EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R2226

Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011

OJ L 327, 9.12.2017, p. 20–82 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2226/oj

9.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/20


REGOLAMENT (UE) 2017/2226 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Novembru 2017

li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(b) u (d) u l-Artikolu 87(2)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-13 ta’ Frar 2008 intitolata “It-tħejjija tal-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea”, il-Kummissjoni ddeskriviet il-ħtieġa, bħala parti mill-istrateġija tal-Unjoni għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri, li tiġi stabbilita Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) li tirreġistra elettronikament il-ħin u l-post tad-dħul u l-ħruġ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jiddaħħlu għal soġġorn qasir fit-territorju tal-Istati Membri u li tikkalkula t-tul ta’ żmien tas-soġġorn awtorizzat tagħhom.

(2)

Il-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2008 enfasizza l-importanza li tkompli l-ħidma fuq l-iżvilupp tal-istrateġija tal-Unjoni għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri, inkluż użu aħjar ta’ teknoloġiji moderni biex titjieb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni.

(3)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-10 ta’ Ġunju 2009, intitolata “Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini”, il-Kummissjoni tkellmet favur it-twaqqif ta’ sistema elettronika li tirreġistra d-dħul u l-ħruġ mit-territorju tal-Istati Membri mal-fruntieri esterni sabiex tiġi żgurata ġestjoni aktar effettiva ta’ aċċess għal dak it-territorju.

(4)

Il-Kunsill Ewropew tat-23 u tal-24 ta’ Ġunju 2011 appella biex il-ħidma fuq il-“fruntieri intelliġenti” titmexxa malajr. Fil-25 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni intitolata “Fruntieri Intelliġenti – alternattivi u t-triq ’il quddiem”.

(5)

Fil-linji gwida strateġiċi tiegħu adottati f’Ġunju 2014, il-Kunsill Ewropew enfasizza li ż-żona Schengen, li tippermetti persuni li jivvjaġġaw mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, u l-għadd dejjem jiżdied ta’ nies li jivvjaġġaw lejn l-Unjoni jeħtieġu ġestjoni effiċjenti tal-fruntieri esterni tal-Unjoni biex tiġi żgurata protezzjoni qawwija. Dan saħaq ukoll li l-Unjoni għandha timmobilizza l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tappoġġa lill-Istati Membri fil-kompitu tagħhom u għal dan il-għan, jenħtieġ li l-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni tiġi mmodernizzata b’mod kosteffettiv biex tiżgura ġestjoni intelliġenti tal-fruntieri fost affarijiet oħra b’sistema ta’ dħul/ħruġ u megħjuna mill-Aġenzija l-ġdida għal Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira (eu-LISA).

(6)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-13 ta’ Mejju 2015 intitolata “Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni”, il-Kummissjoni nnotat li mal-inizjattiva “Fruntieri Intelliġenti” tibda fażi ġdida biex tiżdied l-effiċjenza tal-qsim tal-fruntieri, l-iffaċilitar tal-qsim għall-maġġoranza kbira ta’ vjaġġaturi “bona fide” ta’ pajjiżi terzi, filwaqt li fl-istess ħin tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari billi jinħoloq reġistru tal-movimenti transkonfinali kollha minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi, b’rispett sħiħ tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

(7)

Bil-għan li titjieb aktar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni u, b’mod partikolari sabiex jiġi vverifikat il-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-perijodu awtorizzat ta’ soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri, jenħtieġ li tiġi stabbilita EES, li tirreġistra elettronikament il-ħin u l-post ta’ dħul u ħruġ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi ammessi għal soġġorn qasir fit-territorju tal-Istati Membri u li tikkalkula t-tul ta’ żmien tas-soġġorn awtorizzat tagħhom. Din jenħtieġ li tieħu post l-obbligu li jiġu ttimbrati l-passaporti ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huwa applikabbli għall-Istati Membri kollha.

(8)

Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-objettivi tal-EES, il-kategoriji ta’ data li għandhom jiddaħħlu fl-EES, ir-raġunijiet li għalihom għandha tintuża d-data, il-kriterji għad-dħul tagħha, l-awtoritajiet awtorizzati li jaċċessaw id-data, regoli oħra dwar l-ipproċessar tad-data u l-protezzjoni tad-data personali kif ukoll l-arkitettura teknika tal-EES, ir-regoli dwar it-tħaddim u l-użu tagħha u l-interoperabbiltà ma’ sistemi ta’ informazzjoni oħra. Huwa meħtieġ ukoll li jiġu definiti r-responsabbiltajiet tal-EES.

(9)

Jenħtieġ li l-EES tapplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jiddaħħlu għal soġġorn qasir fit-territorju tal-Istati Membri. Jenħtieġ li tapplika wkoll għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġew miċħuda mid-dħul għal soġġorn qasir.

(10)

Jenħtieġ li l-EES titħaddem fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ. Idealment l-Istati Membri li għadhom mhux qed japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ japplikawh kollu sa ma tkun bdiet titħaddem l-EES. Madankollu, fil-każ fejn it-tneħħija ta’ kontrolli fil-fruntieri interni ma tkunx tista’ ssir qabel ma tibda titħaddem l-EES, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet għat-tħaddim tal-EES minn dawk l-Istati Membri li ma japplikawx l-aqcquis ta’ Schengen bis-sħiħ u jistipulaw id-dispożizzjonijiet għat-tħaddim u l-użu tal-EES fil-fruntieri interni fejn il-kontrolli jkunu għadhom ma tneħħewx.

Fir-rigward tal-kondizzjonijiet għat-tħaddim tal-EES, jenħtieġ li l-EES titħaddem fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri li għadhom mhux qed japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ iżda li għalihom tkun tlestiet b’suċċess il-verifika skont il-proċedura ta’ valutazzjoni applikabbli ta’ Schengen, li lilhom ikun ngħata aċċess passiv għas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE (3) sabiex iħaddmu l-EES u li għalihom bdew japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen marbuta mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) skont l-Att ta’ Adeżjoni rilevanti. Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar it-tħaddim u l-użu tal-EES mill-Istati Membri li jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet, jenħtieġ li l-EES titħaddem fil-fruntieri interni kollha ta’ dawk l-Istati Membri fejn għadhom ma tneħħewx il-kontrolli. Madankollu, jenħtieġ li japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-tħaddim u l-użu tal-EES fi fruntieri bħal dawn, sabiex jiġi mminimizzat l-impatt fuq il-proċeduri ta’ verifika mal-fruntieri mill-ħtieġa li l-proċess tal-verifiki f’dawn il-fruntieri, filwaqt li ma jiġux affettwati l-livell ta’ sigurtà u l-funzjonament korrett tas-sistema tal-EES u mingħajr preġudizzju għall-obbligi l-oħrajn marbutin mal-kontroll tal-fruntieri skont ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(11)

It-tul tas-soġġorn awtorizzat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament jirriżulta mill-acquis ta’ Schengen applikabbli.

(12)

Jenħtieġ li jiġi inkluż kalkolatur awtomatizzat fl-EES. Jenħtieġ li l-kalkolatur awtomatizzat iqis soġġorni fit-territorju tal-Istati Membri li jħaddmu l-EES għall-kalkolu tal-limitu kumplessiv ta’ 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum. Jenħtieġ li kwalunkwe estensjoni ta’ soġġorn awtorizzat titqies għall-finijiet tal-kalkolu ta’ dak il-limitu kumplessiv mad-dħul sussegwenti taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz fit-territorju tal-Istati Membri. Jenħtieġ li s-soġġorni fit-territorju tal-Istati Membri li għadhom mhux qed iħaddmu l-EES jingħaddu separatament abbażi ta’ timbri fuq id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

(13)

Jenħtieġ li l-kalkolatur awtomatizzat iqis biss soġġorni fit-territorji tal-Istati Membri li għad mhumiex japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ iżda jħaddmu l-EES biex tiġi verifikata l-konformità mal-limitu kumplessiv ta’ 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum u biex jiġi verifikat il-perijodu ta’ validità ta’ viża ta’ Schengen għal soġġorn qasir. Jenħtieġ li l-kalkolatur awtomatizzat ma jikkalkulax it-tul tas-soġġorn kif awtorizzat minn viża nazzjonali għal soġġorn qasir maħruġa minn Stat Membru li għadu mhuwiex japplika l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ iżda li jħaddem l-EES. Meta jikkalkula t-tul ta’ soġġorn awtorizzat minn viża ta’ Schengen għal soġġorn qasir, jenħtieġ li l-kalkolatur awtomatizzat ma jqisx is-soġġorni fit-territorju tal-Istati Membri li għadhom mhumiex japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ iżda li jħaddmu l-EES.

(14)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli preċiżi fir-rigward tar-responsabbiltà għall-iżvilupp u t-tħaddim tal-EES u r-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-konnessjoni tagħhom mal-EES. Jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), tkun responsabbli għall-iżvilupp u l-ġestjoni operattiva ta’ EES ċentralizzata f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 jiġi emendat skont dan.

(15)

L-għanijiet tal-EES jenħtieġ li jkunu li ttejjeb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, twaqqaf l-immigrazzjoni irregolari u tiffaċilita l-ġestjoni tal-flussi migratorji. Jenħtieġ li l-EES, b’mod partikolari u meta rilevanti, tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe persuna li ma tissodisfax jew li ma tkunx għadha tissodisfa l-kondizzjonijiet tat-tul tas-soġġorn awtorizzat fit-territorju tal-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-EES tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra.

(16)

Jenħtieġ li l-EES tkun magħmula minn Sistema Ċentrali (Sistema Ċentrali tal-EES), li topera bażi tad-data ċentrali kompjuterizzata ta’ data bijometrika u alfanumerika, Interfaċċa Nazzjonali Uniformi f’kull Stat Membru, Mezz Sigur ta’ Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema ċentrali ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (Sistema Ċentrali tal-VIS) tal-VIS„ u l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni sigura u kriptata bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi. Jenħtieġ li kull Stat Membru jikkollega l-infrastrutturi nazzjonali tal-fruntieri tiegħu mal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi b’mod sigur. Sabiex ikunu jistgħu jiġu ġġenerati l-istatistika u r-rappurtar, jenħtieġ li jiġi stabbilit repożitorju tad-data fuq livell ċentrali. Sabiex iċ-ċittadini ta’ pajjiż terzi jkunu jistgħu jivverifikaw f’kwalunkwe mument il-bqija tas-soġġorn awtorizzat, jenħtieġ li jiġi żviluppat servizz web. Jenħtieġ li s-servizz web jippermetti wkoll lit-trasportaturi li jivverifikaw jekk ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom viża ta’ Schengen għal soġġorn qasir maħruġa għal dħul wieħed jew għal żewġ daħliet ikunux diġà użaw l-għadd ta’ daħliet awtorizzati mill-viża tagħhom. Il-partijiet ikkonċernati jenħtieġ li jiġu kkonsultati fil-fażi tal-iżvilupp ta’ dak is-servizz web. Fl-istabbiliment tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-aċċess tat-trasportaturi għas-servizz web, jenħtieġ li l-impatt fuq l-ivjaġġar tal-passiġġieri u t-trasportaturi jiġi limitat sakemm ikun possibbli. Għal dan il-għan, jenħtieġ li titqies integrazzjoni xierqa mas-sistemi rilevanti.

(17)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita interoperabbiltà bejn l-EES u l-VIS permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni dirett bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u s-Sistema Ċentrali tal-EES biex ikun possibbli għall-awtoritajiet tal-fruntieri li jużaw l-EES biex jikkonsultaw il-VIS sabiex jiksbu d-data relatata mal-viża biex joħolqu jew jaġġornaw ir-rekords ta’ dħul/ħruġ jew ir-rekords ta’ ċaħda ta’ dħul, biex ikun possibbli għall-awtoritajiet tal-fruntieri li jivverifikaw il-validità tal-viża u l-identità tad-detentur tal-viża permezz ta’ tfittxija diretta fil-VIS b’marki tas-swaba’ fil-fruntieri fejn titħaddem l-EES u biex ikun possibbli għall-awtoritajiet tal-fruntieri li jivverifikaw u jqabblu mal-VIS l-identità ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma eżenti mill-viża, permezz tal-użu tal-marki tas-swaba’. Jenħtieġ li l-interoperabbiltà tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tal-fruntiera u l-awtoritajiet tal-viża li jkunu qed jużaw il-VIS jikkonsultaw l-EES direttament mill-VIS għall-fini tal-eżami ta’ applikazzjonijiet għal viża u jieħdu deċiżjonijiet relatati ma’ dawk l-applikazzjonijiet, u biex l-awtoritajiet tal-viża jkunu jistgħu jaġġornaw id-data relatata mal-viża fl-EES fil-każ li viża tiġi annullata, revokata jew estiża. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jiġi emendat skont dan. Jenħtieġ li l-ksib ta’ data marbuta mal-viża mill-VIS, l-importazzjoni tagħha lejn l-EES u l-aġġornament ta’ data mill-VIS lejn l-EES ikun proċess awtomatizzat ladarba l-operazzjoni inkwistjoni tinbeda mill-awtorità kkonċernata. Jenħtieġ li l-prinċipju tal-limitazzjoni tal-fini jiġi rrispettat meta tiġi stabbilita l-interoperabbiltà bejn l-EES u l-VIS.

(18)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jispeċifika li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati li jkollhom aċċess għall-EES sabiex idaħħlu, jemendaw, iħassru jew jikkonsultaw data għall-finijiet speċifiċi tal-EES u sal-livell meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħhom.

(19)

Jenħtieġ li kwalunkwe pproċessar ta’ data tal-EES ikun proporzjonat mal-objettivi li jridu jintlaħqu u meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti. Meta jużaw l-EES, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li tiġi rrispettata d-dinjità tal-bniedem u l-integrità tal-persuna li tkun intalbet id-data tagħha u jenħtieġ li ma jiddiskriminawx kontra persuni abbażi ta’ sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali.

(20)

Jenħtieġ li l-EES tirreġistra u tipproċessa data alfanumerika u data bijometrika primarjament għall-finijiet tat-titjib tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, il-prevenzjoni tal-immigrazzjoni irregolari u l-faċilitazzjoni tal-ġestjoni tal-flussi migratorji. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li jkun hemm aċċess għal data personali tal-EES sabiex tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, is-sejbien u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra unikament skont il-kondizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament. L-użu tal-bijometrija, minkejja l-impatt tagħha fuq il-privatezza tal-vjaġġaturi, huwa ġustifikat għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, il-bijometrija hija metodu affidabbli biex jiġu identifikati ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu preżenti fit-territorju tal-Istati Membri iżda li ma jkunux fil-pussess ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar jew ta’ mezzi oħra ta’ identifikazzjoni, sitwazzjoni komuni għall-immigranti irregolari. It-tieni nett, il-bijometrija tippermetti t-tqabbil aktar affidabbli tad-data tad-dħul u l-ħruġ ta’ vjaġġaturi bona fide. L-użu tal- immaġni tal-wiċċ flimkien mad-data dwar il-marki tas-swaba’, jippermetti li jitnaqqsu l-għadd totali ta’ marki tas-swaba’ li jkun meħtieġ li jiġu reġistrati, filwaqt li jippermetti l-istess riżultat f’termini ta’ eżattezza tal-identifikazzjoni.

(21)

Jenħtieġ li jiġu rreġistrati fl-EES erba’ marki tas-swaba’ għal kull ċittadin ta’ pajjiż terz eżentat mill-ħtieġa ta’ viża, jekk dan ikun fiżikament possibbli, biex tkun tista’ ssir verifika u identifikazzjoni preċiża u b’hekk jiġi żgurat li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jkunx diġà reġistrat taħt identità oħra jew b’dokument ieħor tal-ivvjaġġar, u biex jiġi garantit li jkun hemm data suffiċjenti disponibbli sabiex ikun żgurat li jintlaħqu l-għanijiet tal-EES f’kull ċirkostanza. Jenħtieġ li l-marki tas-swaba’ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma detenturi ta’ viża jiġu vverifikati mal-VIS. L-immaġni tal-wiċċ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, kemm dawk eżentati mill-ħtieġa tal-viża kif ukoll dawk li huma detenturi ta’ viża, jenħtieġ li jiġi rreġistrat fl-EES. Jenħtieġ li l-marki tas-swaba’ jew l-immaġni tal-wiċċ jintużaw bħala identifikatur bijometriku għall-verifika tal-identità ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġew irreġistrati qabel fl-EES, sakemm il-fajls individwali tagħhom ma jkunux tħassru. Sabiex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet ta’ kull punt ta’ qsim tal-fruntiera u t-tipi differenti ta’ fruntieri, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jistabbilixxu għal kull punt ta’ qsim tal-fruntiera jekk jinħtieġx li l-marki tas-swaba’ jew l-immaġni tal-wiċċ jintużaw bħala l-identifikatur bijometriku prinċipali għat-twettiq tal-verifiki meħtieġa.

(22)

Fil-ġlieda kontra r-reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet maħtura jkollhom l-informazzjoni l-aktar aġġornata biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom. L-aċċess għad-data tal-VIS għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi diġà wera l-utilità tiegħu fl-identifikazzjoni ta’ persuni li jkunu mietu b’mod vjolenti jew biex jgħin lill-investigaturi biex jagħmlu progress sostanzjali f’każijiet relatati mat-traffikar ta’ bnedmin, it-terroriżmu jew it-traffikar illeċitu ta’ droga. L-aċċess għad-data tal-EES hija meħtieġa għall-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi kif imsemmi fid-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jew reati serji oħra kif imsemmi fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI (9). Jenħtieġ li jkun possibbli li d-data tal-EES tintuża bħala għodda ta’ verifika tal-identità kemm f’każijiet fejn ċittadin ta’ pajjiż terz ikun qered id-dokumenti tiegħu jew tagħha kif ukoll fejn l-awtoritajiet maħtura jkunu qed jinvestigaw reat permezz tal-użu tal-marki tas-swaba’ jew bl-immaġni tal-wiċċ u jixtiequ jistabbilixxu identità. Jenħtieġ li tkun possibbli wkoll li tali data tintuża bħala għodda biex tinbena evidenza billi jiġu rintraċċati r-rotot ta’ vjaġġar ta’ persuna suspettata li tkun wettqet reat jew ta’ vittma ta’ reat. Għalhekk, jenħtieġ li d-data tal-EES tkun disponibbli għall-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi stabbilita bir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) (‘Europol’), soġġett għall-kondizzjonijiet u l-limitazzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament.Jenħtieġ li l-kondizzjonijiet ta’ aċċess għall-EES għall-finijiet tal-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħrajn jippermettu li l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri jindirizzaw il-każijiet ta’ persuni suspettati li jużaw identitajiet multipli. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-aċċess għall-EES ma jitwaqqafx meta jitla’ riżultat waqt il-konsultazzjoni ta’ bażi tad-data rilevanti qabel ma tiġi aċċessata l-EES. Għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi u sabiex jipprevjenu, jikxfu u jinvestigaw reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra, jenħtieġ li tfittxija fil-bażi tad-data tal-EES titqies proporzjonata jekk ikun hemm tħassib prevalenti dwar is-sigurtà pubblika. Kull tfittxija trid tiġi ġustifikata kif xieraq u tkun proporzjonata fid-dawl tal-interess invokat.

(23)

Huma biss awtoritajiet maħtura li huma responsabbli għall-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra li għalihom l-Istati Membri jistgħu jiggarantixxu li d-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament kif ukoll dawk tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11),japplikaw u li għalihom tista’ tiġi vverifikata l-applikazzjoni korretta ta’ dawk id-dispożizzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-awtorità superviżorja stabbilita f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/680, jenħtieġ li jkunu intitolati biex jikkonsultaw id-data tal-EES.

(24)

L-Europol jaqdi rwol kruċjali fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-investigazzjoni ta’ reati transkonfinali permezz ta’ appoġġ għall-prevenzjoni tal-kriminalità, it-twettiq ta’ analiżi u ta’ investigazzjonijiet fl-Unjoni kollha. Konsegwentement, jenħtieġ li l-Europol ikollu aċċess ukoll għall-EES fil-qafas tal-kompiti tiegħu u f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/794. Jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jissorvelja l-ipproċessar ta’ data mill-Europol u jiżgura konformità sħiħa mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

(25)

L-aċċess għall-EES għall-finijiet tal-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra jikkostitwixxi interferenza mad-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata tal-individwi u għall-protezzjoni tad-data personali ta’ persuni li d-data personali tagħhom tiġi pproċessata fl-EES. Kwalunkwe interferenza bħal din trid tkun konformi mal-liġi, li trid tkun ifformulata bi preċiżjoni suffiċjenti sabiex tippermetti lill-individwi jaġġustaw il-kondotta tagħhom, tipproteġi lill-individwi kontra l-arbitrarjetà u tindika b’ċarezza suffiċjenti l-marġini ta’ diskrezzjoni mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti u l-mod ta’ kif għandhom jeżerċitaw tali diskrezzjoni. Barra minn hekk, kwalunkwe interferenza f’dawk id-drittijiet fundamentali għandha tkun limitata għal dak li hu meħtieġ f’soċjetà demokratika sabiex jiġi protett interess leġittimu u proporzjonat, u jrid ikun proporzjonali għall-objettiv leġittimu li jrid jinkiseb.

(26)

Tqabbil tad-data abbażi ta’ traċċa dattiloskopika li tista’ tinstab fuq post ta’ reat (‘marki tas-swaba’ latenti’), huwa fundamentali fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija. Il-possibbiltà li marka tas-swaba’ latenti titqabbel mad-data dwar il-marki tas-swaba’ li tkun maħżuna fl-EES f’każijiet fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jemmen li l-persuna li kkommettiet reat jew il-vittma jistgħu jkunu reġistrati fl-EES hija meħtieġa biex l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri jipprevjenu, isibu jew jinvestigaw reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra, pereżempju meta l-unika evidenza fuq il-post tar-reat tkun tikkonsisti f’marki tas-swaba’ latenti.

(27)

Jenħtieġ li jinħatru awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif ukoll il-punt ta’ aċċess ċentrali li permezz tiegħu għandhom isiru t-talbiet għall-aċċess għad-data tal-EES, u li tinżamm lista tal-unitajiet operattivi fl-awtoritajiet maħtura li huma awtorizzati li jitolbu dan l-aċċess għall-finijiet speċifiċi għall-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra.

(28)

Jenħtieġ li t-talbiet għal aċċess għal data tal-EES isiru mill-unitajiet operattivi fl-awtoritajiet maħtura lill-punt ta’ aċċess ċentrali u jenħtieġ li jkunu ġustifikati kif xieraq. Jenħtieġ li l-unitajiet operattivi fl-awtoritajiet maħtura li huma awtorizzati jitolbu aċċess għad-data tal-EES ma jaġixxux bħala awtorità ta’ verifika. Jenħtieġ li l-punt ta’ aċċess ċentrali jkun korp jew entità inkarigata mil-liġi nazzjonali biex teżerċita awtorità pubblika u jenħtieġ li tkun kapaċi, permezz tal-kwalità u l-għadd tal-persunal tagħha, li tivverifika b’mod effettiv jekk il-kondizzjonijiet biex jintalab aċċess għall-EES humiex sodisfatti f’kull każ. Jenħtieġ li l-punti ta’ aċċess ċentrali jaġixxu b’mod indipendenti mill-awtoritajiet maħtura u jenħtieġ li jkunu responsabbli biex, b’mod indipendenti, jiżguraw konformità stretta mal-kondizzjonijiet għal aċċess stabbiliti f’dan ir-Regolament. F’każ ta’ urġenza, fejn ikun meħtieġ aċċess bikri biex iwieġeb għal theddida speċifika u reali marbuta ma’ reati terroristiċi jew ma’ reati kriminali serji oħra, jenħtieġ li l-punt ta’ aċċess ċentrali jkun jista’ jipproċessa t-talba immedjatament u jwettaq il-verifika wara.

(29)

Biex tiġi protetta d-data personali u biex jiġu esklużi tfittxijiet sistematiċi, jenħtieġ li l-ipproċessar ta’ data tal-EES isir biss f’każijiet speċifiċi u meta jkun meħtieġ għall-finijiet tal-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra. Jenħtieġ li l-awtoritajiet maħtura u l-Europol jitolbu aċċess għall-EES biss meta jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jemmnu li dan l-aċċess ser jipprovdi informazzjoni li ser tgħinhom sostanzjalment fil-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta’ reat terroristiku jew ta’ reat kriminali serju ieħor.

(30)

Barra minn hekk, jenħtieġ li l-aċċess għall-EES għall-finijiet ta’ identifikazzjoni ta’ persuni suspettati, persuni li kkommettew reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħrajn jew vittmi ta’ tali reati, ikun permess biss bil-kondizzjoni li t-tfittxijiet fil-bażijiet tad-data nazzjonali tal-Istati Membri jkunu saru u t-tfittxija bis-sistemi awtomatizzati għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba’ tal-Istati Membri l-oħra kollha skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI (12) saret b’mod sħiħ, jew it-tfittxija ma saritx b’mod sħiħ fi żmien jumejn minn meta tkun inbdiet.

(31)

Għall-fini ta’ tqabbil u skambju effiċjenti ta’ data personali, jenħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw u jużaw b’mod sħiħ il-ftehimiet internazzjonali eżistenti kif ukoll il-liġi tal-Unjoni rigward l-iskambju ta’ data personali li diġà qiegħda fis-seħħ, b’mod partikolari d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(32)

Id-data personali maħżuna fl-EES jenħtieġ li ma tinżammx aktar milli strettament meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-data tiġi pproċessata. Huwa biżżejjed li d-data marbuta ma’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li rrispettaw it-tul tas-soġġorn awtorizzat tinżamm fl-EES għal perijodu ta’ tliet snin għal raġunijiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri sabiex jiġi evitat il-bżonn li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jerġgħu jirreġistraw fl-EES qabel ma jgħaddi dak il-perijodu. Dan il-perijodu ta’ tliet snin għaż-żamma tad-data għandu jnaqqas il-ħtieġa għal reġistrazzjonijiet mill-ġdid frekwenti u għandu jkun ta’ benefiċċju għall-vjaġġaturi kollha peress li għandu jnaqqas iż-żmien medju għall-qsim tal-fruntieri kif ukoll il-ħin ta’ stennija fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri. Anke għal vjaġġatur li jidħol fit-territorju tal-Istati Membri darba biss, il-fatt li vjaġġaturi oħrajn li jkunu diġà rreġistrati fl-EES mhux se jkollhom bżonn jirreġistraw mill-ġdid qabel l-iskadenza ta’ dan il-perjodu ta’ żamma tad-data ta’ tliet snin ser inaqqas il-ħin ta’ stennija fil-punt ta’ qsim tal-fruntieri. Dan il-perijodu ta’ żamma tad-data ta’ tliet snin ser ikun meħtieġ ukoll biex jiffaċilita u jħaffef il-qsim tal-fruntieri inkluż bl-użu ta’ sistemi awtomatizzati u ta’ self-service. Huwa wkoll xieraq li jiġi ffissat perijodu ta’ żamma ta’ data ta’ tliet snin għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li d-dħul tagħhom għal soġġorn qasir ikun ġie miċħud. Għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalih tapplika d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) jew ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni u li ma jkollhomx karta ta’ residenza skont id-Direttiva 2004/38/KE, huwa xieraq li kull rekord abbinat tad-dħul/ħruġ jinħażen għal perijodu ta’ mhux aktar minn sena wara d-data tal-ħruġ mit-territorju tal-Istati Membri marbut ma’ dik ir-reġistrazzjoni. Wara l-iskadenza tal-perijodi ta’ żamma tad-data rilevanti jenħtieġ li d-data titħassar awtomatikament.

(33)

Jenħtieġ li d-data relatata ma’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jkunux ħarġu mit-territorju tal-Istati Membri fi żmien il-perijodu tas-soġġorn awtorizzat tinżamm għal perijodu ta’ ħames snin, sabiex ikun sostnut il-proċess ta’ identifikazzjoni u ta’ ritorn. Jenħtieġ li dik id-data titħassar awtomatikament wara l-perijodu ta’ ħames snin, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet għaliex titħassar qabel.

(34)

Jenħtieġ li d-data personali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li rrispettaw it-tul tas-soġġorn awtorizzat u ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li d-dħul tagħhom għal soġġorn qasir ikun ġie miċħud tinżamm għal perijodu ta’ tliet snin u li d-data personali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jkunux ħarġu mit-territorju tal-Istati Membri fi żmien il-perijodu tas-soġġorn awtorizzat tinżamm għal perijodu ta’ ħames snin, biex il-gwardja tal-fruntiera tkun tista’ jwettaq l-analiżi tar-riskju meħtieġa mir-Regolament (UE) 2016/399 qabel ma tawtorizza vjaġġatur jidħol fit-territorju tal-Istati Membri. L-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal viża f’uffiċċji konsulari jeħtieġ ukoll l-analiżi tal-istorja tal-ivvjaġġar tal-applikant sabiex issir valutazzjoni dwar l-użu ta’ viżi preċedenti u jekk il-kondizzjonijiet ta’ soġġorn ikunux ġew irrispettati. Il-fatt li l-passaporti ma jibqgħux jiġu ttimbrati jiġi kkumpensat minn konsultazzjoni tal-EES. Għalhekk jenħtieġ li l-istorja tal-ivvjaġġar disponibbli fl-EES tkopri perijodu ta’ żmien li jkun biżżejjed għall-fini tal-ħruġ ta’ viża.

Waqt li jkunu qed iwettqu l-analiżi tar-riskju fuq il-fruntiera u waqt l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal viża, l-istorja tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jenħtieġ li tiġi vverifikata biex jiġi determinat jekk ikunux qabżu t-tul massimu tas-soġġorn awtorizzat tagħhom fil-passat. Huwa għalhekk meħtieġ li tinżamm id-data personali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jkunux ħarġu mit-territorju tal-Istati Membri fi żmien il-perijodu tas-soġġorn awtorizzat għal perijodu itwal ta’ ħames snin meta mqabbel ma’ dak tad-data personali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu rrispettaw it-tul tas-soġġorn awtorizzat u ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li d-dħul tagħhom għal soġġorn qasir ikun ġie miċħud.

(35)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għal dannu li jirriżulta minn kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament.

(36)

Mingħajr preġudizzju għar-regoli aktar speċifiċi stipulati f’dan ir-Regolament għall-ipproċessar ta’ data personali, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Istati Membri fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sakemm tali pproċessar ma jsirx mill-awtoritajiet maħtura jew mill-punti ċentrali ta’ aċċess tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, jew is-sejbien ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra.

(37)

Mingħajr preġudizzju għar-regoli aktar speċifiċi stipulati f’dan ir-Regolament għall-ipproċessar ta’ data personali, jenħtieġ li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali adottati skont id-Direttiva (UE) 2016/680 japplikaw għall-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, jew is-sejbien ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra skont dan ir-Regolament.

(38)

Jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) japplika għall-attivitajiet tal-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni meta jwettqu l-kompiti tagħhom bħala dawk responsabbli għat-tmexxija operattiva tal-EES.

(39)

Jenħtieġ li d-data personali miksuba minn Stat Membru skont dan ir-Regolament ma tiġix ittrasferita jew titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ xi pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita fl-Unjoni jew barra minnha. Bħala eċċezzjoni għal dik ir-regola, madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli li tali data personali tiġi trasferita lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali fejn tali trasferiment ikun suġġett għal kondizzjonijiet stretti u meħtieġ f’każijiet individwali sabiex tassisti fl-identifikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fir-rigward tar-ritorn tiegħu jew tagħha. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni dwar l-adegwatezza permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2016/679 jew ta’ salvagwardji xierqa li għalihom huma soġġetti t-trasferimenti skont dak ir-Regolament, jenħtieġ li jkun possibbli t-trasferiment eċċezzjonali, għall-finijiet ta’ ritorn, tad-data tal-EES lejn pajjiż terz jew lejn organizzazzjoni internazzjonali, unikament jekk dan ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku kif imsemmi f’dak ir-Regolament.

(40)

Jenħtieġ ukoll li jkun possibbli li tiġi ttrasferita data personali miksuba mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament lil pajjiż terz f’każ eċċezzjonali ta’ urġenza, fejn hemm periklu imminenti assoċjat ma’ reat terroristiku jew fejn ikun hemm periklu imminenti għall-ħajja ta’ persuna assoċjata ma’ reat kriminali serju. Periklu imminenti għall-ħajja ta’ persuna jenħtieġ li jinftiehem li jkopri periklu li jirriżulta minn reat kriminali serju mwettaq kontra dik il-persuna bħal offiżi gravi fuq il-persuna, kummerċ illeċitu ta’ organi u tessuti tal-bniedem, ħtif, żamma illegali u teħid ta’ ostaġġi, sfruttament sesswali tat-tfal u pornografija tat-tfal, u stupru. Data bħal din jenħtieġ li tiġi ttrasferita lil pajjiż terz unikament jekk ikun żgurat l-għoti reċiproku ta’ kwalunkwe informazzjoni dwar rekords ta’ dħul/ħruġ f’idejn il-pajjiż terz li jkun qed jagħmel it-talba lill-Istati Membri li jħaddmu l-EES. Jenħtieġ ukoll li jkun possibbli li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li l-awtoritajiet maħtura tagħhom ikollhom aċċess għall-EES skont dan ir-Regolament jittrasferixxu d-data tal-EES lil Stati Membri li ma jħaddmux l-EES u lil Stati Membri li għalihom ma japplikax dan ir-Regolament. Jenħtieġ li tali għoti ta’ informazzjoni jkun soġġett għal talba b’motivazzjoni xierqa, u limitat għal meta tkun meħtieġa għall-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta’ reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor. Jenħtieġ ukoll li jkun possibbli għal Stat Membru li jħaddem l-EES li jagħti tali informazzjoni biss jekk ikun żgurat għoti reċiproku ta’ kwalunkwe informazzjoni dwar rekords ta’ dħul/ħruġ li jkunu f’idejn l-Istat Membru rikjedenti lill-Istati Membri li jħaddmu l-EES. Id-Direttiva (UE) 2016/680 tapplika għat-tħaddim sussegwenti kollu tad-data miksuba mill-EES.

(41)

F’kull Stat Membru, jenħtieġ li l-awtorità superviżorja stabbilita f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tissorvelja l-legalità tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Istati Membri, filwaqt li jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jissorvelja l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali. Jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u l-awtoritajiet superviżorji jikkooperaw ma’ xulxin fil-monitoraġġ tal-EES.

(42)

F’kull Stat Membru, jenħtieġ li l-awtorità superviżorja stabbilita f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/680 timmonitorja l-legalità tal-ipproċessar mill-Istati Membri ta’ data personali għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi.

(43)

Minbarra d-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni li għandha tingħata skont ir-Regolament (UE) 2016/679, jenħtieġ li ċittadini ta’ pajjiżi terzi li d-data tagħhom trid tiġi rreġistrata fl-EES jingħataw l-informazzjoni xierqa b’rabta mar-reġistrazzjoni ta’ dik id-data. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tingħata mill-Istati Membri bil-miktub b’kull mezz xieraq, inkluż b’fuljetti, kartelluni jew xi mezz ieħor elettroniku xieraq.

(44)

Sabiex jiġi żgurat li l-monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, dan ir-Regolament jeħtieġ li jiġi evalwat f’intervalli regolari.

(45)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn jiġu implimentati.

(46)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).

(47)

Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment tal-EES u l-ħolqien ta’ obbligi, kondizzjonijiet u proċeduri komuni għall-użu tad-data ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-impatt tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(48)

Wara l-bidu tat-tħaddim tal-EES, jenħtieġ li l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom (17) (‘il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen’) tiġi emendata b’rabta mal-ftehimiet bilaterali konklużi mill-Istati Membri u mat-tul awtorizzat tas-soġġorn aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma eżentati mill-obbligu tal-viża. Fil-valutazzjoni ġenerali tagħha tal-EES, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinkludi valutazzjoni tal-użu li jsir mill-ftehimiet bilaterali tal-Istati Membri. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li tinkludi possibbiltajiet fl-ewwel rapport ta’ valutazzjoni biex jitneħħew gradwalment tali ftehimiet bilaterali u biex dawn jiġu sostitwiti bi strument tal-Unjoni.

(49)

L-ispejjeż imbassra tal-EES huma inqas mill-baġit allokat għal Fruntieri Intelliġenti fir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). Għaldaqstant, wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni, permezz ta’ att delegat previst fir-Regolament (UE) Nru 515/2014, talloka mill-ġdid l-ammont attwalment attribwit għall-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT li jappoġġaw il-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn il-fruntieri esterni.

(50)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE.

(51)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk hijiex ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(52)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (19); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhuwiex marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(53)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (20); għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(54)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (21) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-Punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (22).

(55)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis  (23) ta’ Schengen, li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fil-Punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (24) u mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI (25).

(56)

Fir-rigward ta’ Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis  (26) ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-Punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (27) u mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE. (28)

(57)

Fir-rigward ta’ Ċipru, il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament relatati mas-SIS u l-VIS jikkostitwixxu dispożizzjonijiet li jibnu fuq l-acquis ta’ Schengen jew li b’xi mod ieħor huma marbutin miegħu, rispettivament, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003, l-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u l-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2011 moqri flimkien mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/365/UE (29), (UE) 2017/733 (30) u (UE) 2017/1908 (31).

Barra minn hekk, it-tħaddim tal-EES jitlob l-għoti ta’ aċċess passiv għall-VIS u li jsiru applikabbli d-dispożizzjonijiet kollha tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-SIS f’konformità mad-Deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill. Dawk il-kondizzjonijiet jistgħu jiġu sodisfatti biss ladarba l-verifika skont il-proċedura ta’ evalwazzjoni applikabbli ta’ Schengen tkun tlestiet b’suċċess. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-EES titħaddem biss minn dawk l-Istati Membri li jissodisfaw dawk il-kondizzjonijiet sa ma jibdew l-operazzjonijiet tal-EES. Stati Membri li ma jkunux qed iħaddmu l-EES mill-bidu inizjali tal-operazzjonijiet jenħtieġ li jikkonnettu mal-EES skont il-proċedura stabbilita f’dan ir-Regolament ladarba jiġu sodisfatti dawk il-kondizzjonijiet kollha.

(58)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni fil-21 ta’ Settembru 2016.

(59)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli stretti dwar l-aċċess għall-EES kif ukoll is-salvagwardji neċessarji għal tali aċċess. Jistabbilixxi wkoll id-drittijiet ta’ aċċess, ta’ rettifika, tlestija, tħassir u rimedju tal-individwi, b’mod partikolari d-dritt għal rimedju ġudizzjarju u s-superviżjoni ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar minn awtoritajiet pubbliċi indipendenti. Dan ir-Regolament għalhekk jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għad-dinjità umana, il-projbizzjoni tal-iskjavitù u x-xogħol furzat, id-dritt għal-libertà u għas-sigurtà; ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għan-nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet tal-anzjani, l-integrazzjoni tal-persuni diżabbli u d-dritt għal rimedju effettiv u għal smigħ xieraq.

(60)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi li joħorġu mill-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta’ Lulju 1951, kif issupplimentat mill-Protokoll ta’ New York tal-31 ta’ Jannar 1967,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi “Sistema ta’ Dħul/Ħruġ” (EES):

(a)

għar-reġistrazzjoni u l-ħażna tad-data, il-ħin u l-post tad-dħul u tal-ħruġ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri tal-Istati Membri fejn l-EES titħaddem;

(b)

għall-kalkolu tat-tul tas-soġġorn awtorizzat ta’ dawn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi;

(c)

għall-ġenerazzjoni ta’ twissijiet lill-Istati Membri meta jkun skada s-soġġorn awtorizzat; u

(d)

għar-reġistrazzjoni u l-ħażna tad-data, il-ħin u l-post ta’ ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġew miċħuda d-dħul għal soġġorn qasir, kif ukoll l-awtorità tal-Istat Membru li tkun ċaħdet id-dħul u r-raġunijiet għaċ-ċaħda.

2.   Għall-finijiet tal-prevenzjoni, is-sejbien u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra, dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll il-kondizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u tal-Europol jistgħu jiksbu aċċess għall-EES għal konsultazzjoni.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għal:

(a)

ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jiddaħħlu għal soġġorn qasir fit-territorju tal-Istati Membri li huma soġġetti għal verifiki fuq il-fruntiera f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/399 meta jaqsmu l-fruntieri fejn l-EES titħaddem; u

(b)

ċittadini ta’ pajjiżi terzi, mad-dħul fi u l-ħruġ mit-territorju tal-Istati Membri, li:

(i)

huma membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalih tapplika d-Direttiva 2004/38/KE jew ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak ta’ ċittadini tal-Unjoni skont ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra; u

(ii)

ma jkollhomx karta ta’ residenza skont d-Direttiva 2004/38/KE jew permess ta’ residenza skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 (32).

2.   Dan ir-Regolament japplika wkoll għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li d-dħul tagħhom għal soġġorn qasir fit-territorju tal-Istati Membri jiġi miċħud skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/399.

3.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a)

ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalih tapplika d-Direttiva 2004/38/KE u li jkollhom karta ta’ residenza skont dik id-Direttiva, kemm jekk jakkumpanjaw jew jingħaqdu ma’ dak iċ-ċittadin tal-Unjoni;

(b)

ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, kemm jekk jakkumpanjaw jew jingħaqdu ma’ dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, meta:

(i)

dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz igawdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak taċ-ċittadini tal-Unjoni skont ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra; u

(ii)

dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkollhom karta ta’ residenza skont id-Direttiva 2004/38/KE jew permess ta’ residenza skont ir-Regolament (KE) Nru 1030/2002;

(c)

detenturi ta’ permessi ta’ residenza msemmija fil-punt 16 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399 għajr dawk koperti mill-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu;

(d)

ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-mobbiltà f’konformità mad-Direttiva 2014/66/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) jew id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34);

(e)

detenturi ta’ viżi għal soġġorn fit-tul;

(f)

ċittadini ta’ Andorra, Monaco u San Marino u detenturi ta’ passaport maħruġ mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan;

(g)

persuni jew kategoriji ta’ persuni eżentati minn verifiki fuq il-fruntieri jew li jibbenefikaw minn regoli speċifiċi dwar verifiki fuq il-fruntieri kif imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 6a(3) tar-Regolament (UE) 2016/399;

(h)

persuni jew kategoriji ta’ persuni msemmija fil-punti (h), (i), (j) u (k) tal-Artikolu 6a(3) tar-Regolament (UE) 2016/399.

4.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-kalkolu tat-tul tas-soġġorn awtorizzat u l-ġenerazzjoni ta’ twissijiet lill-Istati Membri meta jkun skada s-soġġorn awtorizzat ma japplikawx għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li:

(a)

huma membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalih tapplika d-Direttiva 2004/38/KE jew ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak ta’ ċittadini tal-Unjoni skont ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra; u

(b)

ma jkollhomx karta ta’ residenza skont id-Direttiva 2004/38/KE jew permess ta’ residenza skont ir-Regolament (KE) Nru 1030/2002.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“fruntieri esterni” tfisser fruntieri esterni kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(2)

“fruntieri interni” tfisser fruntieri interni kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(3)

“awtorità tal-fruntiera” tfisser il-gwardja tal-fruntiera assenjata skont il-liġi nazzjonali biex tagħmel verifiki fuq il-fruntiera kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(4)

“awtorità tal-immigrazzjoni” tfisser l-awtorità kompetenti responsabbli, f’konformità mal-liġi nazzjonali, minn wieħed jew aktar minn dan li ġej:

(a)

li tivverifika fit-territorju tal-Istati Membri jekk il-kondizzjonijiet ta’ dħul jew ta’ soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri humiex sodisfatti;

(b)

li teżamina l-kondizzjonijiet għal, u t-teħid ta’ deċiżjonijiet marbuta mar-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri sakemm dik l-awtorità ma tikkostitwixxix “awtorità determinanti” kif definit fil-punt (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35), u fejn rilevanti tipprovdi pariri f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 (36);

(c)

ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi lejn pajjiż terz ta’ oriġini jew ta’ transitu;

(5)

“awtorità tal-viża” tfisser l-awtorità tal-viża kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(6)

“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li mhijiex ċittadin tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 20(1) TFUE, bl-eċċezzjoni ta’ persuni li jgawdu dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak ta’ ċittadini tal-Unjoni taħt ftehimiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u pajjiżi terzi, min-naħa l-oħra;

(7)

“dokument tal-ivvjaġġar” tfisser passaport jew dokument ieħor ekwivalenti li jintitola lid-detentur li jaqsam il-fruntieri esterni u li miegħu tista’ titwaħħal viża;

(8)

“soġġorn qasir” tfisser soġġorni fit-territorju tal-Istati Membri ta’ tul ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/399;

(9)

“viża għal soġġorn qasir” tfisser viża kif definit fil-punt (a) tal-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37);

(10)

“viża nazzjonali għal soġġorn qasir” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru li ma japplikax l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ għal soġġorn previst fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum;

(11)

“soġġorn awtorizzat” tfisser l-għadd eżatt ta’ jiem li matulhom ċittadin ta’ pajjiż terz ikun permess li joqgħod legalment fit-territorju tal-Istati Membri, li jibdew jgħoddu mid-data tad-dħul f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli;

(12)

“Stat Membru responsabbli” tfisser l-Istat Membru li daħħal data fl-EES;

(13)

“verifika” tfisser il-proċess ta’ tqabbil ta’ settijiet ta’ data biex tiġi stabbilita l-validità tal-identità mistqarra (verifika one-to-one);

(14)

“identifikazzjoni” tfisser il-proċess biex tiġi ddeterminata l-identità ta’ persuna permezz ta’ tfittxija f’bażi tad-data ma’ settijiet multipli ta’ data (verifika one-to-many);

(15)

“data alfanumerika” tfisser data rrappreżentata minn ittri, ċifri, karattri speċjali, spazji u marki tal-punteġġatura;

(16)

“data dwar il-marki tas-swaba” tfisser id-data marbuta mal-erba’ marki tas-swaba’ tal-werrej, tas-saba’ tan-nofs, tas-saba’ taċ-ċurkett u tas-saba’ ż-żgħir mill-id tal-lemin, fejn preżenti, jew inkella mill-id tax-xellug;

(17)

“immaġni tal-wiċċ” tfisser immaġnijiet diġitali tal-wiċċ;

(18)

“data bijometrika” tfisser data dwar il-marki tas-swaba’ u dwar l-immaġni tal-wiċċ;

(19)

"persuna li tibqa’ fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn “ tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax, jew ma għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet marbuta mat-tul ta’ soġġorn qasir awtorizzat tiegħu jew tagħha fit-territorju tal-Istati Membri;

(20)

“eu-LISA” tfisser l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011;

(21)

‘“awtoritajiet superviżorji” tfisser l-awtorità superviżorja stabbilita skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-awtorità superviżorja stabbilita skont l-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680;

(22)

“data tal-EES” tfisser id-data kollha maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-EES f’konformità mal-Artikolu 14 u l-Artikoli 16 sa 20;

(23)

“infurzar tal-liġi” tfisser il-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra;

(24)

“reat terroristiku” tfisser reat skont il-liġi nazzjonali li jikkorrispondi jew huwa ekwivalenti għal wieħed mir-reati msemmija fid-Direttiva (UE) 2017/541;

(25)

“reat kriminali serju” tfisser reat li jikkorrispondi jew li huwa ekwivalenti għal wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI, jekk dan ikun punibbli skont il-liġi nazzjonali b’sentenza ta’ priġunerija jew b’ordni ta’ detenzjoni għal perijodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin;

(26)

“awtorità maħtura” tfisser awtorità maħtura minn Stat Membru skont l-Artikolu 29 bħala responsabbli għall-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra;

(27)

“sistema self-service” tfisser sistema self-service kif definit fil-punt 23 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(28)

“e-gate” tfisser e-gate kif definit fil-punt 24 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(29)

“Rata ta’ Nuqqas ta’ Reġistrazzjonijiet” (FTER) tfisser il-proporzjon ta’ reġistrazzjonijiet bi kwalità insuffiċjenti tar-reġistrazzjoni bijometrika;

(30)

“Rata ta’ Identifikazzjoni Pożittiva Falza” (FPIR) tfisser il-proporzjon ta’ tqabbil waqt tiftix bijometriku li ma jappartjenix għall-vjaġġatur li qed jiġi vverifikat;

(31)

“Rata ta’ Identifikazzjoni Negattiva Falza” (FNIR) tfisser il-proporzjon ta’ tqabbil li ma sarx waqt tiftix bijometriku minkejja li d-data biojmetrika tal-vjaġġatur kienet irreġistrata.

2.   It-termini definiti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/697 jenħtieġ li jkollhom l-istess tifsira f’dan ir-Regolament dment li d-data personali tiġi pproċessata mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament.

3.   It-termini definiti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/680 għandu jkollhom l-istess tifsira f’dan ir-Regolament dment li d-data personali jiġu pproċessati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-finijiet stipulati fl-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Fruntieri fejn titħaddem l-EES u l-użu tal-EES f’dawk il-fruntieri

1.   L-EES għandha titħaddem fil-fruntieri esterni.

2.   L-Istati Membri li l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ għandhom jintroduċu l-EES fil-fruntieri interni tagħhom mal-Istati Membri li għadhom ma japplikawx l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ iżda li jħaddmu l-EES.

3.   L-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ kif ukoll l-Istati Membri li għadhom ma applikawx l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ iżda li jħaddmu l-EES għandhom jintroduċu l-EES fil-fruntieri interni tagħhom mal-Istati Membri li għadhom ma applikawx l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ u li ma jħaddmux l-EES.

4.   L-Istati Membri li għadhom mhumiex japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ iżda jħaddmu l-EES għandhom jintroduċu l-EES fil-fruntieri interni tagħhom kif definit fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2016/399.

5.   B’deroga mit-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 23(2) u mill-Artikolu 27, Stat Membru li għadu mhux qed japplika l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ iżda jħaddem l-EES għandu jintroduċi l-EES mingħajr funzjonalitajiet bijometriċi fil-fruntieri tal-art interni tiegħu ma’ Stat Membru li għadu mhux qed japplika l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ iżda jopera l-EES. Meta, f’dawk il-fruntieri interni, ċittadin ta’ pajjiż terz ikun għadu ma ġiex reġistrat fl-EES, dak il-fajl individwali taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz għandu jinħoloq mingħajr ma tiġi reġistrata data bijometrika. Id-data bijometrika għandha tiġi miżjuda fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera li jmiss fejn l-EES titħaddem b’funzjonalitajiet bijometriċi.

Artikolu 5

L-istruttura tal-EES

“eu-LISA” għandha tiżviluppa u tiżgura t-tmexxija operattiva tal-EES, inkluż il-funzjonalitajiet għall-ipproċessar tad-data bijometrika kif imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 16(1) u fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 17(1), kif ukoll is-sigurtà adegwata tal-EES.

Artikolu 6

Objettivi tal-EES

1.   Billi tirreġistra u taħżen id-data fl-EES u billi tipprovdi aċċess lill-Istati Membri għad-data, l-objettivi tal-EES għandhom ikunu li:

(a)

ttejjeb l-effikaċja tal-verifiki fuq il-fruntieri permezz tal-kalkolu u l-monitoraġġ tat-tul tas-soġġorn awtorizzat mad-dħul u mal-ħruġ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi ammessi għal soġġorn qasir;

(b)

tassisti fl-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jissodisfawx jew li ma għadhomx jissodisfaw il-kondizzjonijiet għad-dħul, jew għal soġġorn qasir fit-territorju tal-Istati Membri;

(c)

tippermetti l-identifikazzjoni u s-sejbien ta’ persuni li jibqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn u tagħmel possibbli li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa;

(d)

tippermetti li ċ-ċaħdiet tad-dħul fl-EES jiġu verifikati elettronikament;

(e)

tagħmel possibbli l-awtomatizzazzjoni tal-verifiki fuq il-fruntieri fuq ċittadini ta’ pajjiżi terzi;

(f)

tippermetti li l-awtoritajiet tal-viża jkollhom aċċess għal informazzjoni dwar l-użu legali ta’ viżi preċedenti;

(g)

tinforma lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi dwar it-tul tas-soġġorn awtorizzat tagħhom;

(h)

tiġbor statistika dwar id-dħul u l-ħruġ, iċ-ċaħdiet tad-dħul u l-każijiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jibqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn sabiex tittejjeb il-valutazzjoni tar-riskju ta’ każijiet ta’ soġġorn wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni u tappoġġa t-tfassil ta’ politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni bbażata fuq l-evidenza;

(i)

tissielet kontra l-frodi tal-identità u l-użu ħażin tad-dokumenti tal-ivvjaġġar.

2.   Billi tagħti aċċess lill-awtoritajiet maħtura skont il-kondizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament, l-għanijiet tal-EES għandhom ikunu li:

(a)

tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, is-sejbien u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra;

(b)

tippermetti l-ġenerazzjoni ta’ informazzjoni għal investigazzjonijiet marbuta ma’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra, inkluż l-identifikazzjoni ta’ persuni misjuba ħatja li wettqu dawk ir-reati, persuni suspettati u vittmi ta’ dawk ir-reati li jkunu qasmu l-fruntieri esterni.

3.   L-EES għandha, fejn rilevanti, tappoġġa l-Istati Membri fit-tħaddim tal-programmi nazzjonali ta’ faċilitazzjoni tagħhom stabbiliti skont l-Artikolu 8d tar-Regolament (UE) 2016/399, sabiex tiffaċilita l-qsim tal-fruntieri għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi, billi:

(a)

tagħmilha possibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8d tar-Regolament (UE) 2016/399 li jkollhom aċċess għall-informazzjoni dwar soġġorni qosra jew ċaħdiet ta’ dħul preċedenti għall-finijiet tal-eżami ta’ applikazzjonijiet għal aċċess għal programmi nazzjonali ta’ faċilitazzjoni u l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

tavża lill-awtoritajiet tal-fruntieri li l-aċċess jingħata lill-programm nazzjonali ta’ faċilitazzjoni.

Artikolu 7

Arkitettura teknika tal-EES

1.   L-EES għandha tkun magħmula minn:

(a)

Sistema Ċentrali (Sistema Ċentrali tal-EES);

(b)

Interfaċċa Nazzjonali Uniformi (NUI) f’kull Stat Membru bbażata fuq speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u identiċi għall-Istati Membri kollha, li tippermetti l-konnessjoni tas-Sistema Ċentrali tal-EES mal-infrastrutturi nazzjonali tal-fruntieri fl-Istati Membri b’mod sigur;

(c)

Mezz Sigur ta’ Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS;

(d)

Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni, li għandha tkun sigura u kriptata, bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u l-NUIs;

(e)

is-servizz web imsemmi fl-Artikolu 13;

(f)

ir-repożitorju tad-data, stabbilit f’livell ċentrali, kif imsemmi fl-Artikolu 63(2).

2.   Is-Sistema Ċentrali tal-EES għandha tkun ospitata mill-eu-LISA fis-siti tekniċi tagħha. Għandha tipprovdi l-funzjonalitajiet stipulati f’dan ir-Regolament skont il-kondizzjonijiet ta’ disponibbiltà, kwalità u ħeffa skont l-Artikolu 37(3).

3.   Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/602/KE (38), ċerti komponenti tal-hardware u s-software tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni tal-EES għandhom ikunu kondiviżi mal-infrastruttura tal-komunikazzjoni tal-VIS imsemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 2004/512/KE. Għandha tiġi żgurata s-separazzjoni loġika bejn id-data tal-VIS u d-data tal-EES.

Artikolu 8

Interoperabbiltà mal-VIS

1.   L-eu-LISA għandha tistabbilixxi Mezz Sigur ta’ Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS biex tippermetti l-interoperabbiltà bejn l-EES u l-VIS. Konsultazzjoni diretta bejn l-EES u l-VIS għandha tkun possibbli biss jekk dan ikun previst kemm f’dan ir-Regolament kif ukoll fir-Regolament (KE) Nru 767/2008. Il-iksib ta’ data marbuta mal-viża mill-VIS, l-importazzjoni tagħha lejn l-EES u l-aġġornament ta’ data mill-VIS lejn l-EES għandhom ikunu proċess awtomatizzat ladarba l-operazzjoni inkwistjoni tinbeda mill-awtorità kkonċernata.

2.   L-interoperabbiltà għandha tippermetti lill-awtoritajiet tal-fruntiera li jkunu qed jużaw l-EES biex jikkonsultaw il-VIS mill-EES sabiex:

(a)

jiksbu d-data marbuta mal-viża direttament mill-VIS u jimportawha fl-EES sabiex joħolqu jew jaġġornaw ir-rekord ta’ dħul/ħruġ jew ir-rekord ta’ ċaħda tad-dħul ta’ detentur ta’ viża fl-EES skont l-Artikoli 14, 16 u 18 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(b)

b’mod awtomatiku jiksbu d-data marbuta mal-viża direttament mill-VIS u jimportawha fl-EES sabiex jaġġornaw ir-rekord ta’ dħul/ħruġ fil-każ li viża tiġi annullata, revokata jew estiża skont l-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikoli 13, 14 u 18a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(c)

jivverifikaw, skont l-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, l-awtentiċità u l-validità tal-viża rilevanti jew jekk ikunux ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet għad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(d)

jivverifikaw fil-fruntieri li fihom titħaddem l-EES jekk ċittadin ta’ pajjiż terz eżentat mill-ħtieġa ta’ viża jkunx ġie rreġistrat qabel fil-VIS skont l-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 19a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008; u

(e)

fejn l-identità ta’ detentur ta’ viża tiġi vverifikata bl-użu tal-marki tas-swaba’, jivverifikaw fil-fruntieri fejn titħaddem l-EES l-identità ta’ detentur ta’ viża billi jqabblu l-marki tas-swaba’ tad-detentur tal-viża mal-marki tas-swaba’ rreġistrati fil-VIS f’konformità mal-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18(6) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

3.   L-interoperabbiltà għandha tippermetti lill-awtoritajiet tal-viża li jkunu qed jużaw il-VIS biex jikkonsultaw l-EES mill-VIS sabiex:

(a)

jeżaminaw applikazzjonijiet għal viża u jadottaw deċiżjonijiet marbuta ma’ dawk l-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(b)

jeżaminaw, għall-Istati Membri li għadhom ma japplikawx l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ iżda jħaddmu l-EES, l-applikazzjonijiet għal viżi nazzjonali għal soġġorn qasir u jadottaw deċiżjonijiet marbutin ma’ dawk l-applikazzjonijiet;

(c)

jaġġornaw id-data marbuta mal-viża fir-rekord ta’ dħul/ħruġ fil-każ li viża tiġi annullata, revokata jew estiża skont l-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

4.   Għat-tħaddim tas-servizz web tal-EES imsemmi fl-Artikolu 13, il-bażi tad-data separata li tinqara biss imsemmija fl-Artikolu 13(5) għandha tiġi aġġornata ta’ kuljum mill-VIS permezz ta’ estrazzjoni f’direzzjoni waħda tas-sottogrupp minimu neċessarju ta’ data tal-VIS.

Artikolu 9

Aċċess għall-EES għad-dħul, l-emendar, it-tħassir u l-konsultazzjoni ta’ data

1.   L-aċċess għall-EES għad-dħul, l-emendar, it-tħassir u l-konsultazzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 14 u fl-Artikoli 16 sa 20 għandu jiġi riżervat esklussivament għall-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ kull Stat Membru li huma kompetenti għall-finijiet stipulati fl-Artikoli 23 sa 35. Dak l-aċċess għandu jkun limitat sal-punt neċessarju għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet nazzjonali skont dawk il-finijiet u għandu jkun proporzjonat mal-objettivi li jridu jintlaħqu.

2.   Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li għandhom ikunu awtoritajiet tal-fruntiera, awtoritajiet tal-viża u awtoritajiet tal-immigrazzjoni għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollu aċċess għall-EES biex idaħħal, jemenda, iħassar jew jikkonsulta d-data. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lista ta’ dawk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti lill-eu-LISA mingħajr dewmien. Dik il-lista għandha tispeċifika l-finijiet li għalihom kull awtorità jrid jkollha aċċess għad-data maħżuna fl-EES.

3.   L-awtoritajiet intitolati jikkonsultaw jew jaċċessaw id-data tal-EES għall-prevenzjoni, is-sejbien u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra għandhom jinħatru f’konformità mal-Kapitolu IV.

Artikolu 10

Prinċipji ġenerali

1.   Kull awtorità kompetenti awtorizzata li taċċessa l-EES għandha tiżgura li l-użu tal-EES huwa meħtieġ, xieraq u proporzjonat.

2.   Kull awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-użu tal-EES, inkluż il-ġbir ta’ data bijometrika, ikun skont is-salvagwardji stipulati fil-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal. B’mod partikulari, meta tinkiseb data dwar tifel jew tifla, kunsiderazzjoni ewlenija għandha tkun l-aħjar interessi tat-tifel jew tifla.

Artikolu 11

Kalkolatur awtomatizzat u l-obbligu li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jiġu infurmati dwar kemm ikun fadal żmien mis-soġġorn awtorizzat

1.   L-EES għandha tinkludi kalkolatur awtomatizzat li jindika t-tul massimu ta’ soġġorn awtorizzat għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi reġistrati fl-EES.

Il-kalkolatur awtomatizzat ma għandux japplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi:

(a)

li huma membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalih tapplika d-Direttiva 2004/38/KE jew ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak ta’ ċittadini tal-Unjoni skont ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra; u

(b)

ma jkollhomx karta ta’ residenza skont id-Direttiva 2004/38/KE jew permess ta’ residenza skont ir-Regolament (KE) Nru 1030/2002.

2.   Il-kalkolatur awtomatizzat għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti:

(a)

fil-mument tad-dħul, dwar it-tul massimu tas-soġġorn awtorizzat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u dwar jekk l-għadd ta’ daħliet awtorizzati ta’ viża għal soġġorn qasir maħruġa għal dħul wieħed jew għal żewġ daħliet ikunx ġie eżawrit;

(b)

matul l-iċċekkjar jew il-verifiki mwettqa fit-territorju tal-Istati Membri, dwar kemm fadal mis-soġġorn awtorizzat taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew kemm ikunu ilhom fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn;

(c)

mal-ħruġ, dwar kwalunkwe perijodu ta’ żmien li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun baqa’ fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn;

(d)

meta jiġu eżaminati u jsiru deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal viża għal soġġorn qasir, dwar it-tul massimu li jifdal ta’ soġġorn awtorizzat ibbażat fuq id-dati intenzjonati tad-dħul.

3.   L-awtoritajiet tal-fruntieri għandhom jinfurmaw liċ-ċittadin tal-pajjiż terz bit-tul massimu tas-soġġorn awtorizzat, li għandu jieħu kont tal-għadd ta’ daħliet u t-tul tas-soġġorn awtorizzat mill-viża f’konformità mal-Artikolu 8(9) tar-Regolament (UE) 2016/399. Dik l-informazzjoni għandha tingħata jew mill-gwardja tal-fruntiera fil-mument tal-verifiki fuq il-fruntiera inkella permezz ta’ tagħmir installat fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera li jippermetti liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jikkonsulta s-servizz web kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament.

4.   Għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għall-ħtieġa ta’ viża li abbażi ta’ viża għal soġġorn qasir jew viża nazzjonali għal soġġorn qasir ikunu qed joqogħdu fi Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ iżda li jħaddem l-EES, il-kalkolatur awtomatizzat ma għandux jindika s-soġġorn awtorizzat abbażi tal-viża għal soġġorn qasir jew il-viża nazzjonali għal soġġorn qasir.

Fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-kalkolatur awtomatizzat għandu jivverifika biss:

(a)

konformità mal-limitu ġenerali ta’ 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum; u

(b)

għall-viżi għal soġġorn qasir, konformità mal-perijodu ta’ validità ta’ tali viżi.

5.   Sabiex jivverifika jekk ċittadini ta’ pajjiż terz li jkollhom viża għal soġġorn qasir maħruġa għal dħul wieħed jew għal żewġ daħliet ikunux użaw diġa’ l-għadd ta’ daħliet awtorizzati mill-viża tagħhom għal soġġorn qasir, il-kalkolatur awtomatizzat għandu jqis biss entrati fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen kompletament. Dik il-verifika m’għandhiex, madankollu, issir mad-dħul fit-territorju ta’ Stati Membri li għadhom mhux qed japplikaw kompletament l-acquis ta’ Schengen iżda jħaddmu l-EES.

6.   Il-kalkolatur awtomatizzat għandu japplika wkoll għal soġġorni qosra abbażi ta’ viża għal soġġorn qasir b’validità territorjali limitata maħruġa skont il-punt (b) tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009. F’dak il-każ, il-kalkolatur awtomatizzat għandu jqis is-soġġorn awtorizzat kif definit minn tali viża, irrispettivament minn jekk is-soġġorn kumulattiv taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz kkonċernat jaqbiżx id-90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum.

Artikolu 12

Mekkaniżmu ta’ informazzjoni

1.   L-EES għandha tinkludi mekkaniżmu li għandu b’mod awtomatiku jidentifika liema rekords ta’ dħul/ħruġ ma jkollhomx data tal-ħruġ immedjatament wara d-data tal-iskadenza ta’ soġġorn awtorizzat u tidentifika awtomatikament rekords li għalihom ikun inqabeż it-tul tas-soġġorn awtorizzat massimu.

2.   Għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu fruntiera fuq il-bażi ta’ Dokument ta’ Transitu Faċilitat maħruġ skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 693/2003 (39) (FTD), l-EES għandha tinkludi mekkaniżmu li għandu b’mod awtomatiku jidentifika liema rekords tad-dħul/ħruġ ma jkollhomx data tal-ħruġ immedjatament wara ż-żmien tal-iskadenza ta’ soġġorn awtorizzat u tidentifika awtomatikament rekords li għalihom ikun inqabeż it-tul tas-soġġorn awtorizzat massimu.

3.   Lista ġġenerata mill-EES, li jkun fiha d-data msemmija fl-Artikoli 16 u 17 tal-persuni kollha identifikati bħala persuni li jibqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 9(2) sabiex dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jadottaw miżuri xierqa.

Artikolu 13

Servizz web

1.   Sabiex fi kwalunkwe ħin ikun possibbli għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jivverifikaw it-tul li jifdal mis-soġġorn awtorizzat, aċċess sigur għall-Internet għal servizz elettroniku ospitat mill-eu-LISA fis-siti tekniċi tagħha għandu jippermetti liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jipprovdu d-data meħtieġa skont il-punt (b) tal-Artikolu 16(1) flimkien mad-data intiża tagħhom tad-dħul jew tal-ħruġ, jew it-tnejn. Abbażi ta’ dan, is-servizz web għandu jipprovdi liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi bi tweġiba OK/NOT OK, kif ukoll l-informazzjoni dwar it-tul li jifdal mis-soġġorn awtorizzat.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal soġġorn intenzjonat fi Stat Membru li għadu ma japplikax kompletament l-acquis ta’ Schengen iżda jħaddmu l-EES, is-servizz web m’għandu jipprovdi ebda informazzjoni dwar is-soġġorn awtorizzat abbażi ta’ viża għal soġġorn qasir jew viża nazzjonali għal soġġorn qasir.

Fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, is-servizz web għandu jagħmilha possibbli għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jivverifikaw il-konformità mal-limitu ġenerali ta’ 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum u li jirċievu informazzjoni dwar it-tul li jifdal mis-soġġorn awtorizzat f’dak il-limitu. Din l-informazzjoni għandha tingħata għas-soġġorni fil-perijodu ta’ 180 jum ta’ qabel il-konsultazzjoni tas-servizz web jew data intiża ta’ dħul jew ħruġ tagħhom, jew it-tnejn.

3.   Sabiex iħarsu l-obbligu tagħhom skont il-punt (b) tal-Artikolu 26(1) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, it-trasportaturi għandhom jużaw is-servizz web biex jivverifikaw jekk ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom viża għal soġġorn qasir maħruġa għal dħul wieħed jew għal żewġ daħliet ikunux diġà użaw l-għadd ta’ daħliet awtorizzati mill-viża tagħhom. It-trasportaturi għandhom jipprovdu d-data mniżżla fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-Regolament. Abbażi ta’ dan, is-servizz web għandu jipprovdi lit-trasportaturi bi tweġiba OK/NOT OK. It-trasportaturi jistgħu jaħżnu l-informazzjoni mibgħuta u r-risposta li waslet skont il-liġi applikabbli. It-trasportaturi għandhom jistabbilixxu skema ta’ awtentikazzjoni biex jiżguraw li persunal awtorizzat biss ikun jista’ jidħol fis-servizz web. Ma għandux ikun possibbli li t-tweġiba OK/NOT OK titqies bħala deċiżjoni li tawtorizza jew tiċħad id-dħul f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/399.

4.   Sabiex timplimenta l-Artikolu 26(2) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen jew sabiex issolvi kwalunkwe tilwim potenzjali li joħroġ mill-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, l-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar tad-data li jsiru fis-servizz web mit-trasportaturi. Dawn ir-reġistrazzjonijiet għandhom juru d-data u l-ħin ta’ kull operazzjoni, id-data użata għall-interrogazzjoni, id-data mibgħuta mis-servizz web u isem it-trasportatur in kwistjoni.

Ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinħażnu għal perijodu ta’ sentejn. Ir-reġistrazzjonijiet għandhom jiġu protettib’mezzi xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat.

5.   Is-servizz web għandu jagħmel użu minn bażi tad-data separata li tinqara biss aġġornata ta’ kuljum permezz ta’ estrazzjoni f’direzzjoni waħda tas-sottogrupp minimu neċessarju ta’ data tal-EES u tal-VIS. L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għas-sigurtà tas-servizz web, għas-sigurtà tad-data personali li fih u għall-proċess biex tinħareġ id-data personali fil-bażi tad-data separata li tinqara biss.

6.   Is-servizz web ma għandux jagħmilha possibbli għat-trasportaturi li jivverifikaw jekk ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom viża nazzjonali għal soġġorn qasir maħruġa għal dħul wieħed jew għal żewġ daħliet ikunux diġà użaw l-għadd ta’ daħliet awtorizzati minn dik il-viża.

7.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-kondizzjonijiet għat-tħaddim tas-servizz web u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà applikabbli għas-servizz web. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 68(2).

KAPITOLU II

DĦUL U UŻU TA’ DATA MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 14

Proċeduri għad-dħul ta’ data fl-EES

1.   L-awtoritajiet tal-fruntieri għandhom jivverifikaw, skont l-Artikolu 23, jekk ikunx inħoloq fajl individwali preċedenti fl-EES għaċ-ċittadin ta’ pajjiż terz kif ukoll l-identità tiegħu jew tagħha. Fejn ċittadin ta’ pajjiż terz juża sistema self-service għar-reġistrazzjoni minn qabel tad-data jew għat-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntiera, il-verifika għandha ssir permezz tas-sistema self-service.

2.   Fejn ikun inħoloq fajl individwali preċedenti għaċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, l-awtorità tal-fruntieri għandha, fejn ikun meħtieġ:

(a)

taġġorna dak il-fajl individwali, jiġifieri d-data msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18, kif applikabbli, u

(b)

iddaħħal rekord ta’ dħul għal kull dħul u rekord ta’ ħruġ għal kull ħruġ skont l-Artikoli 16 u 17 jew, fejn applikabbli, rekord ta’ ċaħda tad-dħul skont l-Artikolu 18.

Ir-rekords imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom ikun marbuta mal-fajl individwali taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat.

Fejn applikabbli, id-data msemmija fl-Artikolu 19(1), (2), (4) u (5) għandha tiżdied mar-rekord tad-dħul/ħruġ taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat. Id-dokumenti tal-ivvjaġġar u l-identitajiet użati b’mod leġittimu minn ċittadin ta’ pajjiż terz għandhom jiżdiedu mal-fajl individwali taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz.

Fejn ikun ġie rreġistrat fajl individwali preċedenti u ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar validu li huwa differenti minn dak li ġie rreġistrat qabel, id-data msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 16(1) u l-punt (b) tal-Artikolu 17(1) għandha wkoll tiġi aġġornata skont l-Artikolu 15.

3.   Fejn ikun hemm il-ħtieġa li tiddaħħal jew tiġi aġġornata d-data tar-rekord tad-dħul/ħruġ ta’ detentur ta’ viża, l-awtoritajiet tal-fruntieri jistgħu jiksbu mill-VIS u jimportaw lejn l-EES id-data prevista fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

4.   Fin-nuqqas ta’ reġistrazzjoni preċedenti ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fl-EES, l-awtorità tal-fruntiera għandha toħloq fajl individwali ta’ dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz billi ddaħħal id-data msemmija fl-Artikoli 16(1) u (6), 17(1) u 18(1) kif applikabbli.

5.   Fejn ċittadin ta’ pajjiż terz juża sistema self-service għar-reġistrazzjoni minn qabel tad-data, għandu japplika l-Artikolu 8a tar-Regolament (UE) 2016/399. F’dak il-każ, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jista’ jirreġistra minn qabel id-data fil-fajl individwali jew, jekk applikabbli, id-data fir-rekord tad-dħul/ħruġ li trid tiġi aġġornata. Meta d-deċiżjoni għall-awtorizzazzjoni jew għaċ-ċaħda tad-dħul tkun ittieħdet skont ir-Regolament (UE) 2016/399 id-data għandha tiġi kkonfermata mill-awtoritajiet tal-fruntieri.. Id-data elenkata fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-Regolament tista’ tiġi miksuba mill-VIS u importata lejn l-EES.

6.   Fejn ċittadin ta’ pajjiż terz juża sistema self-service għat-twettiq tal-verifiki fuq il-fruntiera, għandu japplika l-Artikolu 8b tar-Regolament (UE) 2016/399. F’dak il-każ, il-verifika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha ssir permezz tas-sistema self-service.

7.   Fejn ċittadin ta’ pajjiż terz juża e-gate biex jaqsam il-fruntieri esterni, jew il-fruntieri interni fejn ikun għadhom ma tneħħewx il-kontrolli, għandu japplika l-Artikolu 8b tar-Regolament (UE) 2016/399. F’dak il-każ, ir-reġistrazzjoni korrispondenti tar-rekord tad-dħul/ħruġ u r-rabta ta’ dak ir-rekord mal-fajl individwali kkonċernat għandha ssir permezz tal-e-gate.

8.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) 2016/399, meta s-soġġorn qasir ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru jibda direttament wara soġġorn ibbażat fuq permess ta’ residenza jew viża għal soġġorn twil u ma jkun inħoloq l-ebda fajl individwali preċedenti, dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jista’ jitlob lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 9(2) ta’ dan ir-Regolament sabiex joħolqu fajl individwali u rekord tad-dħul/ħruġ billi jdaħħlu d-data msemmija fl-Artikoli 16(1), (2) u (6) u 17(1) ta’ dan ir-Regolament. Minflok id-data msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-Regolament, dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom idaħħlu d-data tal-bidu tas-soġġorn qasir u, minflok id-data msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-Regolament, għandhom idaħħlu l-isem tal-awtorità li daħħlet dik id-data.

Artikolu 15

Immaġni tal-wiċċ ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz

1.   Fejn ikun meħtieġ li jinħoloq fajl individwali jew li tiġi aġġornata l-immaġni tal-wiċċ imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 16(1) u l-punt (b) tal-Artikolu 17(1), l-immaġni tal-wiċċ għandha tittieħed fuq il-post.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, f’każijiet eċċezzjonali fejn ma jkunux jistgħux jiġu osservati l-ispeċifikazzjonijiet ta’ kwalità u riżoluzzjoni stabbiliti għar-reġistrazzjoni fl-EES tal-immaġni tal-wiċċ meħuda fuq il-post, l-immaġni tal-wiċċ tista’ tinħareġ elettronikament miċ-ċippa tad-Dokument elettroniku tal-Ivvjaġġar li Jinqara minn Magna (eMRTD). F’każijiet bħal dawn, l-immaġni tal-wiċċ għandha tiddaħħal fil-fajl individwali biss wara verifika elettronika li dik l-immaġni tal-wiċċ irreġistrat fiċ-ċippa tal-eMRTD tikkorrispondi mal-immaġni tal-wiċċ taċ-ċittadin ikkonċernat ta’ pajjiż terz meħuda fuq il-post.

3.   Kull Stat Membru għandu jibgħat darba fis-sena rapport dwar l-applikazzjoni ta’ paragrafu 2 lill-Kummissjoni. Dak ir-rapport għandu jinkludi l-għadd ta’ ċittadini kkonċernati ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll spjegazzjoni tal-każijiet eċċezzjonali ffaċċjati.

4.   L-immaġni tal-wiċċ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandu jkollha riżoluzzjoni tal-immaġni u kwalità suffiċjenti biex tkun tista’ tintuża fit-tqabbil bijometriku awtomatizzat.

5.   Fi żmien sentejn wara l-bidu tat-tħaddim tal-EES, il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport dwar l-istandards ta’ kwalità tal-immaġnijiet tal-wiċċ maħżuna fil-VIS u dwar jekk humiex tali li jippermettu tqabbil bijometriku bil-ħsieb li jintużaw l-immaġnijiet tal-wiċċ maħżuna fil-VIS fil-fruntieri u fit-territorju tal-Istati Membri għall-verifika tal-identità ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal ħtieġa ta’ viża, mingħajr ma tali immaġnijiet tal-wiċċ jiġu maħżuna fl-EES. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn ikun ikkunsidrat xieraq, mill-Kummissjoni permezz ta’ proposti leġislattivi, fosthom proposti biex temenda dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 767/2008, jew it-tnejn, fir-rigward tal-użu tal-immaġnijiet tal-wiċċ ta’ċittadini ta’ pajjiżi terzi maħżuna fil-VIS għar-raġunijiet imsemmijin f’dan il-paragrafu.

Artikolu 16

Data personali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għall-ħtieġa ta’ viża

1.   Fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES, l-awtorità tal-fruntiera għandha toħloq il-fajl individwali ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz soġġett għall-ħtieġa ta’ viża billi ddaħħal id-data li ġejja:

(a)

il-kunjom (isem il-familja); l-isem jew ismijiet (ismijiet mat-twelid); id-data tat-twelid; in-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet; is-sess;

(b)

it-tip u n-numru tad-dokument jew id-dokumenti tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument jew id-dokumenti tal-ivvjaġġar;

(c)

id-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar;

(d)

l-immaġni tal-wiċċ kif imsemmi fl-Artikolu 15.

2.   Ma’ kull dħul ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz soġġett għall-ħtieġa ta’ viża fuq fruntiera fejn titħaddem l-EES, id-data li ġejja għandha tiddaħħal f’rekord ta’ dħul/ħruġ:

(a)

id-data u l-ħin tad-dħul;

(b)

il-punt tal-qsim tal-fruntiera tad-dħul u l-awtorità li tkun awtorizzat id-dħul;

(c)

fejn ikun applikabbli, l-istatus taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jindika li huwa ċittadin ta’ pajjiż terz li:

(i)

huwa membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalih tapplika d-Direttiva 2004/38/KE jew ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak ta’ ċittadini tal-Unjoni skont ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha minn naħa u pajjiż terz min-naħa l-oħra; u

(ii)

ma jkollux karta ta’ residenza skont id-Direttiva 2004/38/KE jew permess ta’ residenza skont ir-Regolament (KE) Nru 1030/2002;

(d)

in-numru tal-istiker tal-viża għal soġġorn qasir, inkluż il-kodiċi bi tliet ittri tal-Istat Membru emittenti, it-tip ta’ viża għal soġġorn qasir, id-data tat-tmiem tat-tul massimu tas-soġġorn kif awtorizzat mill-viża għal soġġorn qasir, li għandha tiġi aġġornata ma’ kull dħul u d-data tal-iskadenza tal-validità tal-viża għal soġġorn qasir, fejn applikabbli;

(e)

mal-ewwel dħul abbażi ta’ viża għal soġġorn qasir, l-għadd ta’ daħliet u t-tul tas-soġġorn awtorizzat mill-viża għal soġġorn qasir kif indikat fuq l-istiker tal-viża għal soġġorn qasir;

(f)

fejn ikun applikabbli, l-informazzjoni li tindika li l-viża għal soġġorn qasir inħarġet b’validità territorjali limitata skont il-punt (b) tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;

(g)

għall-Istati Membri li għadhom mhux qed japplikaw l-acquis ta’ Schengen kompletament iżda jħaddmu l-EES, notifika, fejn applikabbli, li tindika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz uża viża nazzjonali għal soġġorn qasir għad-dħul.

Ir-rekord tad-dħul/ħruġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun marbut mal-fajl individwali ta’ dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz bl-użu tan-numru ta’ referenza individwali maħluq mill-EES waqt il-ħolqien ta’ dak il-fajl individwali.

3.   Ma’ kull ħruġ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz soġġett għall-ħtieġa ta’ viża fuq fruntiera fejn titħaddem l-EES, għandha tiddaħħal id-data li ġejja fir-rekord tad-dħul/ħruġ:

(a)

id-data u l-ħin tal-ħruġ;

(b)

il-punt tal-qsim tal-fruntiera tal-ħruġ.

dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz juża viża li ma tkunx il-viża reġistrata fl-aħħar rekord ta’ dħul, id-data tar-rekord ta’ dħul/ħruġ elenkata fil-punti (d) sa (g) tal-paragrafu 2għandha tiġi aġġornata skont dan.

Ir-rekord tad-dħul/ħruġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun marbut mal-fajl individwali ta’ dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz.

4.   Fejn ma jkunx hemm data dwar il-ħruġ immedjatament wara d-data tal-iskadenza tas-soġġorn awtorizzat, ir-rekord tad-dħul/ħruġ għandu jiġi identifikat b’marka mill-EES u d-data taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz soġġett għal ħtieġa ta’ viża, li ġie identifikat bħala persuna li tibqa’ fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn, għandha tiddaħħal fil-lista msemmija fl-Artikolu 12.

5.   Sabiex jiddaħħal jew jiġi aġġornat ir-rekord ta’ dħul/ħruġ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal ħtieġa ta’ viża, id-data prevista fil-punti (c) sa (f) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tista’ tiġi miksuba mill-VIS u importata lejn l-EES mill-awtorità kompetenti tal-fruntiera f’konformità mal-Artikolu 18a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

6.   Fejn ċittadin ta’ pajjiż terz jibbenefika mill-programm nazzjonali ta’ faċilitazzjoni ta’ Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 8d tar-Regolament (UE) 2016/399, l-Istat Membru kkonċernat għandu jdaħħal notifika fil-fajl individwali ta’ dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jispeċifika l-programm nazzjonali ta’ faċilitazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.

7.   Id-dispożizzjonijiet speċifiċi stipulati fl-Anness II għandhom japplikaw għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntiera abbażi ta’ FTD validu.

Artikolu 17

Data personali għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa ta’ viża

1.   L-awtorità tal-fruntiera għandha toħloq il-fajl individwali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa ta’ viża billi ddaħħal dan li ġej:

(a)

id-data prevista fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 16(1);

(b)

l-immaġni tal-wiċċ kif imsemmi fl-Artikolu 15;

(c)

data tal-marki tas-swaba’ mill-id il-leminija, fejn preżenti, u jekk le d-data tal-marki tas-swaba’ korrispondenti mill-id ix-xellugija;. id-data tal-marki tas-swaba’ għandu jkollha biżżejjed riżoluzzjoni u kwalità biex tintuża fit-tqabbil bijometriku awtomatizzat;

(d)

fejn rilevanti, id-data prevista fl-Artikolu 16(6).

2.   Għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa ta’ viża, għandhom japplikaw mutatis mutandis il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 16(3) u l-Artikolu 16(4).

3.   It-tfal taħt it-12-il sena għandhom ikunu eżentati mill-ħtieġa li jagħtu l-marki tas-swaba’.

4.   Il-persuni li għalihom it-teħid tal-marki tas-swaba’ huwa fiżikament impossibbli għandhom jiġu eżentati mill-ħtieġa li jagħtu l-marki tas-swaba’.

Madankollu, fejn l-impossibbiltà fiżika tkun ta’ natura temporanja, dak il-fatt għandu jiġi rreġistrat fl-EES u l-persuna għandha tkun meħtieġa tagħti l-marki tas-swaba’ mal-ħruġ jew mad-dħul li jmiss. Din l-informazzjoni għandha titħassar mill-EES ladarba jkunu ttieħdu l-marki tas-swaba’. L-awtoritajiet tal-fruntieri għandhom ikunu intitolati li jitolbu aktar kjarifiki dwar ir-raġunijiet għall-impossibbiltà temporanja li jingħataw il-marki tas-swaba’. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ proċeduri adatti li jiggarantixxu d-dinjità tal-persuna f’każ li jkun hemm diffikultajiet fil-kisba tal-marki tas-swaba’.

5.   Fejn il-persuna kkonċernata tkun eżentata mill-ħtieġa li tagħti l-marki tas-swaba’ skont il-paragrafi 3 jew 4, l-ispazju speċifiku għad-data għandu jiġi mmarkat bħala “mhux applikabbli”.

Artikolu 18

Data personali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġew miċħuda mid-dħul

1.   Fejn l-awtorità tal-fruntieri tkun ħadet deċiżjoni, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/399 u l-Anness V tiegħu, li tiċħad id-dħul ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz għal soġġorn qasir fit-territorju tal-Istati Membri u fejn ma jkunx hemm fajl preċedenti reġistrat fl-EES għal dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, l-awtorità tal-fruntiera għandha toħloq fajl individwali li fih għandha ddaħħal:

(a)

għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal ħtieġa ta’ viża, id-data alfanumerika meħtieġa skont l-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-Regolament u, fejn rilevanti, id-data msemmija fl-Artikolu 16(6) ta’ dan ir-Regolament;

(b)

għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-viża, id-data alfanumerika meħtieġa skont l-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Fejn iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jingħatax dħul fuq il-bażi ta’ raġuni li tikkorrispondi għall-punt B, D jew H tal-Parti B tal-Anness V għar-Regolament (UE) 2016/399 u fejn ma ġie rreġistrat l-ebda fajl preċedenti b’data bijometrika fl-EES għal dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, l-awtorità tal-fruntieri għandha toħloq fajl individwali li fih għandha ddaħħal id-data alfanumerika meħtieġa skont l-Artikolu 16(1) jew l-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-Regolament, kif xieraq, kif ukoll id-data li ġejja:

(a)

għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal ħtieġa ta’ viża: l-immaġni tal-wiċċ imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-Regolament;

(b)

għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-viża, id-data bijometrika meħtieġa skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-Regolament;

(c)

għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal ħtieġa ta’ viża li mhumiex irreġistrati fil-VIS, l-immaġni tal-wiċċ imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-Reoglament u d-data tal-marki tas-swaba’ kif imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-Regolament.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fejn tapplika r-raġuni li tikkorrispondi mal-punt H tal-Parti B tal-Anness V għar-Regolament (UE) 2016/399, u d-data bijometrika taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz huma dokumentati fit-twissija tas-SIS li tirriżulta fiċ-ċaħda ta’ dħul, id-data bijometrika taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz m’għandhiex tiddaħħal fl-EES.

4.   Fejn iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jiġi miċħud id-dħul abbażi ta’ raġuni li tikkorrispondi għall-punt I tal-Parti B tal-Anness V għar-Regolament (UE) 2016/399 u fejn ma jkun ġie rreġistrat ebda fajl preċedenti b’data bijometrijka fl-EES għal dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, id-data bijometrika għandha tiddaħħal bissfl-EES fejn id-dħul jiġi miċħud għax iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun jitqies theddida għas-sigurtà interna, inkluż, fejn xieraq, elementi ta’ politika pubblika.

5.   Fejn ċittadin ta’ pajjiż terz jiġi miċħud id-dħul abbażi ta’ raġuni li tikkorrispondi mal-punt J tal-Parti B tal-Anness V għar-Regolament (UE) 2016/399, l-awtorità tal- fruntiera għandha toħloq il-fajl individwali ta’ dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz mingħajr ma żżid data bijometrika. Jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jippossjedi eMRTD l-immaġni tal-wiċċ għandha tittieħed minn dak l-eMRTD.

6.   Fejn l-awtorità tal-fruntieri tkun ħadet deċiżjoni, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/399 u l-Anness V tiegħu, li tiċħad id-dħul ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz għal soġġorn qasir fit-territorju tal-Istati Membri, għandha tiddaħħal id-data li ġejja f’rekord separat ta’ ċaħda tad-dħul:

(a)

id-data u l-ħin taċ-ċaħda tad-dħul;

(b)

il-punt tal-qsim tal-fruntiera;

(c)

l-awtorità li ċaħdet id-dħul;

(d)

il-punt jew punti li jikkorrispondu mar-raġunijiet għaċ-ċaħda tad-dħul f’konformità mal-Parti B tal-Anness V għar-Regolament (UE) 2016/399.

Barra minn hekk, għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għall-ħtieġa ta’ viża d-data prevista fil-punti (d) sa (g) tal-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-Regolament għandha tiddaħħal fir-rekord ta’ ċaħda tad-dħul.

Sabiex jinħoloq jew jiġi aġġornat rekord ta’ ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għall-ħtieġa ta’ viża, id-data prevista fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-Regolament tista’ tiġi miksuba mill-VIS u importata lejn l-EES mill-awtorità kompetenti tal-fruntiera f’konformità mal-Artikolu 18a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

7.   Ir-rekord taċ-ċaħda tad-dħul previst fil-paragrafu 6 għandu jiġi marbut mal-fajl individwali taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat.

Artikolu 19

Data li għandha tiżdied meta awtorizzazzjoni għal soġġorn qasir tiġi revokata, annullata jew estiża

1.   Fejn tkun ittieħdet deċiżjoni biex tiġi revokata jew annullata awtorizzazzjoni għal soġġorn qasir jew viża jew biex jiġi estiż it-tul ta’ soġġorn awtorizzat jew ta’ viża, l-awtorità kompetenti li tkun ħadet tali deċiżjoni għandha żżid id-data li ġejja fir-rekord rilevanti ta’ dħul/ħruġ l-aktar reċenti:

(a)

l-informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-awtorizzazzjoni għal soġġorn qasir jew għall-viża tkun ġiet revokata jew annullata jew li t-tul tas-soġġorn awtorizzat jew tal-viża jkun ġie estiż;

(b)

l-identità tal-awtorità li tkun revokat jew annullat l-awtorizzazzjoni għal soġġorn qasir jew għall-viża jew li tkun estendiet it-tul tas-soġġorn awtorizzat jew tal-viża;

(c)

il-post u d-data tad-deċiżjoni li tiġi revokata jew annullata l-awtorizzazzjoni għal soġġorn qasir jew għall-viża jew biex jiġi estiż it-tul tas-soġġorn awtorizzat jew tal-viża;

(d)

fejn applikabbli, in-numru l-ġdid tal-istiker tal-viża, inkluż il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti;

(e)

fejn applikabbli, il-perijodu tal-estensjoni tat-tul tas-soġġorn awtorizzat;

(f)

fejn applikabbli, id-data l-ġdida tal-iskadenza tas-soġġorn awtorizzat jew tal-viża.

2.   Fejn it-tul ta’ soġġorn awtorizzat ikun ġie estiż f’konformità mal-Artikolu 20(2) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, l-awtorità kompetenti li tkun estendiet is-soġġorn awtorizzat għandha żżid id-data fir-rigward tal-perijodu ta’ estensjoni tas-soġġorn awtorizzat mar-rekord rilevanti ta’ dħul/ħruġ l-aktar reċenti u, fejn applikabbli, indikazzjoni li s-soġġorn awtorizzat ġie estiż skont il-punt (b) tal-Artikolu 20(2) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen.

3.   Fejn tkun ittieħdet deċiżjoni biex viża tiġi annullata, revokata jew estiża, l-awtorità tal-viża li tkun ħadet id-deċiżjoni għandha minnufih tikseb id-data prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mill-VIS u timportaha direttament fl-EES skont l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

4.   Ir-rekord tad-dħul/ħruġ għandu jindika r-raġunijiet għar-revoka jew l-annullament tas-soġġorn qasir, li għandhom ikunu:

(a)

deċiżjoni ta’ ritorn adottata skont id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40);

(b)

kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, f’konformità mal-liġi nazzjonali, li tirriżulta fir-ritorn, it-tneħħija jew it-tluq volontarju ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax jew ma jkunx għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet għad-dħul jew għas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri.

5.   Ir-rekord tad-dħul/ħruġ għandu jindika r-raġunijiet għall-estensjoni tat-tul ta’ soġġorn awtorizzat.

6.   Meta persuna tkun telqet jew tkun tneħħiet mit-territorju tal-Istati Membri skont deċiżjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha ddaħħal id-data skont l-Artikolu 14(2) fir-rekord tad-dħul/ħruġ relatat ta’ dik l-entrata speċifika.

Artikolu 20

Data li għandha tiżdied fil-każ ta’ ribattuta tas-suppożizzjoni li ċittadin ta’ pajjiż terz ma jissodisfax il-kondizzjonijiet tat-tul tas-soġġorn awtorizzat

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22, fejn ma jkun inħoloq ebda fajl individwali fl-EES għal ċittadin ta’ pajjiż terz preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru jew fejn ma jkunx hemm l-aħħar rekord rilevanti tad-dħul/ħruġ għal dan iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippreżumu li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jkunx jissodisfa, jew ma jkunx għadu jissodisfa, il-kondizzjonijiet marbuta mat-tul tas-soġġorn awtorizzat fit-territorju tal-Istati Membri.

Fil-każ imsemmi fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/399 u, jekk il-preżunzjoni tiġi ribattuta f’konformità mal-Artikolu 12(3) ta’ dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

joħolqu fajl individwali fl-EES għal dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, jekk ikun meħtieġ;

(b)

jaġġornaw l-aħħar rekord tad-dħul/ħruġ billi jdaħħlu d-data nieqsa skont l-Artikoli 16 u 17 ta’ dan ir-Regolament; jew

(c)

iħassru fajl eżistenti fejn l-Artikolu 35 ta’ dan ir-Regolament jipprevedi tali tħassir.

Artikolu 21

Proċeduri ta’ riżerva fejn ikun teknikament impossibbli li tiddaħħal data jew fil-każ ta’ ħsara fl-EES

1.   Fejn ikun teknikament impossibbli li tiddaħħal data fis-Sistema Ċentrali tal-EES jew fil-każ ta’ ħsara fis-Sistema Ċentrali tal-EES, id-data msemmija fl-Artikoli 16 sa 20 għandha tiġi temporanjament maħżuna fl-NUI. Fejn dak ma jkunx possibbli, id-data għandha tinħażen lokalment b’mod temporanju f’format elettroniku. Fiż-żewġ każijiet, id-data għandha tiddaħħal fis-Sistema Ċentrali tal-EES malli tissolva l-impossibbiltà teknika jew il-ħsara. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa u jużaw l-infrastruttura, it-tagħmir u r-riżorsi meħtieġa biex jiżguraw li din il-ħażna lokali temporanja tkun tista’ ssir fi kwalunkwe ħin u għall-punti kollha ta’ qsim tal-fruntieri tagħhom.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li twettaq verifiki fuq il-fruntieri skont ir-Regolament (UE) 2016/399, l-awtorità tal-fruntiera, fis-sitwazzjoni eċċezzjonali meta jkun teknikament impossibbli li tiddaħħal data kemm fis-Sistema Ċentrali tal-EES kif ukoll fl-NUI u jkun teknikament impossibbli li tinħażen temporanjament id-data lokalment f’format elettroniku, għandha taħżen manwalment id-data msemmija fl-Artikoli 16 sa 20 ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta’ data bijometrika, u għandha tagħmel timbru ta’ dħul jew ta’ ħruġ fid-dokument tal-ivvjaġġar taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz. Dik id-data għandha tiddaħħal fis-Sistema Ċentrali tal-EES hekk kif ikun teknikament possibbli.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-ittimbrar ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar fil-każ tas-sitwazzjonijiet eċċezzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar l-informazzjoni li trid tintbagħat lill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 68(2).

3.   L-EES għandha tindika li d-data msemmija fl-Artikoli 16 sa 20 iddaħħlet bħala riżultat ta’ proċedura ta’ riżerva u li l-fajl individwali li nħoloq skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu data bijometrika nieqsa. Id-data bijometrika għandha tiddaħħal fl-EES fil-qsim tal-fruntiera li jkun imiss.

Artikolu 22

Perijodu transitorju u miżuri transitorji

1.   Għal perijodu ta’ 180 jum wara li tibda titħaddem l-EES, sabiex jiġi vverifikat, mad-dħul u l-ħruġ li ċittadini ta’ pajjiżi terzi aċċettati għal soġġorn qasir ma jkunux qabżu t-tul massimu tas-soġġorn awtorizzat u, fejn rilevanti, biex jiġi vverifikat mad-dħul li ċittadini ta’ pajjiżi terzi ma jkunux qabżu l-għadd ta’ daħliet awtorizzati mill-viża għal soġġorn qasir maħruġa għal dħul wieħed jew għal żewġ daħliet, l-awtoritajiet kompetenti tal-fruntiera għandhom iqisu s-soġġorni fit-territorju tal-Istati Membri matul il-180 jum ta’ qabel id-dħul jew il-ħruġ billi jivverifikaw it-timbri fid-dokumenti tal-ivvjaġġar flimkien mad-data tad-dħul/ħruġ irreġistrata fl-EES.

2.   Meta ċittadin ta’ pajjiż terz ikun daħal fit-territorju tal-Istati Membri qabel tkun bdiet titħaddem l-EES u joħroġ minnu wara li l-EES tkun bdiet taħdem, għandu jinħoloq fajl individwali mal-ħruġ u d-data tad-dħul kif tkun ġiet ittimbrata fil-passaport għandha tiddaħħal fir-rekord ta’ dħul/ħruġ skont l-Artikolu 16(2). Din ir-regola ma għandhiex tkun limitata għall-180 jum wara li l-EES tkun bdiet titħaddem kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Fil-każ ta’ diskrepanza bejn it-timbru tad-dħul u d-data tal-EES, it-timbru għandu jipprevali.

Artikolu 23

L-użu tad-data għal verifika fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES

1.   L-awtoritajiet tal-fruntieri għandu jkollhom aċċess għall-EES biex jivverifikaw l-identità u r-reġistrazzjoni preċedenti taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, biex jaġġornaw id-data tal-EES fejn meħtieġ u biex jikkonsultaw id-data sal-punt meħtieġ għat-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntiera.

2.   Fit-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet tal-fruntiera għandu jkollhom aċċess biex ifittxu bid-data msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 16(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 17(1).

Barra minn hekk, għall-finijiet ta’ konsultazzjoni tal-VIS għal verifika skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, għal ċittadini ta’ pajjiż terz li huma soġġetti għal ħtieġa ta’ viża, l-awtoritajiet tal-fruntiera għandhom iniedu tfittxija fil-VIS direttament mill-EES billi jużaw l-istess data alfanumerika jew, fejn applikabbli, ifittxu fil-VIS skont l-Artikolu 18(2a) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

Jekk it-tfittxija fl-EES bid-data stipulata fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tindika li d-data dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz tkun reġistrata fl-EES, l-awtoritajiet tal-verifika fuq il-fruntiera għandhom iqabblu l-immaġni meħuda fuq il-post tal-wiċċ taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz mal-immaġni tal-wiċċ imsemmija fil-punt (d) tal-l-Artikolu 16(1) u l-punt (b) tal-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-Regolament jew l-awtoritajiet tal-fruntiera għandhom, fil-każ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa ta’ viża, jivverifikaw il-marki tas-swaba’ mal-EES u fil-każ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għall-ħtieġa ta’ viża, jivverifikaw il-marki tas-swaba’ direttament mal-VIS f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008. Għall-verifika tal-marki tas-swaba’ mal-VIS għad-detenturi tal-viża, l-awtoritajiet tal-fruntieri jistgħu jniedu t-tfittxija fil-VIS direttament mill-EES kif previst fl-Artikolu 18(6) ta’ dak ir-Regolament.

Jekk il-verifika tal-immaġni tal-wiċċ ma tkunx tista’ ssir, il-verifika għandha titwettaq bl-użu ta’ marki tas-swaba’ u viċe versa.

3.   Jekk it-tfittxija bid-data stipulata fil-paragrafu 2 tindika li d-data dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz tkun reġistrata fl-EES, l-awtorità tal-fruntiera għandha tingħata l-aċċess biex tikkonsulta d-data tal-fajl individwali ta’ dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz u r-rekord jew rekords ta’ dħul/ħruġ jew ir-rekord jew rekords taċ-ċaħda tad-dħul marbuta miegħu.

4.   Fejn it-tfittxija bid-data alfanumerika stipulata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tindika li fl-EES ma jkunx hemm data reġistrata dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, meta ma tkunx tista’ ssir verifika taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jew fejn ikun hemm dubji dwar l-identità taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, l-awtoritajiet tal-fruntieri għandu jkollhom aċċess għad-data li tippermetti l-identifikazzjoni skont l-Artikolu 27 ta’ dan ir-Regolament.

Barra mill-identifikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma soġġetti għal ħtieġa ta’ viża, jekk it-tfittxija fil-VIS bid-data msemmija fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tindika li fil-VIS hija rreġistrata data dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, għandha ssir verifika tal-marki tas-swaba’ mal-VIS skont l-Artikolu 18 (5) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008. Għal dan il-għan, l-awtorità tal-fruntiera tista’ tniedi tfittxija mill-EES fil-VIS kif previst fl-Artikolu 18(6) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008. Fejn verifika ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma setgħetx issir, l-awtoritajiet tal-fruntiera għandhom jaċċessaw id-data tal-VIS li tippermetti l-identifikazzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

(b)

għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex soġġetti għall-ħtieġa ta’ viża u li fil-konfront tiegħu ma tinstab ebda data fl-EES wara t-tentattiv ta’ identifikazzjoni skont l-Artikolu 27 ta’ dan ir-Regolament, il-VIS għandha tiġi kkonsultata skont l-Artikolu 19a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008. L-awtorità tal-fruntiera tista’ tniedi tfittxija mill-EES fil-VIS kif previst fl-Artikolu 19a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

5.   Għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li d-data tagħhom hija diġà reġistrata fl-EES iżda li l-fajl individwali tagħhom inħoloq fl-EES minn Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ iżda jħaddem l-EES u li d-data tagħhom ġiet imdaħħla fl-EES abbażi ta’ viża nazzjonali għal soġġorn qasir, l-awtoritajiet tal-fruntiera għandhom jikkonsultaw il-VIS skont il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 meta, għall-ewwel darba wara l-ħolqien tal-fajl individwali, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikollu l-ħsieb li jaqsam il-fruntiera ta’ Stat Membru li japplika l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ u li fih titħaddem l-EES.

KAPITOLU III

UŻU TAL-EES MINN AWTORITAJIET OĦRA

Artikolu 24

Użu tal-EES għall-eżami u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar viżi

1.   L-awtoritajiet tal-viża għandhom jikkonsultaw l-EES biex jeżaminaw applikazzjonijiet għal viża u biex jadottaw deċiżjonijiet relatati ma’ dawk l-applikazzjonijiet, inkluż deċiżjonijiet biex jiġi annullat, revokat jew estiż il-perijodu ta’ validità ta’ viża maħruġa, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 810/2009.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-viża ta’ Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ iżda jħaddem l-EES għandhom jikkonsultaw l-EES meta jkunu qed jeżaminaw l-applikazzjonijiet għal viża nazzjonali għal soġġorn qasir u jkunu qed jadottaw deċiżjonijiet rigward dawk l-applikazzjonijiet, inkluż deċiżjonijiet biex jiġi annullat, revokat jew estiż il-perijodu ta’ validità ta’ viża nazzjonali maħruġa għal soġġorn qasir.

2.   L-awtoritajiet tal-viża għandhom jingħataw l-aċċess biex tfittxu fl-EES direttament mill-VIS b’data waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

id-data msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 16(1);

(b)

in-numru tal-istiker tal-viża għal soġġorn qasir, inkluż il-kodiċi bi tliet ittri tal-Istat Membru emittenti msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 16(2);

(c)

id-data dwar il-marki tas-swaba’ jew id-data dwar il-marki tas-swaba’ flimkien mal-immaġni tal-wiċċ.

3.   Jekk it-tfittxija bid-data stipulata fil-paragrafu 2 tindika li d-data dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz tkun reġistrata fl-EES, l-awtoritajiet tal-viża għandhom jingħataw l-aċċess biex jikkonsultaw id-data tal-fajl individwali ta’ dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz u r-rekords ta’ dħul/ħruġ, kif ukoll kwalunkwe rekords taċ-ċaħda tad-dħul marbuta ma’ dak il-fajl individwali. L-awtoritajiet tal-viża għandhom jingħataw l-aċċess biex jikkonsultaw il-kalkolatur awtomatizzat biex jivverifikaw iż-żmien massimu li jifdal ta’ soġġorn awtorizzat. L-awtoritajiet tal-viża għandhom jingħataw ukoll aċċess biex jikkonsultaw l-EES u l-kalkolatur awtomatizzat meta jeżaminaw u jieħdu deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet ġodda għal viżi, sabiex jistabbilixxu awtomatikament il-perijodu massimu tas-soġġorn awtorizzat.

4.   L-awtoritajiet tal-viża ta’ Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ iżda jħaddem l-EES għandhom jingħataw aċċess biex ifittxu fl-EES b’data waħda jew aktar mid-data stipulata fil-paragrafu 2. Jekk it-tfittxija tindika li d-data dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz tkun reġistrata fl-EES, għandhom jingħataw l-aċċess biex jikkonsultaw id-data tal-fajl individwali ta’ dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz u r-rekords ta’ dħul/ħruġ, kif ukoll kwalunkwe rekord ta’ ċaħda tad-dħul marbut ma’ dak il-fajl individwali. L-awtoritajiet tal-viża ta’ Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ iżda jħaddem l-EES għandhom jingħataw aċċess biex ifittxu fil-kalkolatur awtomatizzat sabiex jistabbilixxu t-tul massimu li jkun fadal ta’ soġġorn awtorizzat. L-awtoritajiet tal-viża għandhom jingħataw ukoll aċċess biex jikkonsultaw l-EES u l-kalkolatur awtomatizzat meta jeżaminaw u jieħdu deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal viża ġdida, sabiex jistabbilixxu l-perijodu massimu tas-soġġorn awtorizzat.

Artikolu 25

Użu tal-EES għall-eżami ta’ applikazzjonijiet għal aċċess għal programmi nazzjonali ta’ faċilitazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 8d tar-Regolament (UE) 2016/399 għandhom jikkonsultaw l-EES għall-fini tal-eżami ta’ applikazzjonijiet għal aċċess għal programmi nazzjonali ta’ faċilitazzjoni msemmija f’dak l-Artikolu u l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet li jirrigwardaw dawk l-applikazzjonijiet, inkluż deċiżjonijiet biex jiġi annullat, revokat jew estiż il-perijodu ta’ validità ta’ aċċess għall-programmi nazzjonali ta’ faċilitazzjoni f’konformità ma’ dak l-Artikolu.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw l-aċċess biex ifittxu b’wieaħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

id-data msemmija fil-punti (a), (b), u (c) tal-Artikolu 16(1) jew id-data msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 17(1);

(b)

id-data dwar il-marki tas-swaba’ jew id-data dwar il-marki tas-swaba’ flimkien mal-immaġni tal-wiċċ.

3.   Jekk it-tfittxija bid-data stipulata fil-paragrafu 2 tindika li d-data dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz tkun reġistrata fl-EES, l-awtorità kompetenti għandha tingħata l-aċċess biex tikkonsulta d-data tal-fajl individwali ta’ dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz u r-rekords tad-dħul/ħruġ, kif ukoll kwalunkwe rekord taċ-ċaħda tad-dħul marbuta ma’ dak il-fajl individwali.

Artikolu 26

Aċċess għal data għall-verifika fit-territorju tal-Istati Membri

1.   Għall-fini tal-verifika tal-identità ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, l-iċċekkjar jew il-verifika ta’ jekk il-kondizzjonijiet għad-dħul jew għas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri humiex sodisfatti, jew it-tnejn, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni tal-Istati Membri għandu jkollhom aċċess biex ifittxu bid-data msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 16(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 17(1).

Jekk it-tfittxija tindika li d-data dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz tkun reġistrata fl-EES, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni jistgħu:

(a)

jqabblu l-immaġni meħuda fuq il-post tal-wiċċ taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz mal-immaġni tal-wiċċ imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 16(1) u l-punt (b) tal-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-Regolament; jew

(b)

jivverifikaw il-marki tas-swaba’ taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa ta’ viża fl-EES u taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għall-ħtieġa ta’ viża fil-VIS f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

2.   Jekk it-tfittxija bid-data stipulata fil-paragrafu 1 tindika li d-data dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz tkun reġistrata fl-EES, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni għandha tingħata l-aċċess biex tikkonsulta l-kalkolatur awtomatizzat, id-data tal-fajl individwali ta’ dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, ir-rekord jew rekords tad-dħul/ħruġ, u kwalunkwe rekord taċ-ċaħda tad-dħul marbuta ma’ dak il-fajl individwali.

3.   Meta t-tfittxija bid-data stipulata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tindika li ma hemmx data reġistrata dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz fl-EES, meta l-verifika taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma tirnexxix jew meta jkun hemm dubji dwar l-identità taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni għandu jkollhom aċċess għad-data li tippermetti l-identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 27.

Artikolu 27

Aċċess għad-data għall-identifikazzjoni

1.   L-awtoritajiet tal-fruntiera jew l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni għandu jkollhom aċċess biex ifittxu bid-data dwar il-marki tas-swaba’ jew id-data dwar il-marki tas-swaba’ flimkien mal-immaġni tal-wiċċ, unikament għall-fini tal-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li seta’ ġie rreġistrat qabel fl-EES b’identità differenti jew li jista’ jkun li ma jissodisfax jew li ma għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet għad-dħul jew, għas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri.

Meta t-tfittxija bid-data dwar il-marki tas-swaba’ jew id-data dwar il-marki tas-swaba’ flimkien mal-immaġni tal-wiċċ tindika li d-data dwar dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz mhijiex reġistrata fl-EES, l-aċċess għad-data li tippermetti l-identifikazzjoni għandu jsir fil-VIS f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008. Fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES, qabel kwalunkwe identifikazzjoni fil-VIS, l-awtoritajiet kompetenti għandhom l-ewwel jaċċessaw il-VIS f’konformità mal-Artikoli 18 jew 19a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

Meta l-marki tas-swaba’ ta’ dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jistgħux jintużaw jew meta t-tfittxija bid-data dwar il-marki tas-swaba’ jew bid-data tal-marki tas-swaba’ flimkien mal-immaġni tal-wiċċ ma tirnexxix, it-tfittxija għandha ssir bid-data kollha jew b’parti mid-data msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 16(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 17(1).

2.   Jekk it-tfittxija bid-data stipulata fil-paragrafu 1 tindika li d-data dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz tkun reġistrata fl-EES, l-awtorità kompetenti għandha tingħata l-aċċess biex tikkonsulta d-data tal-fajl individwali u r-rekords ta’ dħul/ħruġ u r-rekords taċ-ċaħda tad-dħul marbuta miegħu.

Artikolu 28

Iż-żamma ta’ data miksuba mill-EES

Id-data miksuba mill-EES skont dan il-Kapitolu tista’ tinżamm fil-fajls nazzjonali biss meta dan ikun neċessarju f’każ individwali, f’konformità mal-iskop li għalih ġiet miksuba u f’konformità mad-dritt rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari dwar il-protezzjoni tad-data, u għal mhux aktar minn kemm ikun strettament neċessarju f’dak il-każ individwali.

KAPITOLU IV

PROĊEDURA U KONDIZZJONIJIET GĦALL-AĊĊESS GĦALL-EES GĦALL-FINIJIET TAL-INFURZAR TAL-LIĠI

Artikolu 29

Awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet li huma intitolati jikkonsultaw id-data tal-EES sabiex jipprevjenu, jikxfu u jinvestigaw reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra.

2.   Kull Stat Membru għandu jżomm lista tal-awtoritajiet maħtura. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet maħtura tiegħu u jista’ fi kwalunkwe ħin jemenda jew jissostitwixxi n-notifika tiegħu.

3.   Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta’ aċċess ċentrali li għandu jkollu aċċess għall-EES. Il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jivverifika li l-kondizzjonijiet għat-talba għall-aċċess għall-EES stabbiliti fl-Artikolu 32 huma sodisfatti.

L-awtorità maħtura u l-punt ta’ aċċess ċentrali jistgħu jkunu parti mill-istess organizzazzjoni jekk dan ikun permess taħt il-liġi nazzjonali, iżda l-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jaġixxi b’mod għalkollox indipendenti mill-awtoritajiet maħtura fit-twettiq tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament. Il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jkun separat mill-awtoritajiet maħtura u ma għandux jirċievi struzzjonijiet mingħandhom fir-rigward tal-eżitu tal-verifika li għandu jwettaq b’mod indipendenti.

L-Istati Membri jistgħu jaħtru aktar minn punt ta’ aċċess ċentrali wieħed sabiex tiġi riflessa l-istruttura organizzattiva u amministrattiva tagħhom fl-issodisfar tar-rekwiżiti kostituzzjonali u legali tagħhom.

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni dwar il-punti ta’ aċċess ċentrali tagħhom u jistgħu fi kwalunkwe ħin jemendaw jew jissostitwixxu n-notifika tagħhom.

5.   Fil-livell nazzjonali, kull Stat Membru għandu jżomm lista tal-unitajiet operattivi fi ħdan l-awtoritajiet maħtura li huma awtorizzati li jitolbu aċċess għad-data tal-EES permezz tal-punti ta’ aċċess ċentrali.

6.   Huwa biss il-persunal debitament awtorizzat tal-punti ta’ aċċess ċentrali li għandu jingħata s-setgħa li jaċċessa l-EES f’konformità mal-Artikoli 31 u 32.

Artikolu 30

Europol

1.   Il-Europol għandu jaħtar waħda mill-unitajiet operattivi tiegħu bħala ‘l-awtorità maħtura tal-Europol’ u għandu jawtorizzaha li titlob aċċess għall-EES permezz tal-punt ta’ aċċess ċentrali tal-Europol imsemmi fil-paragrafu 2 sabiex tiġi appoġġata u tissaħħaħ l-azzjoni mill-Istati Membri għall-prevenzjoni, is-sejbien u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra.

2.   Il-Europol għandu jaħtar unità speċjalizzata b’uffiċjali tal-Europol li huma debitament awtorizzati bħala l-punt ta’ aċċess ċentrali tal-Europol. Il-punt ta’ aċċess ċentrali tal-Europol għandu jivverifika li l-kondizzjonijiet għat-talba għall-aċċess għall-EES stabbiliti fl-Artikolu 33 huma sodisfatti.

Il-punt ta’ aċċess ċentrali tal-Europol għandu jaġixxi b’mod indipendenti meta jwettaq il-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament u ma għandux jirċievi struzzjonijiet mill-awtorità maħtura tal-Europol fir-rigward tal-eżitu tal-verifika.

Artikolu 31

Proċedura għall-aċċess għall-EES għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

1.   Unità operattiva kif imsemmi fl-Artikolu 29(5) għandha tippreżenta talba motivata elettronika jew bil-miktub lil punt ta’ aċċess ċentrali kif msemmi fl-Artikolu 29(3) għall-aċċess għad-data tal-EES. Malli tasallu talba għal aċċess, tali punt ta’ aċċess ċentrali għandu/jivverifika jekk ikunux sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-aċċess imsemmija fl-Artikolu 32. Jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-aċċess, tali punt ta’ aċċess ċentrali għandu jipproċessa t-talbiet. Id-data aċċessata tal-EES għandha tintbagħat lil unità operattiva msemmija fl-Artikolu 29(5) b’tali mod li ma tiġix kompromessa s-sigurtà tad-data.

2.   F’każ ta’ urġenza, fejn ikun hemm il-ħtieġa li jiġi evitat periklu imminenti għall-ħajja ta’ persuna marbut ma’ reat terroristiku jew ma’ reat kriminali serju ieħor, il-punt ta’ aċċess ċentrali kif imsemmi fl-Artikolu 29(3) għandu jipproċessa t-talba minnufih u għandu jivverifika biss ex-post jekk ikunux sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 32, inkluż jekk każ ta’ urġenza kienx jeżisti fir-realtà. Il-verifika ex post għandha ssir mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn sebat ijiem ta’ xogħol wara l-ipproċessar tat-talba.

3.   Fejn verifika ex post tiddetermina li l-aċċess għad-data tal-EES ma kienx ġustifikat, l-awtoritajiet kollha li jkunu aċċessaw tali data għandhom iħassru l-informazzjoni aċċessata mill-EES u għandhom jinfurmaw lill-punt ta’ aċċess ċentrali rilevanti tal-Istat Membru li fih tkun saret it-talba dwar it-tħassir.

Artikolu 32

Kondizzjonijiet għall-aċċess għad-data tal-EES minn awtoritajiet maħtura

1.   L-awtoritajiet maħtura jistgħu jaċċessaw l-EES għall-konsultazzjoni jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-aċċess għal konsultazzjoni jkun meħtieġ għall-fini tal-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reat kriminali serju ieħor;

(b)

l-aċċess għal konsultazzjoni jkun meħtieġ u proporzjonat f’każ speċifiku;

(c)

teżisti evidenza jew raġunijiet raġonevoli biex jitqies li l-konsultazzjoni tad-data tal-EES ser tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta’ xi wieħed mir-reati kriminali inkwistjoni, b’mod partikolari fejn ikun hemm suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, dik li kkommettiet reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor jew il-vittma ta’ tali reat taqa’ taħt kategorija koperta b’dan ir-Regolament.

2.   L-aċċess għall-EES bħala għodda sabiex tiġi identifikata persuna suspettata, dik li kkommetiet reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor jew vittma suspettata mhux magħrufa ta’ tali reat, għandu jkun permess meta, minbarra l-kondizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1, ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tkun saret tfittxija preċedenti fil-bażijiet tad-data nazzjonali; u

(b)

fil-każ ta’ tfittxijiet bil-marki tas-swaba’, tkun tnediet tfittxija preċedenti fis-sistema awtomatizzata għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba’ tal-Istati Membri l-oħra kollha skont id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI fejn it-tqabbil tal-marki tas-swaba’ jkun teknikament disponibbli, u jew dik it-tfittxija twettqet b’mod sħiħ, jew dik it-tfittxija ma tkunx twettqet b’mod sħiħ fi żmien jumejn mit-tnedija tagħha.

Madankollu, il-kondizzjonijiet addizzjonali fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li tqabbil mas-sistemi tal-Istati Membri l-oħra mhuwiex ser iwassal għall-verifika tal-identità tas-suġġett tad-data jew f’każ ta’ urġenza fejn ikun hemm bżonn li jiġi pprevenut periklu imminenti għall-ħajja ta’ persuna assoċjata ma’ reat terroristiku jew ma’ reat kriminali serju ieħor. Dawk ir-raġunijiet raġonevoli għandhom jiġu inklużi fit-talba elettronika jew bil-miktub mibgħuta mill-unità operattiva tal-awtorità maħtura lill-punt ta’ aċċess ċentrali.

Tista’ tiġi ppreżentata talba għall-konsultazzjoni tal-VIS dwar l-istess suġġett tad-data b’mod parallel ma’ talba għall-konsultazzjoni tal-EES skont il-kondizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI (41).

3.   Aċċess għall-EES bħala għodda biex tiġi kkonsultata l-istorja tal-ivvjaġġar jew il-perijodi ta’ soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri ta’ persuna suspettata magħrufa jew persuna li kkommettiet reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor jew ta’ vittma suspettata ta’ tali reat, għandu jkun permess meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1.

4.   Il-konsultazzjoni tal-EES għall-fini ta’ identifikazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandha tkun limitata għal tfittxija fil-fajl individwali bi kwalunkwe waħda mid-data tal-EES li ġejja:

(a)

marki tas-swaba’ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa ta’ viża jew ta’ detenturi ta’ FTD. Sabiex titnieda din il-konsultazzjoni tal-EES, jistgħu jintużaw marki tas-swaba’ latenti u għalhekk jistgħu jitqabblu mal-marki tas-swaba’ maħżuna fl-EES;

(b)

immaġnijiet tal-wiċċ.

Fil-każ ta’ riżultat, il-konsultazzjoni tal-EES għandha tagħti aċċess għal kwalunkwe data oħra meħuda mill-fajl individwali kif elenkat fl-Artikolu 16(1) u(6), l-Artikolu 17(1) u l-Artikolu 18(1).

5.   Il-konsultazzjoni tal-EES għall-istorja tal-ivvjaġġar taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat għandha tkun limitata għat-tfittxija b’waħda jew diversi partijiet mid-data tal-EES li ġejja fil-fajl individwali, fir-rekords ta’ dħul/ħruġ jew fir-rekords ta’ ċaħda tad-dħul:

(a)

il-kunjom (ismijiet tal-familja);, l-isem jew ismijiet (ismijiet mat-twelid); data tat-twelid; nazzjonalità jew nazzjonalitajiet; is-sess;

(b)

it-tip u n-numru tad-dokument jew tad-dokumenti tal-ivvjaġġar, il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti u d-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar;

(c)

in-numru tal-istiker tal-viża u d-data tal-iskadenza tal-validità tal-viża;

(d)

il-marki tas-swaba’, inkluż il-marki tas-swaba’ latenti;

(e)

l-immaġni tal-wiċċ;

(f)

id-data u l-ħin tad-dħul, l-awtorità li awtorizzat id-dħul u l-punt ta’ qsim tal-fruntiera tad-dħul;

(g)

id-data u l-ħin tal-ħruġ u l-punt ta’ qsim tal-fruntiera tal-ħruġ.

Fil-każ ta’ riżultat, il-konsultazzjoni tal-EES għandha tagħti aċċess għad-data kollha elenkata f’dan il-paragrafu kif ukoll għal kwalunkwe data oħra meħuda mill-fajl individwali, ir-rekords ta’ dħul/ħruġ u r-rekords taċ-ċaħda tad-dħul, inkluż data relatata mar-revoka jew l-estensjoni ta’ awtorizzazzjoni għal-soġġorn qasir f’konformità mal-Artikolu 19.

Artikolu 33

Proċedura u kondizzjonijiet għall-aċċess għad-data tal-EES mill-Europol

1.   Il-Europol għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta l-EES meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-konsultazzjoni tkun meħtieġa biex tiġi appoġġata u msaħħa azzjoni mill-Istati Membri fil-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra li jaqgħu fil-mandat tal-Europol;

(b)

il-konsultazzjoni tkun meħtieġa u proporzjonata f’każ speċifiku;

(c)

Teżisti evidenza jew raġunijiet raġonevoli biex jitqies li l-konsultazzjoni tad-data tal-EES ser tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni xi wieħed mir-reati kriminali inkwistjoni b’mod partikolari fejn ikun hemm suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, il-persuna li kkommettiet reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor jew il-vittma ta’ tali reat, taqa’ taħt kategorija koperta b’dan ir-Regolament.

2.   L-aċċess għall-EES bħala għodda għall-fini ta’ identifikazzjoni ta’ persuna suspettata mhux magħrufa, persuna li kkommettiet reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor jew vittma suspettata ta’ tali reat, għandu jkun permess meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1 u l-konsultazzjoni, bħala prijorità, tad-data maħżuna fil-bażijiet tad-data teknikament u legalment aċċessibbli mill-Europol ma tkunx għamlet possibbli li tiġi identifikata l-persuna in kwistjoni.

Tista’ tiġi ppreżentata talba għall-konsultazzjoni tal-VIS dwar l-istess suġġett tad-data b’mod parallel ma’ talba għall-konsultazzjoni tal-EES skont il-kondizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI.

3.   Il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(3), (4) u (5) għandhom japplikaw kif adatt.

4.   L-awtorità maħtura tal-Europol tista’ tippreżenta talba elettronika motivata għall-konsultazzjoni tad-data kollha tal-EES jew għal sett speċifiku ta’ data tal-EES lill-punt ta’ aċċess ċentrali tal-Europol imsemmi fl-Artikolu 30(2). Malli tasallu talba għall-aċċess, il-punt ta’ aċċess ċentrali tal-Europol għandu jivverifika jekk ikunux sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-aċċess imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha għall-aċċess, il-persunal debitament awtorizzat tal-punt ta’ aċċess ċentrali tal-Europol għandu jipproċessa t-talbiet. Id-data aċċessata tal-EES għandha tintbagħat lill-awtorità maħtura tal-Europol b’tali mod li s-sigurtà tad-data ma tiġix kompromessa.

5.   Il-Europol għandu jipproċessa biss l-informazzjoni miksuba permezz ta’ konsultazzjoni tad-data tal-EES suġġett għall-awtorizzazzjoni tal-Istat Membru ta’ oriġini. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tinkiseb permezz tal-unità nazzjonali tal-Europol ta’ dak l-Istat Membru.

KAPITOLU V

ŻAMMA U EMENDAR TAD-DATA

Artikolu 34

Perijodu taż-żamma tad-data

1.   Kull rekord tad-dħul/ħruġ jew rekord ta’ rifjut ta’ dħul marbut ma’ fajl individwali għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali tal-EES għal tliet snin wara d-data tar-rekord tal-ħruġ jew tar-rekord taċ-ċaħda tad-dħul, kif applikabbli.

2.   Kull fajl individwali flimkien mar-rekord jew rekords relatati tad-dħul/ħruġ jew rekords taċ-ċaħda tad-dħul għandhom jinħażnu fis-Sistema Ċentrali tal-EES għal tliet snin u ġurnata wara d-data tal-aħħar rekord ta’ ħruġ jew taċ-ċaħda tar-rekord tad-dħul jekk fi żmien tliet snin mid-data tal-aħħar rekord ta’ ħruġ jew rekord taċ-ċaħda tad-dħul ma jkun hemm l-ebda rekord ta’ dħul.

3.   Jekk wara d-data tal-iskadenza tal-perijodu ta’ soġġorn awtorizzat ma jkun hemm l-ebda rekord ta’ ħruġ, id-data għandha tinħażen għal perijodu ta’ ħames snin wara d-data ta’ skadenza tal-perijodu ta’ soġġorn awtorizzat. L-EES għandha tinforma awtomatikament lill-Istati Membri tliet xhur qabel it-tħassir skedat tad-data ta’ persuni li jibqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn sabiex ikunu jistgħu jadottaw il-miżuri xierqa.

4.   B’deroga mill-paragrafu 1, kull rekord ta’ dħul/ħruġ irreġistrat għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom l-istatus imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) għandu jinħażen fl-EES għal massimu ta’ sena wara l-ħruġ ta’ dawn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Jekk ma jkun hemm l-ebda rekord ta’ ħruġ id-data għandha tinħażen għal perijodu ta’ ħames snin mid-data tal-aħħar rekord ta’ dħul.

5.   Malli jiskadi l-perijodu taż-żamma msemmi fil-paragrafi 1 sa 4, id-data in kwistjoni għandha titħassar awtomatikament mis-Sistema Ċentrali tal-EES.

Artikolu 35

Emendar tad-data u t-tħassir minn qabel tad-data

1.   L-Istat Membru responsabbli għandu jkollu d-dritt li jemenda d-data li jkun daħħal fl-EES billi jirrettifika, ilesti jew iħassar id-data.

2.   Jekk l-Istat Membru responsabbli jkollu evidenza li tissuġġerixxi li d-data reġistrata fl-EES tkun fattwalment mhux preċiża jew mhux kompluta jew li d-data tkun ġiet ipproċessata fl-EES bi ksur ta’ dan ir-Regolament, dan għandu jivverifika d-data kkonċernata u, jekk ikun hemm bżonn, għandu jirrettifikaha jew jikkompletaha jew iħassarha mill-EES mingħajr dewmien u, fejn applikabbli, mil-lista ta’ persuni identifikati msemmija fl-Artikolu 12(3). Id-data tista’ wkoll tiġi vverifikata u rrettifikata, ikkompletata jew imħassra fuq talba tal-persuna kkonċernata f’konformità mal-Artikolu 52.

3.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, fejn Stat Membru ieħor li ma jkunx l-Istat Membru responsabbli jkollu evidenza li tissuġġerixxi li d-data rreġistrata fl-EES tkun fattwalment mhux preċiża jew mhux kompluta jew li d-data tkun ġiet ipproċessata fl-EES bi ksur ta’ dan ir-Regolament, dan għandu jivverifika d-data kkonċernata, bil-kondizzjoni li jkun possibbli li jagħmel dan mingħajr ma jikkonsulta lill-Istat Membru responsabbli u, jekk ikun hemm bżonn, għandu jirrettifikaha jew jikkompletaha jew iħassarha mill-EES mingħajr dewmien u, fejn applikabbli, mil-lista ta’ persuni identifikati msemmija fl-Artikolu 12(3). Fejn ma jkunx possibbli li tiġi verifikata d-data mingħajr konsultazzjoni tal-Istat Membru responsabbli, għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli fi żmien sebat ijiem, wara dan, l-Istat Membru responsabbli għandu jivverifika l-preċiżjoni tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tagħha fi żmien xahar. Id-data tista’ wkoll tiġi vverifikata u rrettifikata, ikkompletata jew imħassra fuq talba taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernata f’konformità mal-Artikolu 52.

4.   Fejn Stat Membru jkollu evidenza li tissuġġerixxi li d-data relatata mal-viża reġistrata fl-EES tkun fattwalment mhux preċiża jew mhux kompluta jew li din id-data tkun ġiet ipproċessata fl-EES bi ksur ta’ dan ir-Regolament, għandu l-ewwel jivverifika l-preċiżjoni ta’ dik id-data mal-VIS u, jekk ikun hemm bżonn, għandu jirrettifikaha jew jikkompletaha jew iħassarha fl-EES. Fejn id-data reġistrata fil-VIS tkun l-istess bħal dik reġistrata fl-EES, għandu jinforma lill-Istat Membru responsabbli biex idaħħal minnufih dik id-data fil-VIS permezz tal-infrastruttura tal-VIS f’konformità mal-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008. L-Istat Membru responsabbli għad-dħul tad-data fil-VIS għandu jivverifika dik id-data u, jekk ikun hemm bżonn, għandu minnufih jirrettifikaha jew jikkompletaha jew iħassarha mill-VIS u jinforma lill-Istat Membru kkonċernat li, jekk ikun hemm bżonn, għandu jirrettifikaha jew jikkompletaha jew iħassarha mill-EES mingħajr dewmien u, fejn applikabbli, mil-lista ta’ persuni identifikati msemmija fl-Artikolu 12(3).

5.   Id-data tal-persuni identifikati msemmija fl-Artikolu 12(3) għandha titħassar mingħajr dewmien mil-lista msemmija f’dak l-Artikolu u għandha tiġi rrettifikata jew ikkompletata fl-EES fejn iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat jipprovdi evidenza, f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru responsabbli jew tal-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba, li huwa kien sfurzat jaqbeż it-tul tas-soġġorn awtorizzat minħabba avvenimenti imprevedibbli u serji, li huwa jkun kiseb dritt legali għal soġġorn jew f’każ ta’ żbalji. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew mhux ġudizzjarju disponibbli, dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz għandu jkollu aċċess għal rimedju ġudizzjarju effettiv biex jiżgura li d-data tiġi rrettifikata, ikkompletata jew imħassra.

6.   Meta, qabel ma jiskadi l-perijodu applikabbli msemmi fl-Artikolu 34, ċittadin ta’ pajjiż terz ikun kiseb in-nazzjonalità ta’ Stat Membru jew ikun waqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(3), il-fajl individwali u r-rekords ta’ dħul/ħruġ marbuta ma’ dak il-fajl individwali f’konformità mal-Artikoli 16 u 17 u r-rekords taċ-ċaħda tad-dħul marbuta ma’ dak il-fajl individwali f’konformità mal-Artikolu 18, għandhom, mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun kiseb in-nazzjonalità ta’ Stat Membru jew ikun waqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(3) qabel jagħlaq il-perijodu msemmi fl-Artikolu 34, jitħassru mill-EES, kif ukoll, fejn ikun applikabbli, mil-lista ta’ persuni identifikati msemmija fl-Artikolu 12(3), minn:

(a)

l-Istat Membru li tiegħu huwa jkun kiseb in-nazzjonalità; jew

(b)

mill-Istat Membru li jkun ħareġ il-karta jew il-permess ta’ residenza jew il-viża għal soġġorn twil.

Fejn ċittadin ta’ pajjiż terz ikun kiseb iċ-ċittadinanza ta’ Andorra, ta’ Monaco jew ta’ San Marino jew fejn ċittadin ta’ pajjiż terz ikollu passaport maħruġ mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan, hu għandu jinforma b’dan lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jidħol wara dik il-bidla. Dak l-Istat Membru għandu jħassar id-data tiegħu mingħajr dewmien mill-EES. Iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz in kwistjoni għandu jkollu aċċess għal rimedju ġudizzjarju effettiv biex jiżgura li dik id-data titħassar.

7.   Is-Sistema Ċentrali tal-EES għandha tinforma minnufih lill-Istati Membri kollha bit-tħassir tad-data tal-EES u fejn applikabbli mil-lista ta’ persuni identifikati msemmija fl-Artikolu 12(3).

8.   Fejn Stat Membru ieħor li ma jkunx l-Istat Membru responsabbli jkun irrettifika, ikkompleta jew ħassar data f’konformità ma’ dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru għandu jsir l-Istat Membru responsabbli għar-rettifika, għall-ikkompletartlestija jew it-tħassir. L-EES għandha tirreġistra r-rettifiki, l-ikkompletar u t-tħassir tad-data kollha li jsiru.

KAPITOLU VI

ŻVILUPP, TĦADDIM U RESPONSABBILTAJIET

Artikolu 36

Adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni qabel l-iżvilupp

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni meħtieġa għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni teknika tas-Sistema Ċentrali l-EES, l-NUIs, l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni, is-servizz web imsemmi fl-Artikolu 13 u r-repożitorju ta’ data msemmi fl-Artikolu 63(2), b’mod partikolari miżuri:

(a)

għall-ispeċifikazzjonijiet għall-kwalità, ir-riżoluzzjoni u l-użu tal-marki tas-swaba’ għal verifika bijometrika u identifikazzjoni fl-EES;

(b)

għall-ispeċifikazzjonijiet għall-kwalità, ir-riżoluzzjoni u l-użu tal-immaġni tal-wiċċ għal verifika bijometrika u identifikazzjoni fl-EES inkluż meta meħuda fuq il-post jew miksuba b’mod elettroniku mill-eMRTD;

(c)

għar-reġistrazzjoni tad-data f’konformità mal-Artikoli 16 sa 20;

(d)

għall-aċċess għad-data f’konformità mal-Artikoli 23 sa 33;

(e)

għall-emendar, it-tħassir u t-tħassir minn qabel ta’ data f’konformità mal-Artikolu 35;

(f)

għaż-żamma u l-aċċess għar-reġistrazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 46;

(g)

għar-rekwiżiti tal-prestazzjoni, inkluż l-ispeċifikazzjonijiet minimi għal tagħmir u rekwiżiti tekniċi rigward il-prestazzjoni bijometrika tal-EES b’mod partikolari fir-rigward tar-Rata ta’ Identifikazzjoni Pożittiva Falza, ir-Rata ta’ Identifikazzjoni Negattiva Falza u r-Rata ta’ Nuqqas ta’ Reġistrazzjonijiet;

(h)

għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kondizzjonijiet għas-servizz web imsemmi fl-Artikolu 13, inkluż dispożizzjonijiet speċifiċi għall-protezzjoni tad-data meta tiġi pprovduta minn trasportaturi jew tiġi pprovduta lilhom;

(i)

għall-istabbiliment u d-disinn ta’ livell għoli ta’ interoperabbiltà kif imsemmija fl-Artikolu 8;

(j)

l-ispeċifikazzjonijiet u l-kondizzjonijiet għar-repożitorju tad-data msemmi fl-Artikolu 63 (2);

(k)

l-istabbiliment tal-lista ta’ persuni identifikati msemmija fl-Artikolu 12(3) u l-proċedura biex dik il-lista ssir disponibbli lill-Istati Membri;

(l)

għall-ispeċifikazzjonijiet għal soluzzjonijiet tekniċi għall-konnessjoni ta’ punti ta’ aċċess ċentrali skont l-Artikoli 31, 32 u 33 u għal soluzzjoni teknika biex tinġabar id-data statistika meħtieġa skont l-Artikolu 72(8).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 68(2).

Għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni stabbiliti fil-punt (i) tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 68 ta’ dan ir-Regolament għandu jikkonsulta l-Kumitat tal-VIS stabbilit bl-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

Artikolu 37

Żvilupp u tmexxija operattiva

1.   L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali tal-EES, l-NUIs, l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni u l-Mezz Sigur ta’ Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS. L-eu-LISA għandha tkun responsabbli wkoll għall-iżvilupp tas-servizz web imsemmi fl-Artikolu 13 u r-repożitorju tad-data msemmi fl-Artikolu 63(2) f’konformità mar- regoli dettaljati msemmija fl-Artikoli 13(7) u 63(2) u l-ispeċifikazzjonijiet u l-kondizzjonijiet adottati skont il-punti (h) u (j) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 36.

L-eu-LISA għandha tiddefinixxi d-disinn tal-arkitettura fiżika tal-EES inkluż l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni tagħha, kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-evoluzzjoni tagħhom fir-rigward tas-Sistema Ċentrali tal-EES, l-NUIs, l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni, il-Mezz Sigur ta’ Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS, is-servizz web imsemmi fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament u r-repożitorju tad-data msemmi fl-Artikolu 63(2) ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA, soġġett għal opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni. L-eu-LISA għandha timplimenta wkoll kwalunkwe adattament meħtieġ fil-VIS bħala riżultat tal-istabbiliment ta’ interoperabbiltà mal-EES kif ukoll mill-implimentazzjoni tal-emendi għar-Regolament (KE) Nru 767/2008 stabbiliti fl-Artikolu 61 ta’ dan ir-Regolament.

L-eu-LISA għandha tiżviluppa u timplimenta s-Sistema Ċentrali tal-EES, l-NUIs, l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni, il-Mezz Sigur ta’ Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS, is-servizz web imsemmi fl-Artikolu 13 u r-repożitorju tad-data msemmi fl-Artikolu 63(2) malajr kemm jista’ jkun wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri previsti fl-Artikolu 36.

L-iżvilupp għandu jikkonsisti mill-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-ittestjar u l-koordinazzjoni ġenerali tal-proġett.

Meta tiżviluppa u meta timplimenta s-Sistema Ċentrali tal-EES, l-NUIs, l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni, il-Mezz Sigur ta’ Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS, is-servizz web imsemmi fl-Artikolu 13 u r-repożitorju tad-data msemmi fl-Artikolu 63(2), il-kompiti tal-eu-LISA għandhom ikunu li:

(a)

twettaq valutazzjoni tar-riskju tas-sigurtà;

(b)

timxi mal-prinċipji tal-privatezza bit-tfassil u awtomatikament matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-iżvilupp tal-EES;

(c)

twettaq valutazzjoni tar-riskju ta’ sigurtà fir-rigward tal-interoperabbiltà mal-VIS imsemmija fl-Artikolu 8 u tivvaluta l-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-operabbiltà mal-VIS.

2.   Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, għandu jiġi stabbilit Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm li jkun magħmul minn massimu ta’ għaxar membri. Għandu jkun magħmul minn seba’ membri maħtura mill-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA minn fost il-membri jew il-membri supplenti, il-President tal-Grupp Konsultattiv tal-EES imsemmi fl-Artikolu 69, membru li jirrappreżenta l-eu-LISA maħtur mid-Direttur Eżekuttiv tagħha u membru maħtur mill-Kummissjoni. Il-membri maħtura mill-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA għandhom jiġu eletti biss minn dawk l-Istati Membri li huma marbuta b’mod sħiħ taħt id-dritt tal-Unjoni bl-istrumenti leġislattivi li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi kollha tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-eu-LISA u li jkkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artiolu 66(2).

Il-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm għandu jiltaqa’ regolarment u tal-inqas tliet darbiet kull trimestru. Għandu jiżgura l-ġestjoni adegwata tal-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp tal-EES u jiżgura konsistenza bejn il-proġetti ċentrali u nazzjonali tal-EES.

Kull xahar il-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm għandu jippreżenta rapporti bil-miktub lill-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA dwar il-progress tal-proġett. Il-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm ma għandu jkollu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet u lanqas mandat biex jirrappreżenta l-membri tal-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA.

Il-Bord ta’ Ġestjoni tal-eu-LISA għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm li b’mod partikolari għandhom jinkludu regoli dwar:

(a)

il-presidenza tiegħu;

(b)

il-postijiet tal-laqgħat;

(c)

it-tħejjija tal-laqgħat;

(d)

l-ammissjoni ta’ esperti fil-laqgħat;

(e)

pjanijiet ta’ komunikazzjoni sabiex tiġi żgurata informazzjoni kompluta lill-membri mhux parteċipanti tal-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA.

Il-Presidenza tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm għandha tkun f’idejn Stat Membru li jkun marbut b’mod sħiħ taħt il-liġi tal-Unjoni bl-istrumenti leġislattivi li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, l-operazzjoni u l-użu tas-sistemi kollha tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-eu-LISA.

L-ispejjeż kollha tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza mġarrba mill-membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm għandhom jitħallsu mill-eu-LISA u l-Artikolu 10 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-eu-LISA għandu japplika mutatis mutandis. L-eu-LISA għandha tipprovdi segretarjat lill-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm.

Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, il-Grupp Konsultattiv tal-EES imsemmi fl-Artikolu 69 għandu jkun magħmul minn maniġers responsabbli mill-proġett tas-sistemi nazzjonali tal-EES u ppresedut mill-eu-LISA. Għandu jiltaqa’ regolarment u tal-inqas tliet darbiet kull trimestru sakemm tibda titħaddem l-EES. Wara kull laqgħa għandu jirrapporta lill-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm. Għandu jipprovdi l-għarfien espert tekniku b’appoġġ għall-kompiti tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm u għandu jsegwi l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri.

3.   L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-Sistema Ċentrali tal-EES, l-NUIs u l-Mezz Sigur ta’ Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS. Għandha tiżgura, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, li f’kull ħin tintuża l-aħjar teknoloġija disponibbli, soġġett għal analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, għas-Sistema Ċentrali tal-EES, l-NUIs, l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni, il-Mezz Sigur ta’ Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS, is-servizz web imsemmi fl-Artikolu 13 u r-repożitorju tad-data msemmi fl-Artikolu 63(2). L-eu-LISA għandha tkun responsabbli wkoll għall-ġestjoni operattiva tal-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u l-NUIs, għas-servizz web imsemmi fl-Artikolu 13 u għar-repożitorju tad-data msemmi fl-Artikolu 63(2).

It-tmexxija operattiva tal-EES għandha tikkonsisti mill-kompiti kollha meħtieġa biex l-EES tiffunzjona 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari x-xogħol ta’ manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi meħtieġa biex jiġi żgurat li l-EES tiffunzjona f’livell sodisfaċenti ta’ kwalità operattiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħin tar-rispons għall-interrogazzjoni tas-Sistema ċentrali tal-EES mill-awtoritajiet tal-fruntiera, skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra tal-Unjoni, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (42), l-eu-LISA għandha tiżgura li dawk il-membri tal-persunal tagħha li huma meħtieġa li jaħdmu bid-data tal-EES jew bid-data maħżuna fl-EES japplikaw regoli adatti ta’ segretezza professjonali jew dmirijiet oħra ekwivalenti ta’ kunfidenzjalità. Dak l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dan il-persunal ikun ħalla l-uffiċċju jew l-impjieg jew wara t-tmiem tal-attivitajiet tagħhom.

Artikolu 38

Responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-Europol

1.   Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli:

(a)

għall-integrazzjoni tal-infrastruttura tal-fruntiera nazzjonali eżistenti u l-konnessjoni tagħha mal-NUI;

(b)

għall-organizzazzjoni, il-ġestjoni, l-operat u l-manutenzjoni tal-infrastruttura eżistenti tal-fruntiera nazzjonali u tal-konnessjoni tagħha mal-EES għall-fini tal-Artikolu 6 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 6(2);

(c)

għall-organizzazzjoni tal-punti ta’ aċċess ċentrali u l-konnessjoni tagħhom mal-NUI għall-fini tal-infurzar tal-liġi;

(d)

għall-ġestjoni u l-arranġamenti għall-aċċess għall-persunal debitament awtorizzat, u mill-persunal bis-setgħa dovuta, tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-EES f’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-ħolqien u l-aġġornament regolari ta’ lista ta’ dawk il-membri tal-persunal u l-profili tagħhom.

2.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali, li għandha tipprovdi l-aċċess lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 9(2) għall-EES. Kull Stat Membru għandu jikkollega dik l-awtorità nazzjonali mal-NUI. Kull Stat Membru għandu jikkonnettja l-punti ta’ aċċess ċentrali rispettivi tiegħu msemmija fl-Artikolu 29 mal-NUI.

3.   Kull Stat Membru għandu juża proċeduri awtomatizzati għall-ipproċessar tad-data tal-EES.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prestazzjoni teknika tal-infrastruttura tal-verifika fuq il-fruntiera, id-disponibbiltà tagħha, it-tul ta’ żmien tal-verifiki fuq il-fruntiera u l-kwalità tad-data jiġu ssorveljati mill-qrib sabiex jiġi żgurat li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali għall-funzjonament tajjeb tal-EES u proċedura effiċjenti tal-verifika fuq il-fruntiera.

5.   Qabel ma jiġi awtorizzat jipproċessa d-data maħżuna fl-EES, il-persunal tal-awtoritajiet li jkollu d-dritt li jaċċessa l-EES għandu jingħata taħriġ adatt dwar, b’mod partikolari, is-sigurtà tad-data u r-regoli, kif ukoll dwar il-protezzjoni tad-data u dwar id-drittijiet fundamentali rilevanti.

6.   L-Istati Membri ma għandhomx jipproċessaw id-data fi jew mill-EES għal finijiet barra dawk stipulati f’dan ir-Regolament.

7.   Il-Europol għandu jieħu r-responsabbiltajiet previsti fil-punt (d) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafi 3, 5 u 6. Għandu jikkollega, u jkun responsabbli għall-kollegament ta’, il-punt ta’ aċċess ċentrali tal-Europol mal-EES.

Artikolu 39

Responsabbiltà għall-ipproċessar ta’ data

1.   Fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fl-EES, kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità li għandha titqies bħala kontrollur f’konformità mal-punt (7) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 u li għandu jkollha r-responsabbiltà ċentrali għall-ipproċessar ta’ data minn dak l-Istat Membru. Kull Stat Membru għandu jikkomunika d-dettalji ta’ dik l-awtorità lill-Kummissjoni.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li d-data miġbura u rreġistrata fl-EES tiġi pproċessata b’mod legali u, b’mod partikolari, jiżgura li l-persunal debitament awtorizzat biss ikollu aċċess għad-data għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. L-Istat Membru responsabbli għandu jiżgura, b’mod partikolari, li d-data:

(a)

tinġabar b’mod legali u b’rispett sħiħ lejn id-dinjità tal-bniedem taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz kkonċernat;

(b)

tiġi rreġistrata b’mod legali fl-EES;

(c)

tkun preċiża u aġġornata meta tintbagħat lill-EES.

2.   L-eu-LISA għandha tiżgura li l-EES titħaddem f’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 36. B’mod partikolari, l-eu-LISA għandha:

(a)

tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tas-Sistema Ċentrali tal-EES u tal-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u l-NUI, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri;

(b)

tiżgura li l-persunal debitament awtorizzat biss ikollu aċċess għad-data pproċessata fl-EES.

3.   L-eu-LISA għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, dwar il-miżuri li tieħu skont il-paragrafu 2 fid-dawl tal-bidu tat-tħaddim tal-EES.

Artikolu 40

Iż-żamma tad-data fil-fajls nazzjonali u fis-sistemi nazzjonali tad-dħul u l-ħruġ

1.   Stat Membru jista’ jżomm fis-sistema nazzjonali tiegħu ta’ dħul/ħruġ jew f’fajls nazzjonali ekwivalenti d-data alfanumerika li dak l-Istat Membru jkun daħħal fl-EES, skont il-finijiet tal-EES, b’rispett sħiħ lejn il-liġit tal-Unjoni.

2.   Id-data ma għandhiex tinżamm fis-sistemi nazzjonali ta’ dħul/ħruġ jew fajls nazzjonali ekwivalenti għal aktar żmien milli tinżamm fl-EES.

3.   Kwalunkwe użu ta’ data li ma jkunx konformi mal-paragrafu 1 għandu jiġi kkunsidrat bħala użu ħażin skont il-liġi nazzjonali ta’ kull Stat Membru kif ukoll skont id-dritt tal-Unjoni.

4.   Dan l-Artikolu ma għandux jiġi interpretat bħala li jitlob xi adattament tekniku tal-EES. L-Istati Membri jistgħu jżommu d-data f’konformità ma’ dan l-Artikolu għas-spejjeż u r-riskju tagħhom, u permezz tal-użu tal-mezzi tekniċi tagħhom.

Artikolu 41

Komunikazzjoni tad-data lil pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet privati

1.   Id-data maħżuna fl-EES ma għandhiex tiġi ttrasferita jew titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ kwalunkwe pajjiż terz, kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali jew ta’ kwalunkwe entità privata.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-data msemmija fl-Artikolu 16(1) u l-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-Regolament tista’ tiġi ttrasferita mill-awtoritajiet tal-fruntiera jew l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali elenkata fl-Anness I għal dan ir-Regolament jekk dan ikun neċessarju f’każijiet individwali, sabiex tingħata prova tal-identità ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini waħdieni ta’ ritorn, unikament meta tkunu sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali f’dak il-pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679;

(b)

ikunu previsti salvagwardji xierqa kif imsemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2016/679, pereżempju permezz ta’ ftehim ta’ riammissjoni li jkun fis-seħħ bejn l-Unjoni jew Stat Membru u l-pajjiż terz in kwistjoni; jew

(c)

ikun japplika l-punt (d) tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.

3.   Id-data msemmija fl-Artikolu 16(1) u l-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-Regolament tista’ tiġi ttrasferita f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu unikament meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

it-trasferiment tad-data għandha titwettaq skontid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data, inkluż il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679, u l-ftehimiet ta’ riammissjoni, u l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jkun trasferixxa d-data;

(b)

il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali tkun qablet li tipproċessa d-data biss għall-finijiet li għalihom tkun ingħatat; u

(c)

tkun inħarġet deċiżjoni ta’ ritorn adottata skont id-Direttiva 2008/115/KE b’rabta maċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, bil-kondizzjoni li l-infurzar ta’ tali deċiżjoni ta’ ritorn ma jiġix sospiż u bil-kondizzjoni li ma jkun sar ebda appell li jista’ jwassal għas-sospensjoni tal-infurzar tagħha.

4.   It-trasferimenti ta’ data personali lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali skont il-paragrafu 2 ma għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonali u tal-benefiċjarji tagħha, b’mod partikolari fir-rigward ta’ non-refoulement.

5.   Id-data personali miksuba mis-Sistema Ċentrali tal-EES minn Stat Membru jew mill-Europol għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi ma għandhiex tiġi ttrasferita jew titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ xi pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita fl-Unjoni jew barra minnha. Il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll fejn dik id-data tkompli tiġi pproċessata fil-livell nazzjonali jew bejn Stati Membri skont id-Direttiva (UE) 2016/680.

6.   B’deroga mill-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, id-data msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 16(1), il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 16(2), il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 16(3) u l-punt (a) tal-Artikolu 17(1) tista’ tiġi ttrasferita mill-awtorità maħtura lil pajjiż terz f’każijiet individwali, unikament meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ikun hemm każ eċċezzjonali ta’ urġenza fejn ikun hemm:

(i)

periklu imminenti assoċjat ma’ reat terroristiku; jew

(ii)

periklu imminenti għall-ħajja ta’ persuna u dak il-periklu jkun assoċjat ma’ reat kriminali serju;

(b)

it-trasferiment ta’ data hu meħtieġ għall-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta’ reat terroristiku jew reat kriminali serju bħal dawn fit-territorju tal-Istati Membri jew fil-pajjiż terz ikkonċernat;

(c)

l-awtorità maħtura jkollha aċċess għal data bħal din skont il-proċedura u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 31 u 32;

(d)

it-trasferiment isir skont il-kondizzjonijiet applikabbli stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/680, b’mod partikolari l-Kapitolu V tagħha;

(e)

tkun ġiet ippreżentata talba b’motivazzjoni xierqa bil-miktub jew elettronika mill-pajjiż terz; u

(f)

jkun żgurat l-għoti reċiproku ta’ kwalunkwe informazzjoni dwar rekords ta’ dħul/ħruġ f’idejn il-pajjiż terz rikjedenti lill-Istati Membri li jħaddmu l-EES.

Fejn trasferiment ikun sar skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, tali trasferiment għandu jkun dokumentat u d-dokumentazzjoni għandha, fuq talba, titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità superviżorja stabbilita skont l-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680, inkluż id-data u l-ħin tat-trasferiment, l-informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti li tirċievi t-trasferiment, il-ġustifikazzjoni għat-trasferiment u d-data personali trasferita.

Artikolu 42

Il-kondizzjonijiet għall-komunikazzjoni ta’ data lil Stat Membru li għadu ma jħaddimx l-EES u lil Stat Membru li dan ir-Regolament ma japplikax għalih

1.   Id-data msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 16(1), il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 16(2), il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 16(3) u l-punt (a) tal-Artikolu 17(1) tista’ tiġi ttrasferita minn awtorità maħtura lil Stat Membru li għadu ma jħaddimx l-EES u lil Stat Membru li r-Regolament ma japplikax għalih, f’każijiet individwali, unikament fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ikun hemm każ eċċezzjonali ta’ urġenza fejn ikun hemm:

(i)

periklu imminenti assoċjat ma’ reat terroristiku; jew

(ii)

reat kriminali serju;

(b)

it-trasferiment ta’ data hu meħtieġ għall-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta’ reat terroristiku jew reat kriminali serju bħal dan;

(c)

l-awtorità maħtura jkollha aċċess għal data bħal din skont il-proċedura u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 31 u 32;

(d)

tkun tapplika d-Direttiva (UE) 2016/680;

(e)

tkun ġiet ippreżentata talba b’motivazzjoni xierqa bil-miktub jew elettronika; u

(f)

ikun żgurat l-għoti reċiproku ta’ kwalunkwe informazzjoni dwar rekords ta’ dħul/ħruġ f’idejn l-Istat Membru rikjedenti lill-Istati Membri li jħaddmu l-EES.

Fejn trasferiment ikun sar skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, tali trasferiment għandu jkun dokumentat u d-dokumentazzjoni għandha, fuq talba, titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità superviżorja stabbilita skont l-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680, inkluż id-data u l-ħin tat-trasferiment, l-informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti li tirċievi t-trasferiment, il-ġustifikazzjoni għat-trasferiment u d-data personali trasferita.

2.   Fejn l-informazzjoni tingħata skont dan l-Artikolu, l-istess kondizzjonijiet kif previst fl-Artikolu 43(1), l-Artikolu 45(1) u (3), l-Artikolu 48 u l-Artikolu 58(4) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 43

Sigurtà tad-data

1.   L-Istat Membru responsabbli għandu jiżgura s-sigurtà tad-data qabel u waqt li tintbagħat lill-NUI. Kull Stat Membru għandu jiżgura s-sigurtà tad-data li jirċievi mill-EES.

2.   Kull Stat Membru għandu, fir-rigward tal-infrastruttura tal-fruntiera nazzjonali tiegħu, jadotta l-miżuri neċessarji, inkluż pjan ta’ sigurtà u pjan ta’ kontinwità tal-operat u ta’ rkupru minn diżastru, sabiex:

(a)

jipproteġi fiżikament id-data, inkluż billi jagħmel pjani ta’ kontinġenza għall-protezzjoni ta’ infrastruttura kritika;

(b)

iwaqqaf persuni mhux awtorizzati milli jkollhom aċċess għal tagħmir tal-ipproċessar tad-data u installazzjonijiet nazzjonali li fihom l-Istat Membru jwettaq operazzjonijiet skont il-finijiet tal-EES;

(c)

jimpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzata tal-mezzi tad-data;

(d)

jimpedixxi d-dħul mhux awtorizzat ta’ data u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ data personali maħżuna;

(e)

jimpedixxi l-użu ta’ sistemi tal-ipproċessar tad-data awtomatizzati minn persuni mhux awtorizzati li jużaw tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data;

(f)

jimpedixxi l-ipproċessar mhux awtorizzat ta’ data fl-EES u kwalunkwe modifika jew tħassir mhux awtorizzat ta’ data pproċessata fl-EES;

(g)

jiżgura li persuni awtorizzati jaċċessaw l-EES ikollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni tal-aċċess tagħhom, permezz ta’ identitajiet tal-utenti individwali u uniċi u permezz ta’ modi għal aċċess kunfidenzjali biss;

(h)

jiżguraw li l-awtoritajiet kollha bi dritt ta’ aċċess għall-EES joħolqu profili fejn jiġu deskritti l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni li huma awtorizzati li jdaħħlu, jemendaw, iħassru, jikkonsultaw u jfittxu d-data u jagħmlu l-profili tagħhom disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji;

(i)

jiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema korpi tista’ tintbagħat data personali bl-użu ta’ tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data;

(j)

jiżgura li huwa possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data tkun ġiet ipproċessata fl-EES, kif ukoll meta, minn min u għal liema fini tkun ġiet ipproċessata;

(k)

jimpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ data personali waqt li tkun qed tintbagħat data personali lejn jew mill-EES jew matul it-trasport ta’ mezzi tad-data, b’mod partikolari permezz ta’ tekniki adatti ta’ kriptaġġ;

(l)

jiżgura li, fil-każ ta’ interruzzjoni, is-sistemi installati jkunu jistgħu jitreġġgħu lura għat-tħaddim normali;

(m)

jiżgura l-affidabbiltà billi jiżgura li kwalunkwe problemi fil-funzjonament tal-EES jiġu rrappurtati kif xieraq;

(n)

jimmonitorja l-effettività tal-miżuri tas-sigurtà msemmija f’dan il-paragrafu u jieħu l-miżuri organizzattivi meħtieġa marbuta mal-monitoraġġ intern biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

3.   Fir-rigward tat-tħaddim tal-EES, l-eu-LISA għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tilħaq l-objettivi stipulati fil-paragrafu 2, inkluż l-adozzjoni ta’ pjan ta’ sigurtà u ta’ pjan ta’ kontinwità tal-operat u ta’ rkupru minn diżastru. L-eu-LISA għandha tiżgura wkoll l-affidabbiltà billi tiżgura li jitpoġġew fis-seħħ il-miżuri tekniċi meħtieġa biex jiġi żgurat li d-data personali tkun tista’ tinħażen fil-każ ta’ tħassir minħabba funzjonament ħażin tal-EES.

4.   L-eu-LISA u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw approċċ armonizzat għas-sigurtà tad-data, msejjes fuq proċess ta’ ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà li jinkludi l-EES kollha.

Artikolu 44

Inċidenti ta’ sigurtà

1.   Kwalunkwe avveniment li għandu jew jista’ jkollu impatt fuq is-sigurtà tal-EES u jista’ jikkawża dannu jew telf ta’ data maħżuna fl-EES għandu jitqies inċident ta’ sigurtà, b’mod partikolari meta jista’ jkun li kien hemm aċċess mhux awtorizzat għad-data jew meta d-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data ġiet kompromessa jew setgħet ġiet kompromessa.

2.   L-inċidenti ta’ sigurtà għandhom jiġu mmaniġġati biex jiġi żgurat rispons rapidu, effettiv u xieraq.

3.   Mingħajr preġudizzju għan-notifika u l-komunikazzjoni ta’ ksur tad-data personali skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2016/680, jew it-tnejn, l-Istati Membri għandhom jagħtu notifika lill-Kummissjoni, lill-eu-LISA u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar inċidenti ta’ sigurtà. Fil-każ ta’ inċident ta’ sigurtà fir-rigward tas-Sistema Ċentrali tal-EES, l-eu-LISA għandha tagħti notifika lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

4.   L-informazzjoni dwar inċident ta’ sigurtà li jkollu jew jista’ jkollu impatt fuq it-tħaddim tal-EES jew fuq id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data għandha tingħata lill-Istat Membru u tiġi rrappurtata f’konformità mal-pjan ta’ ġestjoni tal-inċidenti li għandu jiġi pprovdut mill-eu-LISA.

5.   L-Istati Membri kkonċernati u l-eu-LISA għandhom jikkooperaw fil-każ ta’ inċident ta’ sigurtà.

Artikolu 45

Responsabbiltà

1.   Kull persuna jew Stat Membru li jkun sofra danni materjali jew mhux materjali kkawżati minn operazzjoni ta’ pproċessar illegali jew minn xi att li ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament għandu jkun intitolat jirċievi kumpens mill-Istat Membru li huwa responsabbli għad-danni mġarrba. Dak l-Istat Membru għandu jkun eżentat mir-responsabbiltà, kollha kemm hi jew parti minnha, jekk jagħti prova li ma jkun responsabbli bl-ebda mod għall-avveniment li jkun wassal għad-dannu.

2.   Jekk xi nuqqas min-naħa ta’ Stat Membru milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament jikkawża dannu lill-EES, dak l-Istat Membru għandu jinżamm responsabbli għal dan id-dannu, dejjem jekk u sa fejn l-eu-LISA jew Stat Membru ieħor parteċipanti fl-EES ikun naqas milli jieħu miżuri raġonevoli sabiex jipprevjeni li jseħħ dannu jew biex jitnaqqas l-impatt tiegħu.

3.   Talbiet għal kumpens kontra Stat Membru għad-dannu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu regolati mid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konvenut.

Artikolu 46

Żamma ta’ reġistrazzjonijiet mill-eu-LISA u mill-Istati Membri

1.   L-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar ta’ data fl-EES. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

il-fini tal-aċċess imsemmi fl-Artikolu 9(2);

(b)

id-data u l-ħin;

(c)

id-data mibgħuta kif imsemmi fl-Artikoli 16 sa 19;

(d)

id-data użata għall-interrogazzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 23 sa 27; u

(e)

l-isem tal-awtorità li tkun daħħlet jew li tkun kisbet id-data.

2.   Għall-konsultazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 8, għandha tinżamm reġistrazzjoni ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar ta’ data li ssir fl-EES u fil-VIS f’konformità ma’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008. B’mod partikolari, meta l-awtoritajiet kompetenti jniedu operazzjoni ta’ pproċessar ta’ data direttament minn sistema waħda lejn l-oħra, l-eu-LISA għandha tiżgura li tinżamm ir-reġistrazzjoni rilevanti tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar ta’ data kkonċernati.

3.   Minbarra l-paragrafi 1 u 2, kull Stat Membru għandu jżomm reġistrazzjonijiet tal-persunal debitament awtorizzat li jipproċessa d-data tal-EES.

4.   Dawn ir-reġistrazzjonijiet jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data, inkluż verifikazzjoni tal-ammissibbiltà ta’ talba u tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, u biex tiġi żgurata s-sigurtà tad-data skont l-Artikolu 43. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri adatti kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru sena wara li jkun skada l-perijodu taż-żamma msemmi fl-Artikolu 34, sakemm ma jkunux meħtieġa għal proċeduri ta’ monitoraġġ li jkunu diġà bdew.

Artikolu 47

Awto-monitoraġġ

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għall-aċċess ta’ data tal-EES tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura l-konformità ma’ dan ir-Regolament u għandha tikkoopera, fejn meħtieġ, mal-awtoritajiet superviżorji.

Artikolu 48

Pieni

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe użu tad-data mdaħħla fl-EES b’mod li jmur kontra dan ir-Regolament ikun punibbli permezz ta’ pieni li jkunu effettivi, proporzjonati u disważivi f’konformità mal-liġi nazzjonali, l-Artikolu 84 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 57 tad-Direttiva (UE) 2016/680,.

Artikolu 49

Protezzjoni tad-Data

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-eu-LISA abbażi ta’ dan ir-Regolament.

2.   Ir-Regolament (UE) 2016/679 għandu japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet nazzjonali abbażi ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-ipproċessar għall-finijiet imsemmijin fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament.

3.   Id-Direttiva (UE) 2016/680 għandha tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri abbażi ta’ dan ir-Regolament għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament.

4.   Ir-Regolament (UE) 2016/794 għandu japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol abbażi ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU VII

DRITTIJIET U SUPERVIŻJONI TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA

Artikolu 50

Dritt ta’ informazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt għall-informazzjoni fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679, ċittadini ta’ pajjiżi terzi li d-data tagħhom tkun ser tiġi rreġistrata fl-EES għandhom jiġu informati mill-Istat Membru responsabbli dwar dan li ġej:

(a)

il-fatt li l-EES tista’ tiġi aċċessata mill-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi;

(b)

l-obbligu fuq ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa ta’ viża u fuq detenturi ta’ FTD li jitteħdulhom il-marki tas-swaba’;

(c)

l-obbligu fuq iċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal reġistrazzjoni fl-EES li tiġi rreġistrata l-immaġni ta’ wiċċhom;

(d)

li l-ġbir tad-data huwa obbligatorju għall-eżami tal-kondizzjonijiet tad-dħul;

(e)

il-fatt li d-dħul ser jinċaħad jekk ċittadin ta’ pajjiż terz jirrifjuta li jipprovdi d-data bijometrika mitluba għar-reġistrazzjoni, il-verifika jew l-identifikazzjoni fl-EES;

(f)

id-dritt li jirċievu informazzjoni dwar it-tul massimu li jkun fadal mis-soġġorn awtorizzat tagħhom skont l-Artikolu 11(3);

(g)

il-fatt li d-data personali maħżuna fl-EES tista’ tiġi ttrasferita lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali elenkata fl-Anness I għall-finijiet ta’ ritorn, lil pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 41(6) u lil Stati Membri f’konformità mal-Artikolu 42;

(h)

l-eżistenza tad-dritt li jitolbu aċċess mill-kontrollur għal data relatata magħhom, id-dritt li jitolbu r-rettifika ta’ data mhux eżatta relatata magħhom, l-ikkompletar ta’ data personali relatata magħhom li ma tkunx kompleta, it-tħassir jew ir-restrizzjoni ta’ data personali li tikkonċernahom li tkun ġiet ipproċessata illegalment, kif ukoll id-dritt li jirċievu informazzjoni dwar il-proċeduri għall-eżerċitar ta’ dawk id-drittijiet, inkluż id-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur u tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, jew tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, jekk applikabbli, li għandhom jisimgħu l-ilmenti dwar il-protezzjoni ta’ data personali;

(i)

il-fatt li d-data tal-EES ser tiġi aċċessata għal finijiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri u faċilitazzjoni u li każijiet ta’ persuni li jibqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn iwasslu awtomatikament għaż-żieda tad-data tagħhom fil-lista ta’ persuni identifikati msemmija fl-Artikolu 12(3), kif ukoll il-konsegwenzi possibbli ta’ każijiet ta’ persuni li jibqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn;

(j)

il-perijodu għaż-żamma tad-data stabbilit għar-rekords tad-dħul u tal-ħruġ, ir-rekords ta’ ċaħda tad-dħul, u għall-fajls individwali skont l-Artikolu 34;

(k)

id-dritt għal persuni li jibqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn li titħassar id-data personali tagħhom mil-lista ta’ persuni identifikati msemmija fl-Artikolu 12(3) u din id-data tiġi rettifikata fl-EES, meta jagħtu prova li qabżu t-tul ta’ soġġorn awtorizzat minħabba avvenimenti imprevedibbli u serji;

(l)

id-dritt li jitressaq ilment lill-awtorità superviżorja.

2.   L-informazzjoni pprovduta fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tingħata bil-miktub, b’kull mezz adatt, f’għamla fil-qosor, trasparenti, intelliġibbli u faċilment aċċessibbli, u għandha tkun disponibbli, bl-użu ta’ lingwaġġ ċar u bażiku, f’verżjoni lingwistika li l-persuna kkonċernata tifhem jew li hu mistenni li tifhem, sabiex ikun żgurat li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkunu informati bid-drittijiet tagħhom, meta jkun qed jinħoloq il-fajl individwali tal-persuna kkonċernata skont l-Artikoli 16, 17 jew 18.

3.   Il-Kummissjoni għandha wkoll toħloq sit web li jkun fih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni għat-tfassil tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 68(2).

5.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu f’mudell. Il-mudell għandu jitfassal b’tali mod li jippermetti lill-Istati Membri jimlewh b’informazzjoni addizzjonali speċifika għall-Istat Membru. Dik l-informazzjoni speċifika għall-Istat Membru għandha tal-anqas tinkludi d-drittijiet tas-suġġett tad-data, il-possibbiltà ta’ assistenza mill-awtoritajiet superviżorji, kif ukoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċċju tal-kontrollur u tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u tal-awtoritajiet superviżorji. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet u l-kondizzjonijiet għas-sit web imsemmijin fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati qabel ma’ tibda titħaddem l-EES f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 68(2).

Artikolu 51

Kampanja ta’ informazzjoni

Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, għandha takkumpanja l-bidu tat-tħaddim tal-EES b’kampanja ta’ informazzjoni li tgħarraf lill-pubbliku u, b’mod partikolari, liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, dwar l-objettivi tal-EES, iddata maħżuna fl-EES, l-awtoritajiet li għandhom aċċess u d-drittijiet tal-persuni kkonċernati. Tali kampanji ta’ informazzjoni għandhom isiru regolarment.

Artikolu 52

Dritt ta’ aċċess għal, rettifika, ikkompletar u tħassir ta’ data personali, u ta’ restrizzjoni tal-ipproċessar tagħha

1.   It-talbiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fir-rigward tad-drittijiet stipulati fl-Artikoli 15 sa 18 tar-Regolament (UE) 2016/679 jistgħu jiġu indirizzati lill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru.

L-Istat Membru responsabbli jew l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu jwieġeb għal dawn it-talbiet fi żmien 45 jum minn meta jirċievi t-talba.

2.   Jekk talba għal rettifika, ikkompletar jew tħassir ta’ data personali jew għal restrizzjoni tal-ipproċessar tagħha ssir lil Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru responsabbli, l-awtoritajiet tal-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandhom jivverifikaw il-preċiżjoni tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tad-data fl-EES fi żmien 30 jum mill-wasla tat-talba meta dik il-verifika tkun tista’ ssir mingħajr ma jiġi kkonsultat l-Istat Membru responsabbli. Inkella, l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli fi żmien sebat ijiem u l-Istat Membru responsabbli għandu jivverifika l-preċiżjoni tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tad-data fi żmien 30 jum minn tali kuntatt.

3.   Fil-każ li d-data rreġistrata fl-EES ma tkunx fattwalment preċiża, ma tkunx kompleta jew tkun ġiet irreġistrata b’mod illegali, l-Istat Membru responsabbli jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu jirrettifika, jikkompleta jew iħassar id-data personali jew jirrestrinġi l-ipproċessar tad-data personali skont l-Artikolu 35. L-Istat Membru responsabbli jew, meta jkun applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu mingħajr dewmien jikkonferma bil-miktub lill-persuna kkonċernata li jkun ħa azzjoni biex jirrettifika, jikkompleta jew iħassar id-data personali ta’ dik il-persuna kkonċernata jew biex jirrestrinġi l-ipproċessar ta’ tali data personali.

Fil-każ li d-data relatata mal-viża reġistrata fl-EES ma tkunx fattwalment preċiża, ma tkunx kompleta jew tkun ġiet irreġistrata illegalment, l-Istat Membru responsabbli jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu l-ewwel jivverifika l-preċiżjoni ta’ din id-data mal-VIS u, jekk ikun hemm bżonn, għandu jemendaha fl-EES. Jekk id-data reġistrata fil-VIS tkun l-istess bħal dik fl-EES, l-Istat Membru responsabbli jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba, għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli li daħħal din id-data fil-VIS fi żmien sebat ijiem. L-Istat Membru responsabbli li daħħal id-data fil-VIS għandu jiċċekkja l-preċiżjoni tad-data relatata mal-viża u l-legalità tal-ipproċessar tagħha fl-EES fi żmien 30 jum minn tali kuntatt u għandu jgħarraf lill-Istat Membru responsabbli jew l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba li għandu, jekk ikun hemm bżonn, jirrettifika jew jikkompleta d-data personali tal-persuna kkonċernata jew jirrestrinġi l-ipproċessar ta’ tali data fl-EES, jew iħassar tali data mill-EES mingħajr dewmien u, meta jkun applikabbli, mil-lista ta’ persuni identifikati msemmija fl-Artikolu 12(3).

4.   Jekk l-Istat Membru responsabbli jew, meta jkun applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba ma jaqbilx li d-data rreġistrata fl-EES mhijiex fattwalment preċiża, mhijiex kompleta jew tkun ġiet irreġistrata b’mod illegali, dak l-Istat Membru għandu jadotta deċiżjoni amministrattiva fejn mingħajr dewmien jispjega bil-miktub liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ir-raġuni għaliex mhux lest li jirrettifika, jikkompleta jew iħassar id-data personali relatata magħha jew jirrestrinġi l-ipproċessar ta’ tali data.

5.   L-Istat Membru li jkun adotta d-deċiżjoni amministrattiva skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandu jagħti wkoll liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat l-informazzjoni bi spjegazzjoni tal-passi li jista’ jieħu jekk ma jaċċettax l-ispjegazzjoni mogħtija. Din għandha tinkludi informazzjoni dwar kif tittieħed azzjoni jew isir ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew qrati ta’ dak l-Istat Membru u kull għajnuna li hija disponibbli f’konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta’ dak l-Istat Membru, inkluż mill-awtorità superviżorja stabbilita skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.

6.   Kwalunkwe talba li ssir skont il-paragrafi 1 u 2 għandu jkun fiha l-informazzjoni minima neċessarja sabiex tiġi identifikata ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat. Il-marki tas-swaba’ jistgħu jintalbu għal din il-fini f’każijiet debitament ġustifikati biss u meta jkun hemm dubji sostanzjali fir-rigward tal-identità tal-applikant. Dik l-informazzjoni għandha tintuża esklużivament sabiex tippermetti lil dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jeżerċita d-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandha titħassar immedjatament wara.

7.   Kull meta persuna tkun għamlet talba skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli jew tal-Istat Membru li tkun saritlu t-talba għandha żżomm rekord fl-għamla ta’ dokument bil-miktub li tali talba saret. Dak id-dokument għandu jkun fih informazzjoni dwar kif ġiet trattata dik it-talba u minn liema awtorità. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel dak id-dokument disponibbli għall-awtorità superviżorja stabbilita skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679, fi żmien sebat ijiem.

Artikolu 53

Kooperazzjoni biex jiġu infurzati d-drittijiet dwar il-protezzjoni tad-data

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw b’mod attiv sabiex jinfurzaw id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 52.

2.   F’kull Stat Membru, l-awtorità superviżorja stabbilita skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha, fuq talba, tassisti u tagħti parir lis-suġġett tad-data fl-eżerċizzju tad-dritt tiegħu li tiġi rrettifikata, ikkompletata jew titħassar data personali relatata miegħu jew biex jiġi ristrett l-ipproċessar ta’ tali data f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru responsabbli li tkun bagħtet id-data u l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandhom jikkooperaw ma’ xulxin.

Artikolu 54

Rimedji

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 77 u 79 tar-Regolament (UE) 2016/679, f’kull Stat Membru kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li tressaq azzjoni jew ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew quddiem il-qrati ta’ dak l-Istat Membru li jkun ċaħad id-dritt ta’ aċċess għal, jew id-dritt ta’ rettifika, ikkompletar jew tħassir ta’, data relatata miegħu jew magħha, kif previst fl-Artikolu 52 u l-Artikolu 53(2) ta’ dan ir-Regolament. Id-dritt li titressaq tali azzjoni jew ilment għandu japplika wkoll fil-każijiet fejn it-talbiet għal aċċess, ir-rettifika, l-ikkompletar jew it-tħassir ma jkunux twieġbu sal-iskadenzi previsti fl-Artikolu 52 jew qatt ma ġew trattati mill-kontrollur tad-data.

2.   L-assistenza tal-awtorità superviżorja stabbilita skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha tibqa’ disponibbli matul il-proċedimenti.

Artikolu 55

Superviżjoni mill-awtorità superviżorja

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità superviżorja stabbilita skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tissorvelja b’mod indipendenti l-legalità tal-ipproċessar ta’ data personali msemmija fil-Kapitoli II, III, V u VI ta’ dan ir-Regolament mill-Istat Membru kkonċernat, inkluż it-trażmissjoni tagħha lejn u mill-EES.

2.   L-awtorità superviżorja stabbilita skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha tiżgura li jsir awditjar tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar ta’ data fl-infrastruttura tal-fruntiera nazzjonali f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti tal-inqas kull tliet snin minn meta tibda titħaddem l-EES. Ir-riżultati tal-awditjar jistgħu jitqiesu fl-evalwazzjonijiet li jsiru fil-qafas tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 (43). L-awtorità superviżorja stabbilita skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha tippubblika kull sena l-għadd ta’ talbiet għal rettifika, ikkompletar jew tħassir, jew restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data, l-azzjoni meħuda wara u l-għadd ta’ rettifiki, ikkompletar, tħassir u restrizzjonijiet tal-ipproċessar magħmul bi tweġiba għal talbiet mill-persuni kkonċernati.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità superviżorja tagħhom stabbilita skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 ikollha biżżejjed riżorsi biex twettaq ix-xogħol li hi fdatha bih skont dan ir-Regolament u li jkollha aċċess għal pariri minn persuni b’biżżejjed għarfien dwar id-data bijometrika.

4.   L-Istati Membri għandhom jagħtu kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-awtorità superviżorja stabbilita skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u, b’mod partikolari, għandhom jagħtuha informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa f’konformità mal-Artikolu 38, l-Artikolu 39(1) u l-Artikolu 43. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awtorità superviżorja stabbilita skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679b’aċċess għar-reġistrazzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 46 u jippermettulha aċċess għall-bini kollu tagħhom relatat mal-EES f’kull ħin.

Artikolu 56

Superviżjoni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.   Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-attivitajiet ta’ pproċessar ta’ data personali tal-eu-LISA fir-rigward tal-EES u għall-iżgurar li tali attivitajiet isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u skont dan ir-Regolament.

2.   Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li jsir awditjar tal-attivitajiet ta’ pproċessar ta’ data personali tal-eu-LISA f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti mill-inqas kull tliet snin. Rapport ta’ dak l-awditjar għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-eu-LISA, u lill-awtoritajiet superviżorji. L-eu-LISA għandha tingħata opportunità li tikkummenta qabel jiġi adottat ir-rapport.

3.   L-eu-LISA għandha tagħti l-informazzjoni mitluba mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, tagħtih jew tagħtiha aċċess għad-dokumenti kollha u għar-reġistrazzjonijiet tiegħu jew tagħha msemmija fl-Artikolu 46 u tippermettilu jew tippermettilha aċċess għall-bini kollu tagħha f’kull ħin.

Artikolu 57

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.   L-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, filwaqt li kull wieħed jaġixxi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, għandhom jikkooperaw b’mod attiv fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom u għandhom jiżguraw superviżjoni koordinata tal-EES u tal-infrastrutturi tal-fruntieri nazzjonali.

2.   L-awtoritajiet superviżorji u s-Superviżur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jgħinu lil xulxin fit-twettiq ta’ awditjar u spezzjonijiet, jeżaminaw kwalunkwe diffikultà rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jivvalutaw problemi fl-eżerċizzju ta’ superviżjoni indipendenti jew fl-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet għall-protezzjoni tad-data, kif meħtieġ.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu mill-inqas darbtejn fis-sena fil-qafas tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data stabbilit mir-Regolament (UE) 2016/679 (‘il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data’). L-ispejjeż għal dawk il-laqgħat għandhom jitħallsu u l-organizzazzjoni għandha ssir minn dak il-Bord. Għandhom jiġu adottati r-regoli ta’ proċedura fl-ewwel laqgħa. Metodi ta’ ħidma ulterjuri għandhom jiġu żviluppati b’mod konġunt skont il-bżonn.

4.   Kull sentejn għandu jintbagħat rapport konġunt ta’ attivitajiet mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-eu-LISA. Dan ir-rapport għandu jinkludi kapitolu dwar kull Stat Membru mħejji mill-awtorità superviżorja ta’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 58

Protezzjoni tad-data personali aċċessata skont il-Kapitolu IV

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva (UE) 2016/680 ikunu applikabbli wkoll għall-aċċess għall-EES mill-awtoritajiet nazzjonali tiegħu f’konformità mal-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, inkluż b’rabta mad-drittijiet tal-persuni li d-data tagħhom tiġi aċċessata b’dan il-mod.

2.   L-awtorità superviżorja stabbilita f’konformità mal-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680 għandha twettaq monitoraġġ tal-legalità tal-aċċess għad-data personali mill-Istati Membri skont il-Kapitolu IV ta’ dan ir-Regolament, inkluż meta tintbagħat lejn u mill-EES. L-Artikolu 55(3) u (4) ta’ dan ir-Regolament għandu japplika skont dan.

3.   L-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol skont dan ir-Regolament għandu jsir f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/794 u għandu jiġi ssorveljat mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

4.   Id-data personali aċċessata fl-EES skont il-Kapitolu IV għandha tiġi pproċessata biss għall-finijiet tal-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni tal-każ speċifiku li għalih id-data tkun intalbet minn Stat Membru jew mill-Europol.

5.   Is-Sistema Ċentrali tal-EES, l-awtoritajiet maħtura, il-punti ta’ aċċess ċentrali u l-Europol għandhom iżommu rekords tat-tfittxijiet sabiex l-awtorità superviżorja stabbilita skont l-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680 u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkunu jistgħu jimmonitorjaw il-konformità tal-ipproċessar tad-data mar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali dwar l-ipproċessar tad-data. Ħlief għal dak il-fini, id-data personali, kif ukoll ir-rekords tat-tfittxijiet, għandhom jitħassru mill-fajls kollha nazzjonali u tal-Europol wara 30 jum, ħlief jekk dik id-data u r-rekords ikunu meħtieġa għall-finijiet tal-investigazzjoni kriminali speċifika li tkun għaddejja li għaliha jkunu ntalbu minn Stat Membru jew mill-Europol.

Artikolu 59

Ir-reġistrazzjoni u d-dokumentazzjoni

1.   Kull Stat Membru u l-Europol għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data li jirriżultaw minn talbiet għall-aċċess għad-data tal-EES skont il-Kapitolu IV jiġu rreġistrati jew dokumentati għall-finijiet tal-verifika tal-ammissibbiltà tat-talba, il-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u tal-integrità u tas-sigurtà tad-data, u għall-awtomonitoraġġ.

2.   Ir-reġistrazzjoni jew id-dokumentazzjoni għandha turi, fil-każijiet kollha:

(a)

il-fini preċiż tat-talba għall-aċċess għad-data tal-EES, inkluż ir-reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor ikkonċernat u, għall-Europol, il-fini preċiż tat-talba għall-aċċess;

(b)

ir-raġunijiet raġonevoli mogħtija biex ma jsirx tqabbil ma’ Stati Membri oħra skont id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 32(2) ta’ dan ir-Regolament;

(c)

ir-referenza tal-fajl nazzjonali;

(d)

id-data u l-ħin preċiż tat-talba għall-aċċess mill-punt ta’ aċċess ċentrali lis-Sistema Ċentrali tal-EES;

(e)

isem l-awtorità li tkun talbet aċċess għal konsultazzjoni;

(f)

fejn applikabbli, l-użu tal-proċedura urġenti msemmija fl-Artikolu 31(2) ta’ dan ir-Regolament u d-deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-verifika ex post;

(g)

id-data użata għall-konsultazzjoni;

(h)

f’konformità mar-regoli nazzjonali jew mar-Regolament (UE) 2016/794, l-identità unika tal-utent li tidentifika lill-uffiċjal li jkun għamel it-tiftix u tal-uffiċjal li jkun ordna t-tiftix.

3.   Ir-reġistrazzjonijiet u d-dokumentazzjoni għandhom jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u sabiex tiġi żgurata l-integrità u s-sigurtà tad-data. Għall-monitoraġġ u għall-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 72 ta’ dan ir-Regolament jistgħu jintużaw biss reġistrazzjonijiet li ma fihomx data personali. L-awtorità superviżorja stabbilita skont l-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680, li tkun responsabbli biex tivverifika l-ammissibbiltà tat-talba u l-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u l-integrità u s-sigurtà tad-data, għandu jkollha aċċess għal dawn ir-reġistrazzjonijiet fuq talba tagħha għall-fini li taqdi dmirijietha.

KAPITOLU VIII

EMENDI TA’ STRUMENTI OĦRA TAL-UNJONI

Artikolu 60

Emendi għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen

L-Artikolu 20 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen huwa emendat kif ġej:

(1)

il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa d-dritt ta’ kull Parti Kontraenti li testendi lil hinn mid-90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum is-soġġorn ta’ persuna barranija fit-territorju tagħha:

(a)

f’ċirkostanzi eċċezzjonali; jew

(b)

f’konformità ma’ ftehim bilaterali konkluż qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-Konvenzjoni u nnotifikat lill-Kummissjoni f’konformità mas-paragrafu 2d.”;

(2)

jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“2a.   Is-soġġorn ta’ persuna barranija fit-territorju ta’ Parti Kontraenti tista’ tiġi estiża f’konformità ma’ ftehim bilaterali skont il-punt (b) tal-paragrafu 2, fuq talba tal-persuna barranija, u ppreżentata quddiem l-awtoritajiet kompetenti ta’ dik il-Parti Kontraenti malli l-persuna barranija tidħol jew matul is-soġġorn tal-persuna barranija tal-inqas fl-aħħar jum ta’ xogħol taż-żjara ta’ 90 jum tagħha fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum.

Fejn il-persuna barranija ma tkunx ippreżentat talba matul is-soġġorn ta’ 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum, is-soġġorn tagħha jista’ jiġi estiż skont ftehim bilaterali konkluż minn Parti Kontraenti u s-soġġorn tagħha lil hinn mis-soġġorn ta’ 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum qabel dik l-estensjoni jista’ jitqies legali mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dik il-Parti Kontraenti dment li l-persuna barranija tippreżenta evidenza kredibbli li tagħti prova li matul dak iż-żmien hija qagħdet biss fit-territorju ta’ dik il-Parti Kontraenti.

2b.   Fejn is-soġġorn jiġi estiż, skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dik il-Parti Kontraenti għandhom iddaħħlu d-data relatata mal-estensjoni fl-aktar rekord ta’ dħul/ħruġ reċenti rilevanti marbuta mal-fajl individwali tal-persuna barranija li jinsab fis-sistema ta’ Dħul/Ħruġ stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). Din id-data għandha tiddaħħal f’konformità mal-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament.

2c.   Fejn is-soġġorn jiġi estiż skont il-paragrafu 2, il-persuna barranija kkonċernata għandha tkun awtorizzata toqgħod biss fit-territorju ta’ dik il-Parti Kontraenti u toħroġ mill-fruntieri esterni ta’ dik il-Parti Kontraenti.

L-awtorità kompetenti li tkun estendiet issoġġorn għandha tinforma lill-persuna barranija kkonċernata li l-estensjoni tas-soġġorn tawtorizza lill-persuna barranija kkonċernata biex tibqa’ biss fit-territorju ta’ dik il-Parti Kontraenti u li hi għandha toħroġ mill-fruntieri esterni ta’ dik il-Parti Kontraenti.

2d.   Sat-30 ta’ Marzu 2018, il-Parti Kontraenti għandha tgħarraf it-test tal-ftehimiet bilaterali applikabbli tagħhom kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 lill-Kummissjoni. Jekk Parti Kontraenti tieqaf tapplika kwalunkwe wieħed minn dawk il-ftehimiet bilaterali, hija għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b’dan. Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni dwar dawn il-ftehimiet bilaterali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tinkludi tal-inqas l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kkonċernati, id-drittijiet meħuda għal persuni barranin minn dawk il-ftehimiet, kif ukoll kwalunkwe bidla fihom.”

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).”."

Artikolu 61

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 767/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 10(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(da)

jekk applikabbli, l-informazzjoni li tindika li l-viża nħarġet b’validità territorjali limitata skont l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;”;

(b)

jiżdied il-punt li ġej:

“(l)

jekk ikun applikabbli, l-istatus tal-persuna li jindika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz huwa membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalih tapplika d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) jew ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak ta’ ċittadini tal-Unjoni skont ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, minn naħa waħda, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra.

(*2)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE.” (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).”;"

(2)

fl-Artikolu 13 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Meta tkun ittieħdet deċiżjoni li tiġi annullata jew revokata viża, l-awtorità tal-viża li tkun ħadet id-deċiżjoni għandha tikseb u tesporta immedjatament mill-VIS lejn is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ stabbilita bir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3) (EES) id-data elenkata fl-Artikolu 19(1) ta’ dak ir-Regolament.

(*3)  Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017. p. 20)”;"

(3)

fl-Artikolu 14, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   L-awtorità tal-viża li tkun ħadet deċiżjoni li testendi l-perijodu ta’ validità, it-tul tas-soġġorn ta’ viża maħruġa, jew it-tnejn, għandha tikseb u tesporta immedjatament mill-VIS lejn l-EES id-data elenkata fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2017/2226”;

(4)

L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punti (b) u (c) huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“(b)

il-kunjom (isem il-familja), l-isem jew ismijiet (ismijiet mat-twelid); id-data tat-twelid; in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet; is-sess;

(c)

it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar; il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti tad-dokument tal-ivvjaġġar; u d-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar;”;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   Għall-finijiet ta’ konsultazzjoni tal-EES biex teżamina u tieħu deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal viża f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-awtorità kompetenti għandha tingħata l-aċċess biex tfittex fl-EES direttament mill-VIS b’data waħda jew aktar imsemmija f’dak l-Artikolu.

5.   Fejn it-tfittxija bid-data msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tindika li d-data dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz mhijiex reġistrata fil-VIS jew fejn ikun hemm dubji dwar l-identità taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, l-awtorità kompetenti tal-viża għandu jkollha aċċess għad-data li tippermetti l-identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 20.”;

(5)

fil-Kapitolu III, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 17a

Interoperabbiltà mal-EES

1.   Malli tibda titħaddem l-EES, kif previst fl-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) 2017/2226, għandha tiġi stabbilita interoperabbiltà bejn l-EES u l-VIS sabiex tiġi żgurata aktar effiċjenza u ħeffa tal-verifika fuq il-fruntiera. Għal dak l-għan, l-eu-LISA għandha tistabbilixxi Mezz Sigur ta’ Komunikazzjoni bejn is-sistema ċentrali tal-EES u l-VIS ċentrali. Konsultazzjoni diretta bejn l-EES u l-VIS għandha tkun possibbli biss jekk kemm dan ir-Regolament kif ukoll ir-Regolament 2017/2226 jipprevedu għal dan. Il–ksib mill-VIS ta’ data relatata mal-viża, l-esportazzjoni tagħha fl-EES u l-aġġornament ta’ data mill-VIS lejn l-EES għandhom ikunu proċess awtomatizzat ladarba l-operazzjoni inkwistjoni tinbeda mill-awtorità kkonċernata.

2.   L-interoperabbiltà għandha tippermetti lill-awtoritajiet tal-viża li jkunu qed jużaw il-VIS biex jikkonsultaw l-EES mill-VIS:

(a)

meta jkunu qed jeżaminaw u jiddeċiedu dwar applikazzjonijiet għal viżi kif imsemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikolu 15(4) ta’ dan ir-Regolament;

(b)

sabiex jiksbu u jesportaw id-data relatata mal-viża direttament mill-VIS lejn l-EES fil-każ li viża tiġi annullata, revokata jew estiża f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikoli 13 u 14 ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-interoperabbiltà għandha tippermetti lill-awtoritajiet tal-fruntiera li jkunu qed jużaw l-EES biex jikkonsultaw il-VIS mill-EES sabiex:

(a)

jiksbu id-data relatata mal-viża direttament mill-VIS u jimportawhom fl-EES sabiex ikun jista’ jinħoloq jew jiġi aġġornat fl-EES rekord ta’ dħul/ħruġ jew ta’ ċaħda tad-dħul ta’ detentur ta’ viża f’konformità mal-Artikoli 14, 16 u 18 tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikolu 18a ta’ dan ir-Regolament;

(b)

jiksbu id-data relatata mal-viża direttament mill-VIS u jimportawha fl-EES fil-każ li viża tiġi annullata, revokata jew estiża f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikoli 13 u 14 ta’ dan ir-Regolament;

(c)

jivverifikaw l-awtentiċità u l-validità tal-viża, jekk ikunux sodisfatti l-kondizzjonijiet għad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4), jew it-tnejn, kif imsemmi fl-Artikolu 18(2) ta’ dan ir-Regolament;

(d)

jivverifikaw jekk ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa ta’ viża li ma jkollhomx fajl individwali reġistrat fl-EES kinux ġew irreġistrati qabel fil-VIS f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikolu 19a ta’ dan ir-Regolament;

(e)

jivverifikaw, fejn l-identità ta’ detentur ta’ viża hija vverifikata bl-użu tal-marki tas-swaba’, l-identità ta’ detentur ta’ viża permezz tal-marki tas-swaba’ fil-VIS f’konformità mal-Artikoli 23(2) u 23(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikolu 18(6) ta’ dan ir-Regolament.

4.   Għat-tħaddim tas-servizz web tal-EES imsemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2017/2226, il-VIS għandha taġġorna kuljum il-bażi tad-data separata li tista’ tinqara iżda mhux tiġi modifikata imsemmija fl-Artikolu 13(5) ta’ dan ir-Regolament permezz ta’ estrazzjoni f’direzzjoni waħda tas-sottogrupp minimu neċessarju ta’ data tal-VIS.

5.   F’konformità mal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2017/2226, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri neċessarji għall-istabbiliment u għad-disinn ta’ livell għoli tal-interoperabbiltà. Sabiex tiġi stabbilita interoperabbiltà mal-EES, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tiżviluppa l-evoluzzjonijiet u l-adattamenti meħtieġa tal-VIS ċentrali, tal-interfaċċa nazzjonali f’kull Stat Membru, u tal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn il-VIS ċentrali u l-interfaċċi nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jadattaw u jiżviluppaw l-infrastrutturi nazzjonali.”

(*4)  Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).”."

(6)

L-Artikolu 18 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 18

Aċċess għad-data għall-verifika fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES

1.   Unikament għall-fini li tiġi vverifikata l-identità tad-detenturi ta’ viża, l-awtentiċità, il-validità temporali u territorjali u l-istatus tal-viża jew jekk ikunux sodisfatti l-kondizzjonijiet għad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399, jew it-tnejn, l-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandu jkollhom aċċess għall-VIS għat-tfittxija billi jużaw id-data li ġejja:

(a)

il-kunjom (isem il-familja), l-isem jew ismijiet (ismijiet mat-twelid); id-data tat-twelid; in-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet; is-sess; it-tip u n-numru tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar; il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar; u d-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar; jew

(b)

in-numru tal-istiker tal-viża.

2.   Unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn titnieda tfittxija fl-EES skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-awtorità kompetenti għandha tniedi tfittxija fil-VIS direttament mill-EES billi tuża d-data msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, meta titnieda tfittxija fl-EES skont l-Artikolu 23(2) jew (4) tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-awtorità kompetenti tal-fruntiera tista’ tfittex il-VIS mingħajr ma tagħmel użu mill-interoperabbiltà mal-EES, fejn iċ-ċirkostanzi speċifiċi jitolbu hekk, b’mod partikolari fejn ikun aktar xieraq, minħabba fis-sitwazzjoni speċifika ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, li ssir tfittxija bl-użu tad-data msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew fejn ikun teknikament impossibbili, fuq bażi temporanja, li tiġi kkonsultata d-data tal-EES jew fil-każ li l-EES tieqaf taħdem.

4.   Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li d-data hija maħżuna fil-VIS dwar viża waħda jew aktar maħruġin jew estiżi li jkunu għadhom fil-perijodu ta’ validità tagħhom skont il-validità territorjali tagħhom għall-qsim tal-fruntiera, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tingħata l-aċċess biex tikkonsulta d-data li ġejja misjuba fil-fajl ta’ applikazzjoni kkonċernat kif ukoll fil-fajl jew fajls ta’ applikazzjoni relatati skont l-Artikolu 8(4), unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:

(a)

l-informazzjoni dwar l-istatus u d-data meħuda mill-formola tal-applikazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 9(2) u (4);

(b)

ritratti;

(c)

id-data msemmija fl-Artikoli 10, 13 u 14 u mdaħħla rigward il-viża(i) maħruġa, annullata(i) jew revokata(i) jew rigward il-viża jew viżi li l-validità tagħha jew tagħhom tiġi estiża.

Barra minn hekk, fil-każ ta’ dawk id-detenturi ta’ viża li għal raġunijiet legali ma jeħtieġx li tiġi pprovduta data partikolari jew li fattwalment ma tistax tiġi pprovduta, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tirċievi notifika relatata mal-qasam jew oqsma speċifiċi tad-data kkonċernati li għandhom jiġu mmarkati bħala “mhux applikabbli”.

5.   Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tindika li d-data dwar il-persuna tkun reġistrata fil-VIS iżda li ma tkun reġistrata ebda viża valida, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tingħata aċċess biex tikkonsulta d-data li ġejja misjuba fil-fajl jew fajls ta’ applikazzjoni kif ukoll f’fajl jew fajls ta’ applikazzjoni relatati skont l-Artikolu 8(4), unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:

(a)

l-informazzjoni dwar l-istatus u d-data meħuda mill-formola tal-applikazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 9(2) u (4);

(b)

ritratti;

(c)

id-data msemmija fl-Artikoli 10, 13 u 14 u mdaħħla rigward il-viża(i) maħruġa, annullata(i) jew revokata(i) jew tal-viża jew viżi li l-validità tagħha jew tagħhom tiġi estiża.

6.   Minbarra l-konsultazzjoni li ssir skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tivverifika l-identità tal-persuna mal-VIS jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tindika li d-data dwar il-persuna tkun reġistrata fil-VIS u tkun sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-identità tal-persuna ma tkunx tista’ tiġi vverifikata mal-EES f’konformità mal-Artikolu 23(2) u tar-Regolament (UE) 2017/2226 peress illi:

(i)

id-detentur ta’ viża ma jkunx għadu ġie rreġistrat fl-EES;

(ii)

l-identità tiġi vverifikata, fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera kkonċernat, bl-użu ta’ marki tas-swaba’ skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226;

(iii)

ikun hemm dubji dwar l-identità tad-detentur ta’ viża;

(iv)

ikun hemm xi raġuni oħra;

(b)

l-identità tal-persuna tista’ tiġi vverifikata mal-EES iżda japplika l-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) 2017/2226

L-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandhom jivverifikaw il-marki tas-swaba’ tad-detentur ta’ viża mal-marki tas-swaba’ rreġistrati fil-VIS. Għal detenturi ta’ viża li l-marki tas-swaba’ tagħhom ma jistgħux jintużaw, it-tfittxija msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir biss bid-data alfanumerika prevista fil-paragrafu 1.

7.   Għall-fini ta’ verifika tal-marki tas-swaba’ mal-VIS kif previst fil-paragrafu 6, l-awtorità kompetenti tista’ tniedi tfittxija mill-EES għall-VIS.

8.   Fejn il-verifika tad-detentur ta’ viża jew il-verifika tal-viża ma tirnexxix jew fejn ikun hemm dubji dwar l-identità tad-detentur ta’ viża jew l-awtentiċità tal-viża jew ta’ dokument tal-ivvjaġġar, il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntieri li fihom titħaddem l-EES għandu jkollu aċċess għal data f’konformità mal-Artikolu 20(1) u (2).”;

(7)

jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 18a

Data tal-VIS miksuba biex jinħoloq jew jiġi aġġornat rekord ta’ dħul/ħruġ jew rekord ta’ ċaħda tad-dħul ta’ detentur ta’ viża fl-EES

Unikament għall-fini tal-ħolqien jew l-aġġornament ta’ rekord ta’ dħul/ħruġ jew tar-rekord ta’ ċaħda tad-dħul ta’ detentur ta’ viża fl-EES skont l-Artikolu 14(2) u l-Artikoli 16 u 18 tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-awtorità kompetenti għat-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tingħata aċċess biex tikseb mill-VIS u timporta fl-EES id-data maħżuna fil-VIS u elenkata fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 16(2) ta’ dak ir-Regolament.”;

(8)

jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 19a

Użu tal-VIS qabel jinħolqu fl-EES il-fajls individwali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi

1.   Għall-fini tal-verifika dwar jekk persuna tkunx ġiet irreġistrata qabel fil-VIS, l-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-verifiki fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri esterni f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/399 għandhom jikkonsultaw il-VIS qabel ma joħolqu fl-EES il-fajl individwali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa ta’ viża kif stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament 2017/2226.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn japplika l-Artikolu 23(4) tar-Regolament 2017/2226 u t-tfittxija msemmija fl-Artikolu 27 ta’ dak ir-Regolament tindika li d-data dwar ċittadin ta’ pajjiż terz ma tkunx reġistrata fl-EES, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandu jkollha aċċess biex tfittex fil-VIS billi tuża d-data li ġejja: il-kunjom (isem il-familja); l-isem jew ismijiet (ismijiet mat-twelid); id-data tat-twelid; in-nazzjonalità jew nazzjonalijiet; is-sess; it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar; il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti tad-dokument tal-ivvjaġġar; u d-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar.

3.   Unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, wara tfittxija mnedija fl-EES skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-awtorità kompetenti biex twettaq verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES tista’ tniedi tfittxija fil-VIS direttament mill-EES billi tuża d-data alfanumerika prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Barra minn hekk, jekk it-tfittxija bid-data msemmija fil-paragrafu 2 tindika li d-data li tirrigwarda ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz tkun reġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tivverifika l-marki tas-swaba’ taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz mal-marki tas-swaba’ reġistrati fil-VIS. Dik l-awtorità tista’ tniedi l-verifika bħal din mill-EES. Għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li l-marki tas-swaba’ tagħhom ma jkunux jistgħu jintużaw, it-tfittxija għandha ssir biss bid-data alfanumerika prevista fil-paragrafu 2.

5.   Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-verifika mwettqa skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jindikaw li d-data dwar il-persuna tkun reġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tingħata l-aċċess biex tikkonsulta d-data li ġejja misjuba fil-fajl ta’ applikazzjoni kkonċernat kif ukoll fil-fajl jew fajls ta’ applikazzjoni relatati skont l-Artikolu 8(4), unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:

(a)

l-informazzjoni dwar l-istatus u d-data meħuda mill-formola tal-applikazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 9(2) u (4);

(b)

ritratti;

(c)

id-data msemmija fl-Artikolu 10, 13 u 14 u mdaħħla fir-rigward tal-viża jew viżi maħruġa, annullati jew revokati jew tal-viża jew viżi li l-validità tagħhom tiġi estiża.

6.   Fejn il-verifika prevista fil-paragrafi 4 jew 5 ta’ dan l-Artikolu ma tirnexxix jew fejn ikun hemm dubji dwar l-identità tal-persuna jew l-awtentiċità tad-dokument tal-ivvjaġġar, il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq tal-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandu jkollu aċċess għad-data f’konformità mal-Artikolu 20(1) u (2). L-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES tista’ tniedi mill-EES l-identifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 20.”

(9)

fl-Artikolu 20(1), l-ewwel subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Unikament għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe persuna li setgħet ġiet reġistrata qabel fil-VIS jew li jista’ jkun li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet għad-dħul, jew is-soġġorn jew ir-residenza fit-territorju tal-Istati Membri, jew ma għadhiex tissodisfahom, l-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES jew fit-territorju tal-Istati Membri dwar jekk il-kondizzjonijiet għad-dħul, jew is-soġġorn jew ir-residenza fit-territorju tal-Istati Membri jkunux sodisfatti, għandu jkollhom aċċess għat-tfittxija fil-VIS bil-marki tas-swaba’ ta’ dik il-persuna.”;

(10)

fl-Artikolu 26, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3a.   Mit-30 ta’ Ġunju 2018, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tkun responsabbli għall-kompiti msemmija fil-paragrafu 3.”;

(11)

l-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Kull Stat Membru u l-Awtorità tal-Ġestjoni għandhom iżommu rekords tal-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar ta’ data fil-VIS. Dawk ir-rekords għandhom jindikaw:

(a)

l-finijiet tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 6(1) u fl-Artikoli 15 sa 22;

(b)

id-data u l-ħin;

(c)

it-tip ta’ data mibgħuta kif imsemmi fl-Artikoli 9 sa 14;

(d)

it-tip ta’ data użata għall-interrogazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15(2), l-Artikolu 17 u l-Artikoli 18(1) u (6), 19(1), 19a(2) u (4), 20(1), 21(1) u 22(1); u

(e)

l-isem tal-awtorità li tkun qed iddaħħal jew jikseb id-data.

Minbarra dan, kull Stat Membru għandu jżomm rekords tal-persunal debitament awtorizzat li jdaħħal jew jikseb id-data.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Għall-operazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 17a, għandu jinżamm rekord ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar ta’ data li ssir fil-VIS u fl-EES f’konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2017/2226.”.

Artikolu 62

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1077/2011

Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), il-Eurodac u s-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ stabbilita bir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5) (EES).

(*5)  Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novebru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).”;"

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 5a

Kompiti fir-rigward tal-EES

Fir-rigward tal-EES, l-Aġenzija għandha twettaq:

(a)

il-kompiti konferiti lilha permezz tar-Regolament (UE) (UE) 2017/2226;

(b)

kompiti relatati ma’ taħriġ dwar l-użu tekniku tal-EES.”;

(3)

fl-Artikolu 7, il-paragrafi 5 u 6 jiġu ssostitwiti b’dan li ġej:

“5.   Il-kompiti relatati mat-tmexxija operattiva tal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni jistgħu jiġu fdati lil entitajiet jew korpi esterni tas-settur privat f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 gtal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6). F’dan il-każ, il-fornitur tan-netwerk għandu jkun marbut bil-miżuri ta’ sigurtà msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u bl-ebda mod ma għandu jkollu aċċess għad-data operattiva tas-SIS II, tal-VIS, tal-Eurodac jew tal-EES, jew għall-iskambju tas-SIRENE relatat mal-SIS II.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-kuntratti eżistenti dwar in-netwerk tas-SIS II, VIS, Eurodac u tal-EES, il-ġestjoni tal-kodiċi kriptati għandha tibqa’ fil-kompetenza tal-Aġenzija u ma għandha tiġi esternalizzata lill-ebda entità esterna tas-settur privat.

(*6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).”;"

(4)

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Aġenzija għandha timmonitorja l-iżviluppi fir-riċerka rilevanti għat-tmexxija operattiva tas-SIS II, il-VIS, il-Eurodac, l-EES u ta’ sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira.”;

(5)

fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 jiġi emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(sa)

jadotta r-rapporti dwar l-iżvilupp tal-EES skont l-Artikolu 72(2) tar-Regolament (EU) 2017/2226;”;

(b)

il-punt (t) jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“(t)

jadotta r-rapporti dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS II skont l-Artikolu 50(4) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 66(4) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, tal-VIS skont l-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u l-Artikolu 17(3) tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI u tal-EES skont l-Artikolu 72(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226;”;

(c)

il-punt (v) jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“(v)

jikkummenta dwar ir-rapporti tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-awditjar skont l-Artikolu 45(2) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, l-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 u l-Artikolu 56(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226 u jiżgura segwitu adatt għal dak l-awditjar;”;

(d)

jiżdied il-punt li ġej:

“(xa)

jippubblika statistika relatata mal-EES skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2017/2226.”

(e)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(za)

jiżgura l-pubblikazzjoni annwali tal-lista ta’ awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226;”;

(6)

Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 4 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-Europol u l-Eurojust jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna s-SIS II, fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI. Il-Europol jista’ jattendi wkoll il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna l-VIS, fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI, meta jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna l-Eurodac, fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013, jew meta jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna lill-EES fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2226 fuq l-aġenda.”;

(7)

l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 5, il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal, jistabbilixxi rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità sabiex ikun hemm konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, l-Artikolu 26(9) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 u l-Artikolu 37(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226;”;

(b)

fil-paragrafu 6, jiżdied il-punt li ġej:

“(k)

jirraporta dwar l-istat attwali tal-iżvilupp tal-EES imsemmi fl-Artikolu 72(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226.”;

(8)

L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1 jiddaħħal il-punt li ġej:

“(da)

il-Grupp Konsultattiv tal-EES;”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“Il-Europol u l-Eurojust jistgħu jaħtru rappreżentant kull wieħed fil-Grupp Konsultattiv tas-SIS II. Il-Europol jista’ jaħtar ukoll rappreżentant fil-Gruppi Konsultattivi tal-VIS, tal-Eurodac u tal-EES.”.

KAPITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 63

Użu tad-data għar-rappurtar u l-istatistika

1.   Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal-eu-LISA għandu jkollu aċċess sabiex jikkonsulta d-data li ġejja, unikament għall-finijiet ta’ rappurtar u statistika mingħajr ma tkun possibbli l-identifikazzjoni individwali u f’konformità mas-salvagwardji relatati man-nondiskriminazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(2):

(a)

l-informazzjoni dwar l-istatus;

(b)

in-nazzjonalità, is-sess u s-sena tat-twelid taċ-ċittadin tal-pajjiż terz;

(c)

id-data u l-punt ta’ qsim tal-fruntiera tad-dħul fi Stat Membru u d-data u l-punt ta’ qsim tal-fruntiera tal-ħruġ minn Stat Membru;

(d)

it-tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti;

(e)

l-għadd ta’ persuni identifikati bħala li jibqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn imsemmija fl-Artikolu 12, in-nazzjonalitajiet ta’ persuni identifikati bħala persuni li jibqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn u l-punt ta’ qsim tal-fruntiera tad-dħul;

(f)

id-data mdaħħla fir-rigward ta’ kwalunkwe soġġorn revokat jew kwalunkwe soġġorn li l-validità tiegħu ġiet estiża;

(g)

il-kodiċi bi tliet ittri tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża, jekk applikabbli;

(h)

l-għadd ta’ persuni eżentati mir-rekwiżit li jagħtu l-marki tas-swaba’ skont l-Artikolu 17(3) u (4);

(i)

l-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li nċaħdu mid-dħul, in-nazzjonalitajiet taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li nċaħdu mid-dħul, it-tip ta’ fruntiera (art, ajru, baħar) tal-punt ta’ qsim tal-fruntiera li fih inċaħad id-dħul u r-raġunijiet li għalihom inċaħad id-dħul kif imsemmijin fil-punt (d) tal-Artikolu 18(6).

Il-persunal debitament awtorizzat tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (44) għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għall-finijiet ta’ twettiq ta’ analiżijiet tar-riskju u ta’ valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà kif imsemmija fl-Artikoli 11 u 13 ta’ dak ir-Regolament.

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-eu-LISA għandha tistabbilixxi, timplimenta u tospita repożitorju tad-data f’livell ċentrali fis-siti tekniċi tagħha li jkun fih id-data imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dak ir-repożitorju tad-data ma għandux jippermetti l-identifikazzjoni ta’ individwi, iżda għandu jippermetti li l-awtoritajiet elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jiksbu rapporti li jistgħu jiġu modifikati u statistika dwar id-dħul u l-ħruġ, ir-rifjuti ta’ dħul u każijiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqbżu s-soġġorn awtorizzat biex titjieb l-effiċjenza tal-verifiki fuq il-fruntieri, u biex il-konsulati jiġu megħjuna fl-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal viża u b’appoġġ għal tfassil ta’ politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni bbażata fuq l-evidenza. Dak ir-repożitorju tad-data għandu jkun fih ukoll statistika ta’ kuljum dwar id-data msemmija fil-paragrafu 4. L-aċċess għal dak ir-repożitorju tad-data għandu jingħata permezz ta’ aċċess sigur permezz ta’ TESTA b’kontroll tal-aċċess u profili ta’ utenti speċifiċi unikament għall-fini ta’ rapportar u ta’ statistika. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati dwar it-tħaddim ta’ dak ir-repożitorju tad-data u r-regoli dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-data applikabbli għal dan skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 68(2).

3.   Il-proċeduri stabbiliti mill-eu-LISA biex timmonitorja l-iżvilupp u l-funzjonament tal-EES imsemmija fl-Artikolu 72(1) għandhom jinkludu l-possibbiltà li tiġi prodotta statistika regolari biex jiġi żgurat dak il-monitoraġġ.

4.   Kull trimestru, l-eu-LISA għandha tippubblika statistika dwar l-EES li b’mod partikolari turi l-għadd, in-nazzjonalità, l-età, is-sess, it-tul tas-soġġorn u l-punt ta’ qsim tal-fruntieri tad-dħul ta’ persuni li jibqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li nċaħdu mid-dħul, inkluż ir-raġunijiet għaċ-ċaħda u ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li l-awtorizzazzjoni tagħhom għal soġġorn ikun ġie revokat jew estiż, kif ukoll l-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mir-rekwiżit li jagħtu l-marki tas-swaba’.

5.   Fl-aħħar ta’ kull sena, id-data statistika għandha tinġabar f’rapport annwali għal dik is-sena. L-istatistika għandu jkun fiha analiżi dettaljata tad-data għal kull Stat Membru. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat u jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali.

6.   Fuq talba tal-Kummissjoni, l-eu-LISA għandha tipprovdilha statistika dwar aspetti speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif ukoll l-istatistika skont il-paragrafu 3.

Artikolu 64

Spejjeż

1.   L-ispejjeż imġarrba b’rabta mal-istabbiliment u mat-tħaddim tas-Sistema Ċentrali tal-EES, tal-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni, tan-NUI, tas-servizz web u tar-repożitorju tad-data msemmija fl-Artikolu 63(2) għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

2.   L-ispejjeż imġarrba b’rabta mal-integrazzjoni tal-infrastruttura nazzjonali eżistenti tal-fruntiera u l-konnessjoni tagħha mal-NUI kif ukoll b’rabta mall-ospitar tal-NUI għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

L-ispejjeż li ġejjin għandhom ikunu esklużi:

(a)

l-Uffiċċju tal-Istati Membri għall-ġestjoni tal-proġett (laqgħat, missjonijiet, uffiċċji);

(b)

l-ospitar ta’ sistemi tal-IT nazzjonali (spazju, implimentazzjoni, elettriku, tkessiħ);

(c)

l-operazzjoni ta’ sistemi tal-IT nazzjonali (kuntratti tal-operaturi u ta’ appoġġ);

(d)

l-adattament ta’ sistemi eżistenti ta’ verifiki fuq il-fruntiera u tal-pulizija għal sistemi nazzjonali ta’ dħul-ħruġ;

(e)

il-ġestjoni tal-proġett ta’ sistemi nazzjonali ta’ dħul-ħruġ;

(f)

id-disinn, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ netwerks nazzjonali ta’ komunikazzjoni;

(g)

sistemi awtomatizzati għall-kontroll fil-fruntieri, sistemi self-service u gradi elettroniċi.

3.   L-ispejjeż imġarrba mill-punti ta’ aċċess ċentrali kif imsemmija fl-Artikoli 29 u 30 għandhom jitħallsu, rispettivament, minn kull Stat Membru u mill-Europol, rispettivament. L-ispejjeż għall-konnessjoni ta’ dawk il-punti ta’ aċċess ċentrali mal-NUI u mal-EES għandhom jitħallsu minn kull Stat Membru u mill-Europol, rispettivament.

4.   Kull Stat Membru u l-Europol għandhom jistabbilixxu u jżommu bi spejjeż għalihom l-infrastruttura teknika meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Kapitolu IV u għandhom ikunu responsabbli għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-aċċess għall-EES għal dak il-għan.

Artikolu 65

Notifiki

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtorità li trid tiġi kkunsidrata bħala l-kontrollur kif imsemmi fl-Artikolu 39.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-eu-LISA dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 9(2) li jkollhom aċċess biex idaħħlu, jirrettifikaw, jikkompletaw, iħassru, jikkonsultaw jew ifittxu data. Fi żmien tliet xhur minn meta l-EES tibda titħaddem skont l-Artikolu 66, l-eu-LISA għandha tippubblika lista konsolidata ta’ dawk l-awtoritajiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri għandhom ukoll jagħtu notifika mingħajr dewmien dwar kwalunkwe tibdil f’din il-lista. F’każ li jkun hemm tibdil bħal dan, l-eu-LISA għandha tippubblika darba fis-sena verżjoni konsolidata aġġornata ta’ dik l-informazzjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-eu-LISA dwar l-awtoritajiet maħtura tagħhom u dwar il-punti ta’ aċċess ċentrali tagħhom imsemmija fl-Artikolu 29 u għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien kwalunkwe emenda li ssirilhom.

4.   Il-Europol għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-eu-LISA dwar l-awtorità li taħtar u dwar il-punti ta’ aċċess ċentrali tiegħu msemmija fl-Artikolu 30 u għandu jinnotifika mingħajr dewmien kwalunkwe emenda li ssirilhom.

5.   L-eu-LISA għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar it-tlestija b’suċċess tat-test imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 66(1).

6.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fil-każ ta’ tibdil għaliha, il-Kummissjoni għandha tippubblika darba fis-sena verżjoni konsolidata aġġornata ta’ dik l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm sit web pubbliku li jiġi aġġornat kontinwament u li jkun fih dik l-informazzjoni.

Artikolu 66

Bidu tal-operazzjonijiet

1.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi d-data minn meta l-EES għandha tibda titħaddem, wara li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 36 u l-Artikolu 50(4) u (5);

(b)

l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b’suċċess ta’ test komprensiv tal-EES, li għandu jsir mill-eu-LISA f’kooperazzjoni mal-Istati Membri;

(c)

l-Istati Membri jkunu vvalidaw l-arranġamenti tekniċi u legali biex jiġbru u jibagħtu d-data msemmija fl-Artikoli 16 sa 20 lill-EES u jkunu nnotifikawhom lill-Kummissjoni;

(d)

l-Istati Membri jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 65(1), (2) u (3).

2.   L-EES għandha titħaddem minn:

(a)

l-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ; u

(b)

l-Istati Membri li għadhom ma japplikawx l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, iżda li jkunu ssodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

il-verifika f’konformità mal-proċeduri applikabbli ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen tlestiet b’suċċess;

(ii)

id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li jirrigwardaw is-SIS iddaħħlu fis-seħħ, f’konformità mal-Att tal-Adeżjoni rilevanti; u

(iii)

id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li jirrigwardaw il-VIS li huma meħtieġa għat-tħaddim tal-EES kif definit f’dan ir-Regolament iddaħħlu fis-seħħ, f’konformità mal-Att tal-Adeżjoni rilevanti.

3.   Stat Membru li ma jkunx kopert bil-paragrafu 2 għandu jiġi konness mal-EES hekk kif jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 u l-punt (b) tal-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi d-data minn meta l-EES għandha tibda titħaddem f’dawk l-Istati Membri.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni bir-riżultati tat-test li jsir skont il-punt (b) tal-paragrafu 1.

5.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6.   L-Istati Membri u l-Europol għandhom jibdew jużaw l-EES mid-data determinata mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 1 jew, fejn applikabbli, mal-paragrafu 3.

Artikolu 67

Ceuta u Melilla

Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa r-regoli speċjali li japplikaw għall-bliet ta’ Ceuta u Melilla, kif definiti fid-Dikjarazzjoni tar-Renju ta’ Spanja dwar il-bliet ta’ Ceuta u Melilla fl-Att Finali tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja mal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985.

Artikolu 68

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 69

Grupp Konsultattiv

Għandu jiġi stabbilit Grupp Konsultattiv mill-eu-LISA sabiex jipprovdilha l-għarfien espert relatat mal-EES b’mod partikolari fil-kuntest tat-tħejjija tal-programm ta’ ħidma annwali tagħha u tar-rapport annwali ta’ attività tagħha. Matul il-fażi tad-disinn u l-iżvilupp tal-EES, għandu japplika l-Artikolu 37(2).

Artikolu 70

Taħriġ

L-eu-LISA għandha twettaq il-kompiti relatati mal-provvista ta’ taħriġ dwar l-użu tekniku tal-EES f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1077/2011.

Artikolu 71

Manwal prattiku

Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, l-eu-LISA u aġenziji rilevanti oħra, għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni manwal prattiku għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-EES. Il-manwal prattiku għandu jipprovdi linji gwida tekniċi u operazzjonali, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-manwal prattiku fil-forma ta’ rakkomandazzjoni.

Artikolu 72

Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni

1.   L-eu-LISA għandha tiżgura li jkun hemm proċeduri fis-seħħ sabiex jiġi mmonitorjat l-iżvilupp tal-EES fid-dawl tal-objettivi relatati mal-ippjanar u l-ispejjeż u li jiġi mmonitorjat il-funzjonament tal-EES fid-dawl tal-objettivi relatati mar-rendiment tekniku, il-kosteffettività, is-sigurtà u l-kwalità tas-servizz.

2.   Sat-30 ta’ Ġunju 2018, u kull sitt xhur wara dan matul il-fażi tal-iżvilupp tal-EES, l-eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat tal-ħidma ta’ żvilupp tas-Sistema Ċentrali tal-EES, l-Interfaċċi Uniformi u l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u l-Interfaċċi Uniformi. Dak ir-rapport għandu jkun fih informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż imġarrba u informazzjoni dwar kwalunkwe riskju li jista’ jkollu impatt fuq l-ispejjeż globali tal-EES li għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni skont l-Artikolu 64(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 64(2). Wara l-iżvilupp tal-EES, eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jispjega fid-dettall kif ikunu ntlaħqu l-objettivi, b’mod partikolari dawk relatati mal-ippjanar u mal-ispejjeż, kif ukoll ġustifikazzjoni għal kwalunkwe diverġenza.

3.   Għall-finijiet tal-manutenzjoni teknika, l-eu-LISA għandu jkollha l-aċċess għall-informazzjoni neċessarja rigward l-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data mwettqa fl-EES.

4.   Sentejn wara li tkun bdiet titħaddem l-EES u kull sentejn wara dan, l-eu-LISA għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar il-funzjonament tekniku tal-EES, inkluż is-sigurtà tagħha.

5.   Tliet snin wara li l-EES tkun bdiet titħaddem u kull erba’ snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tħejji evalwazzjoni ġenerali tal-EES. Din l-evalwazzjoni globali għandha tinkludi:

(a)

valutazzjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(b)

eżami tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi u l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali;

(c)

valutazzjoni tal-validità kontinwa tar-raġunament li fuqu hija msejsa l-EES;

(d)

valutazzjoni tal-adegwatezza tad-data bijometrika użata biex l-EES taħdem sew;

(e)

valutazzjoni tal-użu ta’ bolol fiċ-ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni msemmijin fl-Artikolu 21(2);

(f)

valutazzjoni tas-sigurtà tal-EES;

(g)

valutazzjoni ta’ kwalunkwe implikazzjoni, inkluż kwalunkwe impatt sproporzjonat fuq il-fluss tat-traffiku f’punti ta’ qsim tal-fruntieri u dawk l-implikazzjonijiet b’impatt baġitarju fuq il-baġit tal-Unjoni.

L-evalwazzjonijiet għandhom jinkludu kwalunkwe rakkomandazzjoni meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 (45).

Dawk l-evalwazzjonijiet għandhom jinkludu wkoll valutazzjoni tal-użu li jkun sar mid-dispożizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 60 kemm f’termini ta’ frekwenza - għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jużaw dawn id-dispożizzjonijiet għal kull Stat Membru, in-nazzjonalità tagħhom u t-tul medju tas-soġġorn tagħhom - u l-implikazzjonijiet prattiċi, u għandhom iqisu ukoll kwalunkwe żvilupp marbut fil-politika tal-Unjoni dwar il-viżi. L-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni jista’ jinkludi għażliet bil-ħsieb li jitneħħew gradwalment id-dispożizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 60 u jinbidlu bi strument tal-Unjoni. Għandu jiġi akkumpanjat, fejn ikun xieraq, minn proposta leġislattiva li temenda d-dispożizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 60.

6.   L-Istati Membri u l-Europol għandhom jipprovdu lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-abbozzar tar-rapporti imsemmija fil-paragrafi 4 u 5 skont l-indikaturi kwantitattivi definiti minn qabel mill-Kummissjoni, mill-eu-LISA, jew it-tnejn. Din l-informazzjoni ma għandhiex tippreġudika l-metodi ta’ ħidma u lanqas tinkludi informazzjoni li tiżvela s-sorsi, il-membri tal-persunal jew investigazzjonijiet tal-awtoritajiet maħtura.

7.   L-eu-LISA għandha tipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa sabiex tipproduċi l-evalwazzjonijiet ġenerali msemmija fil-paragrafu 5.

8.   Filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni sensittiva, kull Stat Membru u l-Europol għandhom iħejju rapporti annwali dwar l-effettività tal-aċċess għad-data tal-EES għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi li jkun fihom informazzjoni u statistika dwar:

(a)

jekk il-konsultazzjoni twettqitx għall-fini tal-identifikazzjoni jew għar-rekords ta’ dħul/ħruġ, u t-tip ta’ reat terroristiku jew reat kriminali serju li wassal għall-konsultazzjoni;

(b)

ir-raġunijiet mogħtija biex jiġi ssostanzjat is-suspett li l-persuna kkonċernata kienet koperta b’dan ir-Regolament;

(c)

ir-raġunijiet mogħtija biex ma titnediex il-konsultazzjoni tas-sistemi awtomatizzati ta’ Stati Membri oħra għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba’ skont id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 32(2) ta’ dan ir-Regolament;

(d)

l-għadd ta’ talbiet għall-aċċess għall-EES għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi;

(e)

l-għadd u t-tip ta’ każijiet fejn l-aċċess għall-EES għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi wassal għal identifikazzjonijiet pożittivi;

(f)

l-għadd u t-tip ta’ każijiet fejn intużaw il-proċeduri ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 31(2) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(2), inkluż dawk il-każijiet fejn dik l-urġenza ma tkunx ġietx aċċettata mill-verifika ex post magħmula mill-punt ta’ aċċess ċentrali.

Għandha ssir disponibbli soluzzjoni teknika għall-Istati Membri sabiex tiffaċilita l-ġbir tad-data elenkata fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għall-fini li tiġġenera statistika msemmija f’dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw l-l-ispeċifikazzjonijiet tas-soluzzjoni teknika. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 68(2).

Ir-rapporti annwali tal-Istati Membri u tal-Europol għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

Artikolu 73

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data deċiża mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 66(1) tiegħu, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom japplikaw mid-29 ta’ Diċembru 2017: l-Artikoli 5, 36, 37, 38, 43, 51 ta’ dan ir-Regolament; il-punt (5) tal-Artikolu 61 ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-Artikolu 17a(5) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008; il-punt (10) tal-Artikolu 61 ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-Artikolu 26(3a) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008; u l-Artikoli 62, 64, 65, 66, 68, 69 u 70 u l-Artikolu 72(2) ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2017.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  ĠU C 487, 28.12.2016, p. 66.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2017 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2017.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta’ Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal- fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

(8)  Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-1 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temeda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).

(9)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

(11)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1).

(13)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(16)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(17)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).

(19)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(20)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(21)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(22)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(23)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(24)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(25)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2008/149/ĠAI tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50).

(26)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(27)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(28)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat b’mod partikolari mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 1).

(29)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE tad-29 ta’ Ġunju 2010 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 166, 1.7.2010, p. 17).

(30)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/733 tal-25 ta’ April 2017 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Kroazja (ĠU L 108, 26.4.2017, p. 31).

(31)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1908 tat-12 ta’ Ottubru 2017 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li jirrigwardaw is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 269, 19.10.2017, p. 39).

(32)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiz terz (ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1).

(33)  Id-Direttiva 2014/66/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Mejju 2014 dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz fil-qafas ta’ trasferiment intra-azjendali (ĠU L 157, 27.5.2014, p. 1).

(34)  Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta’ skambju ta’ skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21).

(35)  Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013 p. 60).

(36)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar il-ħolqien ta’ network bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 1).

(37)  Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).

(38)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-arkitettura fiżika u r-rekwiżiti tal-Interfaces Nazzjonali u tal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn il-VIS Ċentrali u l-Interfaces Nazzjonali għall-fażi tal-iżvilupp (ĠU L 194, 23.7.2008, p. 3).

(39)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 693/2003 tal-14 ta’ April 2003 li jistabbilixxi Dokument speċifiku ta’ Transitu Faċilitat (FTD), Dokument ta’ Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) u jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Ktieb tal-Istruzzjonijiet Komuni (ĠU L 99, 17.4.2003, p. 8).

(40)  Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

(41)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat- 23 ta’ Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129).

(42)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(43)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).

(44)  Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

(45)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal- 15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1).


ANNESS I

LISTA TA’ ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 41(2)

1.

Organizzazzjonijiet tan-NU (bħall-UNHCR);

2.

L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM);

3.

Il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar.


ANNESS II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAĊ-ĊITTADINI TA’ PAJJIŻI TERZI LI JAQSMU L-FRUNTIERA ABBAŻI TA’ FTD VALIDU

(1)

B’deroga mill-Artikolu 16(1) sa (3) ta’ dan ir-Regolament, għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu fruntiera abbażi ta’ FTD validu, l-awtoritajiet tal-fruntiera għandhom:

(a)

joħolqu jew jaġġornaw il-fajl individwali li fih id-data msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-fajl individwali tagħhom għandu jindika li ċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat għandu FTD. Dik l-indikazzjoni għandha awtomatikament tirriżulta fiż-żieda tal-karatteristika ta’ dħul multiplu tal-FTD mar-rekord ta’ dħul/ħruġ,

(b)

għal kull dħul li jsir abbażi ta’ FTD validu jdaħħlu f’rekord ta’ dħul/ħruġ id-data stipulata fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll l-indikazzjoni li d-dħul sar abbażi ta’ FTD.

Sabiex jiġi kkalkolat il-perijodu massimu ta’ transitu, id-data u l-ħin tad-dħul għandhom jitqiesu bħala l-punt tal-bidu ta’ dak il-perijodu. Id-data u l-ħin tal-iskadenza tat-transitu awtorizzat għandhom jiġu kkalkolati awtomatikament mill-EES f’konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 693/2003.

(2)

Barra minn hekk, mal-ewwel dħul abbażi ta’ FTD, id-data tal-iskadenza tal-validità tal-FTD għandha tiddaħħal fir-rekord ta’ dħul/ħruġ.

(3)

L-Artikolu 16(3) u (4) għandu japplika mutatis mutandis għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom FTD.

(4)

Għall-verifika fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES u fit-territorju tal-Istati Membri, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntiera abbażi ta’ FTD validu għandhom ikunu soġġetti, mutatis mutandis, għall-verifiki u l-identifikazzjonijiet previsti fl-Artikoli 23 u 26 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 19a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 li huma applikabbli għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex soġġetti għall-ħtieġa ta’ viża.

(5)

Il-punti (1) sa (4) ma għandhomx japplikaw għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntiera abbażi ta’ FTD validu dment li jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-transitu tagħhom jagħmluh bil-ferrovija; u

(b)

ma jiżbarkawx fit-territorju ta’ Stat Membru.


Top