EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42011X1123(03)

Regolament Nru 117 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tajers rigward l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar u l-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin u/jew ir-reżistenza għall-irrolljar

OJ L 307, 23.11.2011, p. 3–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 079 P. 237 - 297

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/117(2)/oj

23.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/3


It-testi oriġinali UN/ECE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aktar verżjoni reċenti tad-dokument tal-istatus TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Regolament Nru 117 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tajers rigward l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar u l-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin u/jew ir-reżistenza għall-irrolljar

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

 

Is-serje 02 ta’ emendi — Id-data tad-dħul fis-seħħ: it-30 ta' Jannar 2011

 

Rettifika 1 tat-02 serje ta' emendi — Data tad-dħul fis-seħħ: it-30 ta' Jannar 2011

 

Rettifika 2 tat-02 serje ta' emendi — Data tad-dħul fis-seħħ: it-22 ta' Ġunju 2011

 

Rettifika 3 tat-02 serje ta' emendi — Data tad-dħul fis-seħħ: it-22 ta' Ġunju 2011

WERREJ

IR-REGOLAMENT

1.

L-ambitu

2.

Id-definizzjonijiet

3.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

L-immarkar

5.

L-approvazzjoni

6.

L-ispeċifikazzjonijiet

7.

Il-modifikazzjonijiet tat-tip ta’ tajer pnewmatiku u l-estensjoni tal-approvazzjoni

8.

Il-konformità tal-produzzjoni

9.

Il-pieni għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

10.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

11.

L-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip

12.

Id-dispożizzjonijiet tranżitorji

L-ANNESSI

Anness 1 —

Komunikazzjoni

Anness 2 —

Eżempji ta’ Marki ta’ Approvazzjoni

Appendiċi 1 —

L-arranġament tal-Marki ta’ Approvazzjoni

Appendiċi 2 —

L-approvazzjoni skont ir-Regolament Nru 117 li tikkoniċidi mal-approvazzjoni skont ir-Regolament Nru 30 jew 54

Appendiċi 3 —

L-estensjonijiet biex ikunu kkombinati l-approvazzjonijiet maħruġa skont ir-Regolament Nru 117, 30 jew 54

Appendiċi 4 —

L-estensjonijiet biex ikunu kkombinati l-approvazzjonijiet maħruġa skont ir-Regolament Nru 117

Anness 3 —

Il-metodu tat-test ta’ sewqan bil-magna mitfija għall-kejl tal-emissjoni ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajers

Appendiċi 1 —

Ir-rapport tat-test

Anness 4 —

L-ispeċifikazzjonijiet għas-sit tat-test

Anness 5 —

Il-proċedura tat-test biex titkejjel il-qabda fuq l-imxarrab

Appendiċi 1 —

Ir-Rapport tat-Test (Adeżjoni fuq superfiċje mxarrba)

Anness 6 —

Il-Proċedura tat-Test biex Titkejjel ir-Reżistenza għall-Irrolljar

Appendiċi 1 —

It-Tolleranzi tat-Tagħmir tat-Test

Appendiċi 2 —

Il-Wisa’ tar-Rimm tal-Kejl

Appendiċi 3 —

Ir-Rapport tat-Test u d-Dejta tat-Test (Reżistenza għall-Irrolljar)

Anness 7 —

Il-Proċeduri għall-Ittestjar tal-Prestazzjoni fuq il-Borra

Appendiċi 1 —

Definizzjoni tal-Piktogramma tas-“Simbolu Alpin”

Appendiċi 2 —

Ir-Rapporti tat-Test u d-Dejta tat-Test

1.   L-AMBITU

1.1.

Dan ir-Regolament japplika għal tajers pnewmatiċi ġodda tal-Klassijiet C1, C2 u C3 b’rigward l-emissjonijiet tal-ħoss u r-reżistenza għall-irrolljar tagħhom kif ukoll għal tajers pnewmatiċi ġodda tal-Klassi C1 b’rigward il-prestazzjoni tal-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin (adeżjoni mal-imxarrab). Madankollu, ma japplikax għal:

1.1.1.

Tajers iddisinjati bħala “stepnijiet għal użu temporanju” u mmarkati “Temporary use only”;

1.1.2.

Tajers li jkollhom kodiċi tad-dijametru nominali tar-rimm ≤ 10 (jew ≤ 254 mm) jew ≥ 25 (jew ≥ 635 mm);

1.1.3.

Tajers iddisinjati għall-kompetizzjonijiet;

1.1.4.

Tajers maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi tat-triq ta’ kategoriji għajr għal M, N u O; (1)

1.1.5.

Tajers mgħammra b’apparati addizzjonali sabiex itejbu l-proprjetajiet ta’ trazzjoni (eż. tajers bit-tappini - studded tyres);

1.1.6.

Tajers b’kategorija ta’ veloċità inqas minn 80 km/h (simbolu tal-veloċità F).

1.1.7.

Tajers iddisinjati biss biex jitwaħħlu fuq vetturi rreġistrati għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Ottubru 1990.

1.1.8.

Tajers professjonali għal fuq art imħarbta (off-road) għar-rekwiżiti dwar ir-reżistenza għall-irrolljar u l-ħoss ta’ rrolljar.

1.2.

Il-Partijiet Kontraenti għandhom joħorġu jew jaċċettaw approvazzjonijiet għall-ħoss ta’ rrolljar u/jew għall-adeżjoni mal-imxarrab u/jew għar-reiżistenza għall-irrolljar.

2.   ID-DEFINIZZJONIJIET

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, minbarra d-definizzjonijiet inklużi fir-Regolamenti Nri 30 u 54, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin.

2.1.   “Tip ta’ tajer” tfisser, b’rigward dan ir-Regolament, firxa ta’ tajers li tikkonsisti minn lista ta’ denominazzjonijiet ta’ daqsijiet, ismijiet ta’ marki u deskrizzjonjiet kummerċjali ta’ tajers, li ma jvarjawx f’tali karatteristiċi essenzjali bħal:

(a)

Isem il-manifattur;

(b)

Il-klassi tat-tajer (ara l-paragrafu 2.4);

(c)

L-istruttura tat-tajer;

(d)

Il-kategorija tal-użu: tajer normali, tajer għall-borra u tajer għal użu speċjali;

(e)

Għat-tajers tal-Klassi C1:

(i)

F’każ ta’ tajers imressqa għall-approvazzjoni tal-livelli ta’ emissjoni ta’ ħoss ta’ rrolljar, jekk ikunux normali jew rinforzati (jew tagħbija żejda);

(ii)

F’każ ta’ tajers imressqa għall-approvazzjoni tal-prestazzjoni tal-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin, jekk ikunux tajers normali jew għall-borra b’kategorija tal-veloċità ta’ Q jew aktar baxxa eskluża H (≤ 160 km/h) jew kategorija tal-veloċità R u ogħla inkluża H (≥ 160 km/h);

(f)

Għat-tajers tal-Klassijiet C2 u C3:

(i)

F’każ ta’ tajers imressqa għall-approvazzjoni tal-livelli ta’ emissjoni ta’ ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 1, jekk ikunux immarkati M+S jew le;

(ii)

F’każ ta’ tajers imressqa għall-approvazzjoni tal-livelli ta’ emissjoni ta’ ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 2, jekk ikunux tajers għal trazzjoni jew le;

(g)

Id-disinn fil-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art (ara l-paragrafu 3.2.1).

2.2.   L-“Isem tal-marka” jew id-“Deskrizzjoni kummerċjali” tfisser l-identifikazzjoni tat-tajer kif tingħata mill-manifattur tat-tajer. L-Isem tal-marka jista’ jkun l-istess bħal dak tal-manifattur u d-Deskrizzjoni kummerċjali tista’ tikkoniċidi mat-trejdmark.

2.3.   “Emissjoni ta’ ħoss ta’ rrolljar” tfisser il-ħoss tal-kuntatt bejn it-tajers f’moviment u l-wiċċ tat-triq.

2.4.   Il-“Klassi tat-Tajer” tfisser wieħed mill-iggruppar li ġejjin:

2.4.1.

Tajers tal-Klassi C1: Tajers li jkunu konformi mar-Regolament Nru 30;

2.4.2.

Tajers tal-Klassi C2: Tajers li jkunu konformi mar-Regolament Nru 54 u identifikati minn indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija f’formazzjoni waħda aktar baxx minn jew ta’ 121 u minn simbolu tal-kategorija tal-veloċità ogħla minn jew ugwali għal “N”;

2.4.3.

Tajers tal-Klassi C3: Tajers li jkunu konformi mar-Regolament Nru 54 u li jiġu identifikati minn:

(a)

Indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija f’formazzjoni waħda ogħla minn jew ta’ 122; jew

(b)

Indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija f’formazzjoni waħda aktar baxx minn jew ta’ 121 u simbolu tal-kategorija tal-veloċità aktar baxx jew ugwali għal“M”.

2.5.   “Daqs rappreżentattiv tat-tajer” tfisser id-daqs tat-tajer li jitressaq għat-test deskritt fl-Anness 3 għal dan ir-Regolament rigward l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar, jew fl-Anness 5 għall-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin jew fl-Anness 6 għar-reżistenza għall-irrolljar, sabiex tkun evalwata l-konformità għall-approvazzjoni tat-tip tat-tip ta’ tajer, jew fl-Anness 7 għall-prestazzjoni fuq il-borra sabiex tkun evalwata l-kategorija tal-użu tal-“borra”.

2.6.   “Stepni għal użu temporanju” tfisser tajer differenti minn tajer maħsub biex jitwaħħal fuq kwalunkwe vettura għal kundizzjonijiet normali ta’ sewqan; imma maħsub biss għal użu temporanju f’kundizzjonijiet ristretti ta’ sewqan.

2.7.   “Tajers iddisinjati għall-kompetizzjoni” tfisser tajers maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi involuti f’kompetizzjoni sportiva motorizzata u mhux maħsuba għal użu mhux kompetittiv fit-toroq.

2.8.   “Tajer normali” tfisser tajer maħsub għal użu normali, ta’ kuljum, fit-toroq.

2.9.   “Tajer rinforzat” jew “tajer b’tagħbija żejda” tal-Klassi C1 tfisser struttura ta’ tajer pnewmatiku ddisinjata sabiex iġġorr aktar tagħbija fi pressjoni ogħla ta’ nefħa mit-tagħbija li tinġarr mit-tajer tal-verżjoni standard korrispondenti fil-pressjoni standard ta’ nefħa kif ġie speċifikat fl- ISO 4000-1:2010. (2)

2.10.   “Tajer għal trazzjoni” tfisser tajer fil-Klassi C2 jew C3 li jkollu fuqu l-kitba TRACTION (trazzjoni) u li jkun maħsub biex jitwaħħal primarjament mal-fus(ien) tas-sewqan ta’ vettura sabiex tkun massimizzata t-trażmissjoni tal-forza f’diversi ċirkostanzi.

2.11.   “Tajer għall-borra” tfisser tajer li d-disinn fil-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art, il-kompost fil-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art jew l-istruttura tiegħu huwa primarjament iddisinjat sabiex f’kundizzjonijiet ta’ borra jikseb prestazzjoni aħjar minn dik ta’ tajer normali rigward il-ħila tiegħu li jibda, iżomm jew iwaqqaf il-moviment tal-vettura.

2.12.   “Tajer għal użu speċjali” tfisser tajer maħsub għal użu mħallat kemm fit-toroq kif ukoll fuq art imħarbta (off-road) jew għal użu speċjali ieħor. Dawn it-tajers huma primarjament iddisinjati sabiex jibdew u jżomm l-vettura miexja f’kundizzjonijiet ta’ art imħarbta (off-road).

2.13.   “Tajer professjonali għal fuq art imħarbta (off-road)” huwa tajer għal użu speċjali primarjament użat għal servizz f’kundizzjonijiet kritiċi ta’ art imħarbta (off-road).

2.14.   “Fond tal-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art” tfisser il-fond tal-kanali prinċipali.

2.14.1.   “Kanali prinċipali” tfisser il-kanali wesgħin taċ-ċirkonferenza ppożizzjonati fiż-żona ċentrali tal-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art, li, fil-każ ta’ tajers ta’ karozzi tal-passiġġieri u ta’ trakkijiet ħfief (kummerċjali), għandhom l-indikaturi tad-dannu fil-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art minħabba l-użu fil-bażi tagħhom.

2.15.   “Proporzjon tal-ispazji għall-mimli” tfisser il-proporzjon bejn l-erja tal-ispazji f’superfiċje ta’ referenza u l-erja ta’ dan is-superfiċje ta’ referenza kkalkulata mid-disinn tal-forma.

2.16.   “Tajer tat-test standard u ta’ referenza (SRTT)” tfisser tajer li jiġi prodott, ikkontrollat u maħżun skont l-istandard tal-ASTM (is-Soċjetà Amerikana għall-Ittestjar u għall-Materjali) E1136–93 (2003) (daqs P195/75R14).

2.17.   Il-kejl tal-Qabda fuq l-Imxarrab – Definizzjonijiet speċifiċi

2.17.1.   “Adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin” tfisser il-prestazzjoni relattiva tal-ibbrejkjar, fuq superfiċje mxarrba, ta’ vettura tat-test mgħammra bit-tajer kandidat b’paragun ma’ dak tal-istess vettura tat-test mgħammra b’tajer ta’ referenza (SRTT).

2.17.2.   “Tajer kandidat” tfisser tajer, rappreżentattiv tat-tip, li jitressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament.

2.17.3.   “Tajer ta’ kontroll” tfisser tajer ta’ produzzjoni normali li jintuża sabiex jistabbilixxi l-prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab tad-daqsijiet tat-tajers li ma jkunux jistgħu jitwaħħlu fuq l-istess vettura bħat-tajer tat-test standard u ta’ referenza – ara l-paragrafu 2.2.2.16 tal-Anness 5 għal dan ir-Regolament.

2.17.4.   L-“indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (“G”)” tfisser il-proporzjon bejn il-prestazzjoni tat-tajer kandidat u l-prestazzjoni tat-tajer tat-test standard u ta’ referenza.

2.17.5   Il-“koeffiċjent tal-akbar forza tal-brejkjiet (“pbfc”)” tfisser il-valur massimu tal-proporzjon tal-forza tal-ibbrejkjar mat-tagħbija vertikali fuq it-tajer qabel ma tiġi llokkjata r-rota.

2.17.6.   Id-“diċelerazzjoni intermedja żviluppata b’mod sħiħ (“mfdd”)” tfisser id-diċelerazzjoni medja kkalkulata fuq il-bażi tad-distanza mkejla rreġistata meta vettura tiġi diċelerata bejn żewġ veloċitajiet speċifiċi.

2.17.7.   L-“għoli tal-igganċjar (ganċ)” tfisser l-għoli meta mkejjel b’mod perpendikulari miċ-ċentru tal-punt ta’ artikulazzjoni tal-igganċjar tal-irmonk tat-trejler jew tal-ganċ sa l-art, meta l-vettura tal-irmonk u t-trejler ikunu igganċjati flimkien. Il-vettura u t-trejler għandhom ikunu weqfin fuq wiċċ pavimentat invell fil-modalità tat-test tagħhom kompluti bit-tajer(s) xieraq(xierqa) li għandu(hom) jintuża(w) fit-test partikolari.

2.18.   Il-kejl tar-reżistenza għall-irrolljar – Definizzjonijiet speċifiċi

2.18.1.   Ir-reżistenza għall-irrolljar Fr

It-telf ta’ enerġija (jew l-enerġija kkonsmata) għal kull unità ta’ distanza vvjaġġata. (3)

2.18.2.   Il-koeffiċjent tar-reżistenza għall-irrolljar Cr

Il-proporzjon tar-reżistenza għall-irrolljar għat-tagħbija fuq it-tajer. (4)

2.18.3.   Tajer ġdid tat-test

Tajer li ma ntużax qabel f’rolling deflected test li jgħolli t-temperatura tiegħu ’l fuq minn dik iġġenerata fit-testijiet tar-reżistenza għall-irrolljar, u li ma ġiex espost qabel għal temperatura ogħla minn 40 °C. (5)  (6)

2.18.4.   It-Tajer ta’ Kontroll tal-Laboratorju

Tajer użat minn laboratorju individwali sabiex jikkontrolla l-imġiba tal-magna bħala funzjoni tal-ħin. (7)

2.18.5.   In-nefħa limitata (capped inflation)

Il-proċess li jintefaħ it-tajer u l-pressjoni ta’ nefħa titħalla tinbena, hekk kif it-tajer jiġi msaħħan waqt li qed jitħaddem.

2.18.6.   It-telf parassitiku

It-telf tal-enerġija (jew l-enerġija kkonsmata) għal kull unità ta’ distanza eskluż it-telf intern tat-tajer, li jista’ jiġi attribwit lit-telf aerodinamiku tal-elementi differenti tat-tagħmir tat-test li qed iduru, lill-frizzjoni fil-berings u lil sorsi oħrajn ta’ telf sistematiku li jista’ jkun inerenti fil-kejl.

2.18.7.   Il-qari tal-iskim test

Tip ta’ kejl tat-telf parassitiku, fejn it-tajer jinżamm jirrollja mingħajr ma jiżloq, filwaqt li t-tagħbija tat-tajer titnaqqas għal livell fejn it-telf tal-enerġija fit-tajer innifsu ikun għoddu żero.

2.18.8.   L-Inerzja jew il-Moment tal-Inerzja.

Il-proporzjon tat-torque (kwalunkwe forza jew sistema ta’ forzi li tikkawża jew għandha t-tendenza li tikkawża rotazzjoni) applikat għal oġġett li qed idur għall-aċċelerazzjoni rotazzjonali ta’ dan l-oġġett. (8)

2.18.9.   Il-kejl tar-riproduċibbiltà σm

Il-kapaċità ta’ magna li tkejjel ir-reżistenza għall-irrolljar. (9)

3.   L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ tajer b’rigward dan ir-Regolament għandha titressaq mill-manifattur tat-tajer jew mir-rappreżentant akkreditat b’mod xieraq tiegħu. Din għandha tispeċifika:

3.1.1.

Il-karatteristiċi tal-prestazzjoni li għandhom jiġu evalwati għat-tip ta’ tajer; il-“livell ta’ emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar” u/jew il-“livell tal-prestazzjoni tal-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin” u/jew il-“livell tar-reżistenza għall-irrolljar”. Il-“livell tal-prestazzjoni fuq il-borra” tat-tajer f’każi fejn il-kategorija tal-użu tkun il-borra;

3.1.2.

Isem il-manifattur;

3.1.3.

L-isem u l-indirizz tal-applikant;

3.1.4.

L-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-manifattura;

3.1.5.

L-isem(ismijiet) tal-marka, id-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali, it-trejdmark(s);

3.1.6.

Il-klassi tat-tajer (Klassi C1, C2 jew C3) (ara l-paragrafu 2.4 ta’ dan ir-Regolament);

3.1.6.1.

Il-firxa tal-wisa’ tas-sezzjoni għat-tajers tal-Klassi C1 (ara l-paragrafu 6.1.1 ta’ dan ir-Regolament);

Nota:

Din l-informazzjoni hija meħtieġa biss għall-approvazzjoni rigward il-livell ta’ emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar.

3.1.7.

L-istruttura tat-tajer;

3.1.8.

Għat-tajers tal-Klassi C1, iddikjara jekk ikunux:

(a)

Rinforzati (jew tagħbija żejda) f’każ ta’ approvazzjoni rigward il-livell ta’ emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar;

(b)

Is-simbolu tal-kategorija tal-veloċità “Q” jew aktar baxx (eskluża “H”) jew “R” u ogħla (inkluża “H”) fil-każ ta’ tajers “għall-borra” għal approvazzjoni rigward l-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin;

Għat-tajers tal-Klassijiet C2 u C3 iddikjara jekk ikunux:

(a)

immarkati M+S f’każ ta’ approvazzjoni rigward il-livell ta’ emissjoni ta’ ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 1.

(b)

għal trazzjoni fil-każ ta’ approvazzjoni rigward il-livell ta’ emissjoni ta’ ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 2.

3.1.9.

Il-kategorija tal-użu (normali, għall-borra jew speċjali);

3.1.10.

Lista ta’ denominazzjonijiet ta’ daqsijiet ta’ tajers koperti minn din l-applikazzjoni.

3.2.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tkun akkumpanjata (tliet kopji) minn:

3.2.1.

Dettalji tal-karatteristiċi ewlenin, rigward l-effetti fuq il-prestazzjoni (jiġifieri, l-livell ta’ emissjoni ta’ ħoss ta’ rrolljar, l-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin, reżistenza tal-irroljar u qabda fuq il-borra) tat-tajers, bl-inklużjoni tad-disinn inkluż fil-firxa magħżula tad-daqsijiet tat-tajers. Dan jista’ jsir b'mezz ta deskrizzjoni ssupplimentat b’dejta teknika, tpinġijiet, ritratti u Tomografija Kompjuterizzata (CT), u għandu jkun biżżejjed sabiex l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-servizz tekniku tkun tista’ tiddetermina jekk kwalunkwe bidla sussegwenti fil-karatteristiċi ewlenin hix se taffettwa ħażin lill-prestazzjoni tat-tajer. L-effetti tal-bidliet f’dettalji minuri tal-kostruzzjoni tat-tajer fuq il-prestazzjoni tat-tajers se jkun evidenti u se jiġi ddeterminat waqt il-kontrolli tal-konformità tal-produzzjoni;

3.2.2.

Tpinġijiet jew ritratti tan-naħa tal-ġenb tat-tajer, li juru l-informazzjoni mogħtija fil-paragrafu 3.1.8 ta’ aktar ’il fuq u l-immarkar ta’ approvazzjoni li jissemma fil-paragrafu 4, għandhom jitressqu ladarba tkun ġiet stabbilita l-produzzjoni, imma mhux aktar tard minn sena wara d-data tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip.

3.2.3.

Fil-każ tal-applikazzjonijiet relatati mat-tajers għal użu speċjali, għandha tiġi pprovduta kopja tat-tpinġija tal-forma tad-disinn fil-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art sabiex ikun jista’ jiġi vverifikat il-proporzjon tal-ispazji għall-mimli.

3.3.

Fuq it-talba tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, l-applikant għandu jressaq kampjuni ta’ tajers għat-test jew kopji ta’ rapporti tat-test mis-servizzi tekniċi, ikkomunikati skont il-paragrafu 11 ta’ dan ir-Regolament.

3.4.

Rigward l-applikazzjoni l-ittestjar jista’ jkun limitat għal għażla tal-agħar każ, fid-diskrezzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew tas-servizz tekniku magħżul.

3.5.

Il-laboratorji u l-faċilitajiet tat-testijiet ta’ manifattur tat-tajers jistgħu jingħażlu bħala laboratorju approvat u waqt kwalunkwe test, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandu jkollha l-possibbiltà li tkun irrappreżentata.

4.   L-IMMARKAR

4.1.

It-tajers kollha li jikkostitwixxu t-tip ta’ tajer għandhom ikunu mmarkati kif ġie preskritt jew mir-Regolament Nru 30 jew 54, skont kif ikun applikabbli.

4.2.

B’mod partikolari, it-tajers għandu jkollhom fuqhom: (10)

4.2.1.

L-isem jew it-trejdmark tal-manifattur;

4.2.2.

Id-deskrizzjoni kummerċjali (ara l-paragrafu 2.2). Madankollu, id-deskrizzjoni kummerċjali mhix meħtieġa meta tikkoniċidi mat-trejdmark;

4.2.3.

Id-denominazzjoni tad-daqs tat-tajer;

4.2.4.

Il-kitba “REINFORCED” (jew alternattivament “EXTRA LOAD”) jekk it-tajer ikun ġie kklassifikat bħal rinforzat;

4.2.5.

Il-kitba “TRACTION” jekk it-tajer ikun ġie kklassifikat bħala għal trazzjoni; (11)

4.2.6.

Il-kitba “M+S” jew “M.S” jew “M&S”, fil-każ ta’ tajer ddisinjat sabiex jiżgura prestazzjoni fit-tajn u f’borra friska jew li qed tinħall li tkun aħjar minn dik ta’ tajer normali.

4.2.7

Is-simbolu “Alpin” (“muntanja bi tlett quċċati b’farka borra”, ara l-Appendiċi 1 tal-Anness 7) għall-kategoriji kollha jekk it-tajer ikun ġie kklassifikat fil-kategorija tal-użu “għall-borra”;

4.2.8.

Il-kitba “MPT” (jew alternattivament “ML” jew “ET”) u/jew POR, jekk it-tajer ikun ġie kklassifikat fil-kategorija għal użu “speċjali”.

ET tfisser “Extra Tread”, jiġifieri kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art żejda; ML tirreferi għal “Mining and Logging”, jiġifieri tħaffir fil-minjieri u qtugħ ta’ siġar; MPT tfisser “Multi-Purpose Truck”, jiġifieri trakk li jista’ jiġi użat għal diversi finijiet; u POR tfisser “Professional Off-road”, jiġifieri għal użu professjonali fuq art imħarbta.

4.3.

It-tajers għandhom jipprovdu spazju adegwat għall-marka ta’ approvazzjoni kif jintwera fl-Anness 2 għal dan ir-Regolament.

4.4.

Il-marka ta’ approvazzjoni għandha tkun ifformata fi jew fuq in-naħa tal-ġenb tat-tajer, għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u għandha tkun fin-naħa ta’ isfel tat-tajer fuq għall-inqas wieħed mill-ġnub.

4.4.1.

Madankollu, fil-każ ta’ tajers identifikati bis-simbolu tal-konfigurazzjoni tal-installazzjoni tat-tajer mar-rimm “A”, l-immarkar jista’ jkun fi kwalunkwe post fuq barra tal-ħajt tal-ġenb tat-tajer.

5.   L-APPROVAZZJONI

5.1.

Jekk id-daqs rappreżentattiv tat-tajer tat-tip ta’ tajer imressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6 u 7 ta’ aktar ’l isfel, għandha tingħata l-approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ tajer.

5.2.

Għandu jkun assenjat numru ta’ approvazzjoni lit-tip ta’ tajer approvat. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ta’ tajer ieħor.

5.3.

L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni tal-approvazzjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jkun ikkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

5.3.1.

Il-manifatturi tat-tajers għandhom il-jedd li jibgħatu applikazzjoni għall-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip għar-rekwiżiti ta’ regolamenti oħrajn rilevanti għat-tip ta’ tajer. F’dak il-każ, kopja tal-komunikazzjoni(jiet) rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip, kif maħruġa mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip rilevanti, għandha tkun mehmuża mal-applikazzjoni għall-estensjoni tal-approvazzjoni. L-applikazzjonijiet kollha għall-estensjoni tal-approvazzjoni(jiet) għandhom jingħataw biss mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun ħarġet l-approvazzjoni oriġinali għat-tajer.

5.3.1.1.

Meta tingħata estensjoni tal-approvazzjoni sabiex tkun inkorporata fiċ-ċertifikazzjoni(jiet) tal-formola ta’ komunikazzjoni (ara l-Anness 1 għal dan ir-Regolament) ta’ konformità mar-regolamenti l-oħra, in-numru ta’ approvazzjoni fuq il-formola ta’ komunikazzjoni għandu jkun supplimentat minn suffiss(i) sabiex ikun(u) identifikat(i) r-regolament(i) partkolari u l-preskrizzjonijiet tekniċi li ġew inkorporati mill-estensjoni tal-approvazzjoni. Rigward kull suffiss partikolari, in-numru(i) tal-approvazzjoni tat-tip speċifiku(ċi) u r-Regolament innifsu għandhom jiġu miżjuda mal-paragrafu 9 tal-formola ta’ komunikazzjoni.

5.3.1.2.

Il-prefiss għandu jidentifika s-serje ta’ emendi tal-preskrizzjoni dwar il-prestazzjonijiet tat-tajers għar-Regolament rilevanti, eż. 02S2 biex tkun identifikata t-tieni serje ta’ emendi dwar l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajer mat-triq fl-istadju 2 jew 02S1WR1 sabiex tkun identifikata t-tieni serje ta’ emendi dwar l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajer mat-triq fl-istadju 1, l-adeżjoni tat-tajer fuq superfiċji mxarrbin u r-reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 1 (ara l-paragrafu 6.1 għad-definizzjonijiet tal-istadju 1 u tal-istadju 2). Jekk ir-Regolament rilevanti jkun fil-forma oriġinali tiegħu, ma għandha tkun meħtieġa l-ebda identifikazzjoni tas-serje ta’ emendi.

5.3.2.

Is-suffissi li ġejjin diġà ġew riżervati sabiex jidentifikaw regolamenti speċifiċi dwar il-parametri tal-prestazzjoni tat-tajers:

S

biex tkun identifikata konformità addizzjonali mar-rekwiżiti dwar l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajers;

W

biex tkun identifikata konformità addizzjonali mar-rekwiżiti dwar l-adeżjoni tat-tajers fuq superfiċji mxarrbin;

R

biex tkun identifikata konformità addizzjonali mar-rekwiżiti dwar ir-reżistenza għall-irrolljar tat-tajers.

Meta jitqies li għall-ispeċifikazzjonijiet tal-ħoss ta’ rrolljar u tar-reżistenza għall-irrolljar fil-paragrafi 6.1 u 6.3 qed jiġu ddefiniti żewġ stadji, S u R għandhom jiġu segwiti jew mis-suffiss “1” għal konformità mal-istadju 1 jew mis-suffiss “2” għal konformità mal-istadju 2.

5.4.

Fl-ispazju li jissemma fil-paragrafu 4.3 u skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 4.4, ma’ kull daqs ta’ tajer, skont it-tip ta’ tajer approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal marka internazzjonali ta’ approvazzjoni li tikkonsisti minn:

5.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (12); u

5.4.2.

In-numru ta’ approvazzjoni, li għandu jitqiegħed qrib iċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 5.4.1, jew fuq jew taħt l-“E” jew fuq ix-xellug jew il-lemin ta’ dik l-ittra

5.4.3.

Is-suffiss(i) għal u l-identifikazzjoni tas-serje rilevanti ta’ emendi, jekk ikun hemm, kif ġie speċifikat fil-formola ta’ komunikazzjoni.

Jista’ jintuża wieħed mis-suffissi elenkati hawn taħt jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom.

S1

Il-livell tal-ħoss fl-istadju 1

S2

Il-livell tal-ħoss fl-istadju 2

W

Il-livell tal-adeżjoni mal-imxarrab

R1

Il-livell tar-reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 1

R2

Il-livell tar-reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 2

Dawn is-suffissi għandhom jitqiegħdu fuq il-lemin jew taħt in-numru ta’ approvazzjoni, jekk ikunu parti mill-approvazzjoni oriġinali.

Jekk l-approvazzjoni tiġi estiża sussegwentement għall-approvazzjonijiet skont ir-Regolament Nru 30 jew 54, is-sinjal ta’ żieda “+” u s-serje ta’ emendi għar-Regolament Nru 117 għandhom jitqiegħdu quddiem is-suffiss jew quddiem kwalunkwe kombinazzjoni ta’ suffissi sabiex tkun indikata estensjoni għall-approvazzjoni.

Jekk l-approvazzjoni tiġi estiża sussegwentement għall-approvazzjoni oriġinali skont ir-Regolament Nru 117, is-sinjal ta’ żieda “+” għandu jitiqegħed bejn is-suffiss jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ suffissi tal-approvazzjoni oriġinali u s-suffiss jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ suffissi miżjuda sabiex tkun indikata estensjoni għall-approvazzjoni.

5.4.4.

L-immarkar fuq in-naħat tal-ġenb tat-tajer b’suffiss(i) għan-numru ta’ approvazzjoni jneħħi r-rekwiżit għal kwalunkwe mmarkar addizzjonali fuq it-tajer tan-numru ta’ approvazzjoni tat-tip speċifiku għal konformità mar-Regolament(i) li għalih(om) jirreferi s-suffiss, skont il-paragrafu 5.3.2 ta’ aktar ’il fuq.

5.5.

Jekk it-tajer ikun konformi mal-approvazzjonijiet tat-tip skont Regolament wieħed jew aktar anness mal-Ftehim fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.4.1 ma hemmx għalfejn jiġi ripetut. F’każ bħal dan, in-numri u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skont tagħhom ngħataw l-approvazzjonijiet fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu ħdejn is-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.4.1 ta’ aktar ’il fuq.

5.6.

L-Anness 2 għal dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marki ta’ approvazzjoni.

6.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET

6.1.   Il-limiti tal-emissjoni ta’ ħoss ta’ rrolljar, kif imkejla bil-metodu deskritt fl-Anness 3 għal dan ir-Regolament.

6.1.1.   Għat-tajers tal-Klassi C1, il-valur tal-emissjoni ta’ ħoss ta’ rrolljar ma għandux jaqbeż il-valuri rilevanti għall-istadju applikabbli mogħtija hawn taħt. Dawn il-valuri jirreferu għall-wisa’ nominali tas-sezzjoni kif tingħata fil-paragrafu 2.17.1.1 tar-Regolament Nru 30:

Stadju 1

Il-Wisa’ Nominali tas-Sezzjoni

Il-Limitu dB(A)

145 u aktar baxxa

72

Aktar minn 145 sa 165

73

Aktar minn 165 sa 185

74

Aktar minn 185 sa 215

75

Aktar minn 215

76

Il-limiti ta’ hawn fuq għandhom jiġu miżjuda b’1 dB(A) għal tajers b’tagħbija żejda jew għal tajers rinforzati u b’2 dB(A) għal “tajers għal użu speċjali”.


Stadju 2

Il-Wisa’ Nominali tas-Sezzjoni

Il-Limitu dB(A)

185 u aktar baxxa

70

Aktar minn 185 sa 245

71

Aktar minn 245 sa 275

72

Aktar minn 275

74

Il-limiti ta’ hawn fuq għandhom jiġu miżjuda b’1 dB(A) għat-tajers għall-borra, għat-tajers b’tagħbija żejda jew għat-tajers rinforzati, jew għal kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn il-klassifikazzjonijiet.

6.1.2.   Għat-tajers tal-Klassi C2, il-valur tal-emissjoni ta’ ħoss ta’ rrolljar b’referenza għall-kategorija tal-użu tiegħu (ara l-paragrafu 2.1 aktar ’il fuq) ma għandux jaqbeż il-valuri rilevanti għall-istadju applikabbli mogħtija hawn taħt:

Stadju 1

Il-kategorija tal-użu

Limitu dB(A)

Normali

75

Borra (*)

77

Speċjali

78


Stadju 2

Il-kategorija tal-użu

Limitu dB(A)

Normali

72

Borra

73

Speċjali

74

Fil-każ ta’ tajers għal trazzjoni, il-limiti ta’ hawn fuq għandhom jiġu miżjuda b’1 dB(A) għall-kategoriji tal-użu normali u speċjali, u b’2 dB(A) għall-kategorija tal-użu għall-borra.

6.1.3.   Għat-tajers tal-Klassi C3, il-valur tal-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar b’referenza għall-kategorija tal-użu tagħhom (ara l-paragrafu 2.1 ta’ aktar ’il fuq) ma għandux jaqbeż il-valuri rilevanti għall-istadju applikabbli mogħtija hawn taħt:

Stadju 1

Il-kategorija tal-użu

Limitu dB(A)

Normali

76

Borra (**)

78

Speċjali

79


Stadju 2

Il-kategorija tal-użu

Limitu dB(A)

Normali

73

Borra

74

Speċjali

75

Fil-każ tat-tajers għal trazzjoni, il-limiti ta’ hawn fuq għandhom jiġu miżjuda b’2 dB(A).

6.2.   Il-prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab se tkun ibbażata fuq proċedura li tipparaguna jew il-koeffiċjent tal-akbar forza tal-brejkijet (“pbfc”) jew id-diċelerazzjoni intermedja żviluppata b’mod sħiħ (“mfdd”) mal-valuri miksuba minn tajer tat-test standard u ta’ referenza (SRTT). Il-prestazzjoni relattiva għandha tkun indikata minn indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G).

6.2.1.   Għat-tajers tal-Klassi C1, ittestjati skont kwalunkwe waħda mill-proċeduri mogħtija fl-Anness 5 għal dan ir-Regolament, it-tajer għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

Il-kategorija tal-użu

L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G)

Tajer għall-borra b’simbolu tal-veloċità (“Q” jew aktar baxx eskluż “H”) li jindika veloċità massima permessibbli mhux akbar minn 160 km/h

≥ 0,9

Tajer għall-borra b’simbolu tal-veloċità (“R” u ogħla, inkluż “H”) li jindika veloċità massima permessibbli akbar minn 160 km/h

≥ 1,0

Tajer normali (tip għat-triq)

≥ 1,1

6.3.   Il-limiti tal-koeffiċjent tar-reżistenza għall-irrolljar, kif imkejjel bil-metodu deskritt fl-Anness 6 għal dan ir-Regolament.

6.3.1.   Il-valuri massimi għall-istadju 1 għall-koeffiċjent tar-reżistenza għall-irrolljar ma għandhomx jaqbżu dawn li ġejjin (il-valur f’N/kN huwa ekwivalenti għall-valur f’kg/tunnellata):

Il-klassi tat-tajer

Il-valur massimu (N/kN)

C1

12,0

C2

10,5

C3

8,0

Għat-tajers għall-borra, il-limiti għandhom jiġu miżjuda b’1 N/kN.

6.3.2.   Il-valuri massimi għall-istadju 2 għall-koeffiċjent tar-reżistenza għall-irrolljar ma għandhomx jaqbżu dawn li ġejjin (il-valur f’N/kN huwa ekwivalenti għall-valur f’kg/tunnellata):

Il-klassi tat-tajer

Il-valur massimu (N/kN)

C1

10,5

C2

9,0

C3

6,5

Għat-tajers għall-borra, il-limiti għandhom jiġu miżjuda b’1 N/kN.

6.4.   Sabiex ikun ikklassifikat fil-kategorija tal-użu “tajer għall-borra”, tajer għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni bbażati fuq metodu ta’ test li permezz tiegħu:

(a)

id-diċelerazzjoni intermedja żviluppata b’mod sħiħ (“mfdd”) f’test tal-ibbrejkjar,

(b)

jew alternattivament, forza ta’ trazzjoni massima jew medja f’test tat-trazzjoni,

(c)

jew alternattivament, l-aċċelerazzjoni intermedja żviluppata b’mod sħiħ f’test tal-aċċelerazzjoni (13) ta’ tajer kandidat tiġi pparagunata ma’ dik ta’ tajer standard u ta’ referenza.

Il-prestazzjoni relattiva għandha tkun indikata minn indiċi tal-borra.

6.4.1   Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni tat-tajers fuq il-borra

6.4.1.1.   It-tajers tal-Klassijiet C1 u C2

Il-valur minimu tal-indiċi tal-borra, kif ġie kkalkulat fil-proċedura deskritta fl-Anness 7 u pparagunat mal-SRTT għandu jkun kif ġej:

Il-klassi tat-tajer

L-indiċi tal-prestazzjoni fuq il-borra (il-metodu tal-brejk fuq il-borra) (14)

L-indiċi tal-prestazzjoni fuq il-borra (il-metodu tat-trazzjoni tat-tidwir (spin traction)) (15)

C1

1,07

1,10

C2

M.A.

1,10

6.5.   Sabiex ikun ikklassifikat bħala “tajer għal trazzjoni”, tajer għandu jissodisfa mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet tal-paragrafu 6.5.1 ta’ hawn taħt.

6.5.1.   It-tajer għandu jkollu disinn fil-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art b’mill-inqas żewġ strixxi maċ-ċirkonferenza, b’kull waħda jkun fiha minimu ta’ 30 element li jixbaħ lil blokka, separati minn kanali u/jew minn elementi ta’ kanali biex it-tajer jaqbad aktar li l-fond tagħhom (sipe) irid ikun mill-inqas nofs il-fond tal-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art. L-użu ta’ għażla alternattiva ta’ test fiżiku tapplika biss fi stadju ulterjuri wara emenda oħra tar-Regolament inkluża referenza għall-metodi ta’ ttestjar u valuri limitanti xierqa.

6.6.   Sabiex ikun ikklassifikat bħala “tajer għal użu speċjali”, tajer għandu jkollu disinn fil-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art f’forma ta’ blokka fejn il-blokki jkunu akbar u spazjati b’mod aktar wiesa’ milli fit-tajers normali u jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

 

Għat-tajers tal-Klassi C1: fond tal-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art ≥ 11 mm u proporzjon tal-ispazji għall-mimli ≥ 35 %

 

Għat-tajers tal-Klassi C2: fond tal-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art ≥ 11 mm u proporzjon tal-ispazji għall-mimli ≥ 35 %

 

Għat-tajers tal-Klassi C3: fond tal-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art ≥ 16 mm u proporzjon tal-ispazji għall-mimli ≥ 35 %

6.7.   Sabiex ikun ikklassifikat bħala “tajer professjonali għal fuq art imħarbta (off-road)”, tajer għandu jkollu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

Għat-tajers tal-Klassijiet C1 u C2:

i)

Fond tal-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art ≥ 11 mm

ii)

Proporzjon tal-ispazji għall-mimli ≥ 35 %

iii)

Kategorija ta’ veloċità massima ta’ ≤ Q

(b)

Għat-tajers tal-Klassi C3:

i)

Fond tal-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art ≥ 16 mm

ii)

Proporzjon tal-ispazji għall-mimli ≥ 35 %

iii)

Kategorija ta’ veloċità massima ta’ ≤ K

7.   IL-MODIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP TA’ TAJER PNEWMATIKU U L-ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI

7.1.

Kull modifikazzjoni tat-tip ta’ tajer li tista’ tinfluwenza l-karatteristiċi tal-prestazzjoni approvati skont dan ir-Regolament, għandha tkun innotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta’ tajer. L-awtorità tista’ jew:

7.1.1.

Tqis li l-modifikazzjonijiet mhux probabbli li jkollhom kwalunkwe effett ħażin apprezzabbli fuq il-karatteristiċi tal-prestazzjoni approvati u li t-tajer se jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; jew

7.1.2.

Teħtieġ li jitressqu aktar kampjuni biex jiġu ttestjati jew teħtieġ aktar rapporti tat-test mingħand is-servizz tekniku magħżul.

7.1.3.

Konferma jew rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-modifikazzjonijiet, għandha tkun ikkomunikata skont il-proċedura mogħtija fil-paragrafu 5.3 ta’ dan ir-Regolament lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

7.1.4.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tagħti l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru serjali għal tali estensjoni li għandu jintwera fuq il-formola ta’ komunikazzjoni.

8.   IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 għall-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

8.1.

Kwalunkwe tajer approvat skont dan ir-Regolament għandu jkun immanifatturat b’tali mod li jkun konformi mal-karatteristiċi tal-prestazzjoni tat-tip ta’ tajer approvat u jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6 ta’ aktar ’il fuq;

8.2.

Sabiex tkun ivverifikata l-konformità kif ġie preskritt fil-paragrafu 8.1 ta’ aktar ’il fuq, mill-produzzjoni serjali għandu jittieħed kampjun mhux sistematiku ta’ tajers li jkollhom fuqhom il-marka ta’ approvazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament. Il-frekwenza normali ta’ verifika tal-konformità tal-produzzjoni għandha tkun mill-inqas ta’ darba kull sentejn;

8.2.1.

Fil-każ ta’ verifiki rigward l-approvazzjonijiet skont il-paragrafu 6.2, dawn għandhom jitwettqu billi tintuża l-istess proċedura (ara l-Anness 5 għal dan ir-Regolament) bħal dik li ġiet adottata għall-approvazzjoni oriġinali, u l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tkun sodisfatta li t-tajers kollha li jaqgħu taħt tip approvat ikunu konformi mar-rekwiżit tal-approvazzjoni. Il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-volum tal-produzzjoni tat-tip ta’ tajer f’kull faċilità tal-manifattura fejn titqies(jitqiesu) is-sistema(i) ta’ ġestjoni tal-kwalità mħaddma mill-manifattur. Fejn proċedura tat-test tinvolvi ttestjar ta’ numru ta’ tajers fl-istess ħin, pereżempju sett ta’ erba’ tajers sabiex ikun ittestjata il-prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab skont il-proċedura tal-vettura standard mogħtija fl-Anness 5 għal dan ir-Regolament, mela s-sett għandu jitqies bħala unità waħda sabiex jiġi kkalkulat in-numru ta’ tajers li għandhom jiġu ttesjati.

8.3.

Għandu jitqies li l-produzzjoni kienet konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jekk il-livelli mkejla jkunu konformi mal-limiti preskritti fil-paragrafu 6.1 ta’ aktar ’il fuq, b’konċessjoni addizzjonali ta’ + 1 dB(A) għall-varjazzjonijiet possibbli fil-produzzjoni tal-massa.

8.4.

Għandu jitqies li l-produzzjoni kienet konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jekk il-livelli mkejla jkunu konformi mal-limiti preskritti fil-paragrafu 6.3 ta’ aktar ’il fuq, b’konċessjoni addizzjonali ta’ + 0,3 N/kN għall-varjazzjonijiet possibbli fil-produzzjoni tal-massa.

9.   IL-PIENI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.

L-approvazzjoni mogħtija rigward tip ta’ tajer skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 8 ta’ aktar ’il fuq, jew jekk kwalunkwe tajer tat-tip ta’ tajer jaqbeż il-limiti mogħtija fil-paragrafu 8.3 jew 8.4 ta’ aktar ’il fuq.

9.2.

Jekk Parti għall-Ftehim, li tapplika dan ir-Regolament, tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, hija għandha tinnotifika minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ approvazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

Jekk id-detentur ta’ aprovazzjoni jieqaf għalkollox mill-manifattura ta’ tip ta’ tajer pnewmatiku approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

11.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITÀ TAL-APPROVAZZJONI

Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti, l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi li jwettqu t-testijiet ta’ approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni ta’ approvazzjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni, li jkunu nħarġu f’pajjiżi oħra.

12.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

12.1.

Mid-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 02 ta’ emendi għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni ECE għal tip ta’ tajer skont dan ir-Regolament jekk it-tajer ikun konformi mar-rekwiżiti tas-serje 02 ta’ emendi, inklużi r-rekwiżiti tal-ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 1 jew fl-istadju 2 stabbiliti fil-paragrafi 6.1.1 sa 6.1.3, ir-rekwiżiti għall-prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab stabbiliti fil-paragrafu 6.2.1, u r-rekwiżiti tar-reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 1 jew fl-istadju 2 stabbiliti fil-paragrafu 6.3.1 jew 6.3.2.

12.2.

Mill-1 ta’ Novembru 2012, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni ECE jekk it-tip ta’ tajer li għandu jiġi approvat ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif ġie emendat bis-serje 02 ta’ emendi, u barra minn hekk, għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni ECE jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti tal-ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 2 stabbiliti fil-paragrafi 6.1.1 sa 6.1.3, mar-rekwiżiti għall-prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab stabbiliti fil-paragrafu 6.2.1, u mar-rekwiżiti tar-reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 1 stabbiliti fil-paragrafu 6.3.1.

12.3.

Mill-1 ta’ Novembru 2014, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jippermettu l-bejgħ jew id-dħul f’servizz ta’ tajer li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif ġie emendat bis-serje 02, u li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif ġie emendat bis-serje 02 ta’ emendi, inklużi r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab stabbiliti fil-paragrafu 6.2.

12.4.

Mill-1 ta’ Novembru 2016, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni ECE jekk it-tip ta’ tajer li għandu jiġi approvat ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif ġie emendat bis-serje 02 ta’ emendi, inklużi r-rekwiżiti tar-reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 2 stabbiliti fil-paragrafu 6.3.2.

12.5.

Mill-1 ta’ Novembru 2016, kwalunkwe Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament tista’ tirrifjuta li tippermetti l-bejgħ jew id-dħul f’servizz ta’ tajer li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif ġie emendat bis-serje 02, u li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 2 stabbiliti fil-paragrafi 6.1.1 sa 6.1.3.

12.6.

Mid-dati mogħtija hawn taħt, kwalunkwe Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament tista’ tirrifjuta li tippermetti l-bejgħ jew id-dħul f’servizz ta’ tajer li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif ġie emendat bis-serje 02, u li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tar-reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 1 stabbiliti fil-paragrafu 6.3.1:

Il-klassi tat-tajer

Id-data

C1, C2

l-1 ta’ Novembru 2014

C3

l-1 ta’ Novembru 2016

12.7.

Mid-dati mogħtija hawn taħt, kwalunkwe Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament tista’ tirrifjuta li tippermetti l-bejgħ jew id-dħul f’servizz ta’ tajer li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif ġie emendat bis-serje 02, u li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tar-reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 2 stabbiliti fil-paragrafu 6.3.2:

Il-klassi tat-tajer

Id-data

C1, C2

l-1 ta’ Novembru 2018

C3

l-1 ta’ Novembru 2020


(1)  Kif imfisser fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument TRANS/WP.29/78/Rev. 2, para 2.

(2)  It-tajers tal-Klassi C1 jikkorrispondu għat-“tajers tal-karozzi tal-passiġġieri” fl-ISO 4000-1:2010.

(3)  L-unità tas-Sistema Internazzjonali tal-Unitajiet (SI) użata b’mod konvenzjonali għar-reżistenza għall-irrolljar hija l-metru-newton għal kull metru (newton-meter per meter), li hija ekwivalenti għal forza ta’ ġbid fi newton.

(4)  Ir-reżistenza għall-irrolljar hija espressa fi newton u t-tagħbija hija espressa f’kilo-newton. Il-koeffiċjent tar-reżistenza għall-irrolljar ma għandux dimensjonijiet.

(5)  Id-definizzjoni ta’ tajer ġdid tat-test hija meħtieġa sabiex titnaqqas il-varjazzjoni potenzjali fid-dejta u d-dispersjoni potenzjali minħabba l-effetti taż-żmien li jgħaddi minn fuq it-tajer.

(6)  Huwa permissibbli li tiġi ripetuta proċedura ta’ test aċċettata.

(7)  Eżempju ta’ mġiba ta’ magna huwa d-drift (bidla bil-mod mhix ikkontrollata f’xi karatteristika operattiva ta’ biċċa tagħmir).

(8)  L-oġġett li qed idur jista’ jkun, pereżempju, assemblaġġ ta’ tajer jew drum ta’ magna.

(9)  Ir-reprodoċibbiltà tal-kejl σm għandha tiġi stimata billi jittkejlu n drabi (fejn n ≥ 3), fuq tajer wieħed, il-proċedura sħiħa hija mfissra fil-paragrafu 4 tal-Anness 6 kif ġej:

Formula

Fejn:

j

=

l-għadd minn 1 sa n għan-numru ta' ripetizzjonijiet ta' kull kejl għal tajer partikolari

n

=

in-numru ta' ripetizzjonijiet ta' kejl tat-tajer (n ≥ 3)

(10)  Uħud minn dawn ir-rekwiżiti jistgħu jiġu speċifikati separatament fir-Regolament Nru 30 jew 54.

(11)  L-għoli minimu tal-immarkar: irreferi għad-dimensjoni C fl-Anness 3 għar-Regolament Nru 54.

(12)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument TRANS/WP.29/78/Rev.2.

(*)  il-valur ta’ limitu japplika wkoll għat-tajers immarkati M+S biss.

(**)  Il-limitu japplika wkoll għat-tajers immarkati M+S biss.

(13)  Din il-proċedura ta’ test qed tiġi żviluppata.

(14)  Ara l-paragrafu 3 tal-Anness 7 għal dan ir-Regolament.

(15)  Ara l-paragrafu 2 tal-Anness 7 għal dan ir-Regolament.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

EŻEMPJI TA’ MARKI TA’ APPROVAZZJONI

Appendiċi 1

L-ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TA’ APPROVAZZJONI

(Ara l-paragrafu 5.4 ta’ dan ir-Regolament)

Approvazzjoni skont ir-Regolament Nru 117

Eżempju 1

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq, imwaħħla fuq tajer pnewmatiku, turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 117 (immarkat b’S2 (ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 2) biss), bin-numru ta’ approvazzjoni 0212345. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni (02) jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tas-serje 02 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

Eżempju 2

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 117 (immarkat b’S1 (ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 1), b’W (adeżjoni mal-imxarrab), u b’R1 (reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 1) bin-numru ta’ approvazzjoni 0212345. Dan jindika li l-approvazzjoni hija għal S1WR1. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni (02) jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tas-serje 02 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

Appendiċi 2

L-APPROVAZZJONI SKONT IR-REGOLAMENT Nru 117 LI TIKKONIĊIDI MAL-APPROVAZZJONI SKONT IR-REGOLAMENT Nru 30 JEW 54  (1)

Eżempju 1

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 117 (immarkat b’S2 (ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 2)), bin-numru ta’ approvazzjoni 0212345 u skont ir-Regolament Nru 30, bin-numru ta’ approvazzjoni 0236378. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni (02) jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont is-serje 02 ta’ emendi u li r-Regolament Nru 30 kien jinkludi s-serje 02 ta’ emendi.

Eżempju 2

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 117 (immarkat b’S2WR2 (ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 2, adeżjoni mal-imxarrab u reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 2)), bin-numru ta’ approvazzjoni 0212345 u skont ir-Regolament Nru 30 bin-numru ta’ approvazzjoni 0236378. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni (02) jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont is-serje 02 ta’ emendi u li r-Regolament Nru 30 kien jinkludi s-serje 02 ta’ emendi.

Eżempju 3

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 117 u skont is-serje 02 ta’ emendi bin-numru ta’ approvazzjoni 0212345 (immarkat b’S2), u skont ir-Regolament Nru 54. Dan jindika li l-approvazzjoni hija għall-ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 2 (S2). L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni tar-Regolament Nru 117 (02) flimkien mal-“S2” jindikaw li l-ewwel approvazzjoni ngħatat skont ir-Regolament Nru 117 li kien jinkludi s-serje 02 ta’ emendi. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni tar-Regolament Nru 54 (00) jindikaw li dan ir-Regolament kien fil-forma oriġinali tiegħu.

Eżempju 4

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 117 u s-serje 02 ta’ emendi bin-numru ta’ approvazzjoni 0212345 (immarkat b’S2R2), u skont ir-Regolament Nru 54. Dan jindika li l-approvazzjoni hija għall-ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 2 (S2) u għar-reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 2 (R2). L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni tar-Regolament Nru 117 (02) flimkien mal-“S2R2” jindikaw li l-ewwel approvazzjoni ngħatat skont ir-Regolament Nru 117 li kien jinkludi s-serje 02 ta’ emendi. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni tar-Regolament Nru 54 (00) jindikaw li dan ir-Regolament kien fil-forma oriġinali tiegħu.

Appendiċi 3

L-ESTENSJONIJIET BIEX IKUNU KKOMBINATI L-APPROVAZZJONIJIET MAĦRUĠA SKONT IR-REGOLAMENT Nri 117, 30 JEW 54  (2)

Eżempju 1

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat, għall-ewwel, fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 30 u skont is-serje 02 ta’ emendi bin-numru ta’ approvazzjoni 0236378. It-tajer huwa mmarkat ukoll b’+ 02S1 (ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 1) li tindika li l-approvazzjoni tiegħu ġiet estiża skont ir-Regolament Nru 117 (is-serje 02 ta’ emendi). L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni (02) jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-Regolament Nru 30 (is-serje 02 ta’ emendi). Is-sinjal ta’ żieda (+) jindika li l-ewwel approvazzjoni ngħatat skont ir-Regolament Nru 30 u kienet estiża biex tinkludi l-approvazzjoni(jiet) mogħtija skont ir-Regolament Nru 117 (is-serje 02 ta’ emendi) għall-ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 1.

Eżempju 2

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat, għall-ewwel, fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 30 u skont is-serje 02 ta’ emendi bin-numru ta’ approvazzjoni 0236378. Dan jindika li l-approvazzjoni hija għal S1 (ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 1), W (adeżjoni mal-imxarrab) u R2 (reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 2). L-S1WR2 ippreċeduta minn (02) tindika li l-approvazzjoni tat-tajer ġiet estiża skont ir-Regolament Nru 117 li kien jinkludi s-serje 02 ta’emendi. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni (02) jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-Regolament Nru 30 (is-serje 02 ta’ emendi). Is-sinjal ta’ żieda (+) jindika li l-ewwel approvazzjoni ngħatat skont ir-Regolament Nru 30 u ġiet estiża biex tinkludi l-approvazzjoni(jiet) skont ir-Regolament Nru 117 (is-serje 02 ta’ emendi).

Appendiċi 4

L-ESTENSJONIJIET BIEX IKUNU KKOMBINATI L-APPROVAZZJONIJIET MAĦRUĠA SKONT IR-REGOLAMENT Nru 117  (3)

Eżempju 1

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat, għall-ewwel, fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 117 u skont is-serje 02 ta’ emendi bin-numru ta’ approvazzjoni 0212345. Dan jindika li l-approvazzjoni hija għal W (qabda fuq l-imxarrab). L-S2R2 ippreċeduta minn + tindika li l-approvazzjoni tat-tajer ġiet estiża skont ir-Regolament Nru 117 għall-ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 2 u għar-reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 2 fuq il-bażi ta’ ċertifikat(i) separat(i).

Eżempju 2

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat, għall-ewwel, fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 117 u skont is-serje 02 ta’ emendi bin-numru ta’ approvazzjoni 0212345. Dan jindika li l-approvazzjoni hija għal S1 (ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 1) u għal W (qabda fuq l-imxarrab). L-R1 ippreċeduta minn + tindika li l-approvazzjoni tat-tajer ġiet estiża skont ir-Regolament Nru 117 għall-ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 1 fuq il-bażi ta’ ċertifikat(i) separat(i).

Eżempju 3

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat, għall-ewwel, fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 117 u skont is-serje 01 ta’ emendi bin-numru ta’ approvazzjoni 0167890. Dan jindika li l-approvazzjoni hija għal S (ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 1) u għal W (qabda fuq l-imxarrab). L-02R1 ippreċeduta minn + tindika li l-approvazzjoni tat-tajer ġiet estiża skont ir-Regolament Nru 117 u skont is-serje 02 ta’ emendi għall-ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 1 fuq il-bażi ta’ ċertifikat(i) separat(i).


(1)  L-approvazzjonijiet skont ir-Regolament Nru 117 għat-tajers fl-ambitu tar-Regolament Nru 54 bħalissa ma jinkludux ir-rekwiżiti tal-adeżjoni mal-imxarrab.

(2)  L-approvazzjonijiet skont ir-Regolament Nru 117 għat-tajers fl-ambitu tar-Regolament Nru 54 bħalissa ma jinkludux ir-rekwiżiti tal-adeżjoni mal-imxarrab.

(3)  L-approvazzjonijiet skont ir-Regolament Nru 117 għat-tajers fl-ambitu tar-Regolament Nru 54 bħalissa ma jinkludux ir-rekwiżiti tal-adeżjoni mal-imxarrab.


ANNESS 3

IL-METODU TAT-TEST TA’ SEWQAN BIL-MAGNA MITFIJA (COAST-BY) BIEX TITKEJJEL L-EMISSJONI TA’ ĦOSS TA’ RROLLJAR TAT-TAJER

0.   INTRODUZZJONI

Il-metodu ppreżentat jinkludi speċifikazzjonijiet dwar l-istrumenti tal-kejl, il-kundizzjonijiet tal-kejl u l-metodu tal-kejl, sabiex jintlaħaq il-livell ta’ ħoss ta’ sett ta’ tajers immuntati fuq vettura tat-test li jirrolljaw fuq superfiċje speċifikata tat-triq. Il-livell massimu tal-pressjoni tal-ħoss għandu jiġi rrekordjat meta l-vettura tkun bil-magna mitfija, permezz ta’ mikrofoni mqiegħda ’l bogħod; ir-riżultat finali għal veloċità ta’ referenza jinkiseb minn analiżi ta’ rigressjoni lineari. Tali riżultati tat-test ma jistgħux ikunu relatati ma’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajer imkejjel waqt aċċelerazzjoni b’saħħa jew waqt diċelerazzjoni bil-brejkijiet.

1.   L-ISTRUMENTI TAL-KEJL

1.1.   Il-kejl akustiku

Il-miter tal-livell ta’ ħoss jew is-sistema ekwivalenti ta’ kejl, inkluż il-windksrin rakkomandat mill-manifattur, għandu jissodisfa jew jkun aħjar mir-rekwiżiti ta’ strumenti tat-Tip 1 skont l-IEC 60651:1979/A1:1993, it-tieni edizzjoni.

Il-kejl għandu jittieħed billi tintuża d-differenzazzjoni tal-frekwenza A u d-differenzazzjoni tal-ħin F.

Meta tintuża sistema li tinkludi monitoraġġ perjodiku tal-livell ta’ ħoss differenzjat A, għandu jittieħed qari f’intervall ta’ ħin li ma jkunx akbar minn 30 ms.

1.1.1.   Il-kalibrazzjoni

Fil-bidu u fi tmiem kull sessjoni ta’ kejl, is-sistema kollha tal-kejl għandha tiġi kkontrollata permezz ta’ kalibratur tal-ħoss li jissodisfa r-rekwiżiti għall-kalibraturi tal-ħoss ta’ preċiżjoni, mill-inqas, tal-Klassi 1 skont l-IEC 60942:1988. Bla ebda aġġustament ulterjuri, id-differenzi bejn il-qari ta’ żewġ kontrolli konsekuttivi għandha tkun inqas minn jew ta’ 0.5 dB. Jekk dan il-valur jinqabeż, ir-riżultati tal-kejl miksuba wara l-kontroll sodisfaċenti preċedenti għandhom jitwarrbu.

1.1.2.   Il-konformità mar-rekwiżiti

Il-konformità tal-apparat ta’ kalibrazzjoni tal-ħsejjes mar-rekwiżiti tal-IEC 60942:1988 għandha tkun ivverifikata darba fis-sena u l-konformità tas-sistema ta’ strumentazzjoni mar-rekwiżiti tal-IEC 60651:1979/A1:1993, it-tieni edizzjoni, għandha tkun ivverifikata mill-inqas kull sentejn, minn laboratorju li jkun awtorizzat iwettaq kalibrazzjonijiet traċċabbli għall-istandards xierqa.

1.1.3.   Il-pożizzjonament tal-mikrofonu

Il-mikrofonu (jew il-mikrofoni) għandu(hom) ikun(u) qiegħed(qegħdin) f’distanza ta’ 7.5 ± 0.05 m mil-linja ta’ referenza tal-mogħdija CC' (Figura 1) u 1.2 ± 0.02 m ’il fuq mill-art. L-assi tas-sensittività massima tiegħu għandu jkun orizzontali u perpendikulari għall-mogħdija tal-vettura (linja CC').

1.2.   Il-kejl tal-veloċità

Il-veloċità tal-vettura għandha titkejjel bi strumenti li jkollhom preċiżjoni ta’ ± 1 km/h jew aħjar meta t-tarf ta’ quddiem tal-vettura jkun laħaq il-linja PP (Figura 1).

1.3.   Il-kejl tat-temperatura

Il-kejl tal-arja kif ukoll tat-temperatura tas-superfiċje tat-test huwa mandatorju.

L-apparati tal-kejl tat-temperatura għandhom ikunu preċiż sa ± 1 °C.

1.3.1.   It-temperatura tal-arja

Is-sensur tat-temperatura għandu jiġi ppożizzjonat f’post mhux ostakolat qrib il-mikrofonu b’tali mod li jkun espost għall-fluss tal-arja u protett mir-radjazzjoni solari diretta. Tal-aħħar jista’ jinkiseb bi kwalunkwe skrin li jitfa’ d-dell jew b’apparat simili. Is-sensur għandu jkun ippożizzjonat f’għoli ta’ 1.2 ± 0.1 ’il fuq mil-livell tas-superfiċje tat-test, sabiex tkun minimizzata l-influwenza tar-radjazzjoni termali tas-superfiċje tat-test fi flussi baxxi tal-arja.

1.3.2.   It-temperatura tas-superfiċje tat-test

Is-sensur tat-temperatura għandu jiġi ppożizzjonat f’post fejn it-temperatura mkejla tkun rappreżentattiva tat-temperatura fil-mogħdijiet tar-roti, mingħajr ma jinterferixxi fil-kejl tal-ħsejjes.

Jekk jintuża strument b’sensur tat-temperatura ta’ kuntatt, bejn is-superfiċje u s-sensur għandu jiġi applikat pejst konduttiv għas-sħana sabiex ikun żgurat kuntatt termali adegwat.

Jekk jintuża termometru tar-radjazzjoni (pirometru), l-għoli għandu jintgħażel sabiex ikun żgurat li jkun kopert punt ta’ kejl b’dijametru ta’ ≥ 0.1 m.

1.4.   Il-kejl tar-riħ

L-apparat għandu jkun kapaċi jkejjel il-veloċità tar-riħ b’tolleranza ta’ ± 1 m/s. Ir-riħ għandu jitkejjel fl-għoli tal-mikrofonu. Għandha tiġi rreġistrata d-direzzjoni tar-riħ b’referenza għad-direzzjoni tas-sewqan.

2.   IL-KUNDIZZJONIJIET TAL-KEJL

2.1.   Is-sit tat-test

Is-sit tat-test għandu jikkonsisti f’sezzjoni ċentrali mdawra minn żona tat-test sostanzjalment ċatta. Is-sezzjoni tal-kejl għandha tkun invell; is-superfiċje tat-test għandha tkun niexfa u nadifa għall-kejl kollu. Is-superfiċje tat-test ma għandhiex titberred artifiċjalment matul jew qabel l-ittestjar.

Il-mogħdija tat-test għandha tkun tali li l-kundizzjonijiet ta’ kamp akustiku ħieles bejn is-sors tal-ħoss u l-mikrofonu tinkiseb sa 1 dB(A). Għandu jitqies li dawn il-kundizzjonijiet ġew sodisfatti jekk ma jkun hemm l-ebda oġġett kbir li jirrifletti l-ħsejjes, bħal xatbiet, ġebel, pontijiet jew bini f’50 m miċ-ċentru tas-sezzjoni tal-kejl. Is-superfiċje tal-mogħdija tat-test u d-dimensjonijiet tas-sit tat-test għandhom ikunu skont l-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.

Parti ċentrali b’radju ta’ mill-inqas 10 m għandha tkun ħielsa minn borra f’forma ta’ trab, ħaxix tawwali, ħamrija mhux magħquda, irmied jew simili. Ma għandu jikun hemm l-ebda ostaklu li jista’ jaffettwa l-kamp akustiku fil-viċinanzi tal-mikrofonu u l-ebda persuna ma għandha tkun wieqfa bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-operatur li jwettaq il-kejl u kwalunkwe osservatur li jieħu ħsieb il-kejl għandhom jippożizzjonaw lilhom infushom b’tali mod li ma jaffettwawx il-qari tal-istrumenti tal-kejl.

2.2.   Il-kundizzjonijiet metereoloġiċi

Il-kejl ma għandux isir f’kundizzjonijiet atmosferiċi ħżiena. Għandu jkun żgurat li r-riżultati ma jiġux affettwati minn buffuri ta’ riħ. L-ittestjar ma għandux jitwettaq jekk il-veloċità tar-riħ fl-għoli tal-mikrofonu taqbeż il-5 m/s.

Il-kejl ma għandux isir jekk it-temperatura tal-arja tkun aktar baxxa minn 5 °C jew ogħla minn 40 °C jew jekk it-temperatura tas-superfiċje tat-test tkun aktar baxxa minn 5 °C jew ogħla minn 50 °C.

2.3.   Il-ħoss ambjentali

2.3.1.   Il-livell tal-ħsejjes fl-isfond (inkluż kwalunkwe ħoss mir-riħ) għandu jkun ta’ mill-inqas 10 dB(A) inqas mill-emissjoni ta’ ħoss ta’ rrolljar imkejjel tat-tajer. Mal-mikrofonu jista’ jitwaħħal windskrin adattat sakemm jitqies l-effett li jkollu fuq is-sensittiva u fuq il-karatteristiċi direzzjonali tal-mikrofonu.

2.3.2.   Kwalunkwe kejl affettwat mill-ogħla livell ta’ ħoss li jidher li ma jkunx relatat mal-karatteristiċi tal-livell ġenerali tal-ħoss, għandu jiġi injorat.

2.4.   Ir-rekwiżiti tal-vettura tat-test

2.4.1.   Ġenerali

Il-vettura tat-test għandha tkun vettura bil-mutur u għandha tkun mgħammra b’erba’tajers waħdanija fuq żewġ fusien biss.

2.4.2.   It-tagħbija tal-vettura

Il-vettura għandha tkun mgħobbija b’tali mod li tkun konformi mat-tagħbiji tat-tajer tat-test kif ġew speċifikati fil-paragrafu 2.5.2 ta’ aktar ’l isfel.

2.4.3.   Id-distanza bejn il-fus tar-rota ta’ quddiem u dak ta’ wara (wheelbase)

Id-distanza bejn iż-żewġ fusien li fuqhom twaħħlu t-tajers tat-test għat-tajers tal-Klassi C1 għandha tkun ta’ inqas minn 3.50 m u għat-tajers tal-Klassi C2 u tal-Klassi C3 għandha tkun ta’ inqas minn 5 m.

2.4.4.   Il-miżuri sabiex tkun minimizzata l-influwenza tal-vettura fuq il-kejl tal-livell tal-ħoss

Sabiex ikun żgurat li l-ħoss ta’ rrolljar tat-tajer ma jkunx affettwat b’mod sinifikanti mid-disinn tal-vettura tat-test, qed jingħataw ir-rekwiżiti u r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin.

2.4.4.1.

Ir-rekwiżiti:

(a)

Ma għandhomx jitwaħħlu l-perpuri ta’ trażżin tal-isprej jew apparat żejjed ieħor sabiex jitrażżan l-isprej;

(b)

Kwalunkwe żieda jew żamma ta’ elementi fil-viċinanzi immedjati tar-rimmijiet u tat-tajers, li jistgħu jgħattu l-ħoss emess, mhix permessa;

(c)

L-allinjament tar-roti (toe-in (ir-roti meta joħorġu minn posthom wara xi daqqa fuq xi waħda minnhom), kamber u caster (rota żgħira)) għandhom jkun għalkollox konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur tal-vettura;

(d)

Fil-kejsings tar-rota jew taħt il-bodi ta’ taħt ma jistax jiġi mmuntat materjal addizzjonali li jassorbi l-ħsejjes;

(e)

Is-suspenxin għandha tkun f’tali kundizzjoni li ma tirriżultax fi tnaqqis mhux normali fl-għoli mill-art meta l-vettura tkun mgħobbija skont ir-rekwiżit tal-ittestjar. Jekk ikunu disponibbli, is-sistemi ta’ regolamentazzjoni tal-livell tal-bodi għandhom jiġu aġġustati sabiex waqt l-ittestjar ikunu għolja mill-art daqskemm ikun normali għal kundizzjoni mhux mgħobbija.

2.4.4.2.

Ir-rakkomandazzjonijiet sabiex ikun evitat storbju parassitiku:

(a)

Tneħħija jew modifika fil-vettura li tista’ tikkontribwixxi għall-ħsejjes fl-isfond tal-vettura hija rakkomandata. Kwalunkwe tneħħija jew modifika għandha tiġi rreġistrata fir-rapport tat-test;

(b)

Waqt l-ittestjar għandu jiġi assigurat li l-brejkijiet ma jiġux rilaxxati ħażin, biex b’hekk jikkawżaw l-istorbju;

(c)

Għandu jkun assigurat li l-fannijiet tat-tkessiħ elettriċi ma jkunux qed jaħdmu;

(d)

Waqt l-ittestjar, it-twieqi u s-saqaf li jiżżerżaq tal-vettura għandhom ikunu magħluqa.

2.5.   It-tajers

2.5.1.   Ġenerali

Fuq il-vettura tat-test għandhom jitwaħħlu erba’ tajers identiċi. Fil-każ ta’ tajers b’indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija akbar minn 121 u bla ebda indikazzjoni ta’ twaħħil doppju, tnejn minn dawn it-tajers, tal-istess tip u firxa, għandhom jitwaħħlu fuq il-fus ta’ wara tal-vettura tat-test; il-fus ta’ quddiem għandhom jitwaħħlulu tajers ta’ daqs adattat għat-tagħbija fuq il-fus u mraqqa sal-fond minimu sabiex tkun minimizzata l-influwenza tal-istorbju ta’ kuntatt tat-tajer mat-triq filwaqt li jinżamm livell xieraq ta’ sikurezza. It-tajers xitwin, li f’ċerti Partijiet Kontraenti jistgħu jkunu mgħammra b’tappieri maħsuba sabiex ikabbru l-frizzjoni, għandhom ikunu ttestjati mingħajr dan it-tagħmir. It-tajers b’rekwiżiti speċjali għat-twaħħil għandhom ikunu ttestjati skont dawn ir-rekwiżiti (eż. id-direzzjoni tat-tidwir). It-tajers għandu jkollhom fond sħiħ fil-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art qabel ma jibdew jitħaddmu.

It-tajers għandhom jiġu ttestjati fuq rimmijiet permessi mill-manifattur tat-tajers.

2.5.2.   It-tagħbiji tat-tajers

It-tagħbija tat-test Qt għal kull tajer fuq il-vettura tat-test għandha tkun ta’ bejn 50 % u 90 % tat-tagħbija ta’ referenza Qr, imma t-tagħbija medja tat-test Qt,avr tat-tajers kollha għandha tkun ta’ 75 ± 5 % tat-tagħbija ta’ referenza Qr.

Għat-tajers kollha, it-tagħbija ta’ referenza Qr tikkorrispondi għall-massa massima assoċjata mal-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija tat-tajer. Fil-każ fejn l-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija jkun magħmul minn żewġ numri diviżi minn linja dijagonali (/), għandha ssir referenza għall-ewwel numru.

2.5.3.   Il-pressjoni ta’ nefħa tat-tajer

Kull tajer imwaħħal fuq il-vettura tat-test għandu jkollu pressjoni tat-test Pt li ma tkunx ogħla mill-pressjoni ta’ referenza Pr u fl-intervall:

Formula

Għall-Klassi C2 u għall-Klassi C3, il-pressjoni ta’ referenza Pr hija l-pressjoni li tikkorrispondi għall-indiċi tal-pressjoni mmarkat fuq in-naħa tal-ġenb.

Għall-Klassi C1, il-pressjoni ta’ referenza hija Pr = 250 kPa għat-tajers “standard” u 290 kPa għat-tajers “rinforzati” jew “tagħbija żejda”; il-pressjoni minima tat-test għandha tkun ta’ Pt = 150 kPa.

2.5.4.   It-tħejjijiet qabel l-ittestjar

It-tajers għandhom jitħaddmu (“run-in”) qabel l-ittestjar sabiex jitneħħew l-għeqiedi tal-komposti jew karatteristiċi oħrajn tad-disinn tat-tajer li jirriżultaw mill-proċess tal-għoti tal-forma. Normalment, dan jeħtieġ l-ekwivalenti ta’ madwar 100 km ta’ użu normali fit-triq.

It-tajers imwaħħla fuq il-vettura tat-test għandhom iduru fl-istess direzzjoni bħala meta jitħaddmu fil-bidu.

Qabel l-ittestjar, it-tajers għandhom jissaħħnu billi jitħaddmu f’kundizzjonijiet tat-test.

3.   IL-METODU TAL-ITTESTJAR

3.1.   Il-kundizzjonijiet ġenerali

Għall-kejl kollu, il-vettura għandha tinsaq f’linja dritt tul is-sezzjoni tal-kejl (AA' sa BB') b’tali mod li l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ikun mill-aktar qrib possibbli tal-linja CC'.

Meta t-tarf ta’ quddiem tal-vettura tat-test ikun laħaq il-linja AA', is-sewwieq tal-vettura għandu jkun qiegħed lis-selettur tal-gerijiet f’pożizzjoni newtrali u tefa’ l-magna. Jekk waqt il-kejl il-vettura tat-test tagħmel ħsejjes mhux normali (eż. ventilatur, self-ignixin), it-test għandu jiġi injorat.

3.2.   In-natura u n-numru ta’ kejl

Il-livell massimu ta’ ħoss espress f’deċibels differenzjati A (dB(A)) għandu jitkejjel sa l-ewwel post deċimali hekk kif il-vettura tkun għaddejja bil-magna mitfija bejn il-linji AA' u BB' (Figura 1 – it-tarf ta’ quddiem tal-vettura fuq il-linja AA', it-tarf ta’ wara tal-vettura fuq il-linja BB'). Dan il-valur se jikkostitwixxi r-riżultat tal-kejl.

Il-kejl għandu jsir mill-inqas erba’ darbiet fuq kull naħa tal-vettura tat-test b’veloċitajiet tat-test aktar baxxi mill-veloċità ta’ referenza speċifikata fil-paragrafu 4.1 u għandu jsir kejl għal mill-inqas erba’ darbiet b’veloċitajiet tat-test ogħla mill-veloċità ta’ referenza. Bejn wieħed u ieħor, il-veloċitajiet għandhom ikunu spazjati ndaqs tul il-firxa tal-veloċitajiet speċifikata fil-paragrafu 3.3.

3.3.   Il-firxa tal-veloċitajiet tat-test

Il-veloċitajiet tal-vettura tat-test għandhom ikunu fil-firxa:

(a)

Minn 70 sa 90 km/h għat-tajers tal-Klassi C1 u tal-Klassi C2;

(b)

Minn 60 sa 80 km/h għat-tajers tal-Klassi C3.

4.   L-INTERPRETAZZJONI TAR-RIŻULTATI

Il-kejl ma għandux ikun validu jekk tkun irreġistrata diskrepanza mhux normali bejn il-valuri (ara l-paragrafu 2.3.2 ta’ dan l-anness).

4.1.   Id-determinazzjoni tar-riżultat tat-test

Il-veloċità ta’ referenza Vref li tintuża sabiex ikun iddeterminat ir-riżultat finali se tkun ta’:

(a)

80 km/h għat-tajers tal-Klassi C1 u tal-Klassi C2;

(b)

70 km/h għat-tajers tal-Klassi C3.

4.2.   L-analiżi ta’ rigressjoni għall-kejl ta’ ħoss ta’ rrolljar

Il-livell ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajer mat-triq LR f’dB(A) jiġi ddeterminat b’analiżi ta’ rigressjoni skont:

Formula

fejn:

Formula

hija l-valur intermedju tal-livelli ta’ ħoss ta’ rrolljar Li, imkejla f’db(A):

Formula

n hija n-numru ta’ kejl (n ≥ 16),

Formula

hija l-valur intermedju tal-logaritmi tal-veloċitajiet Vi:

Formula ma’ νi = lg(Vi / Vref)

a

hija n-niżla tal-linja ta’ rigressjoni f’dB(A):

Formula

4.3.   Il-korrezzjoni tat-temperatura

Għat-tajers tal-Klassi C1 u tal-Klassi C2, ir-riżultat finali għandu jiġi normalizzat għal temperatura ta’ referenza tas-superfiċje tat-test θref billi tiġi applikata korrezzjoni tat-temperatura, skont dan li ġej:

LRref) = LR(θ) + K(θref – θ)

fejn:

θ

=

it-temperatura mkejla tas-superfiċje tat-test,

θref

=

20 °C,

Għat-tajers tal-Klassi C1, il-koeffiċjent K huwa – 0,03 dB(A)/°C, fejn θ > θref

u: – 0,06 dB(A)/°C meta θ < θref.

Għat-tajers tal-Klassi C2, il-koeffiċjent K huwa – 0,02 dB(A)/°C

Jekk it-temperatura mkejla tas-superfiċje tat-test ma tinbidilx b’aktar minn 5 °C fil-kejl kollu meħtieġ sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta’ ħoss ta’ sett wieħed ta’ tajers, il-korrezzjoni tat-temperatura tista’ ssir biss fuq il-livell irrapportat u finali ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajer kif ġie indikat aktar ’il fuq, billi jintuża l-valur aritmetiku intermedju tat-temperaturi mkejla. Inkella, kull livell ta’ ħoss imkejjel Li għandu jiġi korrett, billi tintuża t-temperatura fi żmien ir-rekording tal-ħoss.

Mhu se jkun hemm l-ebda korrezzjoni tat-temperatura għat-tajers tal-Klassi C3.

4.4.   Sabiex jitqies kwalunkwe nuqqas ta’ preċiżjoni tal-istrumenti tal-kejl, skont il-paragrafu 4.3, ir-riżultati għandhom jitnaqqsu b’1 dB(A).

4.5.   Ir-riżultat finali, il-livell ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajer bit-temperatura korretta LRref) f’dB(A), għandu jitqarreb ’l isfel għall-eqreb valur sħiħ li jkun aktar baxx.

Figura 1

Il-pożizzjonijiet tal-mikrofoni għall-kejl

Image

Appendiċi 1

IR-RAPPORT TAT-TEST

Parti 1 –   Ir-rapport

1.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku: …

2.   L-isem u l-indirizz tal-applikant: …

3.   In-Nru tar-Rapport tat-Test: …

4.   Il-Manifattur u l-Isem tal-Marka jew id-Deskrizzjoni Kummerċjali: …

5.   Il-Klassi tat-Tajer (C1, C2 jew C3): …

6.   Il-kategorija tal-użu:…

7.   Il-livell ta’ ħoss skont il-paragrafi 4.4 u 4.5 tal-Anness 3 … dB(A)

b’veloċità ta’ referenza ta’ 70/80 km/h (1)

8.   Kummenti (jekk ikun hemm): …

9.   Data: …

10.   Firma: …

Parti 2 –   Id-dejta tat-test

1.   Id-data tat-test: …

2.   Il-vettura tat-test (il-marka, il-mudell, is-sena, il-modifiki, eċċ.): …

2.1.   Id-distanza bejn il-fus tar-rota ta’ quddiem u dak ta’ wara tal-vettura tat-test: mm …

3.   Fejn tinsab il-mogħdija tat-test: …

3.1.   Id-data taċ-ċertifikazzjoni tal-mogħdija skont l-ISO 10844:1994: …

3.2.   Maħruġa minn: …

3.3.   Il-metodu ta’ ċertifikazzjoni: …

4.   Id-dettalji tat-tajer tat-test: …

4.1.   Id-denominazzjoni tad-daqsijiet tat-tajers: …

4.2.   Id-deskrizzjoni tas-servizz tat-tajers: …

4.3.   Il-pressjoni ta’ nefħa ta’ referenza: kPa …

4.4.   Id-dejta tat-test: …

 

Quddiem fuq ix-xellug

Quddiem fuq il-lemin

Wara fuq ix-xellug

Wara fuq il-lemin

Il-massa tat-test (kg)

 

 

 

 

L-indiċi tat-tagħbija tat-tajer (%)

 

 

 

 

Il-pressjoni ta’ nefħa (kiesħa) (kPa)

 

 

 

 

4.5.   Il-kodiċi tal-wisa’ tar-rimm tat-test: …

4.6.   It-tip ta’ sensur għall-kejl tat-temperatura: …

5.   Ir-riżultati validi tat-test: …

Ġirja Nru

Il-Veloċità tat-Test

km/h

Id-direzzjoni tal-ġirja

Il-livell imkejjel tal-ħoss fuq ix-xellug (*)

dB(A)

Il-livell imkejjel tal-ħoss fuq il-lemin (*)

dB(A)

It-temperatura tal-arja

°C

It-temperatura tal-mogħdija

°C

Il-livell tal-ħoss fuq ix-xellug (*) bit-temperatura korretta

dB(A)

Il-livell tal-ħoss fuq il-lemin (*) bit-temperatura korretta

dB(A)

Kummenti

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.1.   In-niżla tal-linja ta’ rigressjoni: …

5.2.   Il-livell tal-ħoss wara l-korrezzjoni tat-temperatura skont il-paragrafu 4.3 tal-Anness 3: …

… dB(A)


(1)  Aqta’ barra dak li ma japplikax.

(*)  B'rabta mal-vettura.


ANNESS 4

L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAS-SIT TAT-TEST

1.   INTRODUZZJONI

Dan l-Anness jiddeskrivi l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-karatteristiċi fiżiċi u mat-tqegħid tal-mogħdija tat-test. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet, ibbażati fuq standard speċjali (1), jiddeskrivu l-karatteristiċi fiżiċi meħtieġa kif ukoll il-metodi tat-test għal dawn il-karatteristiċi.

2.   IL-KARATTERISTIĊI MEĦTIEĠA TAS-SUPERFIĊJE

Jitqies li superfiċje tkun konformi ma’ dan l-istandard sakemm l-istruttura u l-kontenut tal-ispazji jew il-koeffiċjent tal-assorbiment tal-ħoss jkunu tkejlu u jinsab li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-paragrafi 2.1 sa 2.4 ta’ aktar ’l isfel u sakemm ir-rekwiżiti tad-disinn (il-paragrafu 3.2) ikunu ġew sodisfatti.

2.1.   Il-kontenut tal-ispazji residwali

Il-kontenut tal-ispazji residwali (VC) tat-taħlita għall-pavimentar tal-mogħdija tat-test ma għandux jaqbeż it-8 %. Għall-proċedura tal-kejl, ara l-paragrafu 4.1.

2.2.   Il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss

Jekk is-superfiċje tonqos milli tkun konformi mar-rekwiżit tal-kontenut tal-ispazji residwali, is-superfiċje tkun aċċettabbli biss jekk il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss tagħha α ≤ 0,10. Għall-proċedura tal-kejl, ara l-paragrafu 4.2. Ir-rekwiżit tal-paragrafi 2.1 u 2.2 jiġi sodisfatt ukoll jekk tkejjel l-assorbiment tal-ħoss biss u nstab li huwa α ≤ 0,10.

Nota:

Il-karatteristika l-aktar rilevanti hija l-assorbiment tal-ħoss, għalkemm il-kontenut tal-ispazji residwali huwa aktar familjari fost il-bennejja tat-toroq. Madanakollu, l-assorbiment tal-ħoss jeħtieġ li jitkejjel biss jekk is-superfiċje tonqos milli tkun konformi mar-rekwiżit tal-ispazji. Dan huwa motivat minħabba li tal-aħħar huwa konness ma’ inċertezzi relattivament kbar f’termini kemm ta’ kejl kif ukoll ta’ rilevanza u wħud mis-superfiċji għalhekk jistgħu jiġu rifjutati, b’mod żbaljat, fuq il-bażi biss tal-kejl tal-ispazji.

2.3.   Il-fond tal-istruttura

Il-fond tal-istruttura (TD) imkejjel skont il-metodu volumetriku (ara l-paragrafu 4.3 ta’ aktar ’l isfel) għandu jkun:

TD ≥ 0,4 mm

2.4.   L-omoġeneità tas-superfiċje

Għandu jsir kull sforz prattiku biex ikun żgurat li, fiż-żona tat-test, is-superfiċje ssir kemm jista’ jkun omoġenja. Dan jinkludi l-istruttura u l-kontenut tal-ispazji, imma għandu jkun osservat ukoll li jekk il-proċess ta’ rrolljar jirriżulta fi rrolljar aktar effettiv f’uħud mill-bnadi milli f’oħrajn, l-istruttura tista’ tkun differenti u n-nuqqas ta’ uniformità jista’ jagħti lok għal ħotob.

2.5.   Il-perjodu tal-ittestjar

Sabiex ikun ikkontrollat jekk is-superfiċje tkomplix tkun konformi mal-istruttura u mal-kontenut tal-ispazji jew mar-rekwiżiti tal-assorbiment tal-ħoss stipulati f’dan l-istandard, għandu jsir ittestjar perjodiku tas-superfiċje fl-intervalli li ġejjin:

(a)

Għall-kontenut tal-ispazji residwali (VC) jew għall-assorbiment tal-ħoss (α):

Meta s-superfiċje tkun ġdida;

Jekk is-superfiċje tissodisfa r-rekwiżiti meta tkun ġdida, mhu meħtieġ l-ebda ttestjar perjodiku ieħor. Jekk ma tissodisfax ir-rekwiżit meta tkun ġdida, tista’ tissodisfah aktar tard għaliex is-superfiċji għandhom it-tendenza li jinstaddu u jsiru kompatti maż-żmien;

(b)

Għall-fond tal-istruttura (TD):

Meta s-superfiċje tkun ġdida;

Meta jibda l-ittestjar għall-ħsejjes (Nota: mhux qabel erba’ ġimgħat wara li titqiegħed is-superfiċje);

Imbagħad kull 12-il xahar.

3.   ID-DISINN TAS-SUPERFIĊJE TAT-TEST

3.1.   Iż-żona

Meta jiġi ddisinjat l-arranġament tal-mogħdija tat-test huwa importanti li jkun żgurat, li bħala rekwiżiti minimu, iż-żona misjuqa mill-vetturi li jgħaddu mill-istrixxa tat-test tkun miksija bil-materjal tat-test speċifikat b’marġnijiet xierqa għal sewqan sikur u prattiku. Dan se jeħtieġ li l-wisa’ tal-mogħdija tkun mill-inqas ta’ 3 m u t-tul tal-mogħdija jestendi ’lil hinn mil-linji AA u BB b’mill-inqas 10 m fuq kull tarf. Il-Figura 1 turi pjan ta’ sit tat-test xieraq u tindika ż-żona minima li għandha titqiegħed u tkun ikkompattata permezz tal-magni bil-materjal tas-superfiċje tat-test speċifikat. Skont il-paragrafu 3.2 tal-Anness 3, il-kejl għandu jittieħed fuq kull naħa tal-vettura. Dan jista’ jsir jew billi jsir kejl b’żewġ postijiet tal-mikrofonu (wieħed fuq kull naħa tal-mogħdija) u s-sewqan isir f’direzzjoni waħda, jew isir kejl b’mikrofonu biss fuq naħa waħda tal-mogħdija imma l-vettura tinsaq f’żewġ direzzjonijiet. Jekk jintuża l-metodu tal-aħħar, allura ma hemm l-ebda rekwiżit tas-superfiċje fuq dik in-naħa tal-mogħdija fejn ma jkun hemm l-ebda mikrofonu.

Figura 1

Ir-rekwiżiti minimi għaż-żona ta’ superfiċje tat-test. Il-parti skurata tissejjaħ iż-“Żona tat-Test”

Image

Test ta 'immaġni

NOTA

Ma għandu jkun hemm l-ebda oġġett kbir li jirrifletti l-ħsejjes f’dan ir-radju

3.2.   Id-disinn u t-tħejjija tas-superfiċje

3.2.1.   Ir-rekwiżiti bażiċi tad-disinn

Is-superfiċje tat-test għandha tissodisfa erba’ rekwiżiti tad-disinn:

3.2.1.1.

Għandha tkun magħmula minn konkrit dens asfaltat.

3.2.1.2.

Id-daqs massimu taż-żrar għandu jkun ta’ 8 mm (it-tolleranzi jippermettu minn 6,3 mm sa 10 mm).

3.2.1.3.

Il-ħxuna tal-kisi għandha tkun ta’ ≥ 30 mm.

3.2.1.4.

Is-sustanza li tgħaqqad għandha tkun bitum mhux modifikat bi grad ta’ penetrazzjoni diretta.

3.2.2.   Il-linji ta’ gwida għad-disinn

Bħala gwida għall-kostruttur tas-superfiċje, fil-Figura 2 qed tintwera kurva għall-gradazzjoni aggregata li se tagħti l-karatteristiċi mixtieqa. Barra minn hekk, it-Tabella 1 tagħti wħud mil-linji ta’ gwida sabiex jinkisbu l-istruttura u d-durabilità mixtieqa. Il-kurva tal-gradazzjoni taqbel mal-formula li ġejja:

P (% ta’ passati) = 100 · (d/dmax) 1/2

fejn:

d

= id-daqs tat-toqob kwadri tal-għarbiel, f’mm

dmax

= 8 mm għall-kurva intermedja

= 10 mm għall-kurva tat-tolleranza ta’ taħt

= 6,3 mm għall-kurva tat-tolleranza ta’ fuq

Figura 2

Il-kurva tal-gradazzjoni tal-aggregat fit-taħlita asfaltata bit-tolleranzi

Image

Minbarra dak li ntqal aktar ’il fuq, qed jingħataw ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-frazzjoni tar-ramel (0,063 mm < id-daqs tat-toqob kwadri tal-għarbiel < 2 mm) għandha tinkludi mhux aktar minn 55 % ta’ ramel naturali u mill-inqas 45 % ta’ ramel mitħun;

(b)

Il-bażi u s-sottobażi għandhom jiżguraw stabbiltà u uniformità tajba, skont l-aħjar prattika fil-bini tat-toroq;

(c)

Iż-żrar għandu jitfarrak (100 % tal-uċuh imfarrka) u jkun ta’ materjal b’reżistenza għolja għat-tifrik;

(d)

Iż-żrar użat fit-taħlita għandu jinħasel;

(e)

L-ebda żrara żejda ma għandha tiġi miżjuda mas-superfiċje;

(f)

L-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad epressa bħala valur PEN għandha tkun 40 - 60, 60 - 80 jew saħansitra 80 - 100, jiddependi mill-kundizzjonijiet klimatiċi tal-pajjiż. Ir-regola hija li għandha tintuża sustanza li tgħaqqad li tkun iebsa kemm jista’ jkun, sakemm tkun konsistenti mal-prattika komuni;

(g)

It-temperatura tat-taħlita qabel l-irrolljar għandha tingħażel biex jinkiseb il-kontenut ta’ spazji meħtieġa b’passati tar-romblu sussegwenti. Biex tiżdied il-probabbiltà li jiġu sodisfatti l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 2.1 sa 2.4 ta’ aktar ’il fuq, il-kompattezza għandha tiġi studjata mhux biss permezz ta’ għażla xierqa ta’ temperatura tat-taħlita, iżda wkoll pemezz ta’ numru xieraq ta’ passati u permezz tal-għażla tal-vettura li tikkompatta t-taħlita.

Tabella 1

Il-linji ta’ gwida għad-disinn

 

Il-valuri fil-mira

Tolleranzi

Skont il-massa totali tat-taħlita

Skont il-massa tal-aggregat

Il-massa tal-ġebel, għarbiel b’toqob kwadri (SM) > 2 mm

47,6  %

50,5  %

± 5 %

Il-massa tar-ramel 0,063 < SM < 2 mm

38,0  %

40,2  %

± 5 %

Il-massa tas-sustanza li timla SM < 0,063 mm

8,8  %

9,3  %

± 5 %

Il-massa tas-sustanza li tgħaqqad (bitum)

5,8  %

M.A.

± 0,5 %

Id-daqs massimu taż-żrar

8  mm

6,3 - 10 mm

L-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad

(ara l-paragrafu 3.2.2 (f))

 

Il-valur tal-ġebel ippolixxjat (PSV)

> 50

 

Il-kompatezza, relattiva għall-Kompatezza Marshall

98  %

 

4.   IL-METODU TAT-TEST

4.1.   Il-kejl tal-kontenut tal-ispazji residwali

Għall-fini ta’ dan il-kejl, għandhom jittieħdu kampjuni mill-mogħdija f’minn tal-inqas erba’ pożizzjonijiet differenti li jkunu mqassma b’mod ugwali fiż-żona tat-test bejn il-linji AA u BB (ara l-Figura 1). Biex jiġu evitati nuqqas ta’ omoġeneità u nuqqas ta’ uniformità fil-mogħdiji tar-roti, ma għandhomx jittieħdu kampjuni fil-mogħdiji tar-roti stess, imma qribhom. Żewġ kampjuni (bħala minimu) għandhom jittieħdu qrib il-mogħdija tar-roti, u kampjun ieħor (bħala minimu) għandu jittieħed bejn wieħed u ieħor fin-nofs bejn il-mogħdija tar-roti u l-pożizzjoni ta’ kull mikrofonu.

Jekk ikun hemm suspett li l-kundizzjoni ta’ omoġeneità mhix qed tiġi sodisfatta (ara l-paragrafu 2.4), għandhom jittieħdu kampjuni minn aktar inħawi fiż-żona tat-test.

Għal kull kampjun għandu jiġi ddeterminat il-kontenut ta’ spazji residwali, imbagħad il-valur medju mill-kampjuni kollha għandu jkun ikkalkulat u pparagunat mar-rekwiżit tal-paragrafu 2.1. Barra minn hekk, l-ebda kampjun waħdani ma għandu jkollu valur ta’ spazji ogħla minn 10 %.

Il-bennej tas-superfiċje tat-test għandu jżomm f’moħħu l-problema li tista’ tinqala’ meta ż-żona tat-test tkun imsaħħna b’pajpijiet jew b’wajers tal-elettriku, u għandhom jittieħdu kampjuni minn din iż-żona. Tali installazzjonijiet għandhom jiġu ppjanati sew fejn għandhom x’jaqsmu l-postijiet futuri għat-tħaffir tal-kampjuni. Huwa rrakkomandat li jitħallew ftit postijiet li jkunu bejn wieħed u ieħor 200 mm × 300 mm fejn ma jkun hemm l-ebda wajer/pajp jew fejn tal-aħħar jinsabu biżżejjed fil-fond biex ma tiġrilhomx ħsara minħabba l-kampjuni li ttieħdu mis-saff tas-superfiċje.

4.2.   Il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss

Il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss (inċidenza normali) għandu jitkejjel bil-metodu tat-tubu tal-impedenza fejn tintuża l-proċedura li ġiet speċifikata fl-ISO 10534-1:1996 jew fl-ISO 10534-2:1998.

Rigward kampjuni tat-test, għandhom jiġu segwiti l-istess rekwiżiti kif sar rigward il-kontenut tal-ispazji residwali (ara l-paragrafu 4.1). L-assorbiment tal-ħoss għandu jitkejjel fil-firxa bejn 400 Hz u 800 Hz u fil-firxa bejn 800 Hz u 1 600 Hz (għall-inqas fil-frekwenzi ċentrali tal-faxxi ta’ terz ta’ ottava), u l-valuri massimi għandhom jiġu identifikati għal dawn iż-żewġ firxiet ta’ frekwenzi. Imbagħad, għall-kampjuni tat-test kollha, għanda tiġi kkalkulata l-medja ta’ dawn il-valuri biex jiġi kkostitwit ir-riżultat finali.

4.3.   Il-kejl volumetriku tal-makrostruttura

Għall-fini ta’ dan l-istandard, il-kejl tal-fond tal-istruttura għandu jsir fuq mill-inqas għaxar pożizzjonijiet li jkunu spazjati b’mod uniformi tul il-mogħdijiet tar-roti tal-istrixxa tat-test, u għandu jittieħed il-valur medju biex jiġi pparagunat mal-fond minimu tal-istruttura li ġie speċifikat. Ara l-Istandard ISO 10844:1994 għal deskrizzjoni tal-proċedura.

5.   L-ISTABBILTÀ MAŻ-ŻMIEN U L-MANUTENZJONI

5.1.   L-influwenza taż-żmien

Bħal kwalunkwe superfiċje oħra, huwa mistenni li l-livell ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajers imkejjel fuq is-superfiċje tat-test jista’ jiżdied bi ftit matul l-ewwel 6 - 12-il xahar wara l-kostruzzjoni.

Is-superfiċje se tikseb il-karatteristiċi meħtieġa minnha mhux qabel erba’ ġimgħat wara l-kostruzzjoni. L-influwenza taż-żmien fuq l-istorbju mit-trakkijiet ġeneralment tkun inqas minn dak mill-karozzi.

L-istabbilità maż-żmien tiġi ddeterminata prinċipalment bl-ippolixxjar u bil-kompattezza ikkawżati mill-vetturi li jinsaqu fuq is-superfiċje. Għandha tiġi kkontrollata perjodikament kif ġie ddikjarat fil-paragrafu 2.5.

5.2.   Il-manutenzjoni tas-superfiċje

Fdalijiet mhux kompatti jew trabijiet, li jistgħu jnaqqsu b’mod sinifikanti il-fond effettiv tal-istruttura, għandhom jitneħħew mis-superfiċje. F’pajjiżi bi klimi xitwin, xi drabi jintuża l-melħ biex iħoll il-borra. Il-melħ jista’ jimmodifika s-superfiċje b’mod temporanju jew saħansitra b’mod permanenti b’tali mod li jiżdied l-istorbju u għalhekk, il-melħ mhux irrakkomandat.

5.3.   Il-pavimentar mill-ġdid taż-żona tat-test

Jekk ikun meħtieġ li l-mogħdija tat-test tiġi pavimentata mill-ġdid, normalment ikun meħtieġ li tiġi pavimentata mill-ġdid biss l-istrixxa tat-test (wiesgħa 3 m fil-Figura 1) fejn jinsaqu l-vetturi, sakemm iż-żona tat-test barra l-istrixxa tkun issodisfat ir-rekwiżit tal-kontenut tal-ispazji residwali jew tal-assorbiment tal-ħoss meta tkejlet.

6.   ID-DOKUMENTAZZJONI TAS-SUPERFIĊJE TAT-TEST U TAT-TESTIJIET IMWETTQA FUQHA

6.1.   Id-dokumentazzjoni tas-superfiċje tat-test

Id-dejta li ġejja għandha tingħata f’dokument li jiddeskrivi s-superfiċje tat-test:

6.1.1.

Fejn tinsab il-mogħdija tat-test;

6.1.2.

It-tip ta’ sustanza li tgħaqqad, l-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad, it-tip ta’ aggregat, id-densità massima teoretika tal-konkrit (DR), il-ħxuna tal-kisi tas-superfiċje u l-kurva ta’ gradazzjoni li ġiet iddeterminata minn kampjuni mill-mogħdija tat-test;

6.1.3.

Il-metodu ta’ kompatezza (eż. it-tip ta’ romblu, il-massa tar-romblu, in-numru ta’ passati);

6.1.4.

It-temperatura tat-taħlita, it-temperatura tal-arja ambjentali u l-veloċità tar-riħ matul it-tqegħid tas-superfiċje;

6.1.5.

Id-data meta tqiegħdet is-superfiċje u l-kuntrattur;

6.1.6.

Ir-riżultati tat-test kollha jew għall-inqas l-aktar wieħed reċenti, inklużi:

6.1.6.1.

Il-kontenut tal-ispazji residwali ta’ kull kampjun;

6.1.6.2.

Il-postijiet fiż-żona tat-test minfejn ittieħdu l-kampjuni biex jitkejlu l-ispazji;

6.1.6.3.

Il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss ta’ kull kampjun (jekk tkejjel). Speċifika r-riżultati kemm għal kull kampjun u għal kull firxa ta’ frekwenzi kif ukoll il-medja globali;

6.1.6.4.

Il-postijiet fiż-żona tat-test minfejn ittieħdu l-kampjuni biex jitkejjel l-assorbiment;

6.1.6.5.

Il-fond tal-istruttura, inkluż in-numru ta’ testijiet u d-devjazzjoni standard.;

6.1.6.6.

L-istituzzjoni responsabbli mit-testijiet skont il-paragrafi 6.1.6.1 u 6.1.6.2 u t-tip ta' tagħmir li ntuża;

6.1.6.7.

Id-data tat-test(ijiet) u d-data ta’ meta ttieħdu l-kampjuni mill-mogħdija tat-test.

6.2.   Id-dokumentazzjoni tat-testijiet tal-istorbju tal-vetturi li twettqu fuq is-superfiċje

Fid-dokument li jiddeskrivi t-test(ijiet) tal-istorbju tal-vetturi, għandu jkun iddikjarat jekk ir-rekwiżiti kollha ta’ dan l-istandard ġewx sodisfatti jew le. Skont il-paragrafu 6.1, għandha ssir referenza għal dokument li jiddeskrivi r-riżultati li jivverifikaw dan.


(1)  ISO 10844:1994.


ANNESS 5

IL-PROĊEDURA TAT-TEST BIEX TITKEJJEL IL-QABDA FUQ L-IMXARRAB

1.   IL-KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI TAT-TEST

1.1.   Il-karatteristiċi tal-mogħdija

Il-mogħdija għandha jkollha superfiċje b’asfalt dens bi grejdjint fi kwalunkwe direzzjoni li ma jaqbiżx it-2 %. Għandu jkollha età, kompożizzjoni u sinjali ta’ użu uniformi u għandha tkun ħielsa minn materjal mhux maqgħud jew minn depożiti barranin. Id-daqs massimu taż-żrar għandu jkun ta’ 10 mm (tolleranzi permessi minn 8 mm sa 13 mm) u l-fond tar-ramel imkejjel skont kif ġie speċifikat fl-istandard tal-ASTM E 965-96 (2006) għandu jkun ta’ 0,7 ± 0,3 mm.

Il-valur tal-frizzjoni tas-superfiċje għal mogħdija mxarrba għandu jkun stabbilit b’metodu wieħed jew l-ieħor mill-metodi li ġejjin:

1.1.1.   Il-metodu tat-tajer tat-test standard u ta’ referenza (SRTT)

Meta ttestjat billi jintuża l-SRTT u l-metodu mogħti fil-paragrafu 2.1, il-koeffiċjent medju tal-akbar forza tal-brejkijiet (pbfc) għandu jkun bejn 0,6 u 0,8. Il-valuri mkejla għandhom jiġu korretti għall-effetti tat-temperatura kif ġej:

pbfc = pbfc (imkejjel) + 0,0035 (t – 20)

fejn “t” hija t-temperatura tas-superfiċje tal-mogħdija mxarrba fi gradi Celsius.

It-test għandu jitwettaq billi jintużaw il-lejnijiet u t-tul tal-mogħdija li għandha tintuża għat-test tal-qabda fuq l-imxarrab;

1.1.2.   Il-metodu tan-numru tal-pendlu Brittaniku (BPN)

Il-medja kkalkulata tan-numru tal-pendlu Brittaniku (BPN) tal-mogħdija mxarrba, imkejla skont il-proċedura mogħtija fl-Istandard tal-ASTM E 303-93 (2008) u billi tintuża l-biċċa materjal kif ġie speċifikat fl-Istandard tal-ASTM E 501-08, għandha tkun ta’ bejn 40 u 60 wara l-korrezzjoni tat-temperatura. Sakemm il-manifattur tal-pendlu ma jindikax xi rakkomdazzjonijiet għall-korrezzjoni tat-temperatura, tista’ tintuża l-formula li ġejja:

BPN = BPN (valur imkejjel) + 0,34 · t – 0,0018 · t2 – 6,1

fejn “t” hija t-temperatura tas-superfiċje tal-mogħdija mxarrba fi gradi Celsius.

Fil-lejnijiet tal-mogħdija li għandha tintuża waqt it-testijiet tal-qabda fuq l-imxarrab, il-BPN għandu jitkejjel f’intervalli ta’ 10 m għal għonq it-tul tal-lejnijiet. Il-BPN għandu jitkejjel ħames darbiet f’kull punt u l-koeffiċjent tal-varjazzjoni tal-valuri medji tal-BPN ma għandux jaqbeż b’10 %.

1.1.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tkun sodisfatta rigward il-karatteristiċi tal-mogħdija fuq il-bażi tal-evidenza ppreżentata fir-rapporti tat-test.

1.2.   Il-kundizzjonijiet tat-tixrib

Is-superfiċje tista’ tixxarrab mill-ġenb tal-mogħdija jew b’sistema ta’ tixrib inkorporata fil-vettura jew fit-trejler tat-test.

Jekk tintuża sistema mill-ġenb tal-mogħdija, is-superfiċje tal-mogħdija għandha tixxarrab mill-inqas nofs siegħa qabel l-ittestjar sabiex it-temperatura tas-superfiċje u t-temperatura tal-ilma jkunu ugwalizzati. Huwa rrakkomandat li t-tixrib mill-ġenb tal-mogħdija jiġi applikat kontinwament matul l-ittestjar kollu.

Il-fond tal-ilma għandu jkun ta’ bejn 0,5 u 1,5 mm.

1.3.   Il-kundizzjonijiet tar-riħ ma għandhomx jinterferixxu mat-tixrib tas-superfiċje (l-irpar mir-riħ huwa permess).

It-temperatura tas-superfiċje mxarrba għandha tkun bejn 5 °C u 35 °C u matul it-test ma għandiex tvarja b’aktar minn 10 °C.

2.   IL-PROĊEDURA TAT-TEST

Il-prestazzjoni komparattiva tal-qabda fuq l-imxarrab għandha tiġi stabbilita jew billi jintuża:

(a)

Trejler jew vettura għall-evalwazzjoni ta’ tajer b’fini speċjali; jew

(b)

Vettura li ġġorr il-passiġġieri ta’ produzzjoni standard (tal-kategorija M1 kif ġiet iddefinita fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.) inkluża fid-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.

2.1.   Il-proċedura tat-trejler jew tal-vettura għall-evalwazzjoni ta’ tajer b’fini speċjali

2.1.1.   It-trejler, flimkien mal-vettura tal-irmonk, jew il-vettura għall-evalwazzjoni ta’ tajer għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

2.1.1.1.

Għandhom ikunu kapaċi jaqbżu l-limitu ta’ fuq għall-veloċità tat-test ta’ 67 km/h u jżommu r-rekwiżit tal-veloċità tat-test ta’ 65 ± 2 km/h fil-livell massimu ta’ applikazzjoni tal-forzi tal-ibbrejkjar;

2.1.1.2.

Għandhom ikunu mgħammra b’fus li jipprovdi pożizzjoni waħda tat-test billi jkollhom brejk idrawliku u sistema ta’ attwazzjoni li jistgħu jitħaddmu mill-vettura tal-irmonk, jekk ikun applikabbli. Is-sistema tal-ibbrejkjar għandha tkun kapaċi tipprovdi biżżejjed torque tal-ibbrejkjar sabiex jinkiseb il-koeffiċjent tal-akbar forza tal-brejkijiet tul il-firxa ta’ daqsijiet ta’ tajers u ta’ tagħbiji ta’ tajers li għandhom jiġu ttestjati;

2.1.1.3.

Għandhom ikunu kapaċi jżommu l-allinjament lonġitudinali (toe) u l-kamber tal-assemblaġġ tar-rota u tat-tajer tat-test matul it-test kollu sa ± 0,5° tal-figuri statiċi miksuba fil-kundizzjoni mgħobbija tat-tajer tat-test;

2.1.1.4.

Fil-każ ta’ trejler, l-apparat tal-igganċjar mekkaniku bejn il-vettura tal-irmonk u t-terjler għandu jkun tali li, meta l-vettura tal-irmonk u t-trejler ikunu igganċjati flimkien, l-iżbarra jew parti mill-iżbarra tat-trejler li tinkorpora s-sensittività għall-kejl tal-forza tal-ibbrejkjar għandha, tkun orizzontali jew imżerżqa ’l isfel minn wara għal quddiem f’angolu massimu ta’ 5°. Id-distanza lonġitudinali mil-linja ċentrali tal-punt ta’ artikulazzjoni tal-igganċjar (ganċ) sal-linja ċentrali trasversali tal-fus tat-trejler għandha tkun mill-inqas għaxar darbiet daqs l-għoli tal-igganċjar (il-ganċ);

2.1.1.5.

Fil-każ ta’ vetturi li jinkorporaw sistema għat-tixrib tal-mogħdija, iż-żennuna(i) minfejn joħroġ l-ilma għandha(hom) tkun(ikunu) tali li s-saff tal-ilma li jirriżulta ikollu sezzjoni uniformi li testendi mill-inqas 25 mm lil hinn mill-wisa’ tar-roqgħa ta’ kuntatt tat-tajer. Iż-żennuna(i) għandha(hom) tkun(ikunu) diretta(i) ’l isfel f’angolu ta’ bejn 20° u 30° u għandha(hom) tidħol(jidħlu) f’kuntatt mas-superfiċje tal-mogħdija f’żona ta’ 250 mm u 450 mm quddiem iċ-ċentru tar-roqgħa ta’ kuntatt tat-tajer. L-għoli taż-żennuna(i) għandu jkun ta’ 25 mm jew l-għoli minimu biex ikun evitat kwalunkwe ostaklu fuq is-superfiċje tal-mogħdija mingħajr ma jinqabeż massimu ta’ 100 mm. Ir-rata li biha joħroġ l-ilma għandha tiżgura fond ta’ ilma ta’ bejn 0,5 mm u 1,5 mm u għandha tkun konsistenti matul it-test kollu sa ± 10 %. Innota li rata tipika għall-ittestjar f’veloċità ta’ 65 km/h se tkun ta’ 18 ls–1 għal kull metru ta’ wisa’ tas-superfiċje tal-mogħdija mxarrba.

Is-sistema għandha tkun tista’ toħroġ l-ilma b’tali mod li t-tajer, u s-superfiċje tal-mogħdija quddiem it-tajer, ikunu mxarrbin qabel il-bidu tal-ibbrejkjar u sakemm idum it-test.

2.1.2.   Il-proċedura tat-test

2.1.2.1.

It-tajer tat-test għandu jkun ittrimmjat sabiex titneħħa kwalunkwe sporġenza tal-forma li tista’ taffettwa t-test.

2.1.2.2.

It-tajer tat-test għandu jkun immuntat fuq ir-rimm tat-test iddikjarat mill-manifattur tat-tajer fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni, u għandu jintefaħ sa pressjoni ta’ 180 kPa fil-każ tal-SRTT u t-tajer b’tagħbija standard jew sa pressjoni ta’ 220 kPa fil-każ ta’ tajer rinforzat jew b’tagħbija żejda.

2.1.2.3.

It-tajer għandu jkun ikkundizzjonat għal minimu ta’ sagħtejn qrib il-mogħdija tat-test b’tali mod li jkun stabilizzat fit-temperatura ambjentali taż-żona tal-mogħdija tat-test. It-tajer(s) għandu(hom) ikun(u) espost(i) għad-dawl dirett tax-xemx waqt il-kundizzjonament.

2.1.2.4.

It-tajer għandu jitgħabba sa:

(a)

Bejn 445 kg u 508 kg fil-każ tal-SRTT; u

(b)

Bejn 70 % u 80 % tal-valur tat-tagħbija li jikkorrispondi għall-indiċi tat-tagħbija tat-tajer fi kwalunkwe każ ieħor.

2.1.2.5.

Ftit qabel l-ittestjar, il-mogħdija għandha tkun ikkundizzjonata billi jitwettqu mill-inqas għaxar testijiet tal-ibbrejkjar fuq il-parti tal-mogħdija li għandha tintuża għall-programm tat-testijiet tal-prestazzjoni imma billi jintuża tajer li mhux involut fil-programm.

2.1.2.6.

Immedjatament qabel l-ittestjar, jekk ikun meħtieġ, il-pressjoni ta’ nefħa tat-tajer għandha tkun ikkontrollata u ssettjata mill-ġdid għall-valuri mogħtija fil-paragrafu 2.1.2.2.

2.1.2.7.

Il-veloċità tat-test għandha tkun ta’ bejn 63 km/h u 67 km/h u għandha tinżamm bejn dawn il-limiti matul il-ġirja tat-test kollha.

2.1.2.8.

Id-direzzjoni tat-test għandha tkun l-istess għal kull sett ta’ testijiet u għandha tkun l-istess għat-tajer tat-test bħal dik li ntużat għall-SRTT li miegħu għandha tiġi pparagunata l-prestazzjoni tiegħu.

2.1.2.9.

Il-brejkijiet tal-assemblaġġ tar-rota tat-test għandhom ikunu applikati b’tali mod li l-akbar forza tal-brejkijiet tintlaħaq bejn 0,2 s u 0,5 s mill-applikazzjoni tal-brejkijiet.

2.1.2.10.

Fil-każ ta’ tajer ġdid, sabiex jiġi kkundizzjonat it-tajer għandhom jitwettqu żewġ ġirjiet tat-test. Dawn it-testijiet jistgħu jintużaw sabiex tkun ikkontrollata ħidmet it-tagħmir li jirrekordja imma r-riżultati ma għandhomx jitqiesu fil-valutazzjoni tal-prestazzjoni.

2.1.2.11.

Għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta’ kwalunkwe tajer ipparagunat ma’ dak tal-SRTT, it-test tal-ibbrejkjar għandu jitwettaq mill-istess punt u fl-istess lejn tal-mogħdija tat-test.

2.1.2.12.

L-ordni tal-ittestjar għandu jkun:

R1 – T – R2

Fejn:

R1 hija t-test inizjali tal-SRTT, R2 hija t-test ripetut tal-SRTT u T hija t-test tat-tajer kandidat li għandu jkun evalwat.

Jistgħu jiġu ttestjati massimu ta’ tliet tajers kandidati qabel ma jiġi ripetut it-test tal-SRTT, pereżempju:

R1 – T1 – T2 – T3 – R2

2.1.2.13.

Il-valur medju tal-koeffiċjent tal-akbar forza tal-brejkijiet (pbfc) għandu jkun ikkalkulat fuq mill-inqas sitt riżultati validi.

Biex ir-riżultati jitqiesu validi, il-koeffiċjent tal-varjazzjoni kif ġie ddeterminat mid-devjazzjoni standard diviża bir-riżultat medju, espress bħala perċentwali, għandu jkun sa ħamsa fil-mija. Jekk dan ma jistax jinkiseb bl-ittestjar ripetut tal-SRTT, l-evalwazzjoni tat-tajer(s) kandidat(i) għandha titwarrab u l-ordni kollu tal-ittestjar għandu jiġi ripetut.

2.1.2.14.

L-użu tal-valur tal-pbfc medju għal kull serje ta’ ġirjiet tat-test:

 

Fil-każ tal-ordni tal-ittestjar R1 – T – R2, il-pbfc tal-SRTT li għandu jintuża fil-paragun tal-prestazzjoni tat-tajer kandidat għandu jitqies li huwa:

(R1 + R2)/2

Fejn:

R1 hija l-pbfc medju għall-ewwel serje ta’ ġirjiet tat-test tal-SRTT u R2 hija l-pbfc medju għat-tieni serje ta’ ġirjiet tat-test tal-SRTT

 

Fil-każ tal-ordni tal-ittestjar R1 – T1 – T2 – R2, il-pbfc tal-SRTT għandu jitqies li huwa:

 

2/3 R1 + 1/3 R2 għal paragun mat-tajer kandidat T1 u

 

1/3 R1 + 2/3 R2 għal paragun mat-tajer kandidat T2

 

Fil-każ tal-ordni tal-ittestjar R1 – T1 – T2 – T3 – R2, il-pbfc tal-SRTT għandu jitqies li huwa:

 

3/4 R1 + 1/4 R2 għal paragun mat-tajer kandidat T1

 

(R1 + R2)/2 għal paragun mat-tajer kandidat T2 u

 

1/4 R1 + 3/4 R2 għal paragun mat-tajer kandidat T3

2.1.2.15.

L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

Formula

2.2.   Il-proċedura ta’ vettura standard

2.2.1.   Il-vettura għandha tkun vettura standard tal-kategorija M1, kapaċi ttella’ veloċità minima ta’ 90 km/h u mgħammra b’sistema ta’ bbrejkjar li ma tħallix li l-brejkijiet jiġġammjaw (ABS).

2.2.1.1.

Il-vettura ma għandiex tkun modifikata ħlief:

(a)

Sabiex tkun tista’ titwaħħal firxa akbar ta’ daqsijiet ta’ roti u ta’ tajers;

(b)

Sabiex ikun hemm it-tħaddim mekkaniku (inkluż idrawliku, elettriku jew pnewmatiku) tal-kontroll tal-brejk ta’ servizz. Is-sistema tista’ titħaddem awtomatikament b’sinjali minn apparati inkorporati fi, jew ħdejn, il-mogħdija.

2.2.2.   Il-proċedura tat-test

2.2.2.1.

It-tajers tat-test għandhom jiġu trimmjati sabiex titneħħa kwalunkwe sporġenza tal-forma li tista’ taffettwa t-test.

2.2.2.2.

It-tajer tat-test għandu jkun immuntat fuq ir-rimm tat-test iddikjarat mill-manifattur tat-tajer fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni u, fil-każi kollha għandu jintefaħ sa 220 kPa.

2.2.2.3.

It-tajer għandu jkun ikkundizzjonat għal minimu ta’ sagħtejn ħdejn il-mogħdija tat-test b’tali mod li jiġi stabbilizzat fit-temperatura ambjentali taż-żona tal-mogħdija tat-test. It-tajer(s) ma għandux(homx) ikun(u) espost(i) għad-dawl dirett tax-xemx waqt il-kundizzjonament.

2.2.2.4.

It-tagħbija statika fuq it-tajer għandha tkun:

(a)

Bejn 381 kg u 572 kg fil-każ tal-SRTT; u

(b)

Bejn 60 % u 90 % tal-valur tat-tagħbija li jikkorrispondi għall-indiċi tat-tagħbija tat-tajer fi kwalunkwe każ ieħor.

Il-varjazzjoni fit-tagħbija fuq it-tajers fuq l-istess fus għandha tkun tali li t-tagħbija li qed iġorr it-tajer li jkun mgħobbi ftit inqas ma għandhiex tkun inqas minn 90 % ta’ dik tat-tajer li qed iġorr it-tagħbija li tkun aktar tqila.

2.2.2.5.

Ftit qabel l-ittestjar, il-mogħdija għandha tkun ikkundizzjonata billi jitwettqu mill-inqas għaxar testijiet tal-ibbrejkjar minn 90 km/h sa 20 km/h fuq il-parti tal-mogħdija li għandha tintuża għall-programm tat-testijiet tal-prestazzjoni imma billi jintużaw tajers li mhumiex involuti fil-programm.

2.2.2.6.

Immedjatament qabel l-ittestjar, jekk ikun meħtieġ, il-pressjoni ta’ nefħa tat-tajer għandha tkun ikkontrollata u ssettjata mill-ġdid għall-valuri mogħtija fil-paragrafu 2.2.2.2.

2.2.2.7.

Bl-użu ta’ veloċità inizjali ta’ bejn 87 km/h u 83 km/h, forza kostanti biżżejjed biex tikkawża t-tħaddim tal-ABS fuq ir-roti kollha tal-vettura u li tirriżulta f’diċelerazzjoni stabbli tal-vettura qabel mal-veloċità titnaqqas għal 80 km/h, għandha tkun applikata lill-kontroll tal-brejk ta’ servizz u din il-forza għandha tinżamm sakemm il-vettura titwaqqaf.

It-test tal-ibbrejkjar għandu jitwettaq bil-klaċċ ta’ trażmissjoni manwali mhux ingaġġat jew bis-selettur ta’ trażmissjoni awtomatiku fil-pożizzjoni newtrali.

2.2.2.8.

Id-direzzjoni tat-test għandha tkun l-istess għal kull sett ta’ testijiet u għandha tkun l-istess għat-tajer tat-test kandidat bħal dik li ntużat għall-SRTT li miegħu għandha tiġi pparagunata l-prestazzjoni tiegħu.

2.2.2.9.

Fil-każ ta’ tajers ġodda, sabiex jiġu kkundizzjonati t-tajers għandhom jitwettqu żewġ ġirjiet tat-test. Dawn it-testijiet jistgħu jintużaw sabiex tkun ikkontrollata ħidmet it-tagħmir li jirrekordja imma r-riżultati ma għandhomx jitqiesu fil-valutazzjoni tar-rediment.

2.2.2.10.

Għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta’ kwalunke tajer ipparagunat ma’ dak tal-SRTT, it-test tal-ibbrejkjar għandu jitwettaq mill-istess punt u fl-istess lejn tal-mogħdija tat-test.

2.2.2.11.

L-ordni tal-ittestjar għandu jkun:

R1 – T – R2

Fejn:

R1 hija t-test inizjali tal-SRTT, R2 hija t-test ripetut tal-SRTT u T hija t-test tat-tajer kandidat li għandu jkun evalwat.

Jistgħu jiġu ttestjati massimu ta’ tliet tajers kandiati qabel ma jiġi ripetut it-test tal-SRTT, pereżempju:

R1 – T1 – T2 – T3 – R2

2.2.2.12.

Id-diċelerazzjoni intermedja żviluppata b’mod sħiħ (mfdd) bejn 80 km/h u 20 km/h għandha tiġi kkalkulata għal mill-inqas tliet riżultati validi fil-każ tal-SRTT u għal mill-inqas sitt riżultati validi fil-każ tat-tajers kandidati.

Id-diċelerazzjoni intermedja żviluppata b’mod sħiħ (mfdd) tiġi kkalkulata kif ġej:

mfdd = 231,48/S

Fejn:

S hija d-distanza mkejla tal-waqfien f’metri bejn 80 km/h u 20 km/h.

Biex ir-riżultati jitqiesu validi, il-koeffiċjent tal-varjazzjoni kif ġie ddeterminat mid-devjazzjoni standard diviża bir-riżultat medju, espress bħala perċentwali, għandu jkun sa tlieta fil-mija. Jekk dan ma jistax jinkiseb bl-ittestjar ripetut tal-SRTT, l-evalwazzjoni tat-tajer(s) kandidat(i) għandha titwarrab u l-ordni kollu tal-ittestjar għandu jiġi ripetut.

Għal kull serje ta’ ġirjiet tat-test, għandha tkun iddeterminata l-medja tal-valuri kkalkulati tal-mfdd.

2.2.2.13.

L-użu tal-valur tal-mfdd medja għal kull serje ta’ ġirjiet tat-test:

 

Fil-każ tal-ordni tal-ittestjar R1 – T – R2, l-mfdd tal-SRTT li għandha tintuża fil-paragun tal-prestazzjoni tat-tajer kandidat għandha titqies li hija:

(R1 + R2)/2

Fejn:

R1 hija l-mfdd medja għall-ewwel serje ta’ ġirjiet tat-test tal-SRTT u R2 hija l-mfdd medja għat-tieni serje ta’ ġirjiet tat-test tal-SRTT

 

Fil-każ tal-ordni tal-ittestjar R1 – T1 – T2 – R2, l-mfdd tal-SRTT għandha titqies li hija:

 

2/3 R1 + 1/3 R2 għal paragun mat-tajer kandidat T1 u

 

1/3 R1 + 2/3 R2 għal paragun mat-tajer kandidat T2

 

Fil-każ tal-ordni tal-ittestjar R1 – T1 – T2 – T3 – R2, l-mfdd tal-SRTT għandha titqies li hija:

 

3/4 R1 + 1/4 R2 għal paragun mat-tajer kandidat T1

 

(R1 + R2)/2 għal paragun mat-tajer kandidat T2 u

 

1/4 R1 + 3/4 R2 għal paragun mat-tajer kandidat T3

2.2.2.14.

L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

Formula

2.2.2.15.

Fil-każ fejn it-tajers kandidati ma jkunux jistgħu jitwaħħalu fuq l-istess vettura bħall-SRTT, pereżempju, minħabba d-daqs tat-tajers, l-inabbiltà li tinkiseb it-tagħbija meħtieġa, eċċ., il-paragun għandu jsir billi jintużaw tajers intermedji, li min hawn ’il quddiem se jissejħu “tajers ta’ kontroll”, u żewġ vetturi differenti. Vettura waħda għandha tkun tista’ tiġi mgħammra bl-SRTT u bit-tajer ta’ kontroll u l-vettura l-oħra għandha tkun tista’ tiġi mgħammra bit-tajer ta’ kontroll u bit-tajer kandidat.

2.2.2.15.1.

L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer ta’ kontroll meta pparagunat mal-SRTT (G1) u tat-tajer kandidat meta pparagunat mat-tajer ta’ kontroll (G2) għandhom ikunu stabbiliti billi tintuża l-proċedura fil-paragrafi 2.2.2.1 sa 2.2.2.15.

L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat meta pparagunat mal-SRTT għandu jkun ir-riżultat tal-multiplikazzjoni taż-żewġ indiċijiet tal-qabda fuq l-imxarrab li jirriżultaw, jiġifieri G1 × G2.

2.2.2.15.2.

Il-mogħdija, u l-parti tal-mogħdija għandhom, ikunu l-istess għat-testijiet kollha u l-kundizzjonijiet ambjentali għandhom ikunu paragunabbli, pereżempju, it-temperatura tas-superfiċje tal-mogħdija mxarrba għandha tkun sa ± 5 °C. It-testijiet kollha għandhom jitlestew fl-istess jum.

2.2.2.15.3.

Għall-paragun mal-SRTT u mat-tajer kandidat għandu jintuża l-istess sett ta’ tajers ta’ kontroll u għandhom jitwaħħlu fl-istess pożizzjonijiet tar-roti.

2.2.2.15.4.

It-tajers ta’ kontroll li ntużaw għall-ittestjar, sussegwentement għandhom jinħażnu fl-istess kundizzjonijiet kif inhu meħtieġ għall-SRTT.

2.2.2.15.5.

L-SRTT u t-tajers ta’ kontroll għandhom jitwarrbu jekk ikun hemm sinjali ta’ użu irregolari jew ħsara jew meta l-prestazzjoni tidher li ddeterjorat.

Appendiċi 1

IR-RAPPORT TAT-TEST (L-ADEŻJONI FUQ SUPERFIĊJE MXARRBA)

Parti 1 –   Ir-rapport

1.   L-Awtorità tal-Aprovazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku: …

2.   L-isem u l-indirizz tal-applikant: …

3.   In-Nru tar-rapport tat-test: …

4.   Il-manifattur u l-Isem tal-Marka jew id-Deskrizzjoni kummmerċjali: …

5.   Il-Klassi tat-Tajer (C1, C2 jew C3): …

6.   Il-kategorija tal-użu: …

7.   Il-koeffiċjent tal-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin meta pparagunat mal-SRTT skont il-paragrafu 2.1.2.15 jew 2.2.2.15: …

8.   Kummenti (jekk ikun hemm): …

9.   Data:

10.   Firma:

Parti 2 –   Id-dejta tat-test

1.   Id-data tat-test: …

2.   Il-vettura tat-test (il-marka, il-mudell, is-sena, il-modifikazzjonijiet, eċċ. jew l-identifikazzjoni tat-trejler): …

3.   Fejn tinsab il-mogħdija tat-test: …

3.1.   Il-karatteristiċi tal-mogħdija tat-test: …

3.2.   Maħruġ minn:

3.3.   Il-metodu ta’ ċertifikazzjoni: …

4.   Id-dettalji tat-tajer tat-test: …

4.1.   Id-denominazzjoni tad-daqsijiet u d-deskrizzjoni ta’ servizz tat-tajers: …

4.2.   Il-marka tat-tajers u d-deskrizzjoni kummerċjali: …

4.3.   Il-pressjoni ta’ nefħa ta’ referenza: kPa …

4.4.   Id-dejta tat-test:

It-Tajer

SRTT

Kandidat

Kontroll

It-tagħbija tat-tajer tat-test (kg)

 

 

 

Il-fond tal-ilma (mm)

(minn 0,5 sa 1,5 mm)

 

 

 

Il-medja tat-temperatura tal-mogħdija mxarrba (°C)

(minn 5 sa 35 °C)

 

 

 

4.5.   Il-kodiċi tal-wisa’ tar-rimm tat-test: …

4.6.   It-tip ta’ sensur għall-kejl tat-temperatura: …

4.7.   L-identifikazzjoni tal-SRTT: …

5.   Ir-riżultati validi tat-test: …

Ġirja Nru

Il-Veloċità tat-Test

(km/h)

Id-direzzjoni tal-ġirja

L-SRTT

It-tajer kandidat

It-tajer ta’ kontroll

Il-koeffiċjent tal-akbar forza tal-brejkijiet

(pbfc)

Id-diċelerazzjoni intermedja żviluppata b’mod sħiħ

(mfdd)

L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab

(G)

Kummenti

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS 6

IL-PROĊEDURA TAT-TEST BIEX TITKEJJEL IR-REŻISTENZA GĦALL-IRROLLJAR

1.   IL-METODI TAT-TEST

Il-metodi alternattivi tal-kejl elenkati aktar ’l isfel qed jingħataw f’dan ir-Regolament. L-għażla ta’ metodu individwali titħalla f’idejn min ikun qed jagħmel it-test. Għal kull metodu, il-kejl tat-test għandu jiġi kkonvertit f’forza li taġixxi fl-interface tat-tajer/tad-drum. Il-parametri mkejla huma:

a)

fil-metodu tal-forza: il-forza ta’ reazzjoni mkejla jew ikkonvertita fil-magħżel tat-tajer (tyre spindle); (1)

b)

fil-metodu tat-torque: it-torque imħaddem imkejjel fid-drum tat-test; (2)

c)

fil-metodu tad-diċelerazzjoni: il-kejl tad-diċelerazzjoni tad-drum tat-test u tal-assemblaġġ tat-tajer (2);

d)

fil-metodu tal-enerġija: il-kejl tal-enerġija imħaddma fid-drum tat-test (2).

2.   IT-TAGĦMIR TAT-TEST

2.1.   L-ispeċifikazzjonijiet tad-drum

2.1.1.   Id-dijametru

Id-dinamometru tat-test għandu jkollu volant ċilindriku (drum) b’dijametru ta’ mill-inqas 1,7 m.

Il-valuri Fr u Cr għandhom ikunu espressi b’relazzjoni għal dijametru tad-drum ta’ 2,0 m. Jekk jintuża dijametru tad-drum differenti minn 2,0 m, għandu jsir aġġustament fil-korrelazzjoni skont il-metodu fil-paragrafu 6.3.

2.1.2.   Is-superfiċje

Is-superfiċje tad-drum għandha tkun azzar lixx. Alternattivament, sabiex tittejjeb l-akkuratezza tal-qari tal-iskim test, tista’ tintuża wkoll superfiċje li ma tkunx lixxa, li għandha tinżamm nadifa.

Il-valuri Fr u Cr għandhom jiġu espressi b’relazzjoni għas-superfiċje “lixxa” tad-drum. Jekk tintuża superfiċje tad-drum li ma tkunx lixxa, ara l-paragrafu 7 tal-Appendiċi 1.

2.1.3.   Il-wisa’

Il-wisa’ tas-superfiċje tad-drum tat-test ma għandhiex taqbeż il-wisa’ tar-roqgħa ta’ kuntatt tat-tajer tat-test.

2.2.   Ir-rimm tal-kejl

It-tajer għandu jiġi mmuntat fuq rimm tal-kejl magħmul mill-azzar jew minn liga ħafifa, kif ġej:

(a)

għat-tajers tal-Klassijiet C1 u C2, il-wisa’ tar-rimm għandha tkun kif ġiet iddefinita fl-ISO 4000-1:2010,

(b)

għat-tajers tal-Klassi C3 il-wisa’ tar-rimm għandha tkun kif ġiet iddefinita fl-ISO 4209 1:2001. Ma għandha tkun permessa l-ebda wisa’ oħra tar-rimm. Ara l-Appendiċi 2.

2.3.   L-akkuratezzi tat-tagħbija, tal-allinjament, tal-kontroll u tal-istrumentazzjoni

Il-kejl ta’ dawn il-parametri għandu jkun biżżejjed akkurat u preċiż sabiex jipprovdi d-dejta tat-test mitluba. Il-valuri speċifiċi u rispettivi qed jintwerew fl-Appendiċi 1.

2.4.   L-ambjent termali

2.4.1.   Il-kundizzjonijiet ta’ referenza

It-temperatura ambjentali ta’ referenza, imkejla f’distanza ta’ mhux inqas minn 0,15 m u mhux aktar minn 1 m min-naħa tal-ġenb tat-tajer, għandha tkun ta’ 25 °C.

2.4.2.   Il-kundizzjonijiet alternattivi

Jekk it-temperatura ambjentali tat-test tkun differenti mit-temperatura ambjentali ta’ referenza, il-kejl tar-reżistenza għall-irrolljar għandu jiġi korrett għat-temperatura ambjentali ta’ referenza skont il-paragrafu 6.2 ta’ dan l-anness.

2.4.3.   It-temperatura tas-superfiċje tad-drum.

Wieħed għandu joqgħod attent ħalli jkun żgurat li t-temperatura tas-superfiċje tad-drum tat-test tkun l-istess bħat-temperatura ambjentali fil-bidu tat-test.

3.   IL-KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST

3.1.   Ġenerali

It-test jikkonsisti f’kejl tar-reżistenza għall-irrolljar fejn it-tajer jintefaħ u l-pressjoni ta’ nefħa titħalla tinbena, jiġifieri “arja limitata (capped air)”.

3.2.   Il-veloċitajiet tat-test

Il-valur għandu jinkiseb fil-veloċità xierqa tad-drum speċifikata fit-Tabella 1.

Tabella 1

Il-Veloċitajiet tat-Test

(f’km/h)

Il-Klassi tat-tajer

C1

C2 u C3

C3

L-Indiċi tat-Tagħbija

Kollha

LI ≤ 121

LI > 121

Is-Simbolu tal-Veloċità

Kollha

Kollha

J 100 km/h u inqas jew tajers mhux immarkati bis-simbolu tal-veloċità

K 110 km/h u ogħla

Il-Veloċità

80

80

60

80

3.3.   It-tagħbija tat-test

It-tagħbija standard tat-test għandha tiġi kkalkulata mill-valuri murija fit-Tabella 2 u għandha tinżamm fi ħdan it-tolleranzi speċifikati fl-Appendiċi 1.

3.4.   Il-pressjoni ta’ nefħa tat-test

Il-pressjoni ta’ nefħa għandha tkun skont dik murija fit-Tabella 2 u għandha tkun limitata bl-akkuratezza speċifikata fil-paragrafu 4 tal-Appendiċi 1 għal dan l-anness.

Tabella 2

It-Tagħbiji tat-Test u l-Pressjonijiet ta’ Nefħa

Il-Klassi tat-tajer

C1  (1)

C2, C3

 

It-Tagħbija Standard

Rinforzat jew Tagħbija Żejda

 

It-Tagħbija- % tal-kapaċità għat-tagħbija massima

80

80

85  (2)

( % ta’ tagħbija waħda)

Il-pressjoni ta’ nefħa kPa

210

250

Li tikkorrispondi għall-kapaċità għat-tagħbija massima għal applikazzjoni waħda (3)

Nota: Il-pressjoni ta’ nefħa għandha tkun limitata bl-akkuratezza speċifikata fil-paragrafu 4 tal-Appendiċi 1 għal dan l-anness.

3.5.   It-tul ta’ ħin u l-veloċità

Meta jintgħażel il-metodu tad-diċelerazzjoni, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

a)

Għal tul ta’ ħin Δt, l-inkrementi fil-ħin ma għandhomx jaqbżu ż-0,5 s;

b)

Kwalunkwe varjazzjoni fil-veloċità tad-drum tat-test ma għandhiex tabqeż il-1 km/h f’inkrement wieħed ta’ ħin.

4.   IL-PROĊEDURA TAT-TEST

4.1.   Ġenerali

L-istadji tal-proċedura tat-test deskritti hawn taħt għandhom jiġu segwiti fis-sekwenza mogħtija.

4.2.   Il-kundizzjonament termali

It-tajer minfuħ għandu jitqiegħed fl-ambjent termali tal-post fejn se jsir it-test għal minimu ta’:

(a)

tliet sigħat għat-tajers tal-Klassi C1;

(b)

sitt sigħat għat-tajers tal-Klassijiet C2 u C3.

4.3.   L-aġġustament tal-pressjoni

Wara l-kundizzjonament termali, il-pressjoni ta’ nefħa għandha tiġi aġġustata għall-pressjoni tat-test, u għandha tiġi vverifikata għaxar minuti wara li jkun sar l-aġġustament.

4.4.   It-tisħin

It-tul ta’ ħin sabiex għat-tisħin għandu jkun kif ġie speċifikat fit-Tabella 3

Tabella 3

It-Tul ta’ Ħin għat-Tisħin

Il-Klassi tat-Tajer

C1

C2 u C3

LI ≤ 121

C3

LI > 121

Id-Dijametru Nominali tar-Rimm

Kollha

Kollha

< 22,5

≥ 22,5

It-tul ta’ ħin għat-tisħin

30 min.

50 min.

150 min.

180 min.

4.5.   Il-kejl u r-reġistrazzjoni

Dawn li ġejjin għandhom jitkejlu u jiġu rreġistrati (ara l-Figura 1):

(a)

Il-veloċità tat-test Un.

(b)

It-tagħbija fuq it-tajer perpendikulari għas-superfiċje tad-drum Lm.

(c)

Il-pressjoni ta’ nefħa tat-test inizjali kif ġiet iddefinita fil-paragrafu 3.3.

(d)

Il-koeffiċjent imkejjel tar-reżistenza għall-irrolljar Cr, u l-valur korrett tiegħu Crc, f’temperatura ta’ 25 °C u għal dijametru tad-drum ta’ 2 m.

(e)

Id-distanza mill-assi tat-tajer sas-superfiċje ta’ barra tad-drum fi stat stabbli rL,.

(f)

It-temperatura ambjentali tamb.

(g)

Ir-radju tad-drum tat-test R.

(h)

Il-metodu tat-test magħżul.

i)

Ir-rimm tat-test (id-daqs u l-materjal).

(j)

Id-daqs, il-manifattur, it-tip, in-numru ta’ identità (jekk jeżisti wieħed), is-simbolu tal-veloċità, l-indiċi tat-tagħbija, in-numru tad-DOT (Dipartiment tat-Trasport) tat-tajer.

Figura 1

Image

Il-kwantitajiet mekkaniċi kollha (il-forzi, it-torques) għandhom ikunu orjentati skont is-sistemi tal-assi speċifikati fl-ISO 8855:1991.

It-tajers direzzjonali għandhom jitħaddmu fis-sens rotazzjonali speċifikat tagħhom.

4.6.   Il-kejl tat-telf parassitiku

It-telf parassitiku għandu jkun iddeterminat permezz ta’ waħda mill-proċeduri li ġejjin mogħtija fil-paragrafu 4.6.1 jew 4.6.2.

4.6.1.   Il-qari tal-iskim test

Il-qari tal-iskim test għandu jsegwi l-proċedura ta’ hawn taħt:

(a)

Naqqas it-tagħbija sabiex it-tajer jinżamm bil-veloċità tat-test mingħajr ma jiżloq. (3)

Il-valuri tat-tagħbija għandhom ikunu kif ġej:

(i)

It-tajers tal-Klassi C1: valur rakkomandat ta’ 100 N; ma għandhomx jaqbżu l-200 N;

(ii)

It-tajers tal-Klassi C2: valur rakkomandat ta’ 150 N; ma għandhomx jaqbżu l-200 N għall-magni ddisinjati għall-kejl tat-tajers tal-Klassi C1 jew il-500 N għall-magni ddisinjati għat-tajers tal-Klassijiet C2 u C3;

(iii)

It-tajers tal-Klassi C3: valur rakkomandat ta’ 400 N; ma għandhomx jaqbżu l-500 N.

(b)

Irreġistra l-forza tal-magħżel Ft, it-torque tat-tħaddim Tt, jew l-enerġija, liema minnhom tkun applikabbli (3).

(c)

Irreġistra t-tagħbija fuq it-tajer perpendikulari għas-superfiċje tad-drum Lm  (3).

4.6.2.   Il-metodu tad-diċelerazzjoni

Il-metodu tad-diċelerazzjoni għandu jsegwi l-proċedura ta’ hawn taħt:

a)

Neħħi t-tajer mis-superfiċje tat-test;

b)

Irreġistra d-diċelerazzjoni tad-drum tat-test ΔωDo/ Δt u dik tat-tajer mhux mgħobbi ΔωT0/ Δt. (3).

4.7.   Il-konċessjoni għall-magni li jaqbżu l-kriterju σm

L-istadji deskritti fil-paragrafi 4.3 sa 4.5 għandhom jitwettqu darba waħda biss, jekk id-devjazzjoni standard tal-kejl iddeterminata skont il-paragrafu 6.5:

(a)

ma tkunx akbar minn 0,075 N/kN għat-tajers tal-Klassijiet C1 u C2;

(b)

ma tkunx akbar minn 0,06 N/kN għat-tajers tal-Klassi C3.

Jekk id-devjazzjoni standard tal-kejl taqbeż dan il-kriterju, il-proċess ta’ kejl għandu jiġi ripetut għal n darbiet kif ġie deskritt fil-paragrafu 6.5. Il-valur tar-reżistenza għall-irrolljar irrapportat għandu jkun il-medja tal-kejl n.

5.   L-INTERPRETAZZJONI TAD-DEJTA

5.1.   Id-determinazzjoni tat-telf parassitiku

5.1.1.   Ġenerali

Il-laboratorju għandu jwettaq il-kejl deskritt fil-paragrafu 4.6.1 għall-metodi tal-forza, tat-torque u tal-enerġija jew dak deskritt fil-paragrafu 4.6.2 għall-metodu tad-diċelerazzjoni, sabiex jiddetermina bi preċiżjoni fil-kundizzjonijiet tat-test (it-tagħbija, il-veloċità, it-temperatura), il-frizzjoni tal-magħżel tat-tajer, it-telf aerodinamiku mit-tajer u mir-rota, il-frizzjoni tal-bering tad-drum (u kif inhu xieraq, tal-magna u/jew tal-klaċċ) u t-telf aerodinamiku mid-drum.

It-telf parassitiku relatat mal-interface tat-tajer/tad-drum Fpl espress fi newton għandu jkun ikkalkulat mit-torque tal-forza Ft mill-enerġija jew mid-diċelerazzjoni, kif jintwera fil-paragrafi 5.1.2 sa 5.1.5 aktar ’l isfel.

5.1.2.   Il-metodu tal-forza fil-magħżel tat-tajer

Ikkalkula:

Fpl = Ft (1 + rL/R)

fejn:

Ft

hija l-forza tal-magħżel tat-tajer fi newton (ara l-paragrafu 4.6.1);

rL

hija d-distanza mill-assi tat-tajer sas-superfiċje ta’ barra tad-drum f’kundizzjonijiet ta’ stat stabbli, f’metri;

R

hija r-radju tad-drum tat-test, f’metri.

5.1.3.   Il-metodu tat-torque fl-assi tad-drum

Ikkalkula:

Fpl = Tt/R

fejn:

Tt

hija it-torque tat-tħaddim f’metri newton (newton metre), kif ġie ddeterminat fil-paragafu 4.6.1.

R

hija r-radju tad-drum tat-test, f’metri.

5.1.4.   Il-metodu tal-enerġija fl-assi tad-drum

Ikkalkula:

Formula

fejn:

V

hija l-potenzjal elettriku applikat lid-drajv tal-magna, f’volt;

A

hija l-kurrent elettriku miġbud mid-drajv tal-magna, f’ampere;

Un

hija l-veloċità tad-drum tat-test, f’kilometri fis-siegħa.

5.1.5.   Il-metodu tad-diċelerazzjoni

Ikkalkula t-telf parassitiku Fpl, fi newton.

Formula

fejn:

ID

hija l-inerzja tad-drum tat-test li qed idur, f’metri kilogrammi kwadrati (kilogram meter squared);

R

hija r-radju ta-superfiċje tad-drum tat-test, f’metri;

ωD0

hija l-veloċità angulari tad-drum tat-test, mingħajr it-tajer, f’radians fis-sekonda;

Δt0

hija l-inkrement tal-ħin magħżul għall-kejl tat-telf parassitiku mingħajr it-tajer, f’sekondi;

IT

hija l-inerzja tal-magħżel, tat-tajer u tar-rota li qed iduru, f’metri kilogrammi kwadrati;

Rr

hija r-radju tal-irrolljar tat-tajer, f’metri;

ωT0

hija l-veloċità angulari tat-tajer, tat-tajer mhux mgħobbi, f’radians fis-sekonda.

5.2.   Il-kalkolu tar-reżistenza għall-irrolljar

5.2.1.   Ġenerali

Ir-reżistenza għall-irrolljar Fr, esperessa fi newton, tiġi kkalkulata billi jintużaw il-valuri miksuba billi t-tajer jiġi ttestjat fil-kundizzjonijiet speċifikati f’dan l-istandard internazzjonali u billi jitnaqqas it-telf parassitiku Fpl xieraq, miksub skont il-paragrafu 5.1.

5.2.2.   Il-metodu tal-forza fil-magħżel tat-tajer

Ir-reżistenza għall-irrolljar Fr, fi newton, tiġi kkalkulata billi tintuża l-ekwazzjoni

Fr = Ft[1 + (rL/R)] – Fpl

fejn:

Ft

hija l-forza tal-magħżel tat-tajer, fi newton;

Fpl

tirrappreżenta t-telf parassitiku kif ġie kkalkulat fil-paragrafu 5.1.2;

rL

hija d-distanza mill-assi tat-tajer sas-superfiċje ta’ barra tad-drum f’kundizzjonijiet ta’ stat stabbli, f’metri;

R

hija r-radju tad-drum tat-test, f’metri.

5.2.3.   Il-metodu tat-torque fl-assi tad-drum

Ir-reżistenza għall-irrolljar Fr, fi newton, tiġi kkalkulata permezz tal-ekwazzjoni

Formula

fejn:

Tt

hija t-torque tat-tħaddim, f’metri newton;

Fpl

tirrappreżenta t-telf parassitiku kif ġie kkalkulat fil-paragrafu 5.1.3;

R

hija r-radju tad-drum tat-test, f’metri.

5.2.4.   Il-metodu tal-enerġija fl-assi tad-drum

Ir-reżistenza għall-irrolljar Fr, fi newton, tiġi kkalkulata permezz tal-ekwazzjoni:

Formula

fejn:

V

hija l-potenzjal elettriku applikat lid-drajv tal-magna, f’volt;

A

hija l-kurrent elettriku miġbud mid-drajv tal-magna, f’ampere;

Un

hija l-veloċità tad-drum tat-test, f’kilometri fis-siegħa;

Fpl

tirrappreżenta t-telf parassitiku kif ġie kkalkulat fil-paragrafu 5.1.4.

5.2.5.   Il-metodu tad-diċelerazzjoni

Ir-reżistenza għall-irrolljar Fr, fi newton, tiġi kkalkulata billi tintuża l-ekwazzjoni:

Formula

fejn:

ID

hija l-inerzja tad-drum tat-test li qed idur, f’metri kilogrammi kwadrati;

R

hija r-radju tas-superfiċje tad-drum tat-test, f’metri;

Fpl

tirrappreżenta t-telf parassitiku kif ġie kkalkulat fil-paragrafu 5.1.5;

Δtv

hija l-inkrement tal-ħin magħżul għall-kejl, f’sekondi;

Δωv

hija l-inkrement tal-veloċità angulari tad-drum tat-test, mingħajr it-tajer, f’radians fis-sekonda;

IT

hija l-inerzja tal-magħżel, tat-tajer u tar-rota li qed iduru, f’metri kilogrammi kwadrati;

Rr

hija r-radju tal-irrolljar tat-tajer, f’metri;.

Fr

hija r-reżistenza għall-irrolljar, fi newton.

6.   L-ANALIŻI TAD-DEJTA

6.1.   Il-koeffiċjent tar-reżistenza għall-irrolljar

Il-koeffiċjent tar-reżistenza għall-irrolljar Cr jiġi kkalkulat billi r-reżistenza għall-irrolljar tiġi diviża bit-tagħbija fuq it-tajer:

Formula

bi:

Fr

hija r-reżistenza għall-irrolljar, fi newton;

Lm

hija t-tagħbija tat-test, f’kN.

6.2.   Il-korrezzjoni tat-temperatura

Jekk il-kejl f’temperaturi oħrajn għajr il-25 °C ikun inevitabbli (temperaturi mhux inqas minn 20 °C jew aktar minn 30 °C biss huma aċċettabbli), mela għandha ssir korrezzjoni għat-temperatura billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja, bi:

Fr25

hija r-reżistenza għall-irrolljar f’temperatura ta’ 25 °C, fi newton:

F r25 = Fr  [1 + K (tamb – 25)]

fejn:

Fr

hija r-reżistenza għall-irrolljar, fi newton;

tamb

hija t-temperatura ambjentali, fi gradi Celsius;

K

hija:

 

0,008 għat-tajers tal-Klassi C1

 

0,01 għat-tajers tal-Klassi C2

 

0,006 għat-tajers tal-Klassi C3

6.3.   Il-korrezzjoni tad-dijametru tad-drum

Ir-riżultati tat-test miksuba minn dijametri differenti tad-drum għandhom jiġu pparagunati billi tintuża l-formula teoretika li ġejja:

F r02 Image KF r01

bi:

Formula

fejn:

R 1

hija r-radju tad-drum 1, f’metri;

R 2

hija r-radju tad-drum 2, f’metri;

r T

hija nofs id-dijametru nominali tat-tajer skont id-disinn, f’metri;

F r01

hija l-valur tar-reżistenza għall-irrolljar imkejjel fuq drum 1, fi newton;

F r02

hija l-valur tar-reżistenza għall-irrolljar imkejjel fuq drum 2, fi newton.

6.4.   Ir-riżultat tal-kejl

Fejn il-kejl n ikun akbar minn 1, jekk ikun mitlub mill-paragrafu 4.6, ir-riżultat tal-kejl għandu jkun il-medja tal-valuri Cr miksuba għall-kejl n, wara li jkunu saru l-korrezzjonijiet deskritti fil-paragrafi 6.2 u 6.3.

6.5.   Il-laboratorju għandu jiżgura ruħu li, fuq il-bażi ta’ minimu ta’ kejl li sar għal tliet darbiet, il-magna żżomm il-valuri ta’ σm, li ġejjin, kif tkejlu fuq tajer wieħed:

 

σm ≤ 0,075 N/kN għat-tajers tal-Klassijiet C1 u C2

 

σm ≤ 0,06 N/kN għat-tajers tal-Klassi C3

Jekk ir-rekwiżit għal σm ta’ hawn fuq ma jiġix sodisfatt, għandha tiġi applikata l-formula li ġejja sabiex ikun iddeterminat in-numru minimu ta’ kejl n (imqarreb għall-valur sħiħ immedjatament superjuri) li huwa mitlub mill-magna sabiex tikkwalifika għal konformità ma’ dan ir-Regolament.

n = (σm / x)2

fejn:

x

=

0,075 N/kN għat-tajers tal-Klassijiet C1 u C2

x

=

0,06 N/kN għat-tajers tal-Klassi C3

Jekk ikun meħtieġ li tajer jitkejjel diversi drabi, l-assemblaġġ tat-tajer/tar-rota għandu jitneħħa mill-magna bejn il-kejl suċċessiv.

Jekk l-operazzjoni ta’ tneħħija/twaħħil mill-ġdid iddum inqas minn 10 minuti, it-tul ta’ ħin għat-tisħin indikat fil-paragrafu 4.3 jista’ jitnaqqas għal:

(a)

10 minuti għat-tajers tal-Klassi C1

(b)

20 minuta għat-tajers tal-Klassi C2

(c)

30 minuta għat-tajers tal-Klassi C3

6.6.   Il-monitoraġġ tat-tajer ta’ kontroll tal-laboratorju għandu jitwettaq f’intervalli li ma jkunux akbar minn xahar. Il-monitoraġġ għandu jinkludi mill-inqas kejl separat li jittieħed għal tliet darbiet waqt dan il-perjodu ta’ xahar. Il-medja tal-kejl li jittieħed għal tliet darbiet waqt perjodu ta’ xahar partikolari għandha tiġi evalwata għad-drift minn evalwazzjoni ta’ xahar għall-oħra.


(1)  Dan il-valur imkejjel jinkludi wkoll t-telf mill-berings u dak aerodinamiku tar-rota u tat-tajer li għandu jitqies ukoll għal interpretazzjoni ulterjuri tad-dejta.

(2)  Il-valur imkejjel fil-metodi tat-torque, tad-diċelerazzjoni u tal-enerġija jinkludi wkoll it-telf mill-berings u dak aerodinamiku tar-rota, tat-tajer u tad-drum li li għandu jitqies ukoll għal interpretazzjoni ulterjuri tad-dejta.

(1)  Għal dawk it-tajers tal-karozzi tal-passiġġieri li jappartjenu lil kategoriji li mhumiex murija fl-ISO 4000-1:2010, il-pressjoni ta’ nefħa għandha tkun il-pressjoni ta’ nefħa rrakkomandata mill-manifattur tat-tajer, li tikkorrispondi għall-kapaċità għat-tagħbija massima tat-tajer, imnaqqsa bi 30 kPa.

(2)  Bħala perċentwali ta’ tagħbija waħda, jew 85 % tal-kapaċità għat-tagħbija massima għal applikazzjoni waħda speċifikata fil-manwali applikabbli tal-istandards tat-tajers jekk ma tkunx immarkata fuq it-tajer.

(3)  Il-pressjoni ta’ nefħa mmarkata fuq in-naħa tal-ġenb, jew jekk ma tkunx immarkata fuq in-naħa tal-ġenb, kif ġiet speċifikata fil-manwali applikabbli tal-istandards tat-tajers li tikkorrispondi għall-kapaċità għat-tagħbija massima għal applikazzjoni waħda.

(3)  Bl-eċċezzjoni tal-metodu tal-forza, il-valur imkejjel jinkludi t-telf mill-berings u dak aerodinamiku tar-rota, tat-tajer u tad-drum li jeħtieġ li jitqies ukoll.

Huwa maghruf li l-frizzjonijiet tal-berings tal-imgħażel u tad-drum jiddependu mit-tagħbija applikata. Konsegwentement, huwa differenti għall-kejl tas-sistema mgħobbija u għall-qari tal-iskim test. Madankollu, għal raġunijiet prattiċi, din id-differenza tista’ tiġi injorata.

Appendiċi 1

IT-TOLLERANZI TAT-TAGĦMIR TAT-TEST

1.   IL-FINI

Il-limiti speċifikati f’dan l-anness huma meħtieġa sabiex jintlaħqu livelli xierqa ta’ riżultati ta’ testijiet ripetibbli, li jistgħu jiġu korrelati wkoll fost id-diversi laboratorji tat-testijiet. Dawn it-tolleranzi mhumiex maħsuba sabiex jirrappreżentaw sett komplut ta’ speċifikazzjonijiet tal-inġinerija għat-tagħmir tat-test; anzi, għandhom jagħmluha ta’ linji gwida sabiex jinkisbu riżultati affidabbli ta’ testijiet.

2.   IR-RIMMIJIET TAT-TEST

2.1.   Il-wisa’

Għar-rimmijiet tat-tajers tal-karozzi tal-passiġġieri (it-tajers tal-Klassi C1), il-wisa’ tar-rimm tat-test għandha tkun l-istess bħar-rimm tal-kejl iddeterminat fil-klawżola 6.2.2. tal-ISO 4000-1: 2010.

Għat-tajers tat-trakkijiet u tal-karozzi tal-linja (C2 u C3), il-wisa’ tar-rimm għandha tkun l-istess bħar-rimm tal-kejl iddeterminat fil-klawżola 5.1.3. tal-ISO 4209-1:2001.

2.2.   Ir-run-out (difett f’komponent li jdur biex b’hekk mhux il-partijiet kollha jduru madwar l-assi maħsuba tagħhom b’relazzjoni għal xulxin)

Ir-run-out għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

run-out radjali massimu: 0,5 mm

(b)

run-out laterali massimu: 0,5 mm

3.   L-ALLINJAMENT TAD-DRUM/TAT-TAJER

Ġenerali:

Id-devjazzjonijiet tal-angoli huma kritiċi għar-riżultati tat-testijiet.

3.1.   L-applikazzjoni tat-tagħbija

Id-direzzjoni tal-applikazzjoni tat-tagħbija tat-tajer għandha tinżamm perpendikulari għas-superfiċje tat-test u għandha tgħaddi miċ-ċentru tar-rota fi ħdan

(a)

1 mrad għall-metodi tal-forza u tad-diċelerazzjoni;

(b)

5 mrad għall-metodi tat-torque u tal-enerġija.

3.2.   L-allinjament tat-tajer

3.2.1.   L-angolu tal-kamber

Il-pjan tar-rota għandu jkun perpendikulari għas-superfiċje tat-test fi ħdan 2 mrad għall-metodi kollha.

3.2.2.   L-islip angle (l-angolu bejn id-direzzjoni effettiva fejn qed tivvjaġġa rota li qed iddur u d-direzzjoni lejn fejn qed tipponta)

Il-pjan tat-tajer għandu jkun parallel għad-direzzjoni tal-moviment tas-superfiċje tat-test fi ħdan 1 mrad għall-metodi kollha.

4.   L-AKKURATEZZA TAL-KONTROLL

Il-kundizzjonijiet tat-test għandhom jinżammu fil-valuri speċifikati tagħhom, indipendentement mill-perturbazzjonijiet ikkawżati min-nuqqas ta’ uniformità tat-tajer u tar-rimm, b’tali mod li l-varjabbiltà globali tal-kejl tar-reżistenza għall-irrolljar tiġi minimizzata. Sabiex ikun sodisfatt dan ir-rekwiżit, il-valur medju tal-kejl meħud waqt il-perjodu tal-ġbir tad-dejta dwar ir-reżistenza għall-irrolljar għandu jkun fi ħdan l-akkuratezzi ddikjarati kif ġej:

(a)

it-tagħbija tat-tajer:

(i)

għal LI ≤ 121) +/– 20 N jew +/– 0,5 %, liema minnhom huwa l-akbar

(ii)

għal LI > 121) +/– 45 N jew +/– 0,5 % liema minnhom huwa l-akbar

(b)

il-pressjoni ta’ nefħa kiesħa: +/– 3 kPa

(ċ)

il-veloċità fis-superfiċje:

(i)

+/– 0,2 km/h għall-metodi tal-enerġija, tat-torque u tad-diċelerazzjoni

(ii)

+/– 0,5 km/h għall-metodu tal-forza

(d)

il-ħin: +/– 0,02 s

5.   L-AKKURATEZZA TAL-ISTRUMENTAZZJONI

L-istrumentazzjoni użata għall-qari u għar-reġistrazzjoni tad-dejta tat-test għandha tkun akkurata fi ħdan it-tolleranzi ddikjarati hawn taħt:

Il-parametru

L-Indiċi tat-Tagħbija ≤ 121

L-Indiċi tat-Tagħbija > 121

it-tagħbija tat-tajer

+/– 10 N jew +/– 0,5 % (1)

+/– 30 N jew +/– 0,5 % (1)

il-pressjoni ta’ nefħa

+/– 1 kPa

+/– 1,5 kPa

il-forza tal-magħżel

+/– 0,5 N jew + 0,5 % (1)

+/– 1,0 N jew + 0,5 % (1)

it-torque imħaddem

+/– 0,5 Nm jew + 0,5 % (1)

+/– 1,0 Nm jew + 0,5 % (1)

id-distanza

+/– 1 mm

+/– 1 mm

l-enerġija elettrika

+/– 10 W

+/– 20 W

it-temperatura

+/– 0,2 °C

il-veloċità fis-superfiċje

+/– 0,1 km/h

il-ħin

+/– 0,01 s

il-veloċità angulari

+/– 0,1 %

6.   IL-KUMPENS GĦALL-INTERAZZJONI BEJN IT-TAGĦBIJA/IL-FORZA TAL-MAGĦŻEL U L-ALLINJAMENT ĦAŻIN TAT-TAGĦBIJA GĦALL-METODU TAL-FORZA BISS

Il-kumpens kemm tal-interazzjoni bejn it-tagħbija/il-forza tal-magħżel (“cross talk”) kif ukoll tal-allinjament ħażin tat-tagħbija jista’ jinkiseb jew billi tiġi rreġistata l-forza tal-magħżel kemm għar-rotazzjoni tat-tajer ’il quddiem kif ukoll bir-rivers jew permezz ta’ kalibrazzjoni dinamika tal-magna. Jekk il-forza tal-magħżel tiġi rreġistrata għal direzzjonijiet ’il quddiem u bir-rivers (f’kull kundizzjoni tat-test), il-kumpens jinkiseb billi l-valur tar-“rivers” jitnaqqas mill-valur tal-“quddiem” u r-riżultat jiġi diviż bi tnejn. Jekk ikun hemm il-ħsieb li tintuża l-kalibrazzjoni dinamika tal-magna, it-termini tal-kumpens jistgħu jiġu faċilment inkorporati fit-tnaqqis tad-dejta.

F’każijiet fejn ir-rotazzjoni tat-tajer bir-rivers issegwi immedjatament l-ikkompletar tar-rotazzjoni tat-tajer ’il quddiem, il-ħin għat-tisħin għar-rotazzjoni tat-tajer bir-rivers għandu jkun ta’ mill-inqas 10 minuti għat-tajers tal-Klassi C1 u ta’ 30 minuta għat-tipi l-oħra kollha ta’ tajers.

7.   IL-ĦRUXIJA TAS-SUPERFIĊJE TAT-TEST

Il-ħruxija, imkejla lateralment, tas-superfiċje lixxa tal-azzar tad-drum għandu jkollha valur ta’ għoli medju massimu tal-linja ċentrali ta’ 6,3 μm.

Nota: F’każijiet fejn tintuża superfiċje tad-drum li ma tkunx lixxa minflok superfiċje lixxa tal-azzar, dan il-fatt għandu jiġi nnotat fir-rapport tat-test. L-istruttura tas-superfiċje mbagħad għandha tkun fonda 180 μm (80 grit) u l-laboratorju huwa responsabbli biex jinżammu l-karatteristiċi tal-ħruxija tas-superfiċje. Għal każijiet fejn tintuża superfiċje tad-drum li ma tkunx lixxa, ma huwa rakkomandat l-ebda fattur ta’ korrezzjoni speċifiku.


(1)  liema minnhom ikun l-akbar.

Appendiċi 2

IL-WISA’ TAR-RIMM TAL-KEJL

1.   IT-TAJERS TAL-KLASSI C1

Il-wisa’ tar-rimm tal-kejl Rm hija daqs il-prodott tal-wisa’ nominali tas-sezzjoni SN u tal-koeffiċjent K2:

Rm = K2 × SN

imqarreb għall-eqreb rimm standardizzat, fejn K2 hija l-koeffiċjent tal-proporzjon tal-wisa’ tar-rimm/tas-sezzjoni. Għat-tajers immuntati fuq rimmijiet bin-nofs imniżżel b’angolu ta’ 5° (drop-centre rims) b’dijametru nominali espress b’kodiċi ta’ żewġ figuri:

 

K2 = 0,7 għall-proporzjonijiet tal-aspett nominali minn 95 sa 75

 

K2= 0,75 għall-proporzjonijiet tal-aspett nominali minn 70 sa 60

 

K2 = 0,8 għall-proporzjonijiet tal-aspett nominali ta’ 55 u 50

 

K2 = 0,85 għall-proporzjon tal-aspett nominali ta’ 45

 

K2 = 0,9 għall-proporzjonijiet tal-aspett nominali minn 40 sa 30

 

K2 = 0,92 għall-proporzjonijiet tal-aspett nominali ta’ 20 u 25

2.   IT-TAJERS TAL-KLASSIJIET C2 U C3

Il-wisa’ tar-rimm tal-kejl Rm hija daqs il-prodott tal-wisa’ nominali tas-sezzjoni SN, u tal-koeffiċjent K4:

Rm = K4 × SN imqarreb għall-eqreb wisa’ tar-rimm standardizzat.

Tabella 1

Il-koeffiċjenti biex tkun iddeterminata l-wisa’ tar-rimm tal-kejl

Il-Kodiċi tal-Istruttura tat-Tajer

It-tip ta’ rimm

Il-proporzjon tal-aspett nominali H/S

Il-proporzjon tar-rimm tal-kejl/tas-sezzjoni K4

B, D, R

ġej għal ponta bi grad ta’ 5°

100 sa 75

0,70

70 u 65

0,75

60

0,75

55

0,80

50

0,80

45

0,85

40

0,90

ġej għal ponta bi grad ta’ 15° (bin-nofs imniżżel)

90 sa 65

0,75

60

0,80

55

0,80

50

0,80

45

0,85

40

0,85

Nota: Għal kunċetti (strutturi) ġodda ta’ tajers jistgħu jiġu stabbiliti fatturi oħrajn.

Appendiċi 3

IR-RAPPORT TAT-TEST U D-DEJTA TAT-TEST (IR-REŻISTENZA GĦALL-IRROLLJAR)

Parti 1:   Ir-rapport

1.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku: …

2.   L-isem u l-indirizz tal-applikant: …

3.   In-Nru tar-rapport tat-test: …

4.   Il-Manifattur u l-isem tal-marka jew id-deskrizzjoni kummerċjali: …

5.   Il-klassi tat-tajer (C1, C2 jew C3): …

6.   Il-kategorija tal-użu: …

7.   Il-koeffiċjent tar-reżistenza għall-irrolljar (it-temperatura u d-dijametru tad-drum korretti): …

8.   Kummenti (jekk ikun hemm)): …

9.   Data:

10.   Firma:

Parti 2:   Id-dejta tat-test

1.   Id-data tat-test: …

2.   L-identifikazzjoni tal-magna tat-test u tad-dijametru/tas-superfiċje tad-drum: …

3.   Id-dettalji tat-tajer tat-test: …

3.1.   Id-denominazzjoni tad-daqsijiet u d-deskrizzjoni tas-servizz tat-tajers: …

3.2.   Il-marka u d-deskrizzjoni kummerċjali tat-tajers: …

3.3.   Il-pressjoni ta’ nefħa ta’ referenza kPa: …

4.   Id-dejta tat-test:

4.1.   Il-metodu tal-kejl: …

4.2.   Il-veloċità tat-test km/h: …

4.3.   It-tagħbija N:

4.4.   Il-pressjoni ta’ nefħa tat-test, inizjali: …

4.5.   Id-distanza mill-assi tat-tajer sas-superfiċje ta’ barra tad-drum f’kundizzjonijiet ta’ stat stabbli, rL: …

4.6.   Il-wisa’ u l-materjal tar-rimm tat-test: …

4.7.   It-temperatura ambjentali °C: …

4.8.   It-tagħbija tal-iskim test (ħlief għall-metodu tad-diċelerazzjoni) N: …

5.   Il-koeffiċjent tar-reżistenza għall-irrolljar: …

5.1.   Il-valur inizjali (jew medju fil-każ ta’ aktar minn 1) N/kN: …

5.2.   It-temperatura korretta N/kN: …

5.3.   It-temperatura u d-dijametru tad-drum korretti N/kN: …


ANNESS 7

IL-PROĊEDURI GĦALL-ITTESJTAR TAL-PRESTAZZJONI FUQ IL-BORRA

1.   ID-DEFINIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAL TEST FUQ IL-BORRA META JKUNU DIFFERENTI MINN DAWK EŻISTENTI

1.1.   “Ġirja ta’ test” tfisser passaġġ wieħed ta’ tajer mgħobbi fuq superfiċje tat-test partikolari.

1.2.   “Test tal-ibbrejkjar” tfisser serje ta’ numru speċifikat ta’ ġirjiet tat-test tal-ibbrejkjar ABS tal-istess tajer ripetuti f’perjodu qasir ta’ ħin.

1.3.   “Test tat-trazzjoni” tfisser serje ta’ numru speċifikat ta’ ġirjiet ta’ test ta’ trazzjoni fit-tidwir skont l-istandard tal-ASTM F1805-06 tal-istess tajer ripetuti f’perjodu qasir ta’ ħin.

2.   IL-METODU TAT-TRAZZJONI FIT-TIDWIR GĦAT-TAJERS TAL-KLASSIJIET C1 U C2

Sabiex tkun evalwata l-prestazzjoni fuq il-borra fuq borra pressata medja (l-indiċi tals-kompattiċità tal-borra mkejjel b'penetrometru CTI (1) għandu jkun ta' bejn 70 u 80) permezz tal-valuri tat-trazzjoni fit-tidwir għandha tintuża l-proċedura tat-test tal-istandard tal-ASTM F1805-06values

2.1.   Is-superfiċje tal-korsa tat-test għandu jkun magħmul minn wiċċ tal-borra pressata medja, kif tikkaratterizza it-tabella A2.1 tal-istandard tal-ASTM F1805-06.

2.2.   It-tagħbija tat-tajer għall-ittestjar għanda tkun skont l-għażla 2 fil-paragarfu 11.9.2 tal-istandard ASTM F1805-06.

3.   IL-METODU TAL-IBBREJKJAR FUQ IL-BORRA GĦAT-TAJERS TAL-KLASSI C1

3.1.   Il-kundizzjonijiet ġenerali

3.1.1.   Il-korsa tat-test

It-testijiet tal-ibbrejkjar għandhom isiru fuq superfiċje ċatta tat-test biżżejjed twila u wiesgħa, bi grejdjint massimu ta’ 2 %, miksija b’borra miġmugħa.

Is-superfiċje tal-borra għandha tkun magħmula minn bażi ta’ borra miġmugħa b’mod kompatt ħoxna mill-inqas 3 cm u minn saff fis-superfiċje ta’ borra moderament miġmugħa u ppreparat oħxon madwar 2 cm.

Kemm it-temperatura tal-arja, imkejla bejn wieħed u ieħor f’metru ’l fuq mill-art, kif ukoll it-temperatura tal-borra, imkejla f’fond ta’ madwar ċentimetru, għandhom ikunu ta’ bejn – 2 °C u – 15 °C.

Huwa rrakkomandat li jkunu evitati d-dawl tax-xemx dirett, varjazzjonijiet kbar fid-dawl tax-xemx jew fl-umdità, kif ukoll ir-riħ.

L-indiċi ta’ kompatezza tal-borra mkejjel b’penetrometru CTI għandu jkun bejn 75 u 85.

3.1.2.   Il-vettura

It-test għandu jsir b’karozza tal-passiġġieri ta’ produzzjoni standard f’kundizzjoni tajba ta’ sewqan u mgħammra b’sistema ABS.

Il-vettura użata għandha tkun tali li t-tagħbiji fuq kull rota jkunu adattati għat-tajers li qed jiġu ttestjati. Jistgħu jiġu ttestjati diversi daqsijiet differenti ta’ tajers fuq l-istess vettura.

3.1.3.   It-tajers

It-tajers għandhom jiġu ttrimmjati u għandhom ikunu użati (broken-in) qabel l-ittestjar billi jinsaqu mill-inqas għal 100 km fuq pavimentar niexef. Is-superfiċje tat-tajer f’kuntatt mal-borra għandha titnaddaf qabel ma jsir test.

It-tajers għandhom jiġu kkundizzjonati fit-temperatura ambjentali ta’ barra mill-inqas sagħtejn qabel ma jiġu mmuntati għat-testijiet. Il-pressjonijiet tat-tajers mbagħad għandhom jiġu aġġustati għall-valuri speċifikati għat-test.

F’każ li vettura ma tistax takkomoda kemm it-tajer ta’ referenza kif ukoll dak kandidat, jista’ jintuża tajer ieħor (tajer ta’ “kontroll”) bħala tajer intermedju. L-ewwel ittestja t-tajer ta’ kontroll kontra t-tajer ta’ referenza fuq vettura oħra, imbagħad ittestja t-tajer kandidat kontra dak ta’ kontroll fuq il-vettura.

3.1.4.   It-tagħbija u l-pressjoni

It-tagħbija tal-vettura għandha tkun tali li t-tagħbiji li jirriżultaw fuq it-tajers ikunu bejn 60 % u 90 % tat-tagħbija korrispondenti għall-indiċi tat-tagħbija tat-tajer.

Il-pressjoni ta’ nefħa kiesħa għandha tkun ta’ 240 kPa.

3.1.5.   L-istrumentazzjoni

Il-vettura għandha tkun mgħammra b’sensuri kkalibrati adattati għal kejl fix-xitwa. Għandu jkun hemm sistema ta’ akkwist tad-dejta sabiex jinħażen il-kejl.

L-akkuratezza tas-sensuri u tas-sistemi tal-kejl għandha tkun tali li l-inċertezza relattiva tad-diċelerazzjonijiet intermedji żviluppati b’mod sħiħ imkejla jew ikkalkulati tkun inqas min 1 %.

3.2.   Is-sekwenzi tal-ittestjar

3.2.1.   Għal kull tajer kandidat u għal kull tajer standard u ta’ referenza, il-ġirjiet tat-test tal-ibbrejkjar ABS għandhom jiġu ripetuti mill-inqas sitt darbiet.

Iż-żoni fejn l-ibbrejkjar ABS jiġi applikat b’mod sħiħ ma għandhomx jikkoinċidu.

Meta jiġi ttestjat sett ġdid ta’ tajers, il-ġirjiet għandhom isiru wara li t-trajettorja tal-vettura tiġi mċaqilqa fil-ġenb sabiex ma jiġux applikati l-brejkijiet fuq it-traċċi tat-tajer preċedenti.

Meta ma jkunx aktar possibbli li żoni sħaħ tal-ibbrejkjar ABS ma jikkoinċidux, il-korsa tat-test għandha terġa’ titnaddaf.

Is-sekwenza mitluba:

 

sitt ripetizzjonijiet bl-SRTT, imbagħad iċċaqlaq fil-ġenb biex tittestja t-tajer li jmiss fuq superfiċje ġdida

 

sitt ripetizzjonijiet bil-Kandidat 1, imbagħad iċċaqlaq fil-ġenb

 

sitt ripetizzjonijiet bil-Kandidat 2, imbagħad iċċaqlaq fil-ġenb

 

sitt ripetizzjonijiet bl-SRTT, imbagħad iċċaqlaq fil-ġenb

3.2.2.   L-ordni tal-ittestjar:

Jekk għandu jiġi evalwat tajer kandidat wieħed biss, l-ordni tal-ittestjar għandu jkun:

R1 – T – R2

fejn:

R1 hija t-test inizjali tal-SRTT, R2 hija t-test ripetut tal-SRTT u T hija t-test tat-tajer kandidat li għandu jkun evalwat.

Jistgħu jiġu ttestjati massimu ta’ żewġ tajers kandidati qabel ma jiġi ripetut it-test tal-SRTT, pereżempju:

R1 – T1 – T2 – R2

3.2.3.   It-testijiet komparattivi tal-SRTT u tat-tajers kandidati għandhom jiġu ripetuti f’jumejn differenti.

3.3.   Il-proċedura tat-test

3.3.1.   Suq il-vettura b’veloċità ta’ mhux inqas minn 28 km/h.

3.3.2.   Meta tintlaħaq iż-żona tal-kejl, il-ger tal-vettura għandha titqiegħed f’pożizzjoni newtrali, il-pedala tal-brejk għandha tiġi magħfusa f’daqqa b’forza kostanti biżżejjed sabiex l-ABS tibda taħdem fuq ir-roti kollha tal-vettura u sabiex dan jirriżulta f’diċelerazzjoni stabbli tal-vettura u għandha tinżamm magħfusa sakemm il-veloċità tkun inqas minn 8 km/h.

3.3.3.   Id-diċelerazzjoni intermedja żviluppata b’mod sħiħ bejn 25 km/h u 10 km/h għandha tiġi kkalkulata minn kejl tal-ħin, tad-distanza, tal-veloċità jew tal-aċċelerazzjoni.

3.4.   L-evalwazzjoni tad-dejta u l-preżentazzjoni tar-riżultati

3.4.1.   Il-parametri li għandhom jiġu rrapportati

3.4.1.1.

Għal kull tajer u għal kull test tal-ibbrejkjar, għandhom jiġu kkalkulati u rrapportati l-valur intermedju u d-devjazzjoni standard tal-mfdd.

Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni CV ta’ test tal-ibbrejkjar ta’ tajer għandu jiġi kkalkulat bħala:

Formula

fejn:

 

CV(tyre) hija l-koeffiċjent tal-varjazzjoni tat-tajer

 

Std. dev(tyre) hija d-devjazzjoni standard tat-tajer

 

Mean(tyre) hija l-valur intermedju tat-tajer

3.4.1.2.

Il-valuri medji differenzjati ta’ żewġ testijiet suċċessivi tal-SRTT għandhom jiġu kkalkulati billi jitqies in-numru ta’ tajers kandidati bejniethom:

Fil-każ tal-ordni tal-ittestjar R1 – T – R2, il-medja differenzjata tal-SRTT li għandha tintuża fil-paragun tal-prestazzjoni tat-tajer kandidat għandha titqies li hija:

wa(SRTT) = (R1 + R2)/2

fejn:

R1 hija l-mfdd intermedja għall-ewwel test tal-SRTT u R2 hija l-mfdd intermedja għat-tieni test tal-SRTT.

Fil-każ tal-ordni tal-ittestjar R1 – T1 – T2 – R2, il-medja differenzjata (wa) tal-SRTT li għandha tintuża fil-paragun tal-prestazzjoni tat-tajer kandidat għandha titqies li hija:

 

wa (SRTT) = 2/3 R1 + 1/3 R2 għall-paragun mat-tajer kandidat T1

u:

 

wa (SRTT) = 1/3 R1 + 2/3 R2 għall-paragun mat-tajer kandidat T2

3.4.1.3.

L-indiċi tal-prestazzjoni fuq il-borra f’perċentwali ta’ tajer kandidat għandu jiġi kkalkulat bħala:

Formula

fejn:

 

Snow Index(candidate) hija l-Indiċi tal-Borra tat-tajer kandidat

 

Mean(candidate) hija l-valur intermedju tat-tajer kandidat

 

wa(SRTT) hija l-medja differenzjata tal-SRTT

3.4.2.   Il-validazzjonijiet statistiċi

Is-settijiet tar-ripetizzjonijiet tal-mfdd imkejla jew ikkalkulata għal kull tajer għandhom jiġu eżaminati għan-normalità, għad-drift u għal riżultati eventwali li jvarjaw ferm mill-oħrajn miksuba (outliers).

Il-konsistenza tal-valuri intermedji u tad-devjazzjonijiet standard tat-testijiet suċċessivi tal-ibbrejkjar tal-SRTT għandha tiġi eżaminata.

Il-valuri intermedji ta’ żewġ testijiet suċċessivi tal-ibbrejkjar tal-SRTT ma għandhomx ivarjaw b’aktar minn 5 %.

Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni ta’ kwalunkwe test tal-ibbrejkjar għandu jkun inqas minn 6 %.

Jekk dawk il-kundizzjonijiet ma jiġux sodisfatti, it-testijiet għandhom jerġgħu jsiru wara li l-korsa tat-test terġa’ titnaddaf.


(1)  Ara l-appendiċi tal-istandard ASTM F1805-06 għal aktar dettalji.

Appendiċi 1

ID-DEFINIZZJONI TAL-PIKTOGRAMMA “SIMBOLU ALPIN”

Image

Bażi minima ta’ 15 mm u għoli minimu ta’ 15 mm, imqiegħda qrib il-kitba M+S, jekk tkun immarkata.

It-tpinġija ta’ aktar ’il fuq mhijiex fi proporzjon fiss għad-daqs reali.

Appendiċi 2

IR-RAPPORTI TAT-TEST U D-DEJTA TAT-TEST

Parti 1 –   Ir-rapport

1.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku: …

2.   L-isem u l-indirizz tal-applikant: …

3.   In-Nru tar-Rapport tat-Test: …

4.   Il-Manifattur u l-isem tal-marka jew id-deskrizzjoni kummerċjali: …

5.   Il-klassi tat-tajer:

6.   Il-kategorija tal-użu: …

7.   L-indiċi tal-borra b’relazzjoni għall-SRTT skont il-paragrafu 6.4.1.1.

7.1.   Il-proċedura tat-test u l-SRTT użat …

8.   Kummenti (jekk ikun hemm): …

9.   Data:

10.   Firma:

Parti 2 -   Id-dejta tat-test

1.   Id-data tat-test: …

2.   Fejn tinsab il-mogħdija tat-test: …

2.1.   Il-karatteristiċi tal-mogħdija tat-test:

 

Fil-bidu tat-testijiet

Fi tmiem it-testijiet

Speċifikazzjoni

it-temp

 

 

 

it-temperatura ambjentali

 

 

– 2 °C sa – 15 °C

it-temperatura tal-borra

 

 

– 2 °C sa – 15 °C

l-indiċi CTI

 

 

70 sa 90

oħrajn

 

 

 

3.   Il-vettura tat-test (il-marka, il-mudell u t-tip, is-sena): …

4.   Id-dettalji tat-tajer tat-test …

4.1.   Id-denominazzjoni tad-daqsijiet u d-deskrizzjoni ta’ servizz tat-tajers: …

4.2.   Il-marka u d-deskrizzjoni kummerċjali tat-tajers: …

4.3.   Id-dejta tat-tajer tat-test: …

 

SRTT (l-ewwel test)

Kandidat

Kandidat

SRTT (it-tieni test)

Id-dimensjonijiet tat-tajer

 

 

 

 

Il-kodiċi tal-wisa’ tar-rimm tat-test

 

 

 

 

It-tagħbiji tat-tajer F/R (kg)

 

 

 

 

L-indiċi tat-tagħbija F/R ( %)

 

 

 

 

Il-pressjoni tat-tajer (kPa)

 

 

 

 

5.   Ir-riżultati tat-test: id-diċelerazzjonijiet intermedji żviluppati b’mod sħiħ (m/s2) / il-koeffiċjent ta’ trazzjoni. (1)

In-numru tal-ġirja

Speċifikazzjoni

SRTT (l-ewwel test)

Kandidat

Kandidat

SRTT (it-tieni test)

1

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

4

 

 

 

 

 

5

 

 

 

 

 

6

 

 

 

 

 

Il-valur intermedju

 

 

 

 

 

Id-devjazzjoni standard

 

 

 

 

 

CV ( %)

< 6 %

 

 

 

 

Il-validazzjoni tal-SRTT

(SRTT) < 5 %

Image

Image

Image

 

Il-medja tal-SRTT

 

 

Image

Image

Image

L-indiċi tal-borra

 

100

 

 

Image


(1)  Aqta’ barra dak li ma japplikax.


Top