-sit sabiex taċċetta u żżomm sistema ISOFIX għat-trażżin tat-tfal b'żidiet ISOFIX;

2.19.

“Sistema ta' ankraġġi ISOFIX” tfisser sistema magħmula minn żewġ ankraġġi baxxi ISOFIX li hija mfassla sabiex tqabbad sistema ISOFIX għat-trażżin tat-tfal ma' apparat anti-rotazzjoni;

2.20.

“ŻIEDA ISOFIX” tfisser waħda miż-żewġ konnessjonijiet, li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 44 jew ir-Regolament Nru 129, li testendi mill-istruttura tas-sistema għat-trażżin tat-tfal ISOFIX, u li tkun kompatibbli mal-ankraġġ baxx ISOFIX;

2.21.

“Sistema għat-trażżin tat-tfal ISOFIX” tfisser sistema għat-trażżin tat-tfal, li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament NRU 44 jew tar-Regolament Nru 129, li trid titqabbad ma' sistema ta' ankraġġi ISOFIX;

2.22.

“Apparat għall-applikazzjoni ta' forza statika (SFAD — static force application device)” tfisser tagħmir fiss tat-test li jingaġġja s-sistemi ta' ankraġġi ISOFIX tal-vettura u li jintuża biex ikunu vverifikati s-saħħa tagħhom u l-ħila tal-istruttura tas-sit jew tal-vettura biex, f'test statiku, tkun limitata r-rotazzjoni. It-tagħmir fiss tat-test għall-ankraġġi baxxi u tal-ankraġġ tal-irbit ta' fuq huwa deskritt fil-Grafika 1 u l-Grafika 2 tal-Anness 9, flimkien ma' SFAD SL (Support Leg) għall-valutazzjoni tal-pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size fir-rigward tas-saħħa tal-art tal-vettura. Eżempju ta' SFADSL bħal dan jidher fil-Grafika 3 tal-Anness 10;

2.23.

“Apparat anti-rotazzjoni”

(a)

Apparat anti-rotazzjoni għal sistema universali għat-trażżin tat-tfal ISOFIX jikkonsisti mill-irbit ta' fuq ISOFIX.

(b)

Apparat anti-rotazzjoni għal sistema semi-universali għat-trażżin tat-tfal ISOFIX jikkonsisti jew minn irbit ta' fuq, mid-daxxbord tal-vettura jew minn riġel ta' appoġġ maħsub biex jillimita r-rotazzjoni tat-trażżin matul impatt frontali.

(c)

Apparat anti-rotazzjoni għal sistema i-Size għat-trażżin tat-tfal jikkonsisti jew minn irbit ta' fuq, jew minn sieq ta' appoġġ maħsuba biex tillimita r-rotazzjoni tat-trażżin waqt impatt frontali.

(d)

Għas-sistemi għat-trażżin tat-tfal ISOFIX, i-Size, universali u semiuniversali, is-sit tal-vettura nnifsu mhuwiex apparat anti-rotazzjoni;

2.24.

“Ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX” tfisser element, pereżempju żbarra, li tinsab f'żona definita, maħsuba biex taċċetta kollegatur taċ-ċinga tal-irbit ta' fuq ISOFIX u biex tittrasferixxi l-forza tat-trażżin tagħha lill-istruttura tal-vettura;

2.25.

“Kollegatur tal-irbit ta' fuq ISOFIX” tfisser apparat maħsub biex jitwaħħal mal-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX;

2.26.

“Ganċ tal-irbit ta' fuq ISOFIX” tfisser kollegatur tal-irbit ta' fuq ISOFIX li tipikament jintuża sabiex ċinga tal-irbit ta' fuq ISOFIX titwaħħal ma' ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX kif ġie definit fil-Grafika 3 tal-Anness 9 ta' dan ir-Regolament;

2.27.

“Ċinga tal-irbit ta' fuq ISOFIX” tfisser ċinga bl-istrixxi (jew ekwivalenti) li testendi mill-quċċata ta' sistema għat-trażżin tat-tfal ISOFIX sal-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX, u li tkun mgħammra b'apparat ta' aġġustament, b'apparat li jnaqqas it-tensjoni, u b'kollegatur tal-irbit ta' fuq ISOFIX;

2.28.

“Apparat ta' gwida” huwa maħsub biex jgħin lill-persuna li tinstalla s-sistema għat-trażżin tat-tfal ISOFIX billi jiggwida fiżikament iż-żjidiet ISOFIX fuq it-trażżin tat-tfal ISOFIX f'allinjament korrett mal-ankraġġi baxxi ISOFIX sabiex jitħaffef l-ingaġġ;

2.29.

“Tagħmir fiss għat-trażżin tat-tfal” tfisser tagħmir fiss skont waħda mit-tmien klassijiet tad-daqs ISOFIX li ġew iddefiniti fil-paragrafu 4 tal-Appendiċi 2 tal-Anness 17 tar-Regolament Nru 16 u partikolarment li d-dimensjonijiet tiegħu jingħataw fil-Grafika 1 sal-Grafika 7 fil-paragrafu 4 li ssemma hawn fuq. Dak it-tagħmir fiss għat-trażżin tat-tfal (CRF) fir-Regolament Nru 16 jintuża sabiex ikun ikkontrollat liema huma l-klassijiet tad-daqs tas-sistemi għat-trażżin tat-tfal ISOFIX li jistgħu jiġu akkomodati fil-pożizzjonijiet ISOFIX tal-vettura. Barra minn hekk, wieħed mis-CRF, imsejjaħ ISO/F2 (B) jew ISO/F2X(B1), deskritt fir-Regolament Nru 16 (Aness 17, Appendiċi 2), jintuża f'dan ir-Regolament sabiex jiġu vverifikati l-post u l-possibbiltà ta' aċċess għal kwalunkwe sistema ta' ankraġġi ISOFIX;

2.30.

“Volum għall-valutazzjoni tal-qiegħ tas-sieq ta' appoġġ” tfisser il-volum, kif muri fil-Grafiki 1 u 2 tal-Anness 10 ta' dan ir-Regolament, li fih, il-qiegħ tas-sieq ta' appoġġ ta' sistema tat-Trażżin tat-Tfal i-Size, kif definita fir-Regolament Nru 129 tistrieħ u għalhekk li magħha jkollha intersezzjoni l-art tal-vettura;

2.31.

“Superfiċje ta' kuntatt mal-art tal-vettura” tfisser l-erja li tirriżulta mill-intersezzjoni tas-superfiċje ta' fuq tal-art tal-vettura (inkl. it-tapizzerija, tapiti, fowm, eċċ), mal-volum għall-valutazzjoni tal-qiegħ tas-sieq ta' appoġġ u li hija ddisinjata biex tiflaħ għall-forzi tas-sieq ta' appoġġ ta' sistema i-Size għat-trażżin tat-tfal kif definita fir-Regolament Nru 129;

2.32.

“Pożizzjoni bilqiegħda i-size” tfisser pożizzjoni bilqiegħda, jekk definita mill-manifattur tal-vettura, li tkun iddisinjata biex takkomoda Sistema i-Size għat-trażżin tat-tfal, kif definita fir-Regolament Nru 129, u li tissodisfa r-rekwiżiti definiti f'dan ir-Regolament.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' vettura rigward l-ankraġġi taċ-ċinturin, is-sistemi ta' ankraġġi ISOFIX u l-ankraġġi tal-irbit ta' fuq ISOFIX kif ukoll pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size, jekk ikun hemm, għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu li ġie akkreditat b'mod xieraq.

3.2.   Hija għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li jissemmew iktar 'l isfel fi tliet kopji u mid-dettalji li ġejjin:

3.2.1.

Tpinġijiet tal-istruttura ġenerali tal-vettura fuq skala xierqa, li juru l-pożizzjonijiet tal-ankraġġi taċ-ċinturin, tal-ankraġġi effettivi taċ-ċinturin (fejn ikun xieraq), tas-sistemi ta' ankraġġi ISOFIX u tal-ankraġġi tal-irbit ta' fuq ISOFIX, jekk ikun hemm u fil-każ ta' pożizzjonijiet bilqiegħda iSize, is-superfiċje ta' kuntatt tal-art tal-vettura u tpinġijiet dettaljati tal-ankraġġi taċ-ċinturin, tas-sistemi ta' ankraġġi ISOFIX, jekk ikun hemm, tal-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX, jekk ikun hemm, u tal-punti li huma marbuta magħhom u fil-każ ta' pożizzjonijiet bilqiegħda iSize, is-superfiċje ta' kuntatt tal-art tal-vettura;

3.2.2.

Speċifikazzjoni tal-materjali li ntużaw li jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-ankraġġi taċ-ċinturin, tas-sistemi ta' ankraġġi ISOFIX u tal-ankraġġi tal-irbit ta' fuq ISOFIX, jekk ikun hemm u fil-każ ta' pożizzjonijiet bilqiegħda iSize, is-superfiċje ta' kuntatt tal-art tal-vettura;

3.2.3.

Deskrizzjoni teknika tal-ankraġġi taċ-ċinturin, tas-sistemi ta' ankraġġi ISOFIX u tal-ankraġġi tal-irbit ta' fuq ISOFIX, jekk ikun hemm;

3.2.4.

Fil-każ tal-ankraġġi taċ-ċinturin, tas-sistemi ta' ankraġġi ISOFIX u tal-ankraġġi tal-irbit ta' fuq ISOFIX, jekk ikun hemm, imwaħħla mal-istruttura tas-sit:

3.2.4.1.

Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta' vettura fir-rigward tad-disinn tas-sits, tal-ankraġġi tas-sits u tas-sistemi tal-aġġustament u ta' llokkjar tagħhom;

3.2.4.2.

Disinji, fuq skala xierqa u f'biżżejjed dettall, tas-sits, tal-ankraġġi tagħhom mal-vettura, u tas-sistemi tal-aġġustament u ta' llokkjar tagħhom;

3.2.5.

Evidenza li ċ-ċinturin tas-sikurezza jew is-sistema tat-trażżin li ntuża fit-test ta' approvazzjoni tal-ankraġġi jikkonforma mar-Regolament Nru 16, fil-każ fejn il-manifattur tal-karozza jagħżel it-test dinamiku tas-saħħa alternattiv.

3.3.   Jekk jagħżel hekk il-manifattur, vettura li tirrappreżenta t-tip ta' vettura li għandha tiġi approvata jew partijiet tal-vettura meqjusa essenzjali għat-test tal-ankraġġi taċ-ċinturin, għat-test tas-sistemi ta' ankraġġi ISOFIX u għat-test tal-ankraġġi tal-irbit ta' fuq ISOFIX, jekk ikun hemm u fil-każ ta' pożizzjonijiet bilqiegħda iSize, is-superfiċje ta' kuntatt tal-art tal-vettura, għandhom jitressqu għall-approvazzjoni quddiem is-servizz tekniku li jwettaq it-testijiet ta' approvazzjoni.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Jekk il-vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti ta' dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta' vettura.

4.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri tiegħu (bħalissa 07, li jikkorrispondu għas-serje 07 ta' emendi) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenija l-aktar reċenti li saru tar-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura kif ġie definit fil-paragrafu 2.2 ta' aktar 'il fuq.

4.3.   L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew ta' produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

4.4.   Ma' kull vettura li tikkonforma ma' tip tal-vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal b'mod li jolqot l-għajn u f'post faċilment aċċessibbli li ġie speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:

4.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (2);

4.4.2.

In-numru ta' dan ir-Regolament, fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.4.3.

L-ittra “e”, fuq il-lemin tan-numru ta' dan ir-Regolament fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip skont it-test dinamiku tal-Anness 7.

4.5.   Jekk il-vettura tikkonforma ma' tip ta' vettura approvat skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti l-oħra annessi ma' dan il-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 m'hemmx għalfejn jiġi ripetut; f'każ bħal dan, in-numri u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skont tagħhom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u b'tali mod li ma tkunx tista' titħassar.

4.7.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta' jew fuq il-pjanċa tad-dejta tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

4.8.   L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marka ta' approvazzjoni.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET

5.1.   Id-definizzjonijiet (ara l-Anness 3)

5.1.1.   Il-punt H huwa punt ta' referenza kif inhu definit fil-paragrafu 2.3 tal-Anness 4 ta' dan ir-Regolament, li jrid jiġi determinat skont il-proċedura stabbilita f'dak l-Anness.

5.1.1.1.   Il-punt “H” huwa punt ta' referenza li jikkorrispondi għall-punt H kif inhu definit fil-paragrafu 5.1.1 li għandu jiġi determinat għal kull pożizzjoni normali li fiha jintuża s-sit.

5.1.1.2.   Il-punt R huwa l-punt ta' referenza ta' bilqiegħda kif inhu definit fil-paragrafu 2.4 tal-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.

5.1.2.   Is-sistema ta' referenza tridimensjonali ġiet iddefiniti fl-Appendiċi 2 tal-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.

5.1.3.   Il-punti L1 u L2 huma l-ankraġġi effettivi ta' isfel taċ-ċinturin.

5.1.4.   Il-Punt C huwa punt li jinsab 450 mm vertikalment 'il fuq mill-Punt R. Madankollu, jekk id-distanza S kif inhi definita fil-paragrafu 5.1.6 mhix inqas minn 280 mm u jekk il-manifattur jagħżel il-formula alternattiva BR = 260 mm + 0,8 S li ġiet speċifikata fil-paragrafu 5.4.3.3, id-distanza vertikali bejn C u R għandha tkun ta' 500 mm.

5.1.5.   L-angoli α1 u α2 huma rispettivament l-angoli bejn pjan orizzontali u pjani perpendikulari għall-pjan medjan vertikali lonġitudinali tas-sit u li jgħaddu mill-punt R u mill-punti L1 u L2.

Jekk is-sit jista' jiġi aġġustat, dan ir-rekwiżit għandu jiġi ssodisfat ukoll għall-punti H tal-pożizzjonijiet kollha ta' sewqan jew tal-passiġġieri, kif indikat mill-manifattur tal-vettura.

5.1.6.   S hija d-distanza f'millimetri tal-ankraġġi effettivi ta' fuq taċ-ċinturin minn pjan ta' referenza P parallel għall-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura, iddefinit kif ġej:

5.1.6.1.

Jekk il-pożizzjoni bilqiegħda hija definita sew mill-forma tas-sit, il-pjan P għandu jkun il-pjan medjan ta' dan is-sit.

5.1.6.2.

Fin-nuqqas ta' pożizzjoni definita sew:

5.1.6.2.1.

Il-pjan P għas-sit tas-sewwieq huwa pjan vertikali parallel għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura li jgħaddi miċ-ċentru tal-istering fil-pjan tax-xifer ta' barra tal-istering meta l-istering, jekk ikun aġġustabbli, ikun fil-pożizzjoni ċentrali tiegħu.

5.1.6.2.2.

Il-pjan P għall-passiġġier ta' quddiem fuq in-naħa ta' barra għandu jkun simetriku ma' dak tas-sewwieq.

5.1.6.2.3.

Il-pjan P għall-pożizzjoni bilqiegħda ta' wara fuq in-naħa ta' barra għandha tkun dik speċifikata mill-manifattur sakemm jiġu rrispettati l-limiti li ġejjin għad-distanza A bejn il-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura u l-pjan P:

A

Hija daqs jew akbar minn 200 mm jekk is-sit f'forma ta' bank ikun ġie ddisinjat biex jakkomoda żewġ passiġġieri biss,

A

Hija daqs jew akbar minn 300 mm jekk is-sit f'forma ta' bank ġie ddisinjat biex jakkomoda aktar minn żewġ passiġġieri.

5.2.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

5.2.1.   L-ankraġġi għaċ-ċinturini tas-sikurezza għandhom ikunu ddisinjati, magħmula u mqiegħda b'tali mod li:

5.2.1.1.

Jippermettu l-installazzjoni ta' ċinturin tas-sikurezza addattat. L-ankraġġi taċ-ċinturin tal-pożizzjonijiet ta' quddiem fuq in-naħa ta' barra għandhom ikunu addattati għal ċinturini tas-sikurezza li jinkorporaw ritrattatur u taljola, fejn b'mod partikolari jitqiesu l-karatteristiċi tas-saħħa tal-ankraġġi taċ-ċinturin, ħlief jekk il-manifattur iforni l-vettura mgħammra b'tipi oħra ta' ċinturini tas-sikurezza b'ritrattaturi inkorporati. Jekk l-ankraġġi jkunu addattati biss għal tipi partikolari ta' ċinturini tas-sikurezza, dawn it-tipi għandhom ikunu ddikjarati fuq il-formola li tissemma fil-paragrafu 4.3 ta' aktar 'il fuq;

5.2.1.2.

Inaqqsu għal minimu r-riskju li ċ-ċinturin jiżloq meta jintlibes b'mod korrett;

5.2.1.3.

Inaqqsu għal minimu r-riskju li ssir ħsara liċ-ċinga minħabba kuntatt ma' partijiet riġidi bil-ponta tal-istrutturi tal-vettura jew tas-sit;

5.2.1.4.

Jippermettu li l-vettura, f'użu normali, tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;

5.2.1.5.

Għal ankraġġi li jassumu pożizzjonijiet differenti sabiex jippermettu l-persuni jidħlu fil-vettura u li jrażżnu lill-okkupanti, għandhom japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet ta' dan ir-Regolament għall-ankraġġi fil-pożizzjoni effettiva ta' trażżin.

5.2.2.   Kwalunkwe sistema ta' ankraġġi ISOFIX u kwalunkwe ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX, li jkunu ġew installati jew li hemm il-ħsieb li jiġu installat, kif ukoll is-superfiċje ta' kuntatt tal-art tal-vettura għal kwalunkwe pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size għandhom ikunu ddisinjati, magħmula u mqiegħda b'tali mod li:

5.2.2.1.

Kwalunkwe sistema ta' ankraġġi ISOFIX u kwalunkwe ankraġġ tal-irbit ta' fuq, kif ukoll is-superfiċje ta' kuntatt tal-art tal-vettura għal kwalunkwe pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size għandha tippermetti li l-vettura, f'użu normali, tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Kwalunkwe sistema ta' ankraġġi ISOFIX u kwalunkwe ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX li jistgħu jiġu miżjuda ma' kwalunkwe vettura għandhom ukoll jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Għaldaqstant, ankraġġi bħal dawn għandhom jiġu deskritti fid-dokument ta' applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

5.2.2.2.

Ir-reżistenza ta' sistema ta' ankraġġi ISOFIX u dik ta' ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX huma ddisinjati għal kwalunkwe sistema għat-trażżin tat-tfal ISOFIX tal-grupp ta' massa 0; 0+; 1 kif ġew iddefiniti fir-Regolament Nru 44.

5.2.2.3.

Kwalunkwe sistema ta' ankraġġi ISOFIX u kwalunkwe ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX, kif ukoll is-superfiċje ta' kuntatt tal-art tal-vettura għal kwalunkwe pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size għandhom ikunu ddisinjati għal sistema għat-trażżin tat-tfal i-Size, kif definit fir-Regolament Nru 129.

5.2.3.   Id-disinn u l-ippożizzjonar tas-sistemi ta' ankraġġ ISOFIX:

5.2.3.1.

Kwalunkwe sistema ta' ankraġġi ISOFIX għandha tkun żbarra(i) riġida(i) orizzontali trażversali b'dijametru ± ta' 6 mm 0,1 mm li tkopri(jkopru) żewġ żoni b'tul minimu effettiv ta' 25 mm li jinsabu fuq l-istess assi kif ġie definit fil-Grafika 4 tal-Anness 9.

5.2.3.2.

Kwalunkwe sistema ta' ankraġġi ISOFIX li ġiet installata fuq pożizzjoni bilqiegħda ta' vettura għandha tinsab mhux inqas minn 120 mm wara l-punt tad-disinn H kif ġie determinat fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament, imkejjel orizzontalment u saċ-ċentru tal-iżbarra.

5.2.3.3.

Għal kwalunkwe sistema ta' ankraġġi ISOFIX fil-vettura, għandu jkun possibbli li jitwaħħlu t-tagħmir fiss għat-trażżin tat-tfal ISOFIX “ISO/F2” (B) jew “ISO/F2X” (B1) kif definit mill-manifattur tal-vettura u deskritt fir-Regolament Nru 16 (Appendiċi 2 tal-Anness 17).

Il-pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size għandhom jippermettu l-installazzjoni ta' apparat fiss għat-trażżin tat-tfal ISOFIX “ISO/F2X” (B 1), u “ISO/R2” (D), flimkien mal-volum ta' valutazzjoni għall-istallazzjoni ta' sieq ta' appoġġ kif definit fir-Regolament Nru 16 (l-Appendiċi 2 tal-Anness 17).

5.2.3.4.

Is-superfiċje tal-qiegħ tat-tagħmir fiss ISOFIX għat-trażżin tat-tfal kif definit mill-manifattur tal-vettura fil-paragrafu 5.2.3.3, għandu jkollha angoli ta' attitudni fil-limiti li ġejjin, bl-angoli mkejla b'mod relattiv għall-pjani ta' referenza tal-vettura kif definit fl-Appendiċi 2 tal-Anness 4 ta' dan ir-Regolament:

(a)

Xengil: 15° ± 10°,

(b)

Irrolljar: 0° ± 5°,

(c)

Imbardata: 0° ± 10°

Għall-pożizzjonjijiet i-Size, jekk il-limiti speċifikati fil-paragrafu 5.2.3.4 ma jinqabżux, huwa aċċettabbli li l-iqsar tul tas-sieq ta' appoġġ, skont il-volum tal-qiegħ tas-sieq ta' appoġġ, tirriżulta f'angolu ta' xengil li jkun akbar minn dak li kieku jkun impost mis-sit tal-vettura jew l-istruttura tagħha. Għandu jkun possibbli li t-tagħmir fiss ISOFIX għat-trażżin jiġi installat f'dan l-angolu akbar ta' xengil.

5.2.3.5.

Is-sistemi ta' ankraġġi ISOFIX għandhom ikunu fil-pożizzjoni tagħhom b'mod permanenti jew għandhom ikunu jistgħu jintrefgħu. F'każ ta' ankraġġi li jistgħu jintrefgħu, ir-rekwiżiti relatati mas-sistema ta' ankraġġi ISOFIX għandhom jiġu ssodisfati fil-pożizzjoni li tintuża.

5.2.3.6.

Kull żbarra ta' ankraġġ baxx ISOFIX (meta tintuża) jew kull apparat ta' gwida li jiġi installat b'mod permanenti għandu jkun viżibbli, mingħajr il-kompressjoni tal-kuxxin tas-sit jew tad-dahar tas-sit, meta l-iżbarra jew l-apparat ta' gwida jitqies, fi pjan vertikali lonġitudinali li jgħaddi miċ-ċentru tal-iżbarra jew tal-apparat ta' gwida, tul linja li tifforma angolu 'l fuq ta' 30 grad ma' pjan orizzontali.

Bħala alternattiva għar-rekwiżit ta' hawn fuq, il-vettura għandha tkun immarkata b'mod permanenti biswit kull żbarra jew apparat ta' gwida. Dan l-immarkar għandu jikkonsisti f'wieħed minn dawn li ġejjin, skont kif jagħżel il-manifattur.

5.2.3.6.1.

Bħala minimu, is-simbolu tal-Grafika 12 tal-Anness 9 li jikkonsisti minn ċirku b'dijametru mill-inqas ta' 13 mm u li fih pittogramma, li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-pittogramma għandha tikkuntrasta mal-isfond taċ-ċirku;

(b)

Il-pittogramma għandha titqiegħed qrib ta' kull żbarra tas-sistema;

5.2.3.6.2.

Il-kelma “ISOFIX” b'ittri kbar għolja mill-inqas 6 mm.

5.2.3.7.

Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2.3.6 ma japplikawx għall-pożizzjoni bilqiegħda i-Size. Pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size għandhom ikunu mmarkati skont il-paragrafu 5.2.5.1.

5.2.4.   Id-disinn u l-ippożizzjonar tal-ankraġġi tal-irbit ta' fuq ISOFIX:

 

Fuq it-talba tal-manifattur tal-karozza, alternattivament jistgħu jintużaw il-metodi li ġew deskritti fil-paragrafi 5.2.4.1 u 5.2.4.2.

 

Il-metodu li ġie deskritt fil-paragrafu 5.2.4.1 jista' jintuża biss jekk il-pożizzjoni ISOFIX tinsab fuq sit tal-vettura.

5.2.4.1.   Bla preġudizzju għall-paragrafi 5.2.4.3 u 5.2.4.4, il-parti ta' kull ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX li hija ddisinjata biex tintrabat ma' kollegatur tal-irbit ta' fuq ISOFIX għandha tinsab mhux aktar 'il bogħod minn 2 000 mm mill-punt ta' referenza tal-ispalla u fi ħdan iż-żona mmarkata bil-griż, kif jintwera fil-Figuri 6 sa 10 tal-Anness 9, tal-pożizzjoni bilqiegħda maħsuba li għaliha ġiet installata, bir-referenza ta' mudell li ġie deskritt fis-SAE J 826 (Lulju 1995) u muri fil-Grafika 5 tal-Anness 9, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.2.4.1.1.

Il-punt “H” tal-mudell jinsab fil-punt “H” uniku tad-disinn tal-pożizzjoni għalkollox 'l isfel u għalkollox lura tas-sit, ħlief li l-mudell jinsab laterlament fin-nofs bejn iż-żewġ ankraġġi ta' isfel ISOFIX;

5.2.4.1.2.

Il-linja tat-torso tal-mudell tinsab fl-istess angolu għall-pjan trażversali vertikali bħad-dahar tas-sit fil-pożizzjoni l-aktar wieqfa tiegħu, u

5.2.4.1.3.

Il-mudell jiġi ppożizzjonat fil-pjan vertikali lonġitudinali li fih il-punt H tal-mudell.

5.2.4.2.   Iż-żona tal-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX tista' tinstab alternattivament bl-għajnuna tat-Tagħmir Fiss “ISO/F2” (B), kif ġie definit fir-Regolament Nru 16 (fil-Grafika 2 tal-Appendiċi 2 tal-Anness 17), f' pożizzjoni ISOFIX mgħammra b' ankraġġi baxxi ISOFIX kif jintwera fil-Grafika 11 tal-Anness 9.

Il-pożizzjoni bilqiegħda għandha tkun il-pożizzjoni l-aktar fuq lura u l-aktar 'l isfel bid-dahar tas-sit fil-pożizzjoni nominali tiegħu, jew kif jiġi rrakkomandat mill-manifattur tal-vettura.

Mill-ġenb, l-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX għandu jkun wara l-wiċċ ta' wara tat-tagħmir fiss “ISO/F2” (B).

L-intersezzjoni bejn il-wiċċ ta' wara tat-tagħmir fiss “ISO/F2” (B) u l-linja orizzontali (ir-referenza 3 fil-Grafika 11 tal-Anness 9) li fiha l-aħħar punt riġidu ta' ebusija akbar minn 50 Shore A fil-quċċata tad-dahar tas-sit tiddefinixxi l-punt ta' referenza 4 (il-Grafika 11 tal-Anness 9) fil-linja ċentrali tat-tagħmir fiss “ISO/F2” (B). F'dan il-punt ta' referenza, angolu massimu 45° 'il fuq mil-linja orizzontali jiddefinixxi l-limitu massimu taż-żona tal-ankraġġ tal-irbit ta' fuq.

Minn fuq, fil-punt ta' referenza 4 (il-Grafika 11 tal-Anness 9), angolu massimu ta' 90° li jestendi lura u lejn il-ġenb, u minn wara, angolu massimu ta' 40° jiddefinixxi 2 volumi li jillimitaw iż-żona ta' ankraġġ għall-irbit ta' fuq ISOFIX.

L-oriġini taċ-ċinga tal-irbit ta' fuq ISOFIX (5) tinsab fl-intersezzjoni tat-tagħmir fiss “ISO/F2” (B) ma' pjan li jinsab 550 mm 'il bogħod fuq il-wiċċ orizzontali tat-tagħmir fiss “ISO/F2” (B) (1) fuq il-linja ċentrali tat-tagħmir fiss “ISO/F2” (B) (6).

Barra minn hekk, l-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX għandu jkun ta' aktar minn 200 mm imma mhux aktar minn 2 000 mm mill-oriġini taċ-ċinga tal-irbit ta' fuq ISOFIX fuq il-wiċċ ta' wara tat-tagħmir fiss “ISO/F2” (B), imkejla tul iċ-ċinga meta tinġibed tul id-dahar tas-sit sal-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX.

5.2.4.3.   Il-parti tal-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX f'vettura li hija ddisinjata biex tintrabat mal-kollegatur tal-irbit ta' fuq ISOFIX tista' tinstab barra miż-żoni mmarkati bil-griż li jissemmew fil-paragrafi 5.2.4.1 jew 5.2.4.2 jekk post f'żona ma jkunx xieraq u jekk il-vettura tkun mgħammra b'apparat li jipprovdi mogħdija li,

5.2.4.3.1.

Jiżgura li l-funzjonijiet taċ-ċinga tal-irbit ta' fuq ISOFIX bħallikieku l-parti tal-ankraġġ ddisinjata biex tintrabat mal-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX kienu jinsabu fiż-żona mmarkata bil-griż; u,

5.2.4.3.2.

Ikun mill-inqas 65 mm wara l-linja tat-torso, f'każ ta' apparat li jipprovdi mogħdija mhux riġidu tat-tip bl-istrixxi jew apparat li jipprovdi mogħdija li jista' jintuża, jew mill-inqas 100 mm wara l-linja tat-torso, f'każ ta' apparat li jipprovdi mogħdija riġidu u fiss; u,

5.2.4.3.3.

Meta jkun ittestjat wara li ġie installat bħal ma hu maħsub li jintuża, l-apparat ikun b'saħħtu biżżejjed biex, bl-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX, jiflaħ għat-tagħbija li tissemma fil-paragrafu 6.6 ta' dan ir-Regolament.

5.2.4.4.   Ankraġġ tal-irbit jista' jiddaħħal fid-dahar tas-sit, sakemm ma jkunx fiż-żona tat-tgeżwir taċ-ċinga fil-quċċata tad-dahar tas-sit tal-vettura.

5.2.4.5.   L-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX għandu jkollu dimensjonijiet li jippermettu li jitwaħħal ganċ tal-irbit ta' fuq ISOFIX kif ġie speċifikat fil-Grafika 3.

Għandu jkun ipprovdut spazju madwar kull ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX sabiex wieħed ikun jista' jaqfel miegħu u jħoll minnu.

L-ankraġġi kollha li jinsabu fuq wara ta' kwalunkwe sistema ta' ankraġġi ISOFIX u li jistgħu jintużaw biex magħhom jitqabbad ganċ għall-irbit ta' fuq tat-tip ISOFIX jew kollegatur għall-irbit ta' fuq għandhom ikunu ddisinjati li jipprevjenu l-użu ħażin permezz ta' waħda jew aktar minn dawn il-miżuri li ġejjin:

(a)

Id-disinn tal-ankraġġi kollha bħal dawn fiż-żona tal-ankraġġi tal-irbit ta' fuq ISOFIX bħala ankraġġi tal-irbit ta' fuq ISOFIX; jew

(b)

L-immarkar tal-ankraġġi tal-irbit ta' fuq ISOFIX biss permezz ta' wieħed mis-simboli jew b'inverżjoni laterali ta' wieħed mis-simboli li jidhru fil-Grafika 13 tal-Anness 9; jew

(c)

L-immarkar ta' ankraġġi li mhumiex f'konformità ma' (a) jew (b) hawn fuq b'indikazzjoni ċara li dawn l-ankraġġi m'għandhomx jintużaw flimkien ma' kwalunkwe sistema ta' ankraġġi ISOFIX.

Għal kull ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX mgħotti, l-għata għandha tkun identifikata pereżempju b'wieħed mis-simboli jew inverżjoni laterali ta' wieħed mis-simboli stabbiliti fil-Grafika 13 tal-Anness 9; l-għata għandha tkun tista' titneħħa mingħajr ma jintużaw għodod.

5.2.5.   Rekwiżiti għall-pożizzjoni bilqiegħda i-Size

Kull pożizzjoni bilqiegħda i-Size, kif definita mill-manifattur tal-vettura, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti definiti fil-paragrafi 5.2.2 sa 5.2.5.3.

5.2.5.1.   Immarkar

Kull pożizzjoni bilqiegħda i-Size għandha tkun immarkata b'mod permenanti, maġenb is-sistema baxxa ta' ankraġġi ISOFIX (żbarra jew apparat ta' gwida) tal-pożizzjoni bilqiegħda rispettiva.

L-immarkar minimu għandu jkun is-simbolu tal-Grafika 4 tal-Anness 10 li jikkonsisti minn kaxxa b'daqs minimu ta' 13 mm u li fiha pittogramma, li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-pittogramma għandha tikkuntrasta mal-isfond tal-kaxxa;

(b)

Il-pittogramma għandha titqiegħed qrib ta' kull żbarra tas-sistema.

5.2.5.2.   Rekwiżiti ġeometriċi għall-pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size marbuta ma' saqajn ta' appoġġ i-Size

Flimkien mar-rekwiżiti definiti f'5.2.3 u 5.2.4, għandu jiġi vverifikat li s-superfiċje ta' fuq tal-art tal-vettura, (inkl tapizzerija, tapiti, fowm, eċċ) jkollha intersezzjoni maż-żewġ superfiċji li jillimitaw fid-direzzjonijiet x u y tal-volum ta' valutazzjoni tal-qiegħ tas-sieq ta' appoġġ, kif muri fil-grafiki 1 u 2 tal-Anness 10 ta' dan ir-Regolament.

Il-volum ta' valutazzjoni għall-qiegħ tas-sieq ta' appoġġ huwa karatterizzat kif ġej (ara wkoll l-Anness 10, Grafiki 1 u 2, ta' dan ir-Regolament):

(a)

Fil-wisa' minn żewġ pjani paralleli għall-, u 100 mm'il bogħod, mill-pjan lonġitudinali medjan tat-tagħmir fiss għat-trażżin tat-tfal installat fil-pożizzjoni bilqiegħda rispettiva; kif ukoll

(b)

Fit-tul, miż-żewġ pjani perpendikolari għall-pjan li jirriżulta minn superfiċje tal-qiegħ tat-tagħmir fiss għat-trażżin tat-tfal u perpendikolari mal-pjan lonġitudinali medjan tat-tagħmir fiss għat-trażżin tat-tfal, 585 u 695 mm' il bogħod minn xulxin minn pjan li jgħaddi miċ-ċentri tal-ankraġġi ISOFIX baxxi u li huwa perpendikulari mal-wiċċ ta' taħt tas-CRF; kif ukoll

(c)

Fl-għoli, miż-żewġ pjani paralleli għal, u 270mm u 525 'l isfel mis-superfiċje ta' taħt għat-trażżin tat-tfal.

L-angolu tax-xengil li jintuża għall-valutazzjoni ġeometrika hawn fuq, għandu jitkejjel bil-mod imsemmi f'paragrafu 5.2.3.4.

Prova tal-konformità ma' dan ir-rekwiżit tingħata permezz ta' test fiżiku jew simulazzjoni kompjuterizzata inkella tpinġijiet rapreżentattivi.

5.2.5.3.   Rekwiżiti għas-saħħa tal-art tal-vettura għall-pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size

Is-superfiċje kollha ta' kuntatt tal-art tal-vettura (ara l-Anness 10, Grafiki 1 u 2) għandha tkun b'saħħitha biżżejjed biex tiflaħ għat-tagħbijiet imposti fuqha meta tiġi ttestjata skont il-paragrafu 6.6.4.5.

5.3.   In-numru minimu ta' ankraġġi taċ-ċinturin u ankraġġi ISOFIX li għandu jkun ipprovdut

5.3.1.   Kwalunkwe vettura fil-kategoriji M u N (minbarra dawk il-vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 li jappartjenu għall-Klassijiet I jew A1) għandha tkun mgħammra b'ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

5.3.1.1.   L-ankraġġi ta' sistema ta' harness approvata bħala ċinturin tat-tip S (b'ritrattatur(i)jew mingħajru(hom)), skont ir-Regolament Nru 16 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 14, imma l-ankraġġ jew l-ankraġġi addizzjonali pprovduti biex titwaħħal ċinga ta' bejn il-koxox (assemblaġġ) jiġi eżentat mir-rekwiżiti tas-saħħa u tal-post ta' dan ir-Regolament.

5.3.2.   L-għadd minimu ta' ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza għal kull pożizzjoni bilqiegħda tħares 'il quddiem, lura u laġenba għandu jkun dak speċifikat fl-Anness 6.

5.3.3.   Madankollu, għall-pożizzjonijiet bilqiegħda fuq in-naħa ta' barra, ħlief ta' quddiem, ta' vetturi tal-kategorija N1, murija fl-Anness 6 u mmarkati bis-simbolu Ø, huma permessi żewġ ankraġġi ta' isfel, fejn ikun hemm passaġġ bejn sit u l-eqreb ħajt tal-ġenb tal-vettura maħsub biex jippermetti l-aċċess tal-passiġġieri lejn partijiet oħra tal-vettura.

Spazju bejn sit u l-ħajt tal-ġenb jitqies bħala passaġġ jekk id-distanza bejn dak il-ħajt tal-ġenb, bil-bibien kollha magħluqa, u bi pjan vertikali lonġitudinali li jgħaddi mil-linja ċentrali tas-sit ikkonċernat, imkejjel fil-pożizzjoni tal-punt R u b'mod perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, ikun akbar minn 500 mm.

5.3.4.   Għall-pożizzjonijiet bilqiegħda ċentrali ta' quddiem murija fl-Anness 6 u mmarkati bis-simbolu *, żewġ ankraġġi ta' isfel għandhom jitqiesu bħala adegwati fejn il-windskrin jinsab barra miż-żona ta' referenza li ġiet iddefinita fl-Anness 1 tar-Regolament Nru 21; jekk jinsab fiż-żona ta' referenza, ikunu meħtieġa tliet ankraġġi.

Rigward l-ankraġġi taċ-ċinturin, il-windskrin jitqies bħala parti miż-żona ta' referenza meta jkun jista' jidħol f'kuntatt statiku mal-apparat tat-test skont il-metodu li ġie deskritt fl-Anness 1 tar-Regolament Nru 21.

5.3.5.   F'kull pożizzjoni bilqiegħda mmarkata fl-Anness 6 bis-simbolu ╬, għandhom ikunu pprovduti tliet ankraġġi. Jistgħu jkunu pprovduti żewġ ankraġġi jekk tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.3.5.1.

Hemm sit jew partijiet oħra tal-vettura li jikkonformaw mal-paragrafu 3.5 tal-Appendiċi 1 tar-Regolament Nru 80 direttament quddiem, jew

5.3.5.2.

L-ebda parti mill-vettura ma tinsab fiż-żona ta' referenza, jew ma tista' tkun fiż-żona ta' referenza meta l-vettura tkun qed tiċċaqlaq, jew

5.3.5.3.

Partijiet mill-vettura fiż-żona ta' referenza msemmija jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' assorbiment tal-enerġija stabbiliti fl-Appendiċi 6 tar-Regolament Nru 80.

5.3.6.   Għas sits jew pożizzjonijiet bilqiegħda kollha maħsuba biss għall-użu meta l-vettura tkun wieqfa kif ukoll għas-sits kollha ta' kwalunkwe vettura li ma tkunx koperta mill-paragrafi 5.3.1 sa 5.3.4, ma jkun meħtieġ l-ebda ankraġġ għaċ-ċinturini. Madankollu, jekk il-vettura tkun mgħammra b'ankraġġi għal sits bħal dawn, dawn l-ankraġġi jridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Kull ankraġġ maħsub esklużivament għal użu relatat ma' ċinturin għal persuna b'diżabbiltà, jew kwalukwe sistema ta' trażżin oħra skont ir-Regolament Nru 107, serje 02 tal-emendi, fl-Anness 8, m'hemmx bżonn ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

5.3.7.   Fil-każ tal-pjan ta' fuq ta' vettura b'żewġ pjanijiet, ir-rekwiżiti għall-pożizzjoni bilqiegħda ċentrali ta' quddiem għandha tapplika wkoll fil-pożizzjonijiet bilqiegħda ta' quddiem fuq in-naħa ta' barra.

5.3.8.   L-għadd minimu tal-pożizzjonijiet ISOFIX li għandhom ikunu pprovduti:

5.3.8.1.

Kwalunkwe vettura tal-kategorija M1, għandha tkun mgħammra b'mill-inqas żewġ pożizzjonijiet ISOFIX li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Mill-inqas tnejn mill-pożizzjonijiet ISOFIX għandhom ikunu mgħammra kemm b'sistema ta' ankraġġi ISOFIX kif ukoll b'ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX.

It-tip u n-numru ta' tagħmir fiss ISOFIX, li ġie ddefinit fir-Regolament Nru 16, li jista' jiġi installat f'kull pożizzjoni ISOFIX jiġu definiti fir-Regolament Nru 16.

5.3.8.2.

Minkejja l-paragrafu 5.3.8.1, jekk vettura tkun mgħammra biss b'ringiela waħda ta' sits, mhi meħtieġa l-ebda pożizzjoni ISOFIX.

5.3.8.3.

Minkejja l-paragrafu 5.3.8.1, mill-inqas waħda miż-żewġ sistemi tal-pożizzjonjiet ISOFIX għandha tiġi installata fit-tieni ringiela tas-sits.

5.3.8.4.

Minkejja l-paragrafu 5.3.8.1, il-vetturi tal-kategorija M1 jeħtieġ li jkollhom biss pożizzjoni waħda għas-sistema ISOFIX għal vetturi b':

(a)

Mhux aktar minn żewġ bibien għall-passiġġieri u

(b)

Pożizzjoni bilqiegħda ddeżinjata għal wara, li minħabba f'interferenzi mat-trażmissjoni u/jew komponenti tat-trażmissjoni, l-installazzjoni tal-ankraġġi ISOFIX skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2.3 u

(c)

Li jkollhom indiċi tal-proporzjon tal-potenza għall-massa (PMR) li jaqbeż il-140, skont id-definizzjonijiet tar-Regolament Nru 51 u b'definizzjoni tal-proporzjon tal-potenza għall-massa (PMR):

PMR = (Pn/mt) * 1 000 kg/kW

fejn:

Pn: potenza massima (nominali) tal-magna, f'kW (3)

mro : il-massa tal-vettura f'kundizzjoni ta' sewqan, f'kg

mt = mro (għal vetturi tal-kategorija M1)

kif ukoll

(d)

Li jkollhom magna b'potenza massima (nominali) ta' aktar minn 200 kW.

Vetturi bħal dawn jeħtieġ li jkollhom biss sistema waħda ta' ankraġġi ISOFIX u ankraġġ għat-trażżin ta' fuq ISOFIX f'pożizzjoni bilqiegħda ddeżinjata għall-passiġġieri, flimkien ma' apparat għad-diżattivazzjoni tal-airbag (jekk dik il-pożizzjoni bilqiegħda hija mgħammra b'airbag) u b'tabella ta' twissija li tindika li m'hemmx pożizzjoni bis-sistema ISOFIX disponibbli fit-tieni ringiela ta' sits.

5.3.8.5.

Jekk sistema ta' ankraġġi ISOFIX tiġi installata f'pożizzjoni bilqiegħda ta' quddiem imħarsa minn airbag frontali, għandu jitwaħħal apparat ta' diżattivazzjoni għal dan l-airbag.

5.3.8.6.

Minkejja l-paragrafu 5.3.8.1, f'każ ta' sistema(i) għat-trażżin tat-tfal “inkorporat(i)”, in-numru ta' pożizzjonijiet ISOFIX li għandhom ikunu pprovduti għandu jkun mill-inqas tnejn nieqes in-numru tas-sistema(i) għat-trażżin tat-tfal “inkorporat(i)” integrati tal-gruppi ta' massa 0, jew 0+, jew 1.

5.3.8.7.

Minkejja d-dispożizzjoni tal-paragrafu 5.3.8.1, vetturi konvertibbli kif iddefiniti fil-paragrafu 8.1 tal-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (4) b'aktar minn ringiela waħda ta' sits għandhom jiġu mgħammra b'mill-inqas żewġ ankraġġi baxxi ISOFIX. F'każ fejn fuq vetturi bħal dawn jiġi pprovdut ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX, dan għandu jikkonforma mad-dispożizzjonjiet addattati ta' dan ir-Regolament.

5.3.8.8.

Minkejja l-paragrafu 5.3.8.1. hawn fuq, il-pożizzjonijiet ISOFIX mhux meħtieġa f'ambulanzi jew karozzi tal-mejtin kif ukoll vetturi maħsuba għall-użu mill-forzi armati, id-difiża ċivili, is-servizzi tat-tifi tan-nar u l-forzi tal-ordni.

5.3.8.9.

Minkejja d-dispożizzjoni tal-paragrafi 5.3.8.1 sa 5.3.8.4, il-pożizzjoni(jiet) waħda jew aktar mandatorji ISOFIX, jistgħu jiġu ssostitwiti minn pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size.

5.3.9.   Fil-każ ta' sits li jistgħu jiddawru jew jitqiegħdu f'orjentazzjonijiet oħra, biex jintużaw meta l-vettura tkun wieqfa, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.1 għandhom japplikaw biss għal dawk l-orjentazzjonijiet maħsuba għall-użu normali meta l-vettura tkun għaddejja fit-triq, skont dan ir-Regolament. Fid-dokument ta' informazzjoni għandha tkun inkluża nota li tgħid dan.

5.4.   Il-post fejn jinsabu l-ankraġġi taċ-ċinturin (ara l-Grafika 1 tal-Anness 3)

5.4.1.   Ġenerali

5.4.1.1.   L-ankraġġi taċ-ċinturin għal kwalunkwe ċinturin jistgħu jinsabu jew għalkollox fl-istruttura tal-vettura jew fl-istruttura tas-sit jew fi kwalunkwe parti oħra tal-vettura jew mifruxa bejn dawn il-postijiet.

5.4.1.2.   Kwalunkwe ankraġġ taċ-ċinturin jista' jintuża biex jitwaħħlu t-truf ta' żewġ ċinturini tas-sikurezza biswit xulxin, sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tat-test.

5.4.2.   Il-post fejn jinsab l-ankraġġ effettiv ta' isfel taċ-ċinturin

5.4.2.1.   Is-sits ta' quddiem, il-kategorija tal-vetturi M1

F'vetturi motorizzati tal-kategorija M1, l-angolu α1 (mhux fuq in-naħa tal-bokkla) għandu jkun fil-medda ta' bejn it-30 u t-80 grad u l-angolu α2 (in-naħa tal-bokkla) għandu jkun fil-medda ta' bejn il-45 u t-80 grad. Iż-żewġ rekwiżiti angolari għandhom ikunu validi għall-pożizzjonijiet normali kollha tal-ivvjaġġar tas-sits ta' quddiem. Fejn mill-inqas wieħed mill-angoli α1 u α2 ikun kostanti (eż. ankraġġ imwaħħal mas-sit) fil-pożizzjonijiet normali kollha tal-użu, il-valur tiegħu għandu jkun ta' 60 ± 10°. Fil-każ ta' sits aġġustabbli b'sistema ta' aġġustament b'angolu tad-dahar tas-sit ta' inqas minn 20° (ara l-Grafika 1 tal-Anness 3), l-angolu α1 jista' jkun taħt il-valur minimu (30°) li ġie stipulat hawn fuq, sakemm ma jkunx inqas minn 20° fi kwalunkwe pożizzjoni normali tal-użu.

5.4.2.2.   Is-sits ta' quddiem, il-kategorija tal-vetturi M1

F'vetturi motorizzati tal-kategorija M1, għas-sits ta' wara kollha, l-angoli α1 u α2 għandhom ikunu fil-medda ta' bejn it-30 u t-80 grad. Jekk is-sits ta' wara jkunu aġġustabbli, l-angoli ta' hawn fuq għandhom ikunu validi għall-pożizzjonijiet normali kollha tal-ivvjaġġar.

5.4.2.3.   Is-sits ta' quddiem, il-kategoriji tal-vetturi li mhumiex l-M1

F'vetturi motorizzati tal-kategoriji li mhumiex l-M1, għall-pożizzjonijiet normali kollha tal-ivvjaġġar tas-sits ta' quddiem, l-angoli α1 u α2 iridu jkunu bejn it-30 u t-80 grad. Fejn fil-każ tas-sits ta' quddiem ta' vetturi li jkollhom massa massima tal-vettura li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati metriċi, mill-inqas wieħed mill-angoli α1 u α2 irid ikun kostanti fil-pożizzjonijiet normali kollha tal-użu, bil-valur tiegħu għandu jkun ta' 60 ± 10° (eż. ankraġġ imwaħħal mas-sit).

5.4.2.4.   Is-sits ta' wara u s-sits speċjali ta' quddiem jew ta' wara, il-kategoriji tal-vetturi li mhumiex l-M1

F'vetturi ta' kategoriji li mhumiex l-M1, fil-każ ta':

(a)

Sits f'forma ta' bank,

(b)

Sits aġġustabbli (quddiem u wara) b'sistema ta' aġġustament b'angolu tad-dahar tas-sit iċken minn 20° (ara l-Grafika 1 tal-Anness 3), u

(c)

Sits oħra ta' wara

L-angoli α1 u α2 jistgħu jkunu bejn 20° u 80° fi kwalunkwe pożizzjoni normali tal-użu. Fejn fil-każ tas-sits ta' quddiem ta' vetturi li jkollhom massa massima tal-vettura li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati metriċi, mill-inqas wieħed mill-angoli α1 u α2 irid ikun kostanti fil-pożizzjonijiet normali kollha tal-użu, bil-valur tiegħu għandu jkun ta' 60 ± 10° (eż. ankraġġ imwaħħal mas-sit).

Fil-każ tas-sits, għajr għas-sits ta' quddiem, ta' vetturi fil-kategoriji M2 u M3, l-angoli α1 u α2 għandhom ikunu bejn il-45 u d-90 grad għall-pożizzjonijiet normali kollha tal-użu.

5.4.2.5.   Id-distanza bejn iż-żewġ pjani vertikali paralleli għall-pjan medjan vertikali lonġitudinali tal-vettura u fejn kull wieħed minnhom jgħaddi minn ankraġġ differenti miż-żewġ ankraġġi effettivi ta' isfel taċ-ċinturin L1 u L2 tal-istess ċinturin tas-sikurezza m'għandiex tkun inqas minn 350 mm. Fil-każ ta' sits orjentati laġenba, id-distanza bejn iż-żewġ pjani vertikali paralleli għall-pjan medjan vertikali lonġitudinali tal-vettura u fejn kull wieħed minnhom jgħaddi minn ankraġġ differenti miż-żewġ ankraġġi effettivi ta' isfel taċ-ċinturin L1 u L2 tal-istess ċinturin tas-sikurezza m'għandiex tkun inqas minn 350 mm. Fil-każ ta' kwalunkwe pożizzjoni bilqiegħda ċentrali fir-ringieli ta' wara tas-sits tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, id-distanza li tissemma hawn fuq m'għandiex tkun inqas minn 240 mm, sakemm ma jkunx possibbli li s-sit ċentrali ta' wara jinbidel ma' kwalunkwe wieħed mis-sits l-oħra tal-vettura. Il-pjan medjan lonġitudinali tas-sit għandu jgħaddi bejn il-punti L1 u L2 u għandu jkun mill-inqas 120 mm minn dawn il-punti.

5.4.3.   Il-post fejn jinsabu l-ankraġġi effettivi ta' fuq taċ-ċinturin (ara l-Anness 3)

5.4.3.1.   Jekk tintuża gwida taċ-ċinga jew apparat simili li taffettwa l-post fejn jinsab l-ankraġġ effettiv ta' fuq taċ-ċinturin, dan il-post għandu jkun iddeterminat b'mod konvenzjonali billi titqies il-pożizzjoni tal-ankraġġ meta l-linja lonġitudinali ċentrali taċ-ċinga tgħaddi minn punt J1, iddefinit suċċessivament mill-punt R mit-tliet segmenti li ġejjin:

RZ

:

Segment tal-linja tat-torso imkejjel f'direzzjoni 'l fuq minn R u twil 530 mm;

ZX

:

Segment perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, imkejjel mill-punt Z fid-direzzjoni tal-ankraġġ u twil 120 mm;

XJ1

:

Segment perpendikulari għall-pjan iddefinit mis-segmenti RZ u ZX, imkejjel f'direzzjoni 'l quddiem mill-punt X u twil 60 mm.

Il-punt J2 jiġi determinat permezz ta' simetrija mal-punt J1 madwar il-pjan lonġitudinali vertikali li jgħaddi mil-linja tat-torso tal-manikin, deskritt fil-paragrafu 5.1.2, ippożizzjonat fis-sit ikkonċernat.

Fejn tintuża konfigurazzjoni b'żewġ bibien sabiex ikun ipprovdut aċċess kemm għas-sits ta' quddiem kif ukoll għal dawk ta' wara u l-ankraġġ ta' fuq jitwaħħal mal-pilastru “B”, is-sistema trid tkun iddisinjata sabiex ma ttellifx l-aċċess għal jew il-ħruġ mill-vettura.

5.4.3.2.   L-ankraġġ effettiv ta' fuq għandu jkun taħt il-pjan FN, li jgħaddi b'mod perpendikulari għall-pjan lonġitudinali medjan tas-sit u li jagħmel angolu ta' 65° mal-linja tat-torso. L-angolu jista' jitnaqqas għal 60° fil-każ tas-sits ta' wara. Il-pjan FN għandu jitqiegħed b'tali mod li jaqsam il-linja tat-torso f'punt D, b'tali mod li DR = 315 mm + 1,8 S. Madankollu, meta S ≤ 200 mm, mela DR = 675 mm.

5.4.3.3.   L-ankraġġ effettiv ta' fuq taċ-ċinturin għandu jkun wara pjan FK li jgħaddi b'mod perpendikulari għall-pjan lonġitudinali medjan tas-sit u li jaqsam il-linja tat-torso f'angolu ta' 120° f'punt B b'tali mod li BR = 260 mm + S. Fejn S ≥ 280 mm, il-manifattur jista' juża BR = 260 mm + 0,8 S skont id-diskrezzjoni tiegħu.

5.4.3.4.   Il-valur ta' S m'għandux ikun inqas minn 140 mm.

5.4.3.5.   L-ankraġġ effettiv ta' fuq taċ-ċinturin għandu jkun jinsab fuq wara ta' pjan vertikali perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u li jgħaddi mill-punt R kif jintwera fl-Anness 3.

5.4.3.6.   L-ankraġġ effettiv ta' fuq taċ-ċinturin għandu jinsab 'il fuq minn pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt C iddefinit fil-paragrafu 5.1.4.

5.4.3.6.1.   Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.4.3.6, l-ankraġġ ta' fuq effettiv taċ-ċinturin għal sits tal-passiġġeri f'vetturi tal-kategorija M2 u M3 jista' jkun aġġustabbli 'l isfel minn dik l-ispeċifikazzjoni, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati dawn ir-rekwiżiti:

(a)

Iċ-ċinturin tas-sikurezza jew is-sit għandhom ikunu mmarkati b'mod permanenti sabiex tiġi identifikata l-pożizzjoni tal-ankraġġ effettiv ta' fuq taċ-ċinturin li hi meħtieġa biex tiġi ssodisfata l-pożizzjoni minima ta' fuq għall-għoli tal-ankraġġ kif jesiġi l-paragrafu 5.4.3.6. Din il-marka għandha tindika b'mod ċar lill-utent meta l-ankraġġ ikun f'pożizzjoni li tippermetti l-użu minn adult ta' statura medja;

(b)

L-ankraġġ effettiv ta' fuq għandu jkun iddisinjat b'tali mod li jippermetti l-aġġustament tal-għoli tiegħu permezz ta' apparat ta' aġġustament manwali li jkun faċilment aċċessibbli għal min jilbsu meta jkun bilqiegħda u li jkun konvenjenti u faċli biex jintuża.

(c)

L-ankraġġ effettiv ta' fuq għandu jkun iddisinjat b'tali mod li ma jippermetti l-ebda moviment 'il fuq tal-ankraġġ li mhux apposta, li jnaqqas l-effikaċja tal-apparat matul l-użu normali;

(d)

Il-manifattur għandu jinkludi fil-manwal tal-vettura, struzzjonijiet ċari dwar l-aġġustament ta' sistemi bħal dawn, flimkien ma' pariri dwar l-adattabilità u l-limitazzjonijiet tal-użu mill-okkupanti ta' statura qasira.

5.4.3.7.   Minbarra l-ankraġġ ta' fuq li ġie speċifikat fil-paragrafu 5.4.3.1 jistgħu jkunu pprovduti ankraġġi effettivi ta' fuq oħra jekk waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:

5.4.3.7.1.

L-ankraġġi addizzjonali jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafi 5.4.3.1 sa 5.4.3.6.

5.4.3.7.2.

L-ankraġġi addizzjonali jistgħu jintużaw mingħajr l-għajnuna ta' għodod, jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafi 5.4.3.5 u 5.4.3.6 u jinsabu f'waħda miż-żoni li ġew iddeterminati biċ-ċaqliq 80 mm 'il fuq jew 'l isfel f'direzzjoni vertikali taż-żona murija fil-Grafika 1 tal-Anness 3 għal dan ir-Regolament.

5.4.3.7.3.

L-ankraġġ(i) huwa/huma maħsub/a għal harness, jikkonforma/w mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5.4.3.6 jekk jinsab/u wara l-linja trażversali li tgħaddi mil-linja ta' referenza u jinsab/u:

5.4.3.7.3.1.

Fil-każ ta' ankraġġ wieħed, fiż-żona komuni għal żewġ diħedrali definiti mil-linji vertikali li jgħaddu mill-punti J1 u J2 kif ġew iddefiniti fil-paragrafu 5.4.3.1 u li s-sezzjonijiet orizzontali tagħhom jintwrew fil-Grafika 2 tal-Anness 3 għal dan ir-Regolament;

5.4.3.7.3.2.

Fil-każ ta' żewġ ankraġġi, fi ħdan liema wieħed mid-diħedrali li ġew iddefiniti aktar 'il fuq ikun xieraq, sakemm kull ankraġġ ma jkunx iktar minn 50 mm 'il bogħod mill-pożizzjoni riflessa, imqiegħda simetrikament tal-ankraġġ l-ieħor madwar il-pjan P, kif ġie ddefinit fil-paragrafu 5.1.6, tas-sit ikkonċernat.

5.5.   Id-dimensjonijiet tat-toqob tal-ankraġġ b'kamin maqtugħ fihom

5.5.1.   Ankraġġ għandu jkollu toqba b'kamin ta' 7/16 pulzier (20 UNF 2B).

5.5.2.   Jekk il-vettura tkun mgħammra mill-manifattur b'ċinturini tas-sikurezza li jkunu mwaħħla mal-ankraġġi kollha preskritti għas-sit ikkonċernat, dawn l-ankraġġi m'hemmx għalfejn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5.5.1, sakemm jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, ir-rekwiżit stabbiliti fil-paragrafu 5.5.1 m'għandux japplika għal ankraġġi addizzjonali li jissodisfaw ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 5.4.3.7.3.

5.5.3.   Għandu jkun possibbli li ċ-ċinturin tas-sikurezza jitneħħa mingħajr ma ssir ħsara lill-ankraġġ.

6.   TESTIJIET

6.1.   It-testijiet ġenerali għall-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sit

6.1.1.   Bla preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.2, u fuq it-talba tal-manifattur;

6.1.1.1.   It-testijiet jistgħu jitwettqu jew fuq struttura ta' vettura jew fuq vettura kompluta minn kollox;

6.1.1.2.   It-testijiet jistgħu jkunu limitati għall-ankraġġi li huma relatati ma' sit wieħed biss jew ma' grupp ta' sits, sakemm:

(a)

L-ankraġġi kkonċernati jkollhom l-istess karatteristiċi strutturali bħall-ankraġġi li huma relatati mas-sits jew mal-gruppi ta' sits l-oħra; kif ukoll

(b)

Fejn ankraġġi bħal dawn jitwaħħlu totalment jew parzjalment fuq is-sit jew fuq il-grupp ta' sits, il-karatteristiċi strutturali tas-sit jew tal-grupp ta' sits ikunu l-istess bħal dawk għas-sits jew għall-grupp ta' sits l-oħra.

6.1.1.3.   It-twieqi u l-bibien jistgħu jkunu mwaħħla jew le u magħluqa jew le.

6.1.1.4.   Jista' jitwaħħal kwalunkwe tagħmir ipprovdut normalment u li huwa probabbli li jikkontribwixxi għar-riġidità tal-istruttura tal-vettura.

6.1.2.   Is-sits għandhom jitwaħħlu u jitqiegħdu fil-pożizzjoni għas-sewqan jew għall-użu magħżula mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta' approvazzjoni sabiex jingħataw l-aktar kundizzjonijiet avversi rigward is-saħħa tas-sistema. Il-pożizzjoni tas-sits għandha tkun iddikjarata fir-rapport. Id-dahar tas-sit, jekk l-inklinazzjoni tiegħu tkun aġġustabbli, jista' jiġi llokkjat kif ġie speċifikat mill-manifattur jew, fin-nuqqas ta' kwalunkwe speċifikazzjoni bħal din, f'pożizzjoni li tikkorrispondi għal angolu effettiv tad-dahar tas-sit mill-aktar qrib possibbli għal 25° għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 u għal 15° għall-vetturi tal-kategoriji l-oħra kollha.

6.2.   L-irbit tal-vettura għat-testijiet tal-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sit u għat-testijiet tal-ankraġġi ISOFIX

6.2.1.   Il-metodu li jintuża biex il-vettura tintrabat matul it-test m'għandux ikun tali li jsaħħaħ l-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sit jew l-ankraġġi ISOFIX u ż-żona ta' ankraġġ tagħhom jew li jnaqqas id-deformazzjoni normali tal-istruttura.

6.2.2.   Apparat ta' rbit għandu jitqies bħala sodisfaċenti jekk ma jipproduċi l-ebda effett fuq żona li testendi tul il-wisa' kollha tal-istruttura u jekk il-vettura jew l-istruttura tkun imblukkata jew fissa fuq quddiem f'distanza ta' mhux inqas minn 500 mm mill-ankraġġ li għandu jiġi ttestjat u tinżamm jew tkun fissa fuq wara mhux inqas minn 300 mm minn dak l-ankraġġ.

6.2.3.   Huwa rrakkomandat li l-istruttura għandha tistrieħ fuq appoġġi rranġati bejn wieħed u ieħor f'linja mal-assi tar-roti jew, jekk dak ma jkunx possibbli, f'linja mal-punti ta' twaħħil tas-sospensjoni.

6.2.4.   Jekk jintuża metodu ta' rbit li mhux dak preskritt fil-paragrafi 6.2.1 sa 6.2.3 ta' dan ir-Regolament, trid tingħata evidenza li huwa ekwivalenti.

6.3.   Ir-rekwiżiti ġenerali tat-test għall-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sit

6.3.1.   L-ankraġġi kollha taċ-ċinturin tal-istess grupp ta' sits għandhom jiġu ttestjati fl-istess ħin. Madankollu, jekk ikun hemm riskju li tagħbija mhux simetrika tas-sits u/jew tal-ankraġġi tista' twassal għal ħsarat, jista' jitwettaq test addizzjonali b'tagħbija mhux simetrika.

6.3.2.   Il-forza tat-trazzjoni għandha tiġi applikata f'angolu ta' 10° ± 5° 'il fuq mill-orizzontali fi pjan parallel għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

Għandha tiġi applikata tagħbija minn qabel ta' 10 fil-mija b'tolleranza ta' ± 30 fil-mija tat-tagħbija fil-mira; it-tagħbija għandha tiġi miżjuda għal 100 fil-mija tat-tagħbija rilevanti fil-mira.

6.3.3.   L-applikazzjoni sħiħa tat-tagħbija għandha tintlaħaq kemm jista' jkun malajr, u f'ħin massimu ta' applikazzjoni ta' tagħbija ta' 60 sekonda.

Madankollu, il-manifattur jista' jitlob li l-applikazzjoni tat-tagħbija tintlaħaq f'4 sekondi.

L-ankraġġi taċ-ċinturin iridu jifilħu t-tagħbija speċifikata għal mhux inqas minn 0,2 sekonda.

6.3.4.   L-apparati ta' trazzjoni li għandhom jintużaw fit-testijiet li ġew deskritti fil-paragrafu 6.4 ta' aktar 'l isfel jintwerew fl-Anness 5. L-apparati murija fil-Grafika 1 tal-Anness 5 jitqiegħdu fuq il-kuxxin tas-sit imbagħad, meta jkun possibbli, jiġu mbuttati lura fid-dahar tas-sit filwaqt li ċ-ċinga taċ-ċinturin tiġi ssikkata madwaru. L-apparat muri fil-Grafika 2 tal-Anness 5 jitqiegħed fil-pożizzjoni tiegħu, biċ-ċinga taċ-ċinturin tkun imwaħħla fuq l-apparat u ssikkata. Waqt din l-operazzjoni m'għandha tiġi introdotta l-ebda tagħbija minn qabel fl-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza lil hinn mill-minimu meħtieġ għall-ippożizzjonar korrett tal-apparat tat-test.

L-apparat ta' trazzjoni ta' jew 254 mm jew 406 mm li jintuża f'kull pożizzjoni bilqiegħda għandu jkun tali li l-wisa' tiegħu jkun kemm jista' jkun qrib tad-distanza bejn l-ankraġġi ta' isfel.

Il-pożizzjoni tal-apparat ta' trazzjoni għandha tevita kwalunkwe influwenza reċiproka matul it-test tal-ġbid li taffettwa b'mod avvers it-tagħbija u d-distribuzzjoni tat-tagħbiji.

6.3.5.   L-ankraġġi taċ-ċinturin għas-sits li għalihom jiġu pprovduti ankraġġi ta' fuq taċ-ċinturin għandhom jiġu ttestjati fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

6.3.5.1.

Is-sits ta' quddiem fuq in-naħa ta' barra:

L-ankraġġi taċ-ċinturin għandhom jitressqu għat-test preskritt fil-paragrafu 6.4.1. fejn it-tagħbiji jiġu trażmessi lilhom permezz ta' apparat li jirriproduċi l-ġeometrija ta' ċinturin bi tliet ankraġġi mgħammar b'ritrattatur li jkollu taljola jew gwida taċ-ċinga fl-ankraġġ ta' fuq taċ-ċinturin. Barra minn hekk, jekk in-numru ta' ankraġġi jkun akbar minn dak preskritt fil-paragrafu 5.3, dawn l-ankraġġi għandhom jiġu soġġetti għat-test li ġie speċifikat fil-paragrafu 6.4.5, fejn it-tagħbiji għandhom jiġu trażmessi lill-ankraġġi permezz ta' apparat li jirriproduċi l-ġeometrija tat-tip ta' ċinturin tas-sikurezza maħsub biex ikun marbut magħhom.

6.3.5.1.1.

Fil-każ fejn ir-ritrattatur ma jkunx imwaħħal mal-ankraġġ ta' isfel taċ-ċinturin fuq in-naħa ta' barra meħtieġ jew fil-każ fejn ir-ritrattatur jkun imwaħħal mal-ankraġġ ta' fuq taċ-ċinturin, l-ankraġġi ta' isfel taċ-ċinturin ukoll għandhom jitressqu għat-test preskritt fil-paragrafu 6.4.3.

6.3.5.1.2.

Jekk il-manifattur jitlob dan, fil-każ li ssemma hawn fuq, it-testijiet preskritti fil-paragrafi 6.4.1 u 6.4.3 jistgħu jitwettqu fuq żewġ strutturi differenti.

6.3.5.2.

Is-sits ta' wara fuq in-naħa ta' barra u s-sits ċentrali kollha:

L-ankraġġi taċ-ċinturin għandhom ikunu soġġetti għat-test preskritt fil-paragrafu 6.4.2 fejn it-tagħbiji jiġu trażmessi lilhom permezz ta' apparat li jirriproduċi l-ġeometrija ta' ċinturin tas-sikurezza bi tliet ankraġġi mingħajr ritrattatur, u għat-test preskritt fil-paragrafu 6.4.3, fejn it-tagħbiji jiġu trażmessi liż-żewġ ankraġġi ta' isfel taċ-ċinturin permezz ta' apparat li jirriproduċi l-ġeometrija ta' ċinturin ta' fuq il-ħoġor. Jekk il-manifattur jitlob dan, iż-żewġ testijiet jistgħu jitwettqu fuq żewġ strutturi differenti.

6.3.5.3.

Meta manifattur iforni l-vettura tiegħu b'ċinturini tas-sikurezza, l-ankraġġi korrispondenti taċ-ċinturin, fuq it-talba tal-manifattur, jistgħu jitressqu biss għal test fejn it-tagħbiji jiġu trażmessi lilhom permezz ta' apparat li jirriproduċi l-ġeometrija tat-tip ta' ċinturini li għandhom jitwaħħlu ma' dawn l-ankraġġi.

6.3.6.   Jekk għas-sits fuq in-naħa ta' barra u għas-sits ċentrali ma jkun ipprovdut l-ebda ankraġġ ta' fuq taċ-ċinturin, l-ankraġġi ta' isfel taċ-ċinturin għandhom jitressqu għat-test preskritt fil-paragrafu 6.4.3, fejn it-tagħbiji jiġu trażmessi lil dawn l-ankraġġi permezz ta' apparat li jirriproduċi l-ġeometrija ta' ċinturin ta' fuq il-ħoġor.

6.3.7.   Jekk il-vettura hija ddisinjata biex taċċetta apparati oħra li ma jħallux li ċ-ċineg jitwaħħlu direttament mal-ankraġġi taċ-ċinturin mingħajr dawwara li jintervjenu eċċ, jew li teħtieġ ankraġġi taċ-ċinturin supplimentari għal dawk li jissemmew fil-paragrafu 5.3, iċ-ċinturin tas-sikurezza jew arranġament ta' wajers, ta' dwawar, eċċ, li jirrappreżenta l-apparat taċ-ċinturin tas-sikurezza, għandu jitwaħħal b'apparat bħal dan mal-ankraġġi taċ-ċinturin fil-vettura u l-ankraġġi taċ-ċinturin għandhom ikunu soġġetti għat-testijiet li ġew preskritti fil-paragrafu 6.4, kif inhu xieraq.

6.3.8.   Jista' jintuża metodu tat-test li mhux dak preskritt fil-paragrafu 6.3, imma trid tingħata evidenza li huwa ekwivalenti.

6.4.   Ir-rekwiżiti partikolari tat-test għall-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sit

6.4.1.   It-test f'konfigurazzjoni ta' ċinturin bi tliet ankraġġi li jinkorpora ritrattatur li jkollu taljola jew gwida taċ-ċinga fl-ankraġġ ta' fuq taċ-ċinturin

6.4.1.1.   Taljola jew gwida speċjali għall-wajer jew ċinga addattata biex tkun trażmessa t-tagħbija mill-apparat ta' trazzjoni, jew it-taljola jew il-gwida taċ-ċinga fornuta mill-manifattur għandha titwaħħal mal-ankraġġ ta' fuq taċ-ċinturin.

6.4.1.2.   Għandha tiġi applikata tagħbija tat-test ta' 1 350 daN ± 20 daN ma' apparat ta' trazzjoni (ara l-Grafika 2 tal-Anness 5) imwaħħal mal-ankraġġi taċ-ċinturin tal-istess ċinturin, permezz ta' apparat li jirriproduċi l-ġeometrija taċ-ċinga ta' fuq tat-torso ta' ċinturin tas-sikurezza bħal dan. Fil-każ ta' vetturi ta' kategoriji li mhumiex l-M1 u N1, it-tagħbija tat-test għandha tkun ta' 675 ± 20 daN, ħlief għall-vetturi tal-kategoriji M3 and N3 fejn it-tagħbija tat-test għandha tkun ta' 450 ± 20 daN.

6.4.1.3.   Fl-istess ħin, għandha tiġi applikata forza ta' trazzjoni ta' 1 350 daN ± 20 daN fuq apparat ta' trazzjoni (ara l-Grafika 1 tal-Anness 5) imwaħħal maż-żewġ ankraġġi ta' isfel taċ-ċinturin. Fil-każ ta' vetturi ta' kategoriji li mhumiex l-M1 u N1, it-tagħbija tat-test għandha tkun ta' 675 ± 20 daN, ħlief għall-vetturi tal-kategoriji M3 and N3 fejn it-tagħbija tat-test għandha tkun ta' 450 ± 20 daN.

6.4.2.   It-test b'konfigurazzjoni ta' ċinturin bi tliet ankraġġi mingħajr ritrattatur jew b'ritrattatur fl-ankraġġ ta' fuq taċ-ċinturin

6.4.2.1.   Għandha tiġi applikata tagħbija tat-test ta' 1 350 daN ± 20 daN fuq apparat ta' trazzjoni (ara l-Grafika 2 tal-Anness 5) imwaħħal mal-ankraġġ ta' fuq taċ-ċinturin u mal-ankraġġ ta' isfel oppost taċ-ċinturin tal-istess ċinturin billi jintuża, jekk ikun fornut mill-manifattur, ritrattatur imwaħħal fuq l-ankraġġ ta' fuq taċ-ċinturin. Fil-każ ta' vetturi ta' kategoriji li mhumiex l-M1 u N1, it-tagħbija tat-test għandha tkun ta' 675 ± 20 daN, ħlief għall-vetturi tal-kategoriji M3 and N3 fejn it-tagħbija tat-test għandha tkun ta' 450 ± 20 daN.

6.4.2.2.   Fl-istess ħin, għandha tiġi applikata forza ta' trazzjoni ta' 1 350 daN ± 20 daN fuq apparat ta' trazzjoni (ara l-Grafika 1 tal-Anness 5) imwaħħal mal-ankraġġi ta' isfel taċ-ċinturin. Fil-każ ta' vetturi ta' kategoriji li mhumiex l-M1 u N1, it-tagħbija tat-test għandha tkun ta' 675 ± 20 daN, ħlief għall-vetturi tal-kategoriji M3 and N3 fejn it-tagħbija tat-test għandha tkun ta' 450 ± 20 daN.

6.4.3.   It-test b'konfigurazzjoni ta' ċinturin ta' fuq il-ħoġor

Għandha tiġi applikata tagħbija tat-test ta' 2 225 daN ± 20 daN fuq apparat ta' trazzjoni (ara l-Grafika 1 tal-Anness 5) imwaħħal maż-żewġ ankraġġi ta' isfel taċ-ċinturin. Fil-każ ta' vetturi ta' kategoriji li mhumiex l-M1 u N1, it-tagħbija tat-test għandha tkun ta' 1 110 ± 20 daN, ħlief għall-vetturi tal-kategoriji M3 and N3 fejn it-tagħbija tat-test għandha tkun ta' 740 ± 20 daN.

6.4.4.   It-test għall-ankraġġi taċ-ċinturin li jinsabu għalkollox fl-istruttura tas-sit jew mifruxa bejn l-istruttura tal-vettura u l-istruttura tas-sit

6.4.4.1.   Għandu jitwettaq, kif inhu xieraq, it-test li ġie speċifikat fil-paragrafi 6.4.1, 6.4.2 u 6.4.3 ta' aktar 'il fuq, fejn fl-istess ħin għal kull sit jew għal kull grupp ta' sits tiġi applikata forza kif ġie ddikjarat aktar 'l isfel.

6.4.4.2.   It-tagħbiji li ġew indikati fil-paragrafi 6.4.1, 6.4.2 u 6.4.3 ta' aktar 'il fuq għandhom jiġu kkomplimentati minn forza daqs 20 darba l-massa tas-sit komplut. It-tagħbija tal-inerzja għandha tiġi applikata fuq is-sit jew fuq il-partijiet rilevanti tas-sit li tikkorrispondi għall-effett fiżiku tal-massa tas-sit ikkonċernat għall-ankraġġi tas-sit. Id-determinazzjoni tat-tagħbija applikata jew tat-tagħbiji applikati addizzjonali u d-distribuzzjoni tat-tagħbiji għandhom isiru mill-manifattur u jkunu approvati mis-Servizz Tekniku.

Fil-każ ta' vetturi fil-kategoriji M2 u N2, din il-forza trid tkun daqs 10 darbiet il-massa tas-sit komplut; għall-kategoriji M3 u N3 għandha tkun daqs 6.6 darbiet il-massa tas-sit komplut.

6.4.5.   It-test b'konfigurazzjoni ta' ċinturin ta' tip speċjali

6.4.5.1.   Għandha tiġi applikata tagħbija tat-test ta' 1 350 ± 20 daN fuq apparat ta' trazzjoni (ara l-Grafika 2 tal-Anness 5) imwaħħal mal-ankraġġi ta' ċinturin ta' ċinturin tas-sikurezza bħal dan permezz ta'apparat li jirriproduċi l-ġeometrija taċ-ċinga jew taċ-ċineg ta' fuq tat-torso.

6.4.5.2.   Fl-istess ħin, għandha tiġi applikata forza ta' trazzjoni ta' 1 350 ± 20 daN fuq apparat ta' trazzjoni (ara l-Grafika 3 tal-Anness 5) imwaħħal maż-żewġ ankraġġi ta' isfel taċ-ċinturin.

6.4.5.3.   Fil-każ ta' vetturi ta' kategoriji li mhumiex l-M1 u N1, din it-tagħbija tat-test għandha tkun ta' 675 ± 20 daN, ħlief għall-vetturi tal-kategoriji M3 and N3 fejn it-tagħbija tat-test għandha tkun ta' 450 ± 20 daN.

6.4.6.   It-test fil-każ tas-sits li jħarsu lura

6.4.6.1.   Il-punti ta' ankraġġi għandhom jiġu ttestjati skont il-forzi preskritti fil-paragrafi 6.4.1, 6.4.2 jew 6.4.3, kif inhu xieraq. F'kull każ, it-tagħbija tat-test għandha tikkorrispondi għat-tagħbija preskritta għall-vetturi tal-kategoriji M3 jew N3.

6.4.6.2.   It-tagħbija tat-test għandha tkun diretta 'l quddiem b'relazzjoni għall-pożizzjoni bilqiegħda kkonċernata, li tikkorrispondi għall-proċedura preskritta fil-paragrafu 6.3.

6.4.7.   It-test fil-każ tas-sits li jħarsu laġenba

6.4.7.1.   Il-punti ta' ankraġġ għandhom jiġu ttestjati f'konformità mal-forzi preskritti fil-paragrafu 6.4.3, għal vetturi M3.

6.4.7.2.   It-tagħbija tat-test għandha tkun diretta 'l quddiem b'relazzjoni mal-vettura, u dan jikkorrispondi għall-proċedura preskritta fil-paragrafu 6.3. Fil-każ li s-sits orjentati laġenba jkunu ragruppati flimkien fuq struttura bażika, il-punti ta' ankraġġ taċ-ċinturini ta' sikurezza ta' kull pożizzjoni bilqiegħda fil-grupp għandhom jiġu ttestjati separatament. Barra minn hekk, l-istruttura bażika għandha tiġi ttestjata kif provdut fil-paragrafu 6.4.8.

6.4.7.3.   Apparat ta' trazzjoni adattat għall-ittestjar tas-sits orjentati laġenba jidher fil-Grafika 1b tal-Anness 5.

6.4.8.   Test għall-istruttura bażika tas-sits li jħarsu laġenba

6.4.8.1.   L-istruttura bażika ta' sit li jħares laġenba jew grupp ta' sits li jħarsu laġenba għandha tiġi ttestjata f'konformità mal-forzi preskritti fil-paragrafu 6.4.3, għal vetturi M3.

6.4.8.2.   It-tagħbija tat-test għandha tkun diretta 'l quddiem b'relazzjoni mal-vettura, u dan jikkorrispondi għall-proċedura preskritta fil-paragrafu 6.3. Fil-każ li s-sits orjentati laġenba jkunu ragruppati flimkien, l-istruttura bażika, għandha tiġi ttestjata simultanjament għal kull pożizzjoni bilqiegħda fil-grupp.

6.4.8.3.   Il-punt tal-applikazzjoni tal-forzi preskritti fil-paragrafi 6.4.3 u 6.4.4. għandu jkun qrib kemm jista' jkun għall-punt-H u fuq il-linja definita mill-pjan orizzontali u pjan vertikali trasversali għaddej minn ġewwa l-Punt-H ta' kull pożizzjoni bilqiegħda.

6.5.   Fil-każ ta' grupp ta' sits kif ġie deskritt fil-paragrafu 1 tal-Anness 7, jista' jitwettaq it-test dinamiku tal-Anness 7, skont kif jagħżel il-manifattur tal-karozza, bħala alternattiva għat-test statiku preskritt fil-paragrafi 6.3 u 6.4.

6.6.   Ir-rekwiżiti tat-test statiku.

6.6.1.   Is-saħħa tas-sistemi ta' ankraġġ ISOFIX għandhom jiġu ttestjati billi jiġu applikati l-forzi, kif ġie preskritt fil-paragrafu 6.6.4.3, fuq l-apparat għall-applikazzjoni ta' forza statika (SFAD) biż-żjidiet ISOFIX ingaġġjati sew.

F'każ ta' ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX għandu jitwettaq test addizzjonali kif ġie preskritt fil-paragrafu 6.6.4.4.

F'każ ta' pożizzjoni bilqiegħda i-Size, għandu jsir test addizzjonali fuq is-sieq ta' appoġġ, kif ġie deskritt fil-paragrafu 6.6.4.5.

Il-pożizzjonijiet ISOFIX kollha u/jew pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size tal-istess ringiela ta' sits, li jistgħu jintużaw fl-istess ħin, għandhom jiġu ttestjati fl-istess ħin.

6.6.2.   It-test jista' jitwettaq jew fuq vettura kompluta minn kollox jew fuq partijiet biżżejjed tal-vettura sabiex ikunu rappreżentattivi tas-saħħa u tar-riġidità tal-istruttura tal-vettura.

It-twieqi u l-bibien jistgħu jkunu mwaħħla jew le u magħluqa jew le.

Jista' jitwaħħal kwalunkwe tagħmir normalment ipprovdut u li huwa probbabli li jikkontribwixxi għall-istruttura tal-vettura.

It-test jista' jkun ristrett għall-pożizzjoni ISOFIX jew i-Size li tkun relatata ma' sit wieħed biss jew ma' grupp ta' sits wieħed biss bil-kundizzjoni li:

(a)

Il-pożizzjoni ISOFIX jew i-Size ikkonċernata jkollha l-istess karatteristiċi strutturali bħal-pożizzjoni ISOFIX jew i-Size li tkun relatata mas-sits jew mal-gruppi ta' sits l-oħra u,

(b)

Fejn pożizzjonijiet ISOFIX jew i-Size bħal dawn ikunu armati totalment jew parzjalment fuq is-sit jew fuq il-grupp ta' sits, il-karatteristiċi strutturali tas-sit jew tal-grupp ta' sits jew tal-art fil-każ ta' pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size ikunu l-istess bħal dawk għas-sits jew għall-gruppi ta' sits l-oħra.

6.6.3.   Jekk is-sits u t-trażżin għar-ras ikunu aġġustabbli, għandhom ikunu ttestjati fil-pożizzjoni li ġiet iddefinita mis-servizz tekniku fil-medda limitata preskritta mill-manifattur tal-karozza kif inhu pprovdut fl-Appendiċi 3 tal-Anness 17 tar-Regolament Nru 16.

6.6.4.   Il-forzi, id-direzzjonijiet u l-limiti ta' ċaqliq.

6.6.4.1.   Għandha tiġi applikata forza ta' 135 N ± 15 N fuq iċ-ċentru tat-traversa ta' isfel ta' quddiem l-SFAD sabiex tkun aġġustata l-pożizzjoni quddiem-wara tal-estensjoni lura tal-SFAD sabiex titneħħa kwalunkwe parti laxka jew tensjoni bejn l-SFAD u l-appoġġ tiegħu.

6.6.4.2.   Il-forzi għandhom jiġu applikati fuq l-apparat għall-applikazzjoni ta' forza statika (SFAD) f'direzzjoni 'l quddiem u oblikwa skont it-Tabella 1.

Tabella 1

Id-direzzjonijiet tal-forzi tat-test

'Il quddiem

0° ± 5°

8 kN ± 0,25 kN

Oblikwa

75° ± 5° (fuq iż-żewġ naħat tal-linja dritta 'il quddiem, inkella l-agħar każ, jew jekk iż-żewġ naħat huma simetriċi, naħa waħda biss)

5 kN ± 0,25 kN

Jekk il-manifattur jitlob dan, kull wieħed minn dawn it-testijiet jista' jitwettaq fuq strutturi differenti.

Il-forzi fid-direzzjoni 'l quddiem għandhom jiġu applikati b'angolu ta' applikazzjoni tal-forza inizjali ta' 10 ± 5° 'il fuq mil-linja orizzontali. Il-forzi oblikwi għandhom jiġu applikati orizzontalment 0° ± 5°. Għandha tiġi applikata forza ta' tagħbija minn qabel ta' 500 N ± 25 N fil-punt X preskritt tat-tagħbija li ġie indikat fil-Grafika 2 tal-Anness 9. L-applikazzjoni sħiħa tat-tagħbija għandha tintlaħaq kemm jista' jkun malajr, u f'ħin massimu ta' applikazzjoni ta' tagħbija ta' 30 sekonda. Madankollu, il-manifattur jista' jitlob li l-applikazzjoni tat-tagħbija tintlaħaq f'2 sekondi. Il-forza għandha tinżamm għal perjodu minimu ta' 0,2 s.

Il-kejl kollu għandu jsir skont l-ISO 6487 b'CFC ta' 60 Hz jew bi kwalunkwe metodu ekwivalenti.

6.6.4.3.   It-testijiet tas-sistema ta' ankraġġi ISOFIX biss:

6.6.4.3.1.

It-test tal-forza f'direzzjoni 'l quddiem:

Iċ-ċaqliq orizzontali lonġitudinali (wara tagħbija minn qabel) tal-punt X tas-SFAD matul l-applikazzjoni tal-forza ta' 8 kN ± 0,25 kN għandu jkun limitat għal 125 mm u deformazzjoni permanenti, inkluż ftuq jew ksur parzjali ta' kwalunkwe ankraġġ baxx ISOFIX jew taż-żona tal-madwar m'għandiex tikkostitwixxi falliment jekk il-forza meħtieġa tkun sostnuta għall-ħin speċifikat.

6.6.4.3.2.

It-test tal-forza f'direzzjoni oblikwa:

Iċ-ċaqliq fid-direzzjoni tal-forza (wara tagħbija minn qabel) tal-punt X tas-SFAD matul l-applikazzjoni tal-forza ta' 5 kN ± 0,25 kN għandu jkun limitat għal 125 mm u deformazzjoni permanenti inkluż ftuq jew ksur parzjali ta' kwalunkwe ankraġġ baxx ISOFIX jew taż-żona tal-madwar m'għandiex tikkostitwixxi falliment jekk il-forza meħtieġa tkun sostnuta għall-ħin speċifikat.

6.6.4.4.   It-test tas-sistemi ta' ankraġġi ISOFIX u tal-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX:

Trid tiġi applikata tagħbija minn qabel tat-tensjoni ta' 50 N ± 5 N bejn is-SFAD u l-ankraġġ tal-irbit ta' fuq. Iċ-ċaqliq orizzontali (wara tagħbija minn qabel) tal-punt X matul l-applikazzjoni tal-forza ta' 8 kN ± 0,25 kN għandu jkun limitat għal 125 mm u deformazzjoni permanenti, inkluż ftuq jew ksur parzjali ta' kwalunkwe ankraġġ baxx ISOFIX u tal-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX, jew taż-żona tal-madwar m'għandiex tikkostitwixxi falliment jekk il-forza meħtieġa tkun sostnuta għall-ħin speċifikat.

Tabella 2

Il-limiti taċ-ċaqliq

Id-direzzjoni tal-forza

Iċ-ċaqliq massimu tal-punt X tas-SFAD

'Il quddiem

125 mm lonġitudinali

Oblikwu

125 mm fid-direzzjoni tal-forza

6.6.4.5.   Test għall-pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size

Minbarra t-testijiet speċifikati fil-paragrafi 6.6.4.3 u 6.6.4.4, għandu jsir test b'apparat modifikat għall-applikazzjoni tat-tagħbija, li jikkonsisti f'SFAD u jinkludi sonda tat-test għas-sieq ta' appoġġ kif definita fil-Grafika 3 tal-Anness 10. L-apparat tat-test tas-sieq ta' appoġġ għandu jiġi aġġustat, fit-tul u fil-wisa' sabiex tiġi vvalutata s-superfiċje ta' kuntatt tal-art tal-vettura, kif definit fil-paragrafu 5.2.5.2. (ara wkoll il-Grafiki 1 u 2 tal-Anness 10 ta' dan ir-Regolament) L-għoli tal-apparat tat-test tas-sieq ta' appoġġ għandu jiġi aġġustat b'tali mod li l-qiegħ tal-apparat tat-test tas-sieq ta' apoġġ ikun f'kuntatt mas-superfiċje ta' fuq tal-art tal-vettura. Fil-każ ta' aġġustament inkrementali tal-għoli, għandha tintagħżel l-ewwel pożizzjoni li fiha s-sieq tistrieħ b'mod stabbli mal-art; fil-każ ta' aġġustament mhux inkrementali/kontinwu tal-għoli tal-apparat tat-test tas-sieq ta' appoġġ, l-angolu tax-xengil tal-SFAD għandu jiżdied b'1,5 +/– 0,5 gradi minħabba l-aġġustament għall-għoli tal-apparat tat-test tas-sieq ta' appoġġ.

Iċ-ċaqliq orizzontali (wara tagħbija minn qabel) tal-punt X tal-SFAD matul l-applikazzjoni tal-forza ta' 8 kN ± 0,25 kN għandu jkun limitat għal 125 mm u deformazzjoni permanenti, inkluż ftuq jew ksur parzjali ta' kwalunkwe ankraġġ baxx ISOFIX u s-superfiċje ta' kuntatt tal-art tal-vettura, jew taż-żona tal-madwar m'għandiex tikkostitwixxi falliment jekk il-forza meħtieġa tkun sostnuta għall-ħin speċifikat.

6.6.5.   Forzi addizzjonali.

6.6.5.1.   Il-forzi tal-inerzja tas-sit.

Għall-pożizzjoni ta' installazzjoni fejn it-tagħbija tiġi trasferita fl-assemblaġġ tas-sit tal-vettura, u mhux direttament fl-istruttura tas-sit, għandu jitwettaq test sabiex ikun żgurat li s-saħħa tal-ankraġġi tas-sit tal-vettura mal-istruttura tal-vettura tkun biżżejjed. F'dan it-test, forza daqs 20 darba l-massa tal-partijiet rilevanti tal-assemblaġġ tas-sit għandha tkun applikata orizzontalment u lonġitudinalment f'direzzjoni 'l quddiem lis-sit jew lill-parti rilevanti tal-assemblaġġ tas-sit li tikkorrispondi għall-effett fiżiku tal-massa tas-sit ikkonċernat għall-ankraġġi tas-sit. Id-determinazzjoni tat-tagħbija applikata jew tat-tagħbiji applikati addizzjonali u d-distribuzzjoni tat-tagħbiji għandhom isiru mill-manifattur u jkunu approvati mis-Servizz Tekniku.

Fuq it-talba tal-manifattur, it-tagħbija addizzjonali tista' tiġi applikata fil-punt X tas-SFAD matul it-testijiet statitiċi li ġew deskritti aktar 'il fuq.

Jekk l-ankraġġ tal-irbit ta' fuq jkun integrat mas-sit tal-vettura, dan it-test għandu jitwettaq biċ-ċinga tal-irbit ta' fuq ISOFIX.

M'għandu jkun hemm l-ebda ksur u jridu jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' ċaqliq mogħtija fit-Tabella 2.

Nota: Dan it-test m'għandux għalfejn jitwettaq f'każ li kwalunkwe ankraġġ tas-sistema taċ-ċinturin tas-sikurezza tal-vettura jkun integrat mal-istruttura tas-sit tal-vettura, u s-sit tal-vettura jkun diġà ġie ttestjat u approvat bħala li jissodisfa t-testijiet tat-tagħbija tal-ankraġġ meħtieġa minn dan ir-Regolament għal trażżin għal passiġġier adult.

7.   SPEZZJONI TAL-ANKRAĠĠI TAĊ-ĊINTURINI TAS-SIKUREZZA MATUL U WARA T-TESTIJIET STATIĊI

7.1.   L-ankraġġi kollha għandhom ikunu kapaċi jifilħu t-test preskritt fil-paragrafi 6.3 u 6.4. Id-deformazzjoni permanenti, inkluż ftuq jew ksur parzjali ta' kwalunkwe ankraġġ jew taż-żona tal-madwar, m'għandiex tikkostitwixxi falliment jekk il-forza meħtieġa tkun sostnuta għall-ħin speċifikat. Matul it-test, għandhom jiġu rrispettati l-ispazji minimi għall-ankraġġi effettivi ta' isfel taċ-ċinturin li ġew speċifikati fil-paragrafu 5.4.2.5 u r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.4.3.6. għall-ankraġġi effettivi ta' fuq taċ-ċinturin.

7.1.1.   Għall-vetturi tal-kategorija M1 ta' massa totali permissibbli li ma taqbiżx it-2,5 tunnellati metriċi, waqt it-test l-ankraġġ ta' fuq taċ-ċinturin tas-sikurezza, jekk ikun imwaħħal mal-istruttura tas-sit, m'għandux jiġi spostat 'il quddiem minn pjan trażversali li jgħaddi mill-punti R u C tas-sit ikkonċernat (ara l-Grafika 1 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament).

Għall-vetturi li mhumiex dawk li ssemmew aktar 'il fuq, matul it-test l-ankraġġ effettiv ta' fuq taċ-ċinturin tas-sikurezza m'għandux jiġi spostat 'il quddiem ta' pjan trażversali inklinat 10° f'direzzjoni 'l quddiem u li jgħaddi mill-punt R tas-sit.

L-ispostament massimu tal-punt tal-ankraġġ effettiv ta' fuq għandu jitkejjel matul it-test.

Jekk l-ispostament tal-punt tal-ankraġġ effettiv ta' fuq jaqbeż il-limitu li ssemma aktar 'il fuq, il-manifattur għandu juri, għas-sodisfazzjon tas-servizz tekniku, li m'hemm l-ebda periklu għall-okkupant. Pereżempju, il-proċedura tat-test tista' titwettaq skont ir-Regolament Nru 94 jew jista' jitwettaq test fuq slitta b'polz korrispondenti sabiex jintwera li hemm spazju biżżejjed għas-sopravivenza.

7.2.   F'vetturi fejn jintużaw apparati bħal dawn, l-apparati ta' spostament u li jillokkjaw li jippermettu li l-okkupanti tas-sits kollha jħallu l-vettura xorta jridu jkunu jistgħu jitħaddmu bl-id wara li tkun tneħħiet il-forza ta' trazzjoni.

7.3.   Wara l-ittestjar, kwalunkwe ħsara lill-ankraġġi u lill-istrutturi li jappoġġjaw it-tagħbija matul it-testijiet għandha tkun innotata.

7.4.   B'deroga, l-ankraġġi ta' fuq imwaħħla ma' sit wieħed jew aktar tal-vetturi tal-kategorija M3 u dawk tal-kategorija M2 b'massa massima li taqbeż it-3,5 tunnellati metriċi, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 80, m'hemmx għalfejn jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.1 li jikkonċernaw il-konformità mal-paragrafu 5.4.3.6.

8.   MODIFIKI U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA' VETTURA

8.1.   Kull modifika għat-tip ta' vettura għandha tkun innotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li jkun approva t-tip ta' vettura. L-awtorità mbagħad tista':

8.1.1.

Tqis li l-modifiki li saru mhux probabbli li se jkollhom effettiv negattiv sew u li jkun xi jkun il-każ il-vettura xorta tikkonforma mar-rekwiżiti; jew

8.1.2.

Tesiġi rapport ġdid ta' test mis-servizz tekniku inkarigat li jagħmel it-testijiet.

8.2.   Il-konferma jew ir-rifjut ta' approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-alterazzjonijiet, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura li ġiet speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta' aktar 'il fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

8.3.   L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni ta' approvazzjoni għandha tassenja numru ta' serje għal estensjoni bħal din u għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

9.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma' dawk li ġew stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

9.1.

Kull vettura li jkollha fuqha marka ta' approvazzjoni kif ġie preskritt skont dan ir-Regolament għandha tikkonforma mat-tip ta' vettura approvat rigward id-dettalji li jaffettwaw il-karatteristiċi tal-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza u tas-sistema ta' ankraġġi ISOFIX u tal-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX.

9.2.

Sabiex tkun ivverifikata l-konformità kif ġie preskritt fil-paragrafu 9.1 ta' aktar 'il fuq, numru biżżejjed ta' vetturi prodotti f'serje, li jkollhom fuqhom il-marka ta' approvazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament, għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli każwali.

9.3.

Bħala regola ġenerali, kif intqal aktar 'il fuq, il-kontrolli għandhom ikunu limitati għat-teħid tal-qisien. Madankollu, jekk ikun meħtieġ, il-vetturi għandhom ikunu soġġetti għal uħud mit-testijiet li ġew deskritti fil-paragrafu 6 ta' aktar 'il fuq, li ntgħażlu mis-servizz tekniku li jwettaq it-testijiet ta' approvazzjoni.

10.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

10.1.   L-approvazzjoni mogħtija rigward tip ta' vettura skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 9.1 ta' aktar 'il fuq jew jekk l-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza tagħha jew is-sistema ta' ankraġġi ISOFIX u l-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX ma jirnexxilhomx jgħaddu mill-kontrolli preskritti fil-paragrafu 9 ta' aktar 'il fuq.

10.2.   Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha minnufih tinnotifika b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

11.   STRUZZJONIJIET TAT-TĦADDIM

L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jeħtieġu li l-manifatturi tal-vetturi reġistrati minnhom jiddikjaraw b'mod ċar fl-istruzzjonijiet għat-tħaddim tal-vettura

11.1.   Fejn jinsabu l-ankraġġi; kif ukoll

11.2.   Għal liema tipi ta' ċinturini huma maħsuba l-ankraġġi (ara l-punt 5 tal-Anness 1).

12.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox milli jimmanifattura tip ta' ankraġġi taġ-ċinturin tas-sikurezza jew tip ta' sistema ta' ankraġġi ISOFIX u ta' ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX li ġie approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b'dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim tal-1958, li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

13.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li joħorġu l-approvazzjoni u li jintbagħtulhom il-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda, ir-rifjut, l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.

14.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

14.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 06 ta' emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m'għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje 06 ta' emendi.

14.2.   Minn sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ tas-serje 06 ta' emendi għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet tat-tip KEE biss jekk ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 06 ta' emendi, jiġu ssodisfati.

14.3.   Minn 7 snin wara d-dħul fis-seħħ tas-serje 06 ta' emendi għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet li ma ngħatawx skont is-serje 06 ta' emendi għal dan ir-Regolament. Madankollu, l-approvazzjonijiet eżistenti tal-kategoriji tal-vetturi li mhumiex affettwati mis-serje 06 ta' emendi għal dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettawhom.

14.4.   Għal vetturi li mhumiex affettwati mill-paragrafu 7.1.1 ta' aktar 'il fuq, l-approvazzjonijiet mogħtija skont is-serje 04 ta' emendi għal dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi.

14.5.   Għal vetturi li mhumiex affettwati mis-Suppliment 4 tas-serje 05 ta' emendi għal dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi l-approvazzjonijiet eżistenti, jekk ingħataw skont is-serje 05 ta' emendi, sas-Suppliment 3 tagħha.

14.6.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 5 għas-serje 05 ta' emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m'għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet KEE skont dan ir-Regolament kif ġie mmodifikat mis-Suppliment 5 tas-serje 05 ta' emendi.

14.7.   Għal vetturi li mhumiex affettwati mis-Suppliment 5 tas-serje 05 ta' emendi għal dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi l-approvazzjonijiet eżistenti, jekk ingħataw skont is-serje 05 ta' emendi, sas-Suppliment 3 tagħha.

14.8.   Mill-20 ta' Frar 2005 għall-vetturi tal-kategorija M1, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, kif emendat mis-Suppliment 5 tas-serje 05 ta' emendi, jiġu ssodisfati.

14.9.   Mill-20 ta' Frar 2007 għall-vetturi tal-kategorija M1, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu approvazzjonijiet li ma ngħatawx skont is-Suppliment 5 tas-serje 05 ta' emendi għal dan ir-Regolament.

14.10.   Mis-16 ta' Lulju 2006 għall-vetturi tal-kategorija N, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjoni biss jekk it-tip ta' vettura jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, kif emendat mis-Suppliment 5 għas-serje 05 ta' emendi.

14.11.   Mis-16 ta' Lulju 2008 għall-vetturi tal-kategorija N, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu approvazzjonijiet li ma ngħatawx skont is-Suppliment 5 tas-serje 05 ta' emendi għal dan ir-Regolament.

14.12.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 07 ta' emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m'għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje 07 ta' emendi.

14.13.   Minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 07 ta' emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament ikunu ssodisfati, kif emendat mis-serje 07 ta' emendi.

14.14.   Minn 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 07, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet li ma ngħatawx skont is-serje 07 ta' emendi għal dan ir-Regolament.

14.15.   Minkejja l-paragrafi 14.13 u 14.14, l-approvazzjonijiet tal-kategoriji tal-vetturi għas-serje preċedenti ta' emendi fir-Regolament li mhumiex affettwati mis-serje 07 ta' emendi għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettawhom.

14.16.   Sakemm ma jkunx hemm rekwiżiti li jikkonċernaw it-twaħħil obbligatorju tal-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza għas-sits li jingħalqu fir-rekwiżiti nazzjonali tagħhom fiż-żmien tal-adeżjoni ma' dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jkomplu jippermettu li ma jsirx dan it-twaħħil għall-finijiet tal-approvazzjoni nazzjonali u f'dan il-każ dawn il-kategoriji ta' xarabankijiet ma tistax tinħarġilhom approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament.

14.17.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 2 tas-serje 07 ta' emendi, l-ebda Parti Kontraenti li qed tapplika dan ir-Regolament m'għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni tat-tip taħt dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 2 tas-serje 07 ta' emendi.

14.18.   Minn 12-il xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 2 tas-serje 07 ta' emendi, l-ebda Parti Kontraenti li qed tapplika dan ir-Regolament m'għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni tat-tip taħt dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 2 tas-serje 07 ta' emendi.

14.19.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma jistgħux jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjonijiet, anke jekk is-Suppliment 2 tas-serje 07 ta' emendi ma jkunx ġie ssodisfat.


(1)  Kif iddefinit fir-riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, paragrafu 2.

(2)  In-numri ta' distinzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 qed jerġa' jingħata fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.3.

(3)  Potenza massima (nominali) tfisser il-potenza tal-magna f'kW (ECE) u mkejla permezz tal-metodu ECE skont ir-Regolament Nru 85.

(4)  Dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, paragrafu 2.


ANNESS 1

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

ARRANĠAMENTI TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI

Mudell A

(ara l-paragrafu 4.4 ta' dan ir-Regolament)

Image

Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' vettura turi li t-tip ta' vettura kkonċernat, rigward l-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza, kien approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4), skont ir-Regolament Nru 14, bin-Nru 072439. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru ta' approvazzjoni jindikaw li r-Regolament Nru 14 kien diġà jinkludi s-serje 07 ta' emendi meta ngħatat l-approvazzjoni.

Mudell B

(ara l-paragrafu 4.5 ta' dan ir-Regolament)

Image

Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' vettura turi li t-tip ta' vettura konċernat kien approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament Nri 14 u 24 (*). (Fil-każ tar-Regolament tal-aħħar, il-koeffiċjent ikkoreġut ta' assorbiment huwa 1,30 m– 1). In-numri ta' approvazzjoni jindikaw li fid-dati meta ngħataw dawn l-approvazzjonijiet, ir-Regolament Nru 14 kien jinkludi s-serje 07 ta' emendi u r-Regolament Nru 24 kien fis-serje 03 ta' emendi tiegħu.


(*)  It-tieni numru qed jingħata sempliċement bħala eżempju.


ANNESS 3

POŻIZZJONAMENT TAL-ANKRAĠĠI EFFETTIVI TAĊ-ĊINTURINI

Grafika 1

Iż-żoni fejn jinsabu l-ankraġġi effettivi taċ-ċinturin

(It-tpinġija turi eżempju wieħed, fejn l-ankraġġ ta' fuq huwa mwaħħal mal-panil tal-ġenb tal-qafas tal-vettura)

Image

Test ta 'immaġni

Grafika 2

L-ankraġġi effettivi ta' fuq li jikkonformaw mal-paragrafu 5.4.3.7.3 tar-Regolament

Image


ANNESS 4

PROĊEDURA BIEX JIĠU DDETERMINATI L-PUNT “H” U L-ANGOLU EFFETTIV TAT-TORSO GĦALL-POŻIZZJONIJIET BILQIEGĦDA FIL-VETTURI MOTORIZZATI  (1)

 

Appendiċi 1 — Deskrizzjoni tal-magna tridimensjonali tal-punt “H” (1)

 

Appendiċi 2 — Sistema ta' referenza Tridimensjonali (1)

 

Appendiċi 3 — Dejta ta' referenza dwar il-pożizzjonijiet bilqiegħda (1)


(1)  Il-proċedura hija deskritta fl-Anness 1 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3 — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html


ANNESS 5

APPARAT TA' TRAZZJONI

Grafika 1

Image

Test ta 'immaġni

Grafika 1a

Image

Test ta 'immaġni

Grafika 1b

Image

Test ta 'immaġni

Grafika 2

(Id-dimensjonijiet kollha huma f'millimetri)

Image

Test ta 'immaġni

Biex titwaħħal iċ-ċinga, l-apparat ta' trazzjoni taċ-ċinturin ta' fuq l-ispalla jista' jkun modifikat billi jiżu miżjuda żewġ itruf u/jew xi boltijiet sabiex ikun evitat li waqt it-test tal-ġbid taqa' ċ-ċinga.

Grafika 3

(Id-dimensjonijiet kollha huma f'millimetri)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 6

GĦADD MINIMU TA' PUNTI TA' ANKRAĠĠ U L-POŻIZZJONAMENT TAL-ANKRAĠĠI TAN-NAĦA T'ISFEL

Kategorija tal-vettura

Pożizzjonijiet bilqiegħda li jħarsu lura

Iħarsu lura

Iħarsu laġenba

Fuq barra

Ċentru

 

 

 

Quddiem

Oħra

Quddiem

Oħra

 

 

1

3

3

3

3

2

M2 ≤ 3,5 tunnellati

3

3

3

3

2

M2 > 3,5 tunnellati

3 

3 jew 2 ╬

3 jew 2 ╬

3 jew 2 ╬

2

M3

3 

3 jew 2 ╬

3 jew 2 ╬

3 jew 2 ╬

2

2

N1

3

3 jew 2 Ø

3 jew 2 *

2

2

N2 & N3

3

2

3 jew 2 *

2

2

2.

Żewġ ankraġġi ta' isfel, li jippermettu l-installazzjoni ta' ċinturin tas-sikurezza tat-tip B, jew ta' ċinturini tas-sikurezza tat-tipi Br, Br3, Br4m jew Br4Nm, fejn meħtieġ mill-Appendiċi 1 tal-Anness 13 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3).

3.

Żewġ ankraġġi ta' isfel u ankraġġ wieħed ta' fuq li jippermettu l-installazzjoni ta' ċinturin tas-sikurezza bi tliet ankraġġi tat-tip A, jew ta' ċinturini tas-sikurezza tat-tipi Ar, Ar4Nm, jew ArNm, fejn ikun meħtieġ mill-Appendiċi 1 tal-Anness 13 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3).

Ø:

Tirreferi għall-paragrafu 5.3.3 (Ikunu permessi żewġ ankraġġi jekk sit ikun fuq in-naħa ta' ġewwa ta' passaġġ).

*:

Tirreferi għall-paragrafu 5.3.4 (Ikunu permessi żewġ ankraġġi jekk il-windskrin ikun barra miż-żona ta' referenza).

╬:

Tirreferi għall-paragrafu 5.3.5 (Ikunu permessi żewġ ankraġġi jekk ma jkun hemm xejn fiż-żona ta' referenza).

:

Tirreferi għall-paragrafu 5.3.7 (Id-dispożizzjonijiet speċjali għall-pjan ta' fuq ta' vettura).

Appendiċi 1

Post fejn jinsabu l-ankraġġi ta' isfel — Rekwiżiti angolari biss

Sit

M1

Għajr l-M1

Quddiem *

fuq in-naħa tal-bokkla (α2)

45° - 80°

30° - 80°

għajr għan-naħa tal-bokkla (α1)

30° - 80°

30° - 80°

angolu kostanti

50° - 70 °

50° - 70 °

bank — in-naħa tal-bokkla (α2)

45° - 80°

20° - 80°

il-bank — għajr għan-naħa tal-bokkla (α1)

30° - 80°

20° - 80°

sit aġġustabbli bl-angolu tad-dahar tas-sit < 20°

45° - 80° (α2) *

20° - 80°(α1) *

20° - 80°

Wara ≠

 

30° - 80°

20° - 80° Ψ

Li jingħalaq

Mhu meħtieġ l-ebda ankraġġ taċ-ċinturin.

Jekk jitwaħħal ankraġġ: ara r-rekwiżiti angolari għal Quddiem u għal Wara.

:

Fuq barra u fiċ-ċentru.

*

:

Jekk l-angolu ma jkunx kostanti ara l-paragrafu 5.4.2.1.

Ψ

:

45° - 90° fil-każ tas-sits fil-vetturi tal-kategorija M2 u M3.


ANNESS 7

TEST DINAMIKU BĦALA ALTERNATTIVA GĦAT-TEST STATIKU TAS-SAĦĦA TAL-ANKRAĠĠI TAĊ-ĊINTURINI TA' SIKUREZZA

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dan l-Anness jiddeskrivi test dinamiku fuq slitta li jista' jitwettaq bħala alternattiva għat-test statiku tas-saħħa tal-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza li ġie preskritt fil-paragrafi 6.3 u 6.4 ta' dan ir-Regolament.

Din l-alternattiva tista' tapplika fuq it-talba tal-manifattur tal-karozza fil-każ ta' grupp ta' sits fejn il-pożizzjonijiet bilqiegħda kollha jkunu mgħammra b'ċinturini tas-sikurezza bi 3 ankraġġi li magħhom ikunu assoċjati l-funzjonijiet ta' tagħmir li jillimita t-tagħbija fuq it-toraċi u meta, barra minn hekk, il-grupp ta' sits jinkludi pożizzjoni bilqiegħda fejn l-ankraġġ ta' fuq taċ-ċinturin tas-sikurezza jkun jinsab fuq l-istruttura tas-sit.

2.   PRESKRIZZJONIJIET

2.1.   Fit-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 3 ta' dan l-Anness, m'għandu jkun hemm l-ebda ftuq tal-ebda ankraġġ jew fiż-żona tal-madwar. Madankollu, jiġi permess ftuq ipprogrammat meħtieġ għall-funzjonament tal-apparat li jillimita t-tagħbija.

Għandhom ikunu rrispettati l-ispazji minimi għall-ankraġġi effettivi ta' isfel li ġew speċifikati fil-paragrafu 5.4.2.5 ta' dan ir-Regolament, u r-rekwiżiti għall-ankraġġi effettivi ta' fuq li ġew speċifikati fil-paragrafu 5.4.3.6 ta' dan ir-Regolament u, fejn ikun applikabbli, kompluti mill-paragrafu 2.1.1. li ġej.

2.1.1.   Għall-vetturi tal-kategorija M1 ta' massa totali permissibbli li ma taqbiżx it-2,5 tunnellati metriċi, l-ankraġġ ta' fuq taċ-ċinturin tas-sikurezza, jekk ikun imwaħħal mal-istruttura tas-sit, m'għandux jiġi spostat 'il quddiem minn pjan trażversali li jgħaddi mill-punti R u C tas-sit ikkonċernat (ara l-Grafika 1 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament).

Għal vetturi li mhumiex dawk li ssemmew aktar 'il fuq, l-ankraġġ ta' fuq taċ-ċinturin tas-sikurezza m'għandux jiġi spostat 'il quddiem minn pjan trażversali inklinat 10° f'direzzjoni 'l quddiem u li jgħaddi mill-punt R tas-sit.

2.2.   F'vetturi fejn jintużaw apparati bħal dawn, l-apparati ta' spostament u li jillokkjaw li jippermettu li l-okkupanti tas-sits kollha jħallu l-vettura wara t-test xorta jridu jkunu jistgħu jitħaddmu bl-id.

2.3.   Il-manwal ta' sid il-vettura għandu jinkludi indikazzjonijiet li kull ċinturin tas-sikurezza għandu jiġi ssostitwit biss minn ċinturin tas-sikurezza approvat għall-pożizzjonijiet bilqiegħda meqjusa fil-vettura, u b'mod partikolari għandu jidentifika dawk il-pożizzjonijiet bilqiegħda li jistgħu jiġu mgħammra b'ċinturin tas-sikurezza xieraq mgħammar b'apparat li jillimita t-tagħbija.

3.   IL-KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST DINAMIKU

3.1.   Il-kundizzjonijiet ġenerali

Għat-test li ġie deskritt f'dan l-Anness japplikaw il-kundizzjonijiet ġenerali li ġew deskritti fil-paragrafu 6.1 ta' dan ir-Regolament.

3.2.   L-installazzjoni u l-preparazzjoni

3.2.1.   L-islitta

L-islitta trid tkun mibnija b'tali mod li wara t-test ma tidher l-ebda deformazzjoni apparenti. Trid tkun iggwidata b'tali mod li, waqt il-fażi tal-impatt, id-devjazzjoni ma taqbiżx il-5° fil-pjan vertikali u ż-2° fil-pjan orizzontali.

3.2.2.   L-irbit tal-istruttura tal-vettura

Il-parti tal-istruttura tal-vettura meqjusa bħala essenzjali għar-riġidità tal-vettura rigward l-ankraġġi tas-sit u l-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza għandha tkun marbuta fuq l-islitta, skont id-dispożizzjonijiet li ġew deskritti fil-paragrafu 6.2 ta' dan ir-Regolament.

3.2.3.   Is-sistemi ta' trażżin

3.2.3.1.   Is-sistemi ta' trażżin (is-sits kompluti, l-assemblaġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza u l-apparati li jillimitaw it-tagħbija) għandhom ikunu mmontati fuq l-istruttura tal-vettura skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni f'serje tal-vetturi.

L-ambjent tal-vettura li jħares lejn is-sit ittestjat (id-daxxbord, is-sit, eċċ, jiddependi mis-sit ittestjat) jista' jkun immontat fuq l-islitta tat-test. Jekk kien hemm airbag frontali, irid jiġi diżattivat.

3.2.3.2.   Fuq it-talba tal-manifattur tal-karozza u bi ftehim mas-servizz tekniku inkarigat mit-testijiet, uħud mill-komponenti tas-sistemi ta' trażżin għajr għas-sits kompluti, għall-assemblaġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza u għall-apparati li jillimitaw it-tagħbija, ma jistgħux jiġu mmontati fuq l-islitta tat-test jew jistgħu jiġu ssostitwiti minn komponenti li jkollhom ebusija ekwivalenti jew iċken u li d-dimensjonijiet tagħhom ikunu inklużi fid-dimensjonijiet tat-tagħmir intern tal-vettura, sakemm il-konfigurazzjoni ttesjtata tkun mill-inqas sfavorevoli bħall-konfigurazzjoni ta' serje rigward il-forzi li japplikaw fuq l-ankraġġi tas-sit u taċ-ċinturin tas-sikurezza.

3.2.3.3.   Is-sits għandhom jiġu aġġustati kif inhu meħtieġ fil-paragrafu 6.1.2 ta' dan ir-Regolament, fil-pożizzjoni għall-użu magħżula mis-servizz tekniku inkarigat mit-testijiet bħala dik li tagħti l-kundizzjonjiet l-aktar avversi rigward is-saħħa tal-ankraġġi u li tkun kompatibbli mal-installazzjoni tal-manikini fil-vettura.

3.2.4.   Il-manikini

Fuq kull sit għandu jiġi ppożizzjonat manikin li d-dimensjonijiet u l-massa tiegħu ġew iddefiniti fl-Anness 8 u li jkun miżmum miċ-ċinturin tas-sikurezza pprovdut fil-vettura.

Mhi meħtieġa l-ebda strumentazzjoni tal-manikin.

3.3.   It-test

3.3.1.   L-islitta għandha tkun imbuttata b'tali mod li, matul it-test, il-varjazzjoni fil-veloċità tagħha tkun ta' 50 km/siegħa. Id-deċelerazzjoni tal-islitta għandha tkun fil-kuritur speċifikat fl-Anness 8 tar-Regolament Nru 16.

3.3.2.   Jekk ikun applikabbli, l-attivazzjoni ta' apparati addizzjonali ta' trażżin (apparati ta' tagħbija applikata minn qabel, eċċ, ħlief l-airbags) tiġi kkawżata skont l-indikazzjonijiet tal-manifattur tal-karozza.

3.3.3.   Għandu jiġi kkontrollat li l-ispostament tal-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza ma jeċċedix il-limiti li ġew speċifikati fil-paragrafi 2.1 u 2.1.1 ta' dan l-Anness.


ANNESS 8

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-MANIKIN  (*)

Massa

97,5 ± 5 kg

L-għoli meta bilqiegħda wieqaf

965 mm

Il-wisa' tal-ġenbejn (bilqiegħda)

415 mm

Iċ-ċirkonferenza tal-ġenbejn (bilqiegħda)

1 200  mm

Iċ-ċirkonferenza tal-qadd (bilqiegħda)

1 080  mm

Il-fond tas-sider

265 mm

Iċ-ċirkonferenza tas-sider

1 130  mm

L-għoli tal-ispalla

680 mm

It-tolleranza fuq id-dimensjonijiet kollha tat-tul

± 5 fil-mija

Rimarka: Tpinġija li tispjega d-dimensjonijiet tidher fil-Grafika ta' hawn taħt.

Image

(*)  L-apparati li ġew deskritti fir-Regola tad-Disinn Awstraljana (ADR — Australian Design Rule) 4/03 u fl-Istandard Federali tas-Sigurtà tal-Vetturi Motorizzati (FMVSS — Federal Motor Vehicle Safety Standard) Nru 208 jitqiesu bħala ekwivalenti.


ANNESS 9

SISTEMI TAL-ANKRAĠĠI ISOFIX U ANKRAĠĠI ISOFIX TAL-IRBIT TA' FUQ

Grafika 1

L-apparat għall-applikazzjoni ta' forza statika (SFAD), perspettivi isometriċi

Image

Grafika 2

L-apparat għall-applikazzjoni ta' forza statika (SFAD), id-dimensjonijiet

(Dimensjonijiet f'millimetri)

Image

Tifsira

1

Il-punt ta' twaħħil tal-irbit ta' fuq

2

It-twaħħil impernjat għall-ittestjar tal-ebusija kif ġie deskritt aktar 'l isfel.

L-ebusija tal-SFAD: Meta mwaħħal ma' żbarra(i) ta' ankraġġ riġida(i) bit-traversa ta' quddiem tal-SFAD appoġġjata minn żbarra riġida li tinżamm fiċ-ċentru minn pern lonġitudinali 25 mm taħt il-bażi tal-SFAD (sabiex il-bażi tal-SFAD tkun tista' tintlewa u tinbaram) il-moviment tal-punt X m'għandux ikun ikbar minn 2 mm fi kwalunkwe direzzjoni meta l-forzi jiġu applikati skont it-Tabella Nru 1 tal-paragrafu 6.6.4 ta' dan ir-Regolament. Kwalunkwe deformazzjoni tas-sistema ta' ankraġġi ISOFIX għandha tiġi eskluża mill-kejl.

Grafika 3

Id-dimensjonijiet tal-kollegatur (bil-ganċ) tal-irbit ta' fuq ISOFIX

Dimensjonijiet f'millimetri

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Grafika 4

Id-distanza bejn iż-żewġ żoni ta' ankraġġ baxx

Image

Test ta 'immaġni

Grafika 5

Il-mudell f'żewġ dimensjonijiet

(Id-dimensjonijiet huma f'millimetri)

Image

Test ta 'immaġni

Grafika 6

Fejn jinsab l-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX — Mill-ġenb

(Dimensjonijiet f'millimetri)

Image

Tifsira

1

L-angolu tad-dahar

2

L-intersezzjoni tal-pjan ta' referenza tal-linja tat-torso u l-pjanċa tal-art

3

Il-pjan ta' referenza tal-linja tat-torso

4

Il-punt H

5

Il-punt “V”

6

Il-punt “R”

7

Il-punt “W”

8

Il-pjan vertikali lonġitudinali

9

It-tul tat-tgeżwir taċ-ċinga mill-punt “V”: 250 mm

10

It-tul tat-tgeżwir taċ-ċinga mill-punt “W”: 200 mm

11

Sezzjoni trażversali tal-pjan “M”

12

Sezzjoni trażversali tal-pjan “R”

13

Il-linja tirrappreżenta s-superfiċje speċifika tal-pjanċa tal-qiegħ tal-vettura fiż-żona preskritta

Noti:

1

Il-parti tal-ankraġġ tal-irbit ta' fuq li hija maħsuba biex tintrabat mal-ganċ tal-irbit ta' fuq li għandu jinsab fiż-żona mmarkata

2

Il-Punt “R”: Il-punt ta' referenza tal-ispalla

3

Il-Punt “V”: Il-punt ta' referenza V, 350 mm vertikalment 'il fuq u 175 mm orizzontalment lura mill-punt H

4

Il-Punt “W”: Il-punt ta' referenza W, 50 mm vertikalment taħt u 50 mm orizzontalment lura mill-punt R

5

Il-Pjan “M”: Il-pjan ta' referenza M, 1 000 mm orizzontalment lura mill-punt “R”

6

Is-superfiċji l-iktar 'il quddiem taż-żona huma ġġenerati bil-firxa taż-żewġ linji tat-tgeżwir tul il-firxa estiża tagħhom fil-parti ta' quddiem taż-żona. Il-linji tat-tgeżwir jirrappreżentaw it-tul minimu aġġustat taċ-ċineg tipiċi tal-irbit ta' fuq li jestendu minn fuq tas-CRS (il-punt “W”), jew minn punt iktar baxx fuq dahar is-CRS (il-punt “V”).

Grafika 7

Post fejn jinsab l-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX, żona ISOFIX — perspettiva mkabbra mill-ġenb taż-żona tat-tgeżwir

(Dimensjonijiet f'millimetri)

Image

Tifsira:

1

Il-punt “V”

2

Il-punt “R”

3

Il-punt “W”

4

It-tul tat-tgeżwir taċ-ċinga mill-punt “V”: 250 mm

5

Il-pjan vertikali lonġitudinali

6

It-tul tat-tgeżwir taċ-ċinga mill-punt “W”: 200 mm

7

L-arki maħluqa mit-tulijiet tat-tgeżwir

8

Il-punt H

Noti:

1

Il-parti tal-ankraġġ tal-irbit ta' fuq li hija maħsuba biex tintrabat mal-ganċ tal-irbit ta' fuq li għandu jinsab fiż-żona mmarkata

2

Il-Punt “R”: Il-punt ta' referenza tal-ispalla

3

Il-punt “V”: Il-punt ta' referenza V, 350 mm vertikalment 'il fuq u 175 mm orizzontalment lura mill-punt H

4

Il-punt “W”: Il-punt ta' referenza W, 50 mm vertikalment taħt u 50 mm orizzontalment lura mill-punt R

5

Il-Pjan “M”: Il-pjan ta' referenza M, 1 000 mm orizzontalment lura mill-punt “R”

6

Is-superfiċji l-iktar 'il quddiem taż-żona huma ġġenerati bil-firxa taż-żewġ linji tat-tgeżwir tul il-firxa estiża tagħhom fil-parti ta' quddiem taż-żona. Il-linji tat-tgeżwir jirrappreżentaw it-tul minimu aġġustat taċ-ċineg tipiċi tal-irbit ta' fuq li jestendu minn fuq tas-CRS (il-punt “W”), jew minn punt iktar baxx fuq dahar is-CRS (il-punt “V”).

Grafika 8

Fejn jinsab l-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX, iż-żona ISOFIX — Mill-pjani

(sezzjoni trażversali tal-pjan R)

(Dimensjonijiet f'millimetri)

Image

Tifsira

1

Il-pjan medjan

2

Il-punt “V”

3

Il-punt “R”

4

Il-punt “W”

5

Il-pjan vertikali lonġitudinali

Noti:

1

Il-parti tal-ankraġġ tal-irbit ta' fuq li hija maħsuba biex tintrabat mal-ganċ tal-irbit ta' fuq li għandu jinsab fiż-żona mmarkata

2

Il-Punt “R”: Il-punt ta' referenza tal-ispalla

3

Il-punt “V”: Il-punt ta' referenza V, 350 mm vertikalment 'il fuq u 175 mm orizzontalment lura mill-punt H

4

Il-punt “W”: Il-punt ta' referenza W, 50 mm vertikalment taħt u 50 mm orizzontalment lura mill-punt R

Grafika 9

Fejn jinsab l-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX, iż-żona ISOFIX — Minn quddiem

Image

Tifsira

1

Il-punt “V”

2

Il-punt “W”

3

Il-punt “R”

4

Il-pjan medjan

5

Tul il-pjan ta' referenza tat-torso miż-żona

Noti:

1

Il-parti tal-ankraġġ tal-irbit ta' fuq li hija maħsuba biex tintrabat mal-ganċ tal-irbit ta' fuq li għandu jinsab fiż-żona mmarkata

2

Il-Punt “R”: Il-punt ta' referenza tal-ispalla

3

Il-punt “V”: Il-punt ta' referenza V, 350 mm vertikalment 'il fuq u 175 mm orizzontalment lura mill-punt H

4

Il-punt “W”: Il-punt ta' referenza W, 50 mm vertikalment taħt u 50 mm orizzontalment lura mill-punt R

Grafika 10

Fejn jinsab l-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX, iż-żona ISOFIX — Perspettiva skematika u tridimensjonali

Image

Tifsira

1

Il-punt “H”

2

Il-punt “V”

3

Il-punt “W”

4

Il-punt “R”

5

Il-pjan ta' 45°

6

Sezzjoni trażversali tal-pjan “R”

7

Is-superfiċje tal-pjanċa tal-qiegħ

8

It-tarf ta' quddiem taż-żona

Noti:

1

Il-parti tal-ankraġġ tal-irbit ta' fuq li hija maħsuba biex tintrabat mal-ganċ tal-irbit ta' fuq li għandu jinsab fiż-żona mmarkata

2

Il-Punt “R”: Il-punt ta' referenza tal-ispalla

Grafika 11

Metodu alternattiv biex issib l-ankraġġ tal-irbit ta' fuq billi tuża t-tagħmir fiss “ISO/F2” (B), iż-żona ISOFIX — mill-ġenb, minn fuq u minn wara

(Dimensjonijiet f'millimetri)

Image

Tifsira

1

Il-wiċċ orizzontali tat-tagħmir fiss “ISO/F2” (B)

2

Il-wiċċ ta' wara tat-tagħmir fiss “ISO/F2” (B)

3

Linja orizzontali tanġenzjali ma' fuq tad-dahar tas-sit (l-aħħar punt riġidu b'ebsuija ta' aktar minn 50 Shore A)

4

Intersezzjoni bejn 2 u 3

5

Il-punt ta' referenza tal-irbit

6

il-linja ċentrali tat-tagħmir fiss “ISO/F2” (B)

7

Ċinga tal-irbit ta' fuq

8

Il-limiti taż-żona ta' ankraġġ

Grafika 12

Is-simbolu ta'ankraġġ baxx ISOFIX

Image

Noti:

1

It-tpinġija mhix fi skala xierqa.

2

Is-simbolu jista' jintwera bħala rifless (inverżjoni laterali).

3

Il-kulur tas-simbolu skont kif jagħżel il-manifattur.

Grafika 13

Is-simbolu li jintuża biex ikun identifikat fejn jinsab ankraġġ tal-irbit ta' fuq li jkun taħt għata

Image

Noti:

1

Dimensjonijiet f'mm

2

It-tpinġija mhix fi skala xierqa.

3

Is-simbolu għandu jkun viżibbli b'mod ċar jew permezz ta' kuluri li jikkuntrastaw jew b'riljiev adegwat jekk immudellat jew ibbuzzat 'il barra.


ANNESS 10

IL-POŻIZZJONI BILQIEGĦDA I-SIZE

Grafika 1

Perspettiva 3D tal-volum ta' valutazzjoni ta' qiegħ is-sieq ta' appoġġ

Image

Spjega:

1.

Tagħmir Fiss għat-Trażżin tat-tfal (CRF)

2.

Żbarra għall-ankraġġi baxxi ISOFIX

3.

Il-pjan lonġitudinali medjan tas-CRF

4.

Volum ta' valutazzjoni ta' qiegħ is-sieq ta' appoġġ

5.

Is-superfiċje ta' kuntatt tal-art tal-vettura

Nota: It-tpinġija mhix fi skala xierqa.

Grafika 2

Perspettiva mill-ġenb tal-volum ta' valutazzjoni ta' qiegħ is-sieq ta' appoġġ

Image

Spjega:

1.

Tagħmir Fiss għat-Trażżin tat-tfal (CRF)

2.

Żbarra għall-ankraġġi baxxi ISOFIX

3.

Il-pjan iffurmat mill-wiċċ ta' taħt tas-CRF, meta jkun installat fil-pożizzjoni bilqiegħda ddeżinjata

4.

Pjan li jgħaddi mill-iżbarra tal-ankraġġ baxx u orjentat b'mod perpendikolari għall-pjan medjan lonġitudinali tas-CRF u perpendikolari għall-pjan iffurmat mis-superfiċje t'isel tas-CRF meta installat fil-pożizzjoni bilqiegħda ddeżinjata.

5.

Volum tal-valutazzjoni tal-qiegħ tas-sieq ta' appoġġ li fih għandha tkun tinsab l-art tal-vettura. Dan il-volum jirrappreżenta l-medda ta' aġġustament tat-tul u l-għoli ta' sieq ta' appoġġ għal sistema ta' trażżin tat-tfal i-Size.

6.

Art tal-vettura.

Nota: It-tpinġija mhix fi skala xierqa.

Grafika 3

Eżempju għal apparat modifikat għall-applikazzjoni ta' Forza statika b'sonda tat-test tas-sieq ta' appoġġ (SFADSL) li turi l-firxa meħtieġa ta' aġġustament u d-dimensjonijiet tal-qiegħ tas-sieq ta' appoġġ

Image

Spjega:

1.

Apparat tat-test tas-sieq ta' appoġġ

2.

Qiegħ is-sieq ta' appoġġ

3.

SFAD (kif definita fl-Anness 9 ta' dan ir-Regolament).

Noti:

1.

It-tpinġija mhix fi skala xierqa.

2.

L-apparat tat-test tas-sieq ta' appoġġ għandu:

(a)

Jippermetti li jiġi żgurat l-ittestjar mas-superfiċje ta' kuntatt kollha tal-qiegħ tal-vettura, kif definita għall-pożizzjonijiet bilqiegħda individwali i-Size;

(b)

Ikun marbut b'mod riġidu mal-SFAD sabiex il-forzi li jiġu applikati lill-SFAD jgħaddu l-forzi tat-test direttament lill-art tal-vettura, mingħajr tnaqqis lill-forzi reattivi tat-test minħabba attenwazzjoni ġewwa jew deformazzjoni tal-apparat tat-test tas-sieq ta' appoġġ innifsu.

3.

Il-qiegħ tas-sieq ta' appoġġ għandha tikkonsisti f'ċilindru, li jkollu wisa' ta' 80mm, dijametru ta' 30mm u fuq iż-żewġ uċuh tal-ġenb, truf ittondjati b'raġġ ta' 2,5 mm

4.

Fil-każ ta' aġġustament inkrementali tal-għoli, id-distanza bejn il-pożizzjonijiet għall-aġġustament m'għandhiex tkun ta' iktar minn 20 mm.

Grafika 4

Simboli użati għall-identifikazzjoni ta' pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size.

Image

Noti:

1.

It-tpinġija mhix fi skala xierqa.

2.

Il-kulur tas-simbolu jagħżlu l-manifattur.


Top