EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R2064

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2064 tat-13 ta' Novembru 2017 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1420

OJ L 295, 14.11.2017, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 22/03/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0468

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2064/oj

14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/38


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2064

tat-13 ta' Novembru 2017

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1420

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-4 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1420 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 u li jistabbilixxi lista aġġornata ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (“il-lista”).

(2)

Il-Kunsill iddetermina li m'għadx hemm raġunijiet biex waħda mill-entitajiet tinżamm fuq il-lista.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 hija emendata kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1420 tal-4 ta' Awwissu 2017 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/150 (ĠU L 204, 5.8.2017, p. 3).


ANNESS

L-entità segwenti hija mħassra mil-lista msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001:

II.   GRUPPI U ENTITAJIET

“18.

‘Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia’ — ‘FARC’ (il-‘Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja’).”.


Top