EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0460

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/460 tal-20 ta' Marzu 2018 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-florotannini Ecklonia cava bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2018/1597

OJ L 78, 21.3.2018, p. 2–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/460/oj

21.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/2


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/460

tal-20 ta' Marzu 2018

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-florotannini Ecklonia cava bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li huwa biss l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni li jista' jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2), li jistabbillixxi lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat, ġie addottat skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(3)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni għandha tissottometti abbozz ta' att ta' implimentazzjoni dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' ikel ġdid u dwar l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, kwalunkwe talba għat-tqegħid fis-suq ta' ikel ġdid fi ħdan l-Unjoni ippreżentata lil Stat Membru skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u li għaliha ma tteħditx deċiżjoni finali qabel l-1 ta' Jannar 2018 għandha tiġi trattata bħala applikazzjoni sottomessa skont ir-Regolament (UE) 2015/2283.

(5)

Fl-14 ta' Mejju 2015, il-kumpanija Botamedi Inc. għamlet talba lill-awtorità kompetenti tal-Irlanda biex tqiegħed fis-suq il-florotannini estratti mill-alga marina li tittiekel Ecklonia cava (“florotannini Ecklonia cava”) bħala ingredjent ġdid fi ħdan it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. L-applikazzjoni titlob biex il-florotannini Ecklonia cava jintużaw bħala supplimenti tal-ikel għall-popolazzjoni ġenerali, minbarra għat-tfal ta' taħt it-12-il sena.

(6)

Filwaqt li t-talba għat-tqegħid tal-florotannini Ecklonia cavabħala ingredjent ġdid tal-ikel fis-suq tal-Unjoni ġiet sottomessa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, l-applikazzjoni tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/2283.

(7)

Fid-29 ta' Marzu 2016, l-awtorità kompetenti tal-Irlanda ħarġet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħha. F'dak ir-rapport din waslet għall-konklużjoni li skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 hija meħtieġa valutazzjoni addizzjonali għall-florotannini Ecklonia cava.

(8)

Fl-10 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra. L-Istati Membri, fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, qablu mar-rapport ta' valutazzjoni inizjali tal-Irlanda.

(9)

Fid-dawl tar-rapport ta' valutazzjoni inizjali maħruġ mill-Irlanda, li l-Istati Membri l-oħra qablu miegħu, fit-22 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) u talbitha tagħmel valutazzjoni oħra għall-florotannini Ecklonia cava bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97.

(10)

Fl-20 ta' Settembru 2017, l-EFSA adottat “Scientific Opinion on the safety of Ecklonia cava phlorotannins as a novel food pursuant to Regulation (KE) Nru 258/97” (4). Din l-opinjoni, għalkemm elaborata u adottata mill-EFSA skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97, hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(11)

L-opinjoni tal-EFSA enfasizzat li l-konsum tal-jodju minn supplimenti tal-ikel li fihom il-florotannini Ecklonia cava jista' jkun ta' tħassib għan-nies f'riskju li jimirdu bit-tirojde, u li, jekk persuni li mhumiex f'riskju li jimirdu bit-tirojde, jieħdu supplimenti tal-ikel li fihom il-florotannini Ecklonia cava minbarra supplimenti tal-ikel oħrajn li fihom il-jodju, il-konsum ta' jodju ġenerali tagħhom jista' jaqbeż il-limitu massimu stabbilit għall-jodju (5). Supplimenti tal-ikel li fihom il-florotannini Ecklonia cava għandhom għalhekk jiġu ttikkettati kif xieraq.

(12)

Barra minn hekk, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-użu maħsub u l-fatt li t-talba għall-awtorizzazzjoni teskludi t-tfal taħt l-età ta' 12-il sena, is-supplimenti tal-ikel li fihom il-florotannini Ecklonia cava għandhom ukoll ikunu ttikkettati b'mod xieraq f'dan ir-rigward.

(13)

Minn dan isegwi, li l-opinjoni tal-EFSA tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-florotannini Ecklonia cava fl-użi u l-livelli tal-użu proposti meta użati bħala ingredjent fis-supplimenti tal-ikel, jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(14)

Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jistipula r-rekwiżiti dwar is-supplimenti tal-ikel. L-użu tal-florotannini Ecklonia cava għandu jkun awtorizzat mingħajr preġudizzju għal dik id-Direttiva.

(15)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-florotannini Ecklonia cava, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat, kif previst fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

2.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tal-ittikkettar stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

3.   L-awtorizzazzjoni prevista f'dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46/KE.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).

(4)  EFSA Journal 2017;15(10):5003.

(5)  Opinion of the Scientific Committee on Food on the Tolerable Upper Intake Level of Iodine, 7.10.2002.

(6)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej

(1)

Tiddaħħal l-entrata li ġejja fit-Tabella 1 (L-Ikel il-Ġdid Awtorizzat) f'ordni alfabetiku:

L-ikel il-ġdid awtorizzat

Il-kundizzjonijiet li fihom jista' jintuża l-ikel il-ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

Rekwiżiti oħrajn

florotannini Ecklonia cava

Il-kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

Id-denominazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minn dan l-ikel għandha tkun “florotanniniEcklonia cava”.

Is-supplimenti tal-ikel li fihom il- florotanniniEcklonia cava għandu jkollhom id-dikjarazzjoni li ġejja:

(a)

Dan is-suppliment tal-ikel m'għandux jiġi kkunsmat minn tfal/adolexxenti ta' taħt l-età ta' tnax/erbatax/tmintax-il (*) sena.

(b)

Dan is-suppliment tal-ikel m'għandux jiġi kkunsmat minn persuni morda bil-marda tat-tirojde jew minn persuni li jafu jew li ġew identifikati li huma f'riskju li jiżviluppaw il-marda tat-tirojde.

(c)

Dan is-suppliment tal-ikel m'għandux jittieħed jekk miegħu jiġu kkunsmati wkoll supplimenti oħra tal-ikel li fihom il-jodju.

(*)

Skont xi jkun il-grupp ta' età li s-suppliment tal-ikel huwa maħsub għalih.”

 

Supplimenti tal-Ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali, bl-esklużjoni ta' tfal taħt l-età ta' 12-il sena

163 mg/kuljum għal adoloxxenti minn 12 sa 14-il sena;

230 mg/kuljum għal adoloxxenti ta' aktar minn 14-il sena;

263 mg/kuljum għall-adulti.

(2)

Tiddaħħal l-entrata li ġejja fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) f'ordni alfabetiku:

L-Ikel il-Ġdid Awtorizzat

Speċifikazzjoni

florotannini Ecklonia cava

Deskrizzjoni/Definizzjoni:

Il-florotannini Ecklonia cava jinkisbu bl-estrazzjoni tal-alkoħol mill-alga tal-baħar li tittiekel Ecklonia cava. L-estratt huwa trab kannella skur, rikk fil-florotannini, b'kontenut għoli ta' komposti polifenoliċi preżenti bħala metaboliti sekondarji f'ċerti speċi tal-alka kannella.

Karatteristiċi/Kompożizzjoni

Il-kontenut tal-florotannini: 90 ± 5 %

Attività tal-antiossidanti: > 85 %

Ndewwa: < 5 %

Rmied: < 5 %

Kriterji mikrobijoloġiċi:

L-għadd totali ta' ċelloli vijabbli: < 3 000 CFU/g

Moffa/ħmira: < 300 CFU/g

Koliformi: negattiv fit-test

Salmonella spp.: Negattiv fit-test

Staphylococcus aureus: Negattiv fit-test

Metalli tqal u aloġeni:

Ċomb: < 3,0 mg/kg

Merkurju: < 0,1 mg/kg

Kadmju: < 3,0 mg/kg

Arseniku: < 25,0 mg/kg

Arseniku Inorganiku: < 0,5 mg/kg

Jodju: 150,0–650,0 mg/kg

CFU: Unitajiet li Jiffurmaw il-Kolonji”


Top