EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0044

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/44 tal-20 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2374 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ

C/2017/6995

OJ L 7, 12.1.2018, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/44/oj

12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 7/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/44

tal-20 ta' Ottubru 2017

li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2374 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15(6) u 18(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina b'mod progressiv il-qbid skartat fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art għall-qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal-limiti fuq il-qbid.

(2)

Sabiex jiġi implimentat l-obbligu tal-ħatt l-art, l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-pjanijiet għall-iskartar permezz ta' att delegat għal perjodu ta' mhux iżjed minn tliet snin abbażi tar-rakkomandazzjonijiet konġunti li jiġu żviluppati mill-Istati Membri b'konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti.

(3)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 (2), stabbilixxa pjan għall-iskartar għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ wara rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata mill-Belġju, minn Spanja, minn Franza, min-Netherlands u mill-Portugall fl-2016.

(4)

Il-Belġju, Spanja, Franza, in-Netherlands u l-Portugall għandhom interess ta' ġestjoni dirett tas-sajd fl-ilmijiet tal-Lbiċ. Fit-2 ta' Ġunju 2017, dawk l-Istati Membri ppreżentaw rakkomandazzjoni konġunta ġdida lill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kunsill Konsultattiv għall-Ilmijiet tal-Lbiċ, li ssuġġerixxa ċerti emendi għall-pjan tal-iskartar.

(5)

Ir-Rakkomandazzjoni Konġunta l-ġdida ġiet evalwata mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (3). Il-miżuri li kienu ssuġġeriti f'dik ir-rakkomandazzjoni konġunta jikkonformaw mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u b'hekk jistgħu jiddaħħlu fil-pjan għall-iskartar.

(6)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi li s-sajd tal-istokkafixx (Micromesistius poutassou) li jinqabad bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u bit-tartaruni fid-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES jiddaħħal ukoll fil-pjan għall-iskartar stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/2374.

(7)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi wkoll li tiġi emendata d-definizzjoni tas-sajd għall-petriċa (Lophiidae) fid-Diviżjonijiet VIII a, b, d, u e tal-ICES, u fid-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES, kif stabbilit fil-pjan għall-iskartar billi jinżied kodiċi tal-irkaptu tal-pariti (GTR) u jitnaqqas id-daqs tal-malja għax-xbieki fissi kollha minn 200 għal 170 mm.

(8)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida ssuġġeriet ukoll li għandha tinżamm l-eżenzjoni mill-obbligu ta' ħatt l-art li ngħatat bil-pjan għall-skartar għall-iskampu maqbud mix-xbieki tat-tkarkir fis-subżoni VIII u IX tal-ICES, għaliex l-evidenza xjentifika eżistenti tindika l-possibbiltà ta' rati għoljin ta' sopravivenza, u dan filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-irkapti li jimmiraw għal din l-ispeċi, il-prattiki tas-sajd u l-ekosistema. Fl-evalwazzjoni tiegħu l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd ikkonkluda li l-esperimenti u l-istudji l-aktar riċenti li tlestew permezz tal-informazzjoni addizzjonali li taw l-Istati Membri juru biżżejjed provi dwar ir-rati tas-sopravivenza. Għalhekk, jinħtieġ li dik l-eżenzjoni li ngħatat darbtejn (għas-sena 2016 u għas-sena 2017) tinżamm fis-sena 2018.

(9)

L-eżenzjoni de minimis stabbilita fil-pjan għall-iskartar għall-merluzz, fl-2018 sa massimu ta' 6 % tal-qabdiet annwali totali ta' din l-ispeċi maqbuda minn bastimenti li jistadu għal din l-ispeċi fis-subżoni VIII u IX tal-ICES bix-xbieki tat-tkarkir, hija bbażata fuq il-fatt li ż-żidiet vijabbli fis-selettività jkunu diffiċli ħafna li jinkisbu. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd ikkonkluda li l-informazzjoni dwar is-selettività addizzjonali li ngħatat mill-Istati Membri kien fiha provi addizzjonali li juru li huwa diffiċli ħafna għall-mestieri involuti li jiksbu s-selettività. Madankollu, għandha ssir aktar ħidma sabiex tissaħħaħ il-ġustifikazzjoni għal din l-eżenzjoni. Għalhekk, jinħtieġ li din l-eżenzjoni tiġi estiża sal-2018, u bil-kundizzjoni li l-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni mtejba li tiġġustifika din l-eżenzjoni li tiġi vvalutata mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd.

(10)

Jinħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 jiġi emendat skont dan.

(11)

Billi l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament iħallu impatt dirett fuq l-attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-istaġun tas-sajd u mal-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, jinħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Jinħtieġ li jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3(1), il-punt (a) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(a)

għall-merluzz (Merluccius merluccius), fl-2018 sa massimu ta' 6 % tal-qabda annwali totali ta' din l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir u t-tartaruni (il-kodiċijiet tal-irkaptu: OTT, OTB, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SDN, SX u SV) biex jaqbdu l-merluzz fis-subżoni VIII u IX tal-ICES.”;

(2)

Fl-Artikolu 3(2), is-sena “2017” tinbidel bis-sena “2018”;

(3)

L-Anness jinbidel bit-test ippreżentat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 28.1.2013, p. 22.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2374 tat-12 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 33).

(3)  2017-07_STECF PLEN 17-02_JRCxxx.pdf


ANNESS

Sajd li hu soġġett għall-obbligu tal-ħatt l-art

1.   Is-sajd tal-lingwata komuni (Solea solea)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu l-art

Id-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES

OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT,TX

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha

Id-daqs tal-malja bejn 70 mm u 100 mm

Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni

TBB

Ix-xbieki tat-tkarkir bi Travu kollha

Id-daqs tal-malja bejn 70 mm u 100 mm

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Il-Pariti u l-Għeżula kollha

Id-daqs tal-malja 100 mm jew iżjed

2.   Is-sajd tal-lingwata komuni (Solea solea) u tal-barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu l-art

It-taqsima IXa tal-ICES

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Il-Pariti u l-Għeżula kollha

Id-daqs tal-malja 100 mm jew iżjed

Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni u tal-barbun tat-tbajja'

3.   Is-sajd tal-merluzz (Merluccius merluccius)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu l-art

Id-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES

OTT, OTB, PTB, SDN, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SX, SV

Ix-Xbieki tat-Tkarkir tal-Qiegħ u t-Tartaruni kollha

Id-daqs tal-malja 100 mm jew iżjed

Il-qabdiet kollha tal-merluzz

LL, LLS

Il-konzijiet kollha

Kollha

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN

L-Għeżula kollha

Id-daqs tal-malja 100 mm jew iżjed

Id-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES

OTT, OTB, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SDN, SX, SV

Ix-Xbieki tat-Tkarkir tal-Qiegħ u t-Tartaruni kollha

Bastimenti li jissodisfaw il-kriterji kumulattivi li ġejjin:

1.

Jużaw malja ta' daqs 70 mm jew iżjed

2.

Il-ħatt l-art totali fil-perjodu 2014/2015 jikkonsisti (1) minn: iktar minn 5 % tal-ispeċijiet kollha li jinħattu l-art u iktar minn 5 tunnellati metriċi.

Il-qabdiet kollha tal-merluzz

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN

L-Għeżula kollha

Malja tax-xbieki wiesgħa bejn 80 mm u 99 mm

LL, LLS

Il-konzijiet kollha

Sunnara ikbar minn 3,85 cm +/– 1,15 cm fit-tul u 1,6 cm +/– 0,4 cm fil-ħxuna

4.   Is-sajd tal-petriċa (Lophiidae)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu l-art

Id-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN, GTR

Il-Pariti u l-Għeżula kollha

Malja daqs 170 mm jew iżjed

Il-qabdiet kollha tal-petriċa

Id-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN, GTR

Il-Pariti u l-Għeżula kollha

Malja daqs 170 mm jew iżjed

Il-qabdiet kollha tal-petriċa

5.   Is-sajd tal-iskampu (Nephrops norvegicus)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu l-art

Id-Diviżjonijiet VIIIa, b, d, u e tal-ICES (fl-unitajiet funzjonali biss)

OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT,TX

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha

Malja daqs 70 mm jew iżjed

Il-qabdiet kollha tal-Iskampu

Id-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES (fl-unitajiet funzjonali biss)

OTB, PTB, OTT, TBN, TBS, OT, PT, TX TB

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha

Malja daqs 70 mm jew iżjed

Il-qabdiet kollha tal-Iskampu

6.   Is-sajd taċ-ċinturin iswed (Aphanopus carbo)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu l-art

Id-Diviżjonijiet VIIIc, IX, X tal-ICES u ż-żona 34.1.2 tas-CECAF

LLS, DWS

Konzijiet tal-qiegħ fissi

Il-qabdiet kollha taċ-ċinturin iswed meta l-ħatt l-art tal-ispeċijiet kollha totali għal kull bastiment fl-2014 u fl-2015 (2) kien fihom proporzjon ta' aktar minn 20 % ċinturin iswed

7.   Is-sajd tal-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu l-art

It-taqsima IX tal-ICES

LLS, DWS

Konzijiet tal-qiegħ fissi

Sunnara ikbar minn 3,95 cm fit-tul u 1,65 cm fil-ħxuna

Il-qabdiet kollha tal-paġella ħamra meta l-ħatt l-art tal-ispeċijiet kollha totali għal kull bastiment fl-2014 u fl-2015 (3) kien fihom proporzjon ta' aktar minn 20 % paġella ħamra

8.   Is-sajd tal-istokkafixx (Micromesistius poutassou)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu l-art

Id-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES

OTT, OTB, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SDN, SX, SV

Ix-Xbieki tat-Tkarkir tal-Qiegħ u t-Tartaruni kollha

Kollha

Il-qabdiet kollhatal-istokkafixx


(1)  Perjodu ta' referenza għas-sena 2017. Għall-2018 il-perjodu ta' referenza għandu jkun 2015/2016.

(2)  Perjodu ta' referenza għas-sena 2017. Għall-2018 il-perjodu ta' referenza għandu jkun 2015/2016.

(3)  Perjodu ta' referenza għas-sena 2017. Għall-2018 il-perjodu ta' referenza għandu jkun 2015/2016.


Top