EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R2215

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2215 tat-30 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/8263

OJ L 318, 2.12.2017, p. 1–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2215/oj

2.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2215

tat-30 ta' Novembru 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpanniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) stabbilixxa l-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni, imsemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ċerti Stati Membri u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“EASA”) għaddew l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-aġġornament ta' dik il-lista. L-informazzjoni rilevanti ġiet ikkomunikata wkoll minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata abbażi ta' dik l-informazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni infurmat lill-kumpaniji tal-ajru kollha kkonċernati direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jiffurmaw il-bażi għal deċiżjoni li timponilhom projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jew li temenda l-kundizzjonijiet ta' projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq kumpanija tal-ajru li tkun inkluża fil-lista.

(4)

Il-Kummissjoni tat l-opportunità lill-kumpaniji tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumenti fornuti mill-Istati Membri, biex jissottomettu kummenti bil-miktub u biex jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (3) (il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru”).

(5)

Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru rċieva aġġornamenti mingħand il-Kummissjoni dwar il-konsultazzjonijiet konġunti li għaddejjin, fi ħdan il-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 (4), mal-awtoritajiet kompetenti u mal-kumpaniji tal-ajru tal-Guinea Ekwatorjali, tan-Nepal,tan-Niġerja, ta' Saint Vincent u l-Grenadini, tat-Tajlandja, tal-Ukrajna u tal-Venezwela. Il-Kummissjoni pprovdiet ukoll informazzjoni lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Afganistan, fil-Bolivja, fl-Indja, fl-Indoneżja, fl-Iraq, fil-Każakistan, fil-Libja, fil-Moldova, fil-Mozambique u fiż-Żambja u dwar il-konsultazzjonijiet tekniċi mar-Russja.

(6)

L-EASA ppreżentat ir-riżultati tal-analiżi tar-rapporti tal-verifika li twettqu mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”) fil-qafas tal-Programm ta' Spezzjoni Universali għas-Sorveljanza tas-Sikurezza tal-ICAO lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Arju. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri ġew mistiedna biex jagħtu prijorità lill-ispezzjonijiet fir-rampa ta' kumpaniji tal-ajru ċċertifikati minn pajjiżi terzi li għalihom l-ICAO identifikat Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza jew li fir-rigward tagħhom l-EASA kkonkludiet li hemm nuqqasijiet sinifikanti fis-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza. Minbarra l-konsultazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa se tippermetti l-akkwist ta' aktar informazzjoni fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ngħataw il-liċenzja f'dawk il-pajjiżi terzi.

(7)

L-EASA infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu skont il-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”) f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5).

(8)

Barra minn hekk, l-EASA infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-proġetti ta' assistenza teknika li twettqu f'pajjiżi terzi milquta minn miżuri jew monitoraġġ skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. L-Aġenzija pprovdiet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal aktar assistenza teknika u kooperazzjoni biex titjieb il-kapaċità amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili, bil-għan li jiġu solvuti n-nuqqasijiet ta' konformità mal-istandards applikabbli tal-avjazzjoni ċivili internazzjonali. L-Istati Membri ġew mistiedna jirrispondu għal talbiet bħal dawn fuq bażi bilaterali b'koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-EASA. Dwar dan, il-Kummissjoni tenniet is-siwi tal-għoti ta' informazzjoni lill-komunità tal-avjazzjoni internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-bażi tad-dejta tas-“Safety Collaborative Assistance Network” (“SCAN”) tal-ICAO, dwar l-assistenza teknika li jagħtu l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex titjieb is-sikurezza tal-avjazzjoni madwar id-dinja.

(9)

Il-Eurocontrol aġġorna lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-qagħda tal-funzjoni ta' twissija tal-SAFA u pprovda l-istatistika attwali għall-messaġġi ta' twissija għal kumpaniji tal-ajru pprojbiti.

Il-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni

(10)

Wara l-analiżi mill-EASA tal-informazzjoni li ħarġet minn spezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq inġenji tal-ajru ta' kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni u minn spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni li twettqu mill-EASA, kif ukoll minn spezzjonijiet u verifiki speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, diversi Stati Membri ħadu ċerti miżuri ta' infurzar u infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar dawk il-miżuri.

(11)

L-Istati Membri tennew li kienu lesti jaġixxu kif meħtieġ jekk xi informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità min-naħa tal-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni mal-istandards xierqa tas-sikurezza.

Trasportaturi tal-ajru mill-Guinea Ekwatorjali

(12)

Fis-7 ta' Ġunju 2017, ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-EASA ltaqgħu ma' rappreżentanti tal-Autoridad Aeronautica de Guinea Ecuatorial (“AAGE”). L-iskop ta' dik il-laqgħa kien li jissoktaw il-konsultazzjonijiet mill-aħħar laqgħa fl-2013. L-AAGE infurmat lill-Kummissjoni u lill-EASA dwar l-azzjonijiet meħuda biex titjieb il-konformità mar-rekwiżiti tal-ICAO għal sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza u enfasizzat ukoll l-isforzi politiċi biex jiġu implimentati r-riformi.

(13)

Waqt il-laqgħa tas-7 ta' Ġunju 2017, l-AAGE rrikonoxxiet li, fil-passat, il-kumpaniji tal-ajru mill-Guinea Ekwatorjali ma kinux ġew iċċertifikati skont ir-rekwiżiti tal-ICAO. Għal dik ir-raġuni, l-AAGE rrevokat iċ-ċertifikati ta' diversi kumpaniji tal-ajru ċċertifikati f'dan il-pajjiż u pproċediet bil-proċess il-ġdid ta' ħames fażijiet għaċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru li għad baqa'. L-AAGE tat ukoll informazzjoni dwar l-ippjanar u r-reklutaġġ tal-persunal, ir-reġistru tal-inġenji tal-ajru, il-programm ta' riċertifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru u l-programm ta' sorveljanza tas-sikurezza tagħha.

(14)

Kif ġie osservat fil-kuntest tal-verifika tal-ICAO fi Frar 2017, l-AAGE kisbet rata ta' implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza ta' 62,5 % minn madwar 10 % fil-passat.

(15)

Mis-16 sal-20 ta' Ottubru 2017, fil-Guinea Ekwatorjali saret żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni. F'dik iż-żjara ħadu sehem esperti mill-Kummissjoni, mill-EASA u mill-Istati Membri. Waqt dik iż-żjara, ġie vvalutat ix-xogħol li tagħmel l-AAGE, li kien ivverifikat permezz ta' żewġ żjarat liż-żewġ kumpaniji tal-ajru attivi fil-Guinea Ekwatorjali. Instab li l-istruttura organizzattiva tal-AAGE, li hija awtorità tal-avjazzjoni ċivili awtonoma u indipendenti li ġiet stabbilita reċentement u li bdiet twettaq l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza tagħha fl-2012, hija xierqa għal-livell ta' attivitajiet tal-avjazzjoni fil-Guinea Ekwatorjali. Instab ukoll li l-oqsma kollha tal-avjazzjoni ċivili huma koperti mill-AAGE u li din għandha l-baġit u r-riżorsi tagħha stess. Madankollu, ġie osservat li l-AAGE teħtieġ spetturi kkwalifikati kif xieraq, speċjalment fil-qasam tal-operazzjonijiet tat-titjir u anke fir-rigward tat-trasport kummerċjali bl-ajru, sabiex twettaq is-sorveljanza tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Guinea Ekwatorjali sewwa u b'mod effettiv.

(16)

Iż-żjara wriet li fil-Guinea Ekwatorjali ġiet stabbilita sistema regolatorja komprensiva. L-AAGE qed taħdem fuq aġġornament tar-regolamenti biex tibqa' f'konformità mal-aħħar żviluppi fl-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni. Madankollu, l-AAGE sserraħ ħafna fuq iċ-ċertifikati, il-liċenzji u l-awtorizzazzjonijiet li jkunu ħarġu awtoritajiet u organizzazzjonijiet oħrajn, mingħajr ma tivverifika hi stess, filwaqt li l-verifika minnha stess hija parti essenjzali mill-kompiti tas-sorveljanza tas-sikurezza tal-AAGE. Għaldaqstant, dan il-proċess ta' verifika jenħtieġ li jiġi inkluż fil-proċeduri tal-AAGE u jiġi implimentat b'mod xieraq.

(17)

Waqt iż-żjara, l-AAGE wriet li bħalissa hemm biss żewġ kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Guinea Ekwatorjali, jiġifieri CEIBA Intercontinental u Cronos Airlines. Iċ-ċertifikati ta' operatur tal-ajru għall-kumpaniji tal-ajru Punto Azul u Tango Airways ġew revokati.

(18)

Matul iż-żjara lil CEIBA Intercontinental, bħala parti miż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni, ġie osservat li din għadha topera b'ċertifikat tal-operatur tal-ajru antik u waslet biss sat-tieni fażi tal-proċedura kontemporanja b'ħames fażijiet taċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi tal-ajru. Bħalissa Ceiba Intercontinental qed isirulha ħafna tibdiliet li qed iwasslu għal nuqqas ta' aġġornamenti u approvazzjonijiet tal-manwali essenzjali tal-operazzjoni tat-titjir u tal-manutenzjoni u dokumentazzjoni oħra. Barra minn hekk, dawn il-manwali u din id-dokumentazzjoni għadhom mhumiex addattati għall-operazzjonijiet u għall-inġenji tal-ajru tal-kumpanija tal-ajru. Is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tagħha qed tiġi żviluppata u l-kumpanija tal-ajru għadha ma inkorporatx analiżi tar-riskju xierqa. Il-politiki tas-sikurezza tagħha huma mfassla u stabbiliti iżda mhumiex ikkomunikati b'mod ċar u wiesa' fl-organizzazzjoni tagħha. Is-sistema tal-kwalità tagħha teħtieġ ukoll aktar żviluppi.

(19)

Iż-żjara lill-kumpanija tal-ajru Cronos Airlines wriet li hija konxja mir-regolamenti applikabbli fil-Guinea Ekwatorjali u li qed tagħmel sforzi biex timplimenta dawk l-istandards tal-avjazzjoni. Hija għaddiet b'suċċess il-proċedura kontemporanja b'ħames fażijiet taċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi tal-ajru. Iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru tagħha ġie mġedded f'Jannar 2017. Madankollu, ġie osservat li bosta manwali ma kinux ġew addattati għall-operazzjonijiet attwali tagħha u li s-sistema tal-kwalità tagħha għad mhix żviluppata biżżejjed. Barra minn hekk, instab li s-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza ta' Cronos Airlines għadha qed tiġi żviluppata u bħalissa tinsab fit-tieni fażi mill-erba' fażijiet tal-implimentazzjoni ta' sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza. Il-politiki tas-sikurezza ġew abbozzati u stabbiliti u huma wkoll ikkomunikati b'mod ċar u wiesa' fl-organizzazzjoni. Hija daħlet b'mod volontarju fi programm ta' monitoraġġ tad-dejta għall-inġenji tal-ajru tagħha.

(20)

L-AGEE, CEIBA Intercontinental u Cronos Airlines ngħataw l-opportunità ta' smigħ fl-14 ta' Novembru 2017 quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Waqt dik is-seduta ta' smigħ, ir-rappreżentant tal-gvern tal-Guinea Ekwatorjali esprima l-impenn qawwi mill-gvern biex ittejjeb aktar is-sikurezza tat-trasport tal-ajru fil-Guinea Ekwatorjali sabiex ikun hemm konnettività domestika u reġjonali tajba. Waqt is-seduta ta' smigħ, l-AAGE tat informazzjoni dwar l-azzjonijiet korrettivi li huma stabbiliti sabiex isolvu l-osservazzjonijiet li tqajmu waqt iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni. L-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni ta' dawk l-azzjonijiet korrettivi tal-AAGE hija stmata għal sena.

(21)

L-informazzjoni pprovduta minn CEIBA Intercontinental matul is-seduta ta' smigħ dwar il-pjan ta' azzjoni korrettiva għar-riżoluzzjoni tal-osservazzjonijiet li tqajmu waqt iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni ma wrietx li l-kumpanija tal-ajru kienet wettqet analiżi tal-kawżi ewlenin u indikat li ġew implementati biss azzjonijiet korrettivi immedjati, mingħajr miżuri preventivi fit-tul.

(22)

Fir-rigward ta' Cronos Airlines, matul is-seduta ta' smigħ hija pprovdiet informazzjoni dwar l-azzjonijiet korrettivi sabiex jiġu indirizzati l-osservazzjonijiet li tqajmu waqt iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni, u indikat li kienet wettqet analiżi tal-kawżi ewlenin u li ħadet azzjonijiet korrettivi immedjati kif ukoll azzjonijiet biex jipprevjenu r-rikorrenza tal-kwistjonijiet identifikati.

(23)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inklużi r-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni u l-informazzjoni pprovduta matul is-seduta ta' smigħ fl-14 ta' Novembru 2017, tqies li, filwaqt li l-AAGE kienet għamlet titjib konsiderevoli fis-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza fil-Guinea Ekwatorjali, kien għad hemm nuqqasijiet importanti fis-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza fil-Guinea Ekwatorjali. Ġie vvalutat li l-AAGE għad ma għandhiex il-kapaċità li taqdi bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet tagħha fir-rigward tas-sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Guinea Ekwatorjali. Dan joħroġ mill-fatt li l-kumpaniji tal-ajru huma ċċertifikati u s-sorveljanza tas-sikurezza titwettaq mingħajr l-ispetturi li jkollhom il-kwalifiki xierqa meħtieġa u mill-fatt li għadd ta' osservazzjonijiet li tqajmu matul iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni ma kinux ġew identifikati mill-AAGE stess matul l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u sorveljanza tagħha. Għalhekk, ma hemmx biżżejjed evidenza bħalissa biex tappoġġa deċiżjoni dwar annullament jew emenda tal-projbizzjoni fuq l-operat tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Guinea Ekwatorjali. Madankollu, billi ċ-ċertifikati tal-operaturi tal-ajru tagħhom ġew irrevokati, jenħtieġ li Punto Azul u Tango Airways jitneħħew mil-lista ta' trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal restrizzjonijiet operattivi.

(24)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li jenħtieġ li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni tiġi emendata biex jitneħħew il-kumpaniji tal-ajru Punto Azul u Tango Airways mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

Kumpaniji tal-ajru min-Nepal

(25)

Fil-5 ta' Marzu 2017, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tan-Nepal (“CAAN”) kitbet ittra lill-Kummissjoni fejn inkludiet l-informazzjoni dwar l-istatus attwali tas-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza fin-Nepal. Wara ċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid fl-2015 tal-kumpaniji tal-ajru kollha fin-Nepal, is-CAAN rrepetiet dan l-eżerċizzju fl-2016 bl-għajnuna tal-ICAO, sabiex tivvalida mill-ġdid iċ-ċertifikati tal-operaturi tal-ajru għal darba'oħra.

(26)

Fit-13 ta' Marzu 2017, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tan-Nepal bagħat lid-Delegazzjoni tal-Unjoni f'Kathmandu, in-Nepal, dokumentazzjoni addizjonali li ddeskriviet il-progress u inkludiet estratt mir-rapport tal-missjoni tat-Tim ta' Azzjoni Kombinata tal-ICAO lin-Nepal. Fl-oqsma tal-operazzjonijiet u tal-ajrunavigabbiltà, it-Tim ta' Azzjoni Kombinata tal-ICAO għamel għadd ta' osservazzjonijiet. Dawk l-osservazzjonijiet irrepetew osservazzjonijiet li saru waqt iż-żjarat preċedenti, inkluż iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fi Frar 2014 u missjoni ta' assistenza teknika tal-Unjoni f'Ottubru 2015. Fid-dawl ta' din l-informazzjoni, il-Kummissjoni fl-4 ta' Lulju 2017 talbet informazzjoni addizzjonali mingħand is-CAAN.

(27)

L-ICAO wettqet Missjoni ta' Validazzjoni Koordinata tal-ICAO fin-Nepal mill-4 sal-11 ta' Lulju 2017. Abbażi tar-riżultati ta' din il-missjoni, l-ICAO fis-27 ta' Lulju 2017 ħabbret li t-Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza rigward iċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru ġie solvut mill-awtoritajiet kompetenti tan-Nepal.

(28)

Fit-3 ta' Awwissu 2017, is-CAAN ipprovdiet l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni. Din ipprovdiet, fost l-oħrajn, informazzjoni dwar id-detenturi ta' ċertifikati ta' operatur tal-ajru, ir-riżultati tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza, l-inġenji tal-ajru rreġistrati fin-Nepal, aċċidenti u inċidenti serji, l-azzjonijiet ta' infurzar, l-organizzazzjoni u r-regolamenti u l-attivitajiet ta' assistenza teknika fin-Nepal. Madankollu, is-CAAN ma tatx segwitu għar-rakkomandazzjonijiet fir-rapporti ppubblikati dwar l-investigazzjonijiet tal-aċċidenti.

(29)

Fis-7 ta' Novembru 2017, is-CAAN ipprovdiet ir-rapport finali tal-Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO mill-4 sal-11 ta' Lulju 2017, u indikat żieda fir-rata ta' implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni għal 66 %. Madankollu, ir-rapport juri wkoll li hemm bżonn ta' titjib ulterjuri fir-rigward tal-persunal tekniku kkwalifikat u tar-riżoluzzjoni tat-tħassib dwar is-sikurezza. Il-qasam tal-liċenzjar tal-persunal ta' ekwipaġġ tat-titjira ma kienx rivedut mill-ICAO, filwaqt li dak il-qasam kien wieħed mit-tħassib wara ż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fi Frar 2014.

(30)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli bħalissa, jidher li għalkemm is-CAAN għamlet ċertu grad ta' progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tal-avjazzjoni, is-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza tan-Nepal għadha mhix biżżejjed. Dan jidher ukoll mill-fatt li hemm nuqqas ta' azzjoni effettiva bħala segwitu għal aċċidenti, inkluż aċċidenti fatali li seħħew fis-snin riċenti sabiex ma jerġgħux iseħħu.

(31)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru min-Nepal.

Il-kumpaniji tal-ajru min-Niġerja

(32)

Il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-EASA, qed tkompli tissorvelja mill-qrib il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fin-Niġerja. Fl-ittri tagħha tal-15 ta' Mejju u tal-20 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni enfassizat il-ħtieġa li l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tan-Niġerja (“NCAA”) issegwi mill-qrib kwalunkwe applikazzjonijiet li jagħmlu l-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fin-Niġerja għal awtorizzazzjonijiet mill-EASA ta' Operatur ta' Pajjiż Terz (“TCO”).

(33)

B'ittra tat-30 ta' Mejju 2017, l-NCAA infurmat lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħha li twettaq verifika estensiva tal-operazzjonijiet tal-kumpanija tal-ajru Med-View Airline, irreġistrata fin-Niġerja, kif ukoll l-azzjonijiet li l-NCAA adottat fir-rigward ta' kumpaniji oħra tal-ajru.

(34)

B'ittra tal-10 ta' Ottubru 2017, il-Kummissjoni enfasizzat li dawn l-attivitajiet mhumiex biżżejjed fid-dawl tar-rekwiżiti applikabbli u tat-tkabbir mistenni mill-attivitajiet tal-avjazzjoni fin-Niġerja. Hija informat l-NCAA li nfetħu konsultazzjonijiet, skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(35)

Fit-30 ta' Ottubru 2017, ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-EASA ltaqgħu ma' rappreżentanti għolja tal-NCAA għal laqgħa konsultattiva teknika. L-iskop ta' dik il-laqgħa kien biex l-NCAA tispjega l-miżuri korrettivi u preventivi li ttieħdu mill-NCAA fir-rigward tal-Med-View Airline, u l-kumpaniji tal-ajru l-oħra ċċertifikati fin-Niġerja. Il-preżentazzjoni tal-NCAA matul dik il-laqgħa ġiet appoġġata minn evidenza li turi ċertu titjib fis-superviżjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li huma responsabbli għalihom l-awtoritajiet Niġerjani skont ir-regolamenti internazzjonali applikabbli.

(36)

Matul il-laqgħa, l-NCAA infurmat lill-Kummissjoni u l-EASA dwar l-azzjonijiet meħuda biex titjieb il-konformità mar-rekwiżiti tal-ICAO għal sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza. Tat ukoll informazzjoni dwar il-verifika mwettqa fuq Med-View Airline, u fuq kumpaniji oħra tal-ajru rreġistrati fin-Niġerja, jiġifieri Arik Air, Air Peace u Kabo Air, kif ukoll fuq l-għadd tal-persunal tal-NCAA, it-taħriġ u l-kwalifiki tal-ispetturi tagħha u l-programm ta' sorveljanza tas-sikurezza tagħha. L-NCAA stabbiliet u implimentat programm ta' sorveljanza tal-operazzjonijiet tat-titjir u tal-ajrunavigabbiltà biex tiġi żgurata l-konformità mar-regolamenti. In-Niġerja qiegħda fil-proċess li timplimenta Programm għas-Sikurezza tal-Istat tagħha u qed tippjana biex twettaq l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu sa tmiem l-2018.

(37)

L-informazzjoni li hemm disponibbli attwalment, inkluż l-informazzjoni ppreżentata mill-NCAA, fil-laqgħa tat-30 ta' Ottubru 2017, tagħti indikazzjonijiet li t-titjib fis-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza fin-Niġerja jinsabu għaddejjin. Tabilħaqq, jidher ċar li dan it-titjib għadu ta' importanza ewlenija. Dan huwa b'mod partikolari l-każ f'dak li jirrigwarda l-għarfien tal-NCAA tal-attivitajiet ippjanati tal-kumpaniji tal-ajru taħt is-superviżjoni tagħha, kif ukoll l-implimentazzjoni effettiva tal-programm tas-sorveljanza tas-sikurezza tagħha, inkluż il-ġestjoni tas-sejbiet. Fl-1 ta' Novembru 2017, il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni f'dan ir-rigward. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stiednet lill-NCAA biex jiskoraġġixxu lill-operaturi tal-ajru Niġerjani milli japplikaw għal awtorizzazzjoni TCO mill-EASA sakemm ikunu kompletament kunfidenti li dawn l-operaturi jikkonformaw mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni applikabbli.

(38)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru min-Niġerja.

(39)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba n-nuqqas ta' konformità mal-standards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mir-Russja

(40)

Il-Kummissjoni, l-EASA u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għadhom jissorveljaw mill-qrib il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fir-Russja u li joperaw fl-Unjoni, inkluż permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq ċerti kumpaniji tal-ajru Russi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(41)

Fl-20 ta' Ottubru 2017, rappreżentanti tal-Kummissjoni u l-EASA ltaqgħu mar-rappreżentanti tal-Aġenzija Federali tat-Trasport tal-Ajru Russa (“FATA”). L-għan tal-laqgħa kien li jsir rieżami tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Russja abbażi tar-rapporti tal-ispezzjonijiet fir-rampa għall-perjodu bejn is-6 ta' Ottubru 2016 u l-5 ta' Ottubru 2017 u li jiġu identifikati l-każijiet fejn l-attivitajiet ta' sorveljanza mill-FATA jistgħu jiġu msaħħa.

(42)

Waqt dik il-laqgħa, il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid ir-riżultati tal-ispezzjonijiet fir-rampa tas-SAFA ta' erba' kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Russja f'iktar dettall. Filwaqt li l-ebda tħassib dwar is-sikurezza ma ġie identifikat, il-FATA infurmat lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tagħha ta' sorveljanza tas-sikurezza ta' dawk il-kumpaniji tal-ajru.

(43)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni attwalment disponibbli, inkluża l-informazzjoni pprovduta mill-FATA fil-laqgħa ta' konsultazzjoni teknika tal-20 ta' Ottubru 2017, jitqies li m'hemm l-ebda nuqqas ta' kapaċità jew rieda min-naħa tal-FATA biex tindirizza n-nuqqasijiet tas-sikurezza. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kinitx meħtieġa seduta ta' smigħ quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni Russi jew ta' kwalunkwe kumpanija tal-ajru ċċertifikata fir-Russja.

(44)

Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju, m'hemmx raġunijiet biex temenda l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex tinkludi l-kumpaniji tal-ajru mir-Russja.

(45)

L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru tar-Russja mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni, permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(46)

Jekk dawk l-ispezzjonijiet jindikaw riskju imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni kontra l-kumpaniji tal-ajru mir-Russja, skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Kumpaniji tal-ajru minn Saint Vincent u l-Grenadini

(47)

Fit-2 ta' Frar 2017, il-kumpanija tal-ajru Mustique Airways, iċċertifikata f'Saint Vincent u l-Grenadini, applikat mill-ġdid għal awtorizzazzjoni ta' TCO mal-EASA. Din l-applikazzjoni mill-ġdid segwiet applikazzjoni oħra qabel għal awtorizzazzjoni ta' TCO mill-EASA li kienet miċħuda għal raġunijiet ta' sikurezza. L-EASA vvalutat din l-applikazzjoni l-ġdida f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (6).

(48)

Il-pjanijiet ta' azzjoni korrettivi li jindirizzaw is-sejbiet tal-EASA f'rabta mal-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tat-TCO għall-Mustique Airways instabu aċċettabbli mill-EASA u ġie deċiż li titkompla l-valutazzjoni tal-applikazzjoni sakemm jingħalqu s-sejbiet kollha. Fil-11 ta' Settembru 2017, l-EASA infurmat lill-Kummissjoni dwar l-għeluq tal-aħħar waħda mis-sejbiet imsemmija u dwar il-fatt li, għaldaqstant, l-EASA se tkun f'pożizzjoni li toħroġ l-awtorizzazzjoni li kieku l-kumpanija tal-ajru titneħħa mil-Lista tas-Sikurezza tal-Ajru.

(49)

Fid-dawl ta' dik l-informazzjoni, il-Kummissjoni stiednet lill-Mustique Airways għal seduta ta' smigħ biex Mustique Airways tkun tista' tippreżenta l-azzjonijiet korrettivi implimentati u tipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri li ħadet sabiex jiġi evitat li n-nuqqasijiet tas-sikurezza identifikati mill-EASA waqt il-valutazzjoni tal-awtorizzazzjoni tat-TCO tagħha jerġgħu jitfaċċaw. Fl-14 ta' Novembru 2017, Mustique Airways ippreżentat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru b'dawn l-azzjonijiet korrettivi. Dawn jikkonsistu f'bidliet sinifikanti fl-organizzazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza, appoġġata minn għodda ġdida bbażata fuq l-Internet u politika ġdida tas-sikurezza, sabiex Mustique Airways tindirizza l-kawżi ewlenin tan-nuqqasijiet u ma tħallix li jerġgħu jitfaċċaw.

(50)

Matul is-seduta ta' smigħ, Mustique Airways ipprovdiet ukoll informazzjoni dwar għadd ta' miżuri li ħadet biex timplimenta kultura tas-sikurezza tal-avjazzjoni fi ħdan l-organizzazzjoni tagħha. Dawk il-miżuri jinkludu laqgħat regolari tas-sikurezza fil-livell tal-amministrazzjoni u fil-livell tal-persunal sabiex Mustique Airways iżżid il-livell ta' sensibilizzazzjoni tal-persunal tagħha u ttejjeb il-livell ta' rappurtar tal-okkorrenzi tas-sikurezza.

(51)

Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli bħalissa, inklużi fil-valutazzjoni mwettqa mill-EASA u tal-informazzjoni pprovduta waqt is-seduta ta' smigħ, jenħtieġ li jiġi konkluż li Mustique Airways indirizzat in-nuqqasijiet ta' sikurezza identifikati u li Mustique Airways hija kapaċi tindirizza n-nuqqasijiet ta' sikurezza li jistgħu jinqalgħu.

(52)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li jenħtieġ li tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni operattiva fl-Unjoni biex il-kumpanija tal-ajru Mustique Airways titneħħa mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(53)

L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertfikati f'Saint Vincent u l-Grenadini skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(54)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li jkun hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba n-nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja

(55)

Mill-20 sas-27 ta' Settembru 2017, l-ICAO wettqet Missjoni ta' Validazzjoni Koordinata fit-Tajlandja sabiex jiġu riveduti l-kwistjonijiet tal-protokoll li kienu l-bażi ta' Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza fit-Tajlandja. L-azzjonijiet korrettivi meħuda mill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tat-Tajlandja (“CAAT”) instabu li kienu biżżejjed biex isolvu l-każijiet ta' Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza u r-rata ta' implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni żdiedet għal madwar 41 %. Madankollu, għadha għaddejja ħidma biex tkompli żżid ir-rata ta' implimentazzjoni effettiva u s-CAAT qed tistenna li fl-2018 titwettaq Missjoni ta' Validazzjoni Koordinata tal-ICAO, li tkopri l-oqsma kollha ta' sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili.

(56)

Is-CAAT kienet mistiedna għal seduta ta' smigħ fit-13 ta' Novembru 2017 sabiex tipprovdi aġġornament lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu biex titjieb is-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fit-Tajlandja.

(57)

Matul is-seduta ta' smigħ, is-CAAT ipprovdiet informazzjoni dwar id-daqs u l-attivitajiet tal-industrija tal-avjazzjoni ċivili fit-Tajlandja u dwar ir-riżultati tal-Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO, inkluż il-fatt li t-Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza kien ġie solvut. Is-CAAT rrappurtat ukoll dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan tas-sostenibbiltà, li jinkludi ħidma dwar pjan strateġiku għall-futur qrib, l-aġġornament tal-leġiżlazzjoni u tar-regolamenti, l-organizzazzjoni u l-persunal tal-awtorità, il-finanzjament tal-attivitajiet tal-awtorità u s-sistemi tal-IT li s-CAAT se tapplika biex tappoġġa l-attivitajiet tagħha. Tat ukoll informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza tagħha fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru fit-Tajlandja. Il-Kummissjoni ħeġġet lis-CAAT biex tkompli bl-implimentazzjoni tal-ħidma tagħha biex tiżgura s-sostenibbiltà tat-titjib fis-sikurezza tal-avjazzjoni fit-Tajlandja.

(58)

L-informazzjoni disponibbli wriet li s-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza fit-Tajlandja tjiebet. B'mod partikolari, is-CAAT ipprovdiet evidenza li sar progress f'din l-aħħar sena. L-informazzjoni disponibbli bħalissa dwar il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fit-Tajlandja ma tappoġġax deċiżjoni li jiġu imposti projbizzjoni jew restrizzjonijiet operattivi fuq dawk il-kumpaniji tal-ajru.

(59)

Sabiex tiġi ssorveljata mill-qrib is-sitwazzjoni, se jibqgħu jsiru konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet tat-Tajlandja b'konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(60)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja.

(61)

L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fit-Tajlandja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(62)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li jkun hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba n-nuqqas ta' konformità mal-standards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

It-trasportaturi bl-ajru mill-Ukrajna

(63)

Fid-19 ta' April 2017, il-kumpanija tal-ajru International Joint-Stock Aviation Company “URGA”, iċċertifikata fl-Ukrajna, applikat mill-ġdid għal awtorizzazzjoni ta' TCO mal-EASA. Wara li l-ewwel applikazzjoni tagħha għal awtorizzazzjoni ta' TCO ġiet miċħuda mill-EASA minħabba raġunijiet ta' sikurezza, l-EASA vvalutat din l-applikazzjoni l-ġdida skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 452/2014.

(64)

F'dan il-kuntest, fit-28 u d-29 ta' Ġunju 2017, l-EASA wettqet verifika fuq il-post fil-kwartieri ġenerali tal-faċilitajiet ta' International Joint-Stock Aviation Company “URGA”. Filwaqt li l-verifika ppermettiet li jingħalqu s-sejbiet kollha identifikati matul il-valutazzjoni tal-ewwel applikazzjoni, ġew identifikati ħames sejbiet ġodda marbuta partikolarment mal-ajrunavigabbiltà. Sussegwentement, International Joint-Stock Aviation Company “URGA”, bagħtet pjan ta' azzjoni korrettiva b'rispons għal dawk is-sejbiet lill-EASA. Fuq il-bażi ta' dan il-pjan ta' azzjoni korrettiva, is-sejbiet kollha ngħalqu fl-4 ta' Ottubru 2017 bis-sodisfazzjoni sħiħ tal-EASA. L-EASA infurmat lill-Kummissjoni dwar dan u dwar il-fatt li, għaldaqstant, l-EASA se tkun f'pożizzjoni li toħroġ l-awtorizzazzjoni li kieku l-kumpanija tal-ajru titneħħa mil-Lista tas-Sikurezza tal-Ajru.

(65)

Fuq dik il-bażi, International Joint-Stock Aviation Company “URGA”, ġiet mistiedna għal seduta ta' smigħ quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, li saret fit-13 ta' Novembru 2017. Matul dik is-seduta ta' smigħ, hija pprovdiet informazzjoni dettaljata dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni korrettiva żviluppat bħala reazzjoni għas-sejbiet tal-EASA waqt il-verifika fuq il-post ta' Ġunju 2017. Spjegat ukoll li ġie introdott tibdil ewlieni fl-organizzazzjoni u l-proċeduri tagħha sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tagħha li tikkonforma mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni. Bil-ħsieb li tiġi żgurata s-sostenibbiltà ta' dawn il-miżuri u biex ikun hemm kontroll effettiv tal-attivitajiet tagħha, International Joint-Stock Aviation Company “URGA”, irristrutturat ukoll is-sistema interna tal-kwalità tagħha.

(66)

Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli bħalissa, inkluża l-valutazzjoni mwettqa mill-EASA u l-informazzjoni pprovduta waqt is-seduta ta' smigħ, jenħtieġ li jiġi konkluż li International Joint-Stock Aviation Company “URGA”, indirizzat in-nuqqasijiet ta' sikurezza identifikati u li International Joint-Stock Aviation Company “URGA”, hija kapaċi tindirizza n-nuqqasijiet ta' sikurezza li jistgħu jinqalgħu.

(67)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni tiġi emendata biex il-kumpanija tal-ajru International Joint-Stock Aviation Company “URGA” titneħħa mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(68)

L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fl-Ukrajna, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(69)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li jkun hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba n-nuqqas ta' konformità mal-standards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Venezwela

(70)

Fis-6 ta' Marzu 2017, il-kumpanija tal-ajru Avior Airlines, iċċertifikata fil-Venezwela, applikat għand l-EASA għal awtorizzazzjoni ta' TCO. L-EASA vvalutat dik l-applikazzjoni f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 452/2014.

(71)

Filwaqt li wettqet il-valutazzjoni tas-sikurezza tagħha għal TCO ta' Avior Airlines, l-EASA esprimiet tħassib dwar il-fatt li Avior Airlines naqset milli turi konformità mar-rekwiżiti applikabbli. Għaldaqstant, l-EASA kkonkludiet li aktar valutazzjonijiet mhux se jwasslu għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tat-TCO lil Avior Airlines u li din il-kumpanija tal-ajru ma ssodisfatx ir-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) Nru 452/2014. Għalhekk, fl-4 ta' Ottubru 2017, l-EASA rrifjutat l-applikazzjoni ta' TCO lil Avior Airlines minħabba raġunijiet ta' sikurezza.

(72)

Fl-10 ta' Ottubru 2017, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mingħand l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Venezwela (“INAV”) dwar il-miżuri li ttieħdu wara ċ-ċaħda tal-applikazzjoni ta' TCO għal Avior Airlines mill-EASA. Dik l-ittra kienet tirrappreżenta l-ftuħ tal-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet li jieħdu ħsieb is-sorveljanza regolatorja tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Venezwela, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. Billi t-tħassib dwar is-sikurezza tal-Avior Airlines, ma ġiex solvut, mill-valutazzjoni ta' sikurezza ta' TCO mill-EASA, kemm l-INAC u kemm l-Avior Airlines ingħataw l-opportunità ta' smigħ quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(73)

Fit-13 ta' Novembru 2017, l-INAC ipprovdiet lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza mwettqa fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Venezwela f'dawn l-aħħar snin kif ukoll deskrizzjoni tas-sorveljanza mwettqa fir-rigward tal-kumpanija tal-ajru AVIOR Airlines.

(74)

Matul is-seduta ta' smigħ tal-14 ta' Novembru 2017, l-INAC ipprovdiet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru informazzjoni dwar l-istruttura, il-funzjonijiet, il-kompetenzi u r-riżorsi tagħha, l-għadd ta' aċċidenti u inċidenti tal-avjazzjoni, l-implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni, l-istatus skont il-programm tal-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni tal-FAA u l-għadd u t-tip ta' organizzazzjonijiet li hija tissorvelja. Spjegat ukoll il-proċess tas-superviżjoni tagħha u tat ir-riżultati tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza li wettqet fuq Avior Airlines f'dawn l-aħħar snin. L-INAC indikat li kienet żiedet l-għadd ta' spezzjonijiet fuq Avior Airlines, billi dik il-kumpanija tal-ajru kienet kabbret il-flotta tagħha. Dan irriżulta fl-identifikazzjoni ta' għadd konsiderevoli ta' nuqqasijiet fis-sikurezza min-naħa ta' Avior Airlines, partikolarment fl-oqsma tat-taħriġ tal-persunal, il-ġestjoni tal-bidliet u s-sistema tal-kontroll tad-dokumenti.

(75)

L-INAC indikat li mhijiex konxja mis-sejbiet li ġew mgħarrfa lilha fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Venezwela waqt spezzjonijiet fir-rampa mill-Istati Membri u esprimiet l-intenzjoni tagħha li taħdem mal-EASA sabiex l-INAC tiżgura li jittieħdu passi ta' segwitu għal dawn is-sejbiet.

(76)

L-informazzjoni pprovduta tindika li jenħtieġ li l-INAC tiżviluppa iktar il-kapaċità ta' spezzjoni tagħha fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru li hija responsabbli għalihom.

(77)

Matul is-seduta ta' smigħ, Avior Airlines għarrfet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-miżuri korrettivi li ttieħdu sabiex jiġi indirizzat it-tħassib serju identifikat mill-EASA bħala parti mill-valutazzjoni tal-awtorizzazzjoni tat-TCO tagħha, bħall-kontroll tal-ajrunavigabbiltà u tal-manutenzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tad-direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà u s-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u tal-kwalità. Madankollu, Avior Airlines wriet nuqqas ċar ta' għarfien u komprensjoni dwar is-serjetà tat-tħassib dwar is-sikurezza mqajjem mill-EASA u identifikat mill-Istati Membri permezz ta' spezzjoni fir-rampa. Barra minn hekk, il-miżuri meħuda minn Avior Airlines juru nuqqas ta' analiżi xierqa tal-kawżi ewlenin u nuqqas ta' pjanijiet ta' azzjoni korrettiva xierqa biex ma jerġax ikun hemm l-istess nuqqasijiet ta' konformità li wasslu għal dan it-tħassib jew oħrajn simili.

(78)

L-informazzjoni disponibbli fil-preżent, ibbażata fuq is-sejbiet tal-valutazzjoni tal-awtorizzazzjoni tat-TCO tal-EASA, fuq l-ispezzjonijiet fir-rampa mwettqa mill-Istati Membri u fuq l-informazzjoni ppreżentata mill-INAC u minn Avior Airlines, turi li hemm evidenza ċara ta' nuqqasijiet ta' sikurezza serji min-naħa ta' Avior Airlines. L-informazzjoni turi wkoll li Avior Airlines mhijiex kapaċi tindirizza dawk in-nuqqasijiet ta' sikurezza, kif muri, inter alia mill-pjan ta' azzjoni korrettiva mhux adatt u mhux suffiċjenti li ppreżentat bħala tweġiba għas-sejbiet tal-EASA u n-nuqqas ta' tweġiba adegwata għas-sejbiet tal-ispezzjonijiet fir-rampa mwettqa mill-Istati Membri.

(79)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li jenħtieġ li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni tiġi emendata biex tinkludi l-kumpanija tal-ajru Avior Airlines fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(80)

L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fil-Venezwela, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(81)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li jkun hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba n-nuqqas ta' konformità mal-standards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(82)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(83)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness A jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness B jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 296, (25.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta' April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12).


ANNESS I

ANNESS A

LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA PPROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B'XI EĊĊEZZJONIJIET  (1)

Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif muri fuq l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk dan ikun differenti)

In-numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“l-AOC”) jew tal-Liċenzja tal-Operat

Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

L-istat tal-Operatur

AVIOR AIRLINES

ROI-RNR-011

ROI

Il-Venezwela

BLUE WING AIRLINES

SRBWA-01/2002

BWI

Is-Suriname

IRAN ASEMAN AIRLINES

FS-102

IRC

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

IRAQI AIRWAYS

001

IAW

L-Iraq

MED-VIEW AIRLINE

MVA/AOC/10-12/05

MEV

In-Niġerja

AIR ZIMBABWE (PVT) LTD

177/04

AZW

Iż-Żimbabwe

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

AFGHAN JET INTERNATIONAL AIRLINES

AOC 008

AJA

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

AOC 009

AFG

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

EAST HORIZON AIRLINES

AOC 1013

EHN

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

KAM AIR

AOC 001

KMF

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

SAFI AIRWAYS

AOC 181

SFW

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief TAAG Angola Airlines li jinsabu fl-Anness B, fosthom

 

 

Ir-Repubblika tal-Angola

AEROJET

AO 008-01/11

TEJ

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR GICANGO

009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR JET

AO 006-01/11-MBC

MBC

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR NAVE

017

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR26

AO 003-01/11-DCD

DCD

Ir-Repubblika tal-Angola

ANGOLA AIR SERVICES

006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

DIEXIM

007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

FLY540

AO 004-01 FLYA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

GIRA GLOBO

008

GGL

Ir-Repubblika tal-Angola

HELIANG

010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

HELIMALONGO

AO 005-01/11

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

MAVEWA

016

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

SONAIR

AO 002-01/10-SOR

SOR

Ir-Repubblika tal-Angola

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kongo responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika tal-Kongo

AERO SERVICE

RAC06-002

RSR

Ir-Repubblika tal-Kongo

CANADIAN AIRWAYS CONGO

RAC06-012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

EMERAUDE

RAC06-008

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAFLIGHT SERVICES

RAC 06-003

EKA

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAJET

RAC06-007

EKJ

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUATORIAL CONGO AIRLINES S.A.

RAC 06-014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

MISTRAL AVIATION

RAC06-011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

TRANS AIR CONGO

RAC 06-001

TSG

Ir-Repubblika tal-Kongo

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR FAST CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0112/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR KASAI

409/CAB/MIN/TVC/0053/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR KATANGA

409/CAB/MIN/TVC/0056/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR TROPIQUES

409/CAB/MIN/TVC/00625/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

BLUE AIRLINES

106/CAB/MIN/TVC/2012

BUL

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

BLUE SKY

409/CAB/MIN/TVC/0028/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

BUSY BEE CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0064/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

COMPAGNIE AFRICAINE D'AVIATION (CAA)

409/CAB/MIN/TVC/0050/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

CONGO AIRWAYS

019/CAB/MIN/TVC/2015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

DAKOTA SPRL

409/CAB/MIN/TVC/071/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

DOREN AIR CONGO

102/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

GOMAIR

409/CAB/MIN/TVC/011/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

KIN AVIA

409/CAB/MIN/TVC/0059/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

KORONGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/001/2011

KGO

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

MALU AVIATION

098/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

MANGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/009/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SERVE AIR

004/CAB/MIN/TVC/2015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SERVICES AIR

103/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SWALA AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/0084/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

TRANSAIR CARGO SERVICES

409/CAB/MIN/TVC/073/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

WILL AIRLIFT

409/CAB/MIN/TVC/0247/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Il-Djibouti

DAALLO AIRLINES

Mhux magħruf

DAO

Il-Djibouti

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Il-Guinea Ekwatorjali

CEIBA INTERCONTINENTAL

2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS

CEL

Il-Guinea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

L-Eritrea

ERITREAN AIRLINES

AOC No 004

ERT

L-Eritrea

NASAIR ERITREA

AOC No 005

NAS

L-Eritrea

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Gaboniża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief Afrijet u SN2AG li jinsabu fl-Anness B, fosthom

 

 

Ir-Repubblika Gaboniża

AFRIC AVIATION

010/MTAC/ANAC-G/DSA

EKG

Ir-Repubblika Gaboniża

ALLEGIANCE AIR TOURIST

007/MTAC/ANAC-G/DSA

LGE

Ir-Repubblika Gaboniża

NATIONALE REGIONALE TRANSPORT (N.R.T)

008/MTAC/ANAC-G/DSA

NRG

Ir-Repubblika Gaboniża

SKY GABON

009/MTAC/ANAC-G/DSA

SKG

Ir-Repubblika Gaboniża

SOLENTA AVIATION GABON

006/MTAC/ANAC-G/DSA

SVG

Ir-Repubblika Gaboniża

TROPICAL AIR-GABON

011/MTAC/ANAC-G/DSA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Indoneżja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief Garuda Indonesia, Airfast Indonesia, Ekspres Transportasi Antarbenua, Indonesia Air Asia, Citilink, Lion Air u Batik Air, fosthom

 

 

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AIR BORN INDONESIA

135-055

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AIR PACIFIC UTAMA

135-020

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ALDA TRANS PAPUA

135-056

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ALFA TRANS DIRGANTARA

135-012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AMA

135-054

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ANGKASA SUPER SERVICE

135-050

LBZ

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ASI PUDJIASTUTI

135-028

SQS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AVIASTAR MANDIRI

135-029

VIT

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DABI AIR NUSANTARA

135-030

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DERAYA AIR TAXI

135-013

DRY

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DERAZONA AIR SERVICE

135-010

DRZ

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

EASTINDO

135-038

ESD

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ELANG LINTAS INDONESIA

135-052

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ELANG NUSANTARA AIR

135-053

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ENGGANG AIR SERVICE

135-045

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ERSA EASTERN AVIATION

135-047

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

GATARI AIR SERVICE

135-018

GHS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

HEVILIFT AVIATION

135-042

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INDONESIA AIR ASIA EXTRA

121-054

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INDONESIA AIR TRANSPORT

121-034

IDA

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INDO STAR AVIATION

135-057

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INTAN ANGKASA AIR SERVICE

135-019

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

JAYAWIJAYA DIRGANTARA

121-044

JWD

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

JOHNLIN AIR TRANSPORT

135-043

JLB

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KAL STAR AVIATION

121-037

KLS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KARTIKA AIRLINES

121-003

KAE

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KOMALA INDONESIA

135-051

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KURA-KURA AVIATION

135-016

KUR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MARTA BUANA ABADI

135-049

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MATTHEW AIR NUSANTARA

135-048

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MIMIKA AIR

135-007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MY INDO AIRLINES

121-042

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NAM AIR

121-058

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NATIONAL UTILITY HELICOPTER

135-011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NUSANTARA AIR CHARTER

121-022

SJK

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PEGASUS AIR SERVICES

135-036

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PELITA AIR SERVICE

121-008

PAS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PENERBANGAN ANGKASA SEMESTA

135-026

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PURA WISATA BARUNA

135-025

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

RIAU AIRLINES

121-016

RIU

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SAYAP GARUDA INDAH

135-004

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SMAC

135-015

SMC

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SPIRIT AVIATION SENTOSA

135-058

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SRIWIJAYA AIR

121-035

SJY

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SURYA AIR

135-046

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRANSNUSA AVIATION MANDIRI

121-048

TNU

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRANSWISATA PRIMA AVIATION

135-021

TWT

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRAVEL EXPRESS AVIATION SERVICE

121-038

XAR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRAVIRA UTAMA

135-009

TVV

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRI MG-INTRA ASIA AIRLINES

121-018

TMG

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRI MG-INTRA ASIA AIRLINES

135-037

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRIGANA AIR SERVICE

121-006

TGN

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

UNINDO

135-040

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

WESTSTAR AVIATION INDONESIA

135-059

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

WING ABADI AIRLINES

121-012

WON

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR BISHKEK (ex EASTOK AVIA)

15

EAA

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR MANAS

17

MBB

Ir-Repubblika Kirgiża

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Ir-Repubblika Kirgiża

CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES (CAAS)

13

CBK

Ir-Repubblika Kirgiża

HELI SKY

47

HAC

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR KYRGYZSTAN

03

LYN

Ir-Repubblika Kirgiża

MANAS AIRWAYS

42

BAM

Ir-Repubblika Kirgiża

S GROUP INTERNATIONAL (ex S GROUP AVIATION)

45

IND

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY BISHKEK

43

BIS

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY KG AIRLINES

41

KGK

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY WAY AIR

39

SAB

Ir-Repubblika Kirgiża

TEZ JET

46

TEZ

Ir-Repubblika Kirgiża

VALOR AIR

07

VAC

Ir-Repubblika Kirgiża

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja.

 

 

Il-Liberja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Il-Libja

AFRIQIYAH AIRWAYS

007/01

AAW

Il-Libja

AIR LIBYA

004/01

TLR

Il-Libja

BURAQ AIR

002/01

BRQ

Il-Libja

GHADAMES AIR TRANSPORT

012/05

GHT

Il-Libja

GLOBAL AVIATION AND SERVICES

008/05

GAK

Il-Libja

LIBYAN AIRLINES

001/01

LAA

Il-Libja

PETRO AIR

025/08

PEO

Il-Libja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika tan-Nepal

AIR DYNASTY HELI. S.

035/2001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

AIR KASTHAMANDAP

051/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

BUDDHA AIR

014/1996

BHA

Ir-Repubblika tan-Nepal

FISHTAIL AIR

017/2001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

GOMA AIR

064/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

HIMALAYA AIRLINES

084/2015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MAKALU AIR

057 A/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MANANG AIR PVT LTD

082/2014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MOUNTAIN HELICOPTERS

055/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MUKTINATH AIRLINES

081/2013

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

NEPAL AIRLINES CORPORATION

003/2000

RNA

Ir-Repubblika tan-Nepal

SAURYA AIRLINES

083/2014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

SHREE AIRLINES

030/2002

SHA

Ir-Repubblika tan-Nepal

SIMRIK AIR

034/2000

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

SIMRIK AIRLINES

052/2009

RMK

Ir-Repubblika tan-Nepal

SITA AIR

033/2000

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

TARA AIR

053/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

YETI AIRLINES DOMESTIC

037/2004

NYT

Ir-Repubblika tan-Nepal

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

São Tomé u Príncipe

AFRICA'S CONNECTION

10/AOC/2008

ACH

São Tomé u Príncipe

STP AIRWAYS

03/AOC/2006

STP

São Tomé u Príncipe

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Sierra Leone

AIR RUM, LTD

Mhux magħruf

RUM

Sierra Leone

DESTINY AIR SERVICES, LTD

Mhux magħruf

DTY

Sierra Leone

HEAVYLIFT CARGO

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Sierra Leone

ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD

Mhux magħruf

ORJ

Sierra Leone

PARAMOUNT AIRLINES, LTD

Mhux magħruf

PRR

Sierra Leone

SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD

Mhux magħruf

SVT

Sierra Leone

TEEBAH AIRWAYS

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Sierra Leone

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

ALFA AIRLINES SD

54

AAJ

Ir-Repubblika tas-Sudan

BADR AIRLINES

35

BDR

Ir-Repubblika tas-Sudan

BLUE BIRD AVIATION

11

BLB

Ir-Repubblika tas-Sudan

ELDINDER AVIATION

8

DND

Ir-Repubblika tas-Sudan

GREEN FLAG AVIATION

17

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tas-Sudan

HELEJETIC AIR

57

HJT

Ir-Repubblika tas-Sudan

KATA AIR TRANSPORT

9

KTV

Ir-Repubblika tas-Sudan

KUSH AVIATION CO.

60

KUH

Ir-Repubblika tas-Sudan

NOVA AIRWAYS

46

NOV

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUDAN AIRWAYS CO.

1

SUD

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUN AIR

51

SNR

Ir-Repubblika tas-Sudan

TARCO AIR

56

TRQ

Ir-Repubblika tas-Sudan


(1)  Il-kumpaniji tal-ajru elenkati fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhijiex soġġetta għal restrizzjonijiet operattivi, diment li jitħarsu l-istandards tas-sikurezza rilevanti.


ANNESS II

ANNESS B

LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA SUĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FL-UNJONI  (1)

Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif muri fuq l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk dan ikun differenti)

In-numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“l-AOC”)

Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

L-istat tal-Operatur

It-tip ta' inġenju tal-ajru li huwa suġġett għal restrizzjoni

Il-marka jew il-marki tar-reġistrazzjoni u, meta jkun disponibbli, in-numru jew in-numri tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru li huwa suġġett għal restrizzjoni

L-istat tar-reġistrazzjoni

TAAG ANGOLA AIRLINES

001

DTA

Ir-Repubblika tal-Angola

Il-flotta kollha ħlief għal: inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B737-700, inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777-200, inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777-300 u inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777-300ER.

Il-flotta kollha ħlief għal: inġenji tal-ajru fil-flotta tal-Boeing B737-700, kif jissemma fl-AOC; inġenji tal-ajru fil-flotta tal-Boeing B777-200, kif jissemma fl-AOC; inġenji tal-ajru fil-flotta tal-Boeing B777-300, kif jissemma fl-AOC; u inġenji tal-ajru fil-flotta tal-Boeing B777-300ER, kif jissemma fl-AOC.

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR SERVICE COMORES

06-819/TA-15/DGACM

KMD

Comoros

Il-flotta kollha ħlief għal: LET 410 UVP.

Il-flotta kollha ħlief għal: D6-CAM (851336).

Comoros

AFRIJET BUSINESS SERVICE  (2)

002/MTAC/ANAC-G/DSA

ABS

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-flotta kollha ħlief għal: 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50, 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 900.

Il-flotta kollha ħlief għal: TR-LGV; TR-LGY; TR-AFJ; TR-AFR.

Ir-Repubblika Gaboniża

NOUVELLE AIR AFFAIRES GABON (SN2AG)

003/MTAC/ANAC-G/DSA

NVS

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-flotta kollha ħlief għal: inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip Challenger CL-601, inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip HS-125-800.

Il-flotta kollha ħlief għal: TR-AAG, ZS-AFG.

Republic of Gabon; Ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel

IRAN AIR

FS100

IRA

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

L-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Fokker F100 u tat-tip Boeing B747

L-inġenji tal-ajru tat-tip Fokker F100 kif jissemma fl-AOC; L-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747 kif jissemma fl-AOC

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

AIR KORYO

GAC-AOC/KOR-01

KOR

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

Il-flotta kollha ħlief għal: 2 inġenji tal-ajru tat-tip TU- 204.

Il-flotta kollha ħlief għal: P-632, P-633.

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea


(1)  Il-kumpaniji tal-ajru mniżżlin fl-Anness B jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhix suġġetta għal restrizzjonijiet operattivi, sakemm jitħarsu l-istandards rilevanti tas-sikurezza.

(2)  Il-kumpanija Afrijet titħalla tuża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għal-livell attwali ta' operazzjonijiet tagħha fl-Unjoni.


Top