EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R2010

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2010 tad-9 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, fir-rigward tal-aġġornamenti tal-istatistika dwar l-enerġija annwali u ta' kull xahar (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/7274

OJ L 292, 10.11.2017, p. 3–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2010/oj

10.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2010

tad-9 ta' Novembru 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, fir-rigward tal-aġġornamenti tal-istatistika dwar l-enerġija annwali u ta' kull xahar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 4(3) u 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni, it-trażmissjoni, l-evalwazzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika komparabbli tal-enerġija fl-Unjoni.

(2)

L-istatistika dwar l-enerġija tikkonsisti f'dominju statistiku dinamiku ferm minħabba l-iżvilupp intensiv tal-politiki tal-Unjoni, il-progress teknoloġiku u l-importanza li l-miri tal-Unjoni jissejsu fuq dejta dwar l-enerġija. Għaldaqstant, għandhom isiru aġġornamenti regolari sabiex l-ambitu tal-istatistika jiġi allinjat mal-ħtiġijiet li dejjem jikbru jew jinbidlu.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 ta lill-Kummissjoni s-setgħa li taġġusta l-ambitu tal-istatistika. Fid-dawl tal-fatt li saru aġġustamenti u titjib ġodda kemm fl-istatistika ta' kull xahar kif ukoll f'dik annwali, dawn l-aġġustamenti u t-titjib għandhom ikunu riflessi fir-Regolament (KE) Nru 1099/2008.

(4)

Dan ir-Regolament, fost l-oħrajn, jimmodifika l-kodiċi ta' numerazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008. Għall-finijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1504 (2), huwa importanti li jiġi ddikjarat li s-sustanza tal-oġġetti li għalihom ingħataw derogi ma nbidlitx iżda nbidel biss il-kodiċi ta' numerazzjoni tagħhom. Għalhekk, ir-referenzi għall-kodiċijiet elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1504 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-oġġetti korrispondenti ta' dan ir-Regolament.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-annessi tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 qed jinbidlu bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1504 tas-7 ta' Settembru 2015 li tagħti derogi lil ċerti Stati Membri fir-rigward tal-provvediment tal-istatistika skont ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija (ĠU L 235, 9.9.2015, p. 24).


ANNESS

ANNESS A

KJARIFIKI TAT-TERMINOLOĠIJA

Dan l-Anness jipprovdi spjegazzjonijiet, noti ġeografiċi jew definizzjonijiet tat-termini użati fl-Annessi l-oħra, diment li ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dawn l-Annessi.

1.   NOTI ĠEOGRAFIĊI

Għal finijiet ta' rapportaġġ statistiku biss, japplikaw id-definizzjonijiet ġeografiċi li ġejjin:

l-Awstralja teskludi t-territorji esterni tagħha,

id-Danimarka teskludi l-Gżejjer Faroe u Greenland,

Franza tinkludi Monaco u tinkludi d-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej ta' Guadeloupe, — Martinique, Guyane, Reunion u Mayotte,

l-Italja tinkludi San Marino u l-Vatikan (is-Santa Sede),

il-Ġappun jinkludi Okinawa,

il-Portugall jinkludi Açores u Madeira,

Spanja tinkludi l-Gżejjer Kanarji, il-Gżejjer Baleariċi, u Ceuta u Melilla,

l-Istati Uniti jinkludu l-50 Stat, id-Distrett ta' Columbia, il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti, Puerto Rico u Guam.

2.   AGGREGATI

Il-produtturi tal-elettriku u s-sħana huma kklassifikati skont l-għan tal-produzzjoni:

Il-produtturi ta' attività ewlenija huma produtturi, kemm ta' proprjetà privata kif ukoll ta' proprjetà pubblika, li jiġġeneraw l-elettriku u/jew is-sħana għal bejgħ lil partijiet terzi, bħala l-attività ewlenija tagħhom,

L-awtoprodutturi huma produtturi, kemm ta' proprjetà privata kif ukoll ta' proprjetà pubblika, li jiġġeneraw elettriku u/jew sħana b'mod sħiħ jew b'mod parzjali għall-użu tagħhom stess bħala attività li tappoġġja l-attività primarja tagħhom.

Nota: il-Kummissjoni tista' tiċċara aktar it-terminoloġija billi żżid referenzi tan-NACE rilevanti skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2) wara li tkun daħlet fis-seħħ reviżjoni tal-klassifikazzjoni tan-NACE.

2.1.   Provvista

2.1.1.   IL-PRODUZZJONI/PRODUZZJONI INDIĠENA

Il-kwantitajiet ta' fjuwils estratti jew prodotti, ikkalkulati wara kull operazzjoni għat-tneħħija ta' materja inerti. Il-produzzjoni tinkludi l-kwantitajiet ikkunsmati mill-produttur fil-proċess tal-produzzjoni (eż. għat-tisħin jew għat-tħaddim tat-tagħmir u tal-awżiljarji) kif ukoll il-provvisti għal produtturi tal-enerġija oħrajn għat-trasformazzjoni jew għal użi oħrajn.

Il-mezzi indiġeni: il-produzzjoni mir-riżorsi fit-territorju kkonċernat.

2.1.2.   PRODOTTI RKUPRATI

Japplika għal faħam iebes biss. Slurries u xejl tal-munzelli tal-iskart irkuprati mill-minjieri.

2.1.3.   IRĊEVUTI MINN SORSI OĦRA

Kwantitajiet ta' fjuwils li l-produzzjoni tagħhom hija koperta f'rappurtar dwar fjuwil ieħor, iżda li huma mħallta fi fjuwil ieħor u kkunsmati bħala taħlita. Dettalji ulterjuri ta' dan il-komponent għandhom jiġu pprovduti bħala:

Irċevuti minn sorsi oħra: Faħam

Irċevuti minn sorsi oħra: Żejt u prodotti taż-żejt mhux maħdum

Irċevuti minn sorsi oħra: Gass Naturali

Irċevuti minn sorsi oħra: Riżorsi rinnovabbli

2.1.4.   IMPORTAZZJONIJIET/ESPORTAZZJONIJIET

Ħlief jekk speċifikat mod ieħor, “importazzjonijiet” għandha tirriferi għall-oriġini finali (il-pajjiż fejn ikun sar il-prodott tal-enerġija) għal użu fil-pajjiż u “esportazzjonijiet” għall-pajjiż finali tal-konsum tal-prodott tal-enerġija li jkun sar. L-ammonti jitqiesu bħala importati jew esportati meta jkunu qasmu l-fruntieri politiċi tal-pajjiż, kemm jekk kien hemm awtorizzazzjoni doganali u kemm jekk le.

Fejn ma tista' tiġi rrapportata l-ebda oriġini jew destinazzjoni tista' tintuża “Mhux speċifikata/Oħrajn”.

2.1.5.   IL-BUNKERS TAL-BAĦAR INTERNAZZJONALI

Il-kwantitajiet ta' fjuwils ikkonsenjati lil bastimenti, itajru liema bandiera jtajru, li jintużaw fit-tbaħħir internazzjonali. In-navigazzjoni internazzjonali tista' ssir fuq il-baħar, fuq għadajjar u passaġġi tal-ilma interni, u f'ilmijiet kostali. Huma esklużi:

il-konsum minn bastimenti involuti f'navigazzjoni domestika. Il-qasma domestika/internazzjonali għandha tiġi stabbilita abbażi tal-port tat-tluq u tal-port tal-wasla, u mhux skont il-bandiera jew in-nazzjonalità tal-bastiment;

il-konsum minn bastimenti tas-sajd;

il-konsum minn qawwiet militari.

2.1.6.   BIDLIET FL-ISTOKK

Id-differenza bejn il-livell tal-istokk tal-ftuħ u l-livell tal-istokk tal-għeluq miżmum fit-territorju nazzjonali. Ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor, żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

2.1.7.   L-ISTOKKS TOTALI TAL-FTUĦ U TAL-GĦELUQ FIT-TERRITORJU NAZZJONALI

L-istokks kollha fit-territorju nazzjonali, inklużi l-istokks miżmuma mill-gvernijiet, mill-konsumaturi ewlenin u mill-organizzazzjonijiet li jżommu l-istokks, l-istokks miżmuma abbord bastimenti tal-oċean li jkunu deħlin, l-istokks miżmuma f'żoni riżervati u l-istokks miżmuma għal oħrajn, kemm jekk skont ftehim governattiv bilaterali u kemm jekk le. Il-ftuħ u l-għeluq jirreferu għall-ewwel u għall-aħħar jum tal-perjodu ta' rappurtaġġ rispettiv tagħhom. L-istokk jinkludi stokks miżmuma f'kull tip ta' faċilità ta' ħażna speċjali, jew fuq is-superfiċe jew taħt l-art.

2.1.8.   UŻU DIRETT

Żejt (żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt mhux maħdum) użat direttament mingħajr ma jiġi pproċessat f'raffineriji taż-żejt mhux maħdum. Jinkludi ż-żejt mhux raffinat maħruq għall-ġenerazzjoni tal-elettriku.

2.1.9.   INPUTS TAL-PRODOTTI PRIMARJI

Jinkludu l-kwantitajiet ta' żejt mhux raffinat indiġenu jew importat (inkluż il-kondensat) u l-NGL indiġenu użati direttament mingħajr ma ġew ipproċessati f'raffinerija taż-żejt mhux maħdum u l-kwantitajiet tal-Flussi lura mill-industrija Petrokimika li, għalkemm mhux fjuwil primarju, jintużaw direttament.

2.1.10.   PRODUZZJONI GROSSA TAR-RAFFINERIJA

Il-produzzjoni ta' prodotti finali f'raffinerija jew f'impjant tat-taħlit. Teskludi t-telf mir-raffineriji, imma tinkludi l-fjuwil tar-raffinerija.

2.1.11.   PRODOTTI RRIĊIKLATI

Il-prodotti finali li jgħaddu għat-tieni darba min-netwerk tat-tqegħid fis-suq, wara li jkunu ġew ikkonsenjati darba lill-konsumaturi finali (eż. lubrikanti użati li qed jiġu pproċessati mill-ġdid). Dawn il-kwantitajiet għandhom jingħarfu mill-Flussi lura petrokimiċi.

2.1.12.   FLUSSI LURA

Il-prodotti finali jew semifinali li jiġu rritornati mill-konsumaturi finali lir-raffineriji għall-ipproċessar, għat-taħlit jew għall-bejgħ. Ġeneralment ikunu prodotti sekondarji tal-manifattura petrokimika.

2.1.13.   TRASFERIMENTI TAL-INTERPRODOTTI

Il-kwantitajiet li ġew ikklassifikati mill-ġdid jew minħabba li l-ispeċifikazzjoni tagħhom inbidlet jew minħabba li ġew imħallta fi prodott ieħor. Annotazzjoni negattiva għal prodott wieħed tiġi kkumpensata b'annotazzjoni pożittiva (jew b'diversi annotazzjonijiet) għal prodott wieħed jew għal diversi prodotti u viċi versa; l-effett nett totali għandu jkun ta' żero.

2.1.14.   PRODOTTI TTRASFERITI

Il-prodotti taż-żejt mhux maħdum importati li jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala materja prima għal aktar ipproċessar fir-raffinerija, mingħajr ma jiġu kkonsenjati lill-konsumaturi finali.

2.1.15.   DIFFERENZI STATISTIĊI

Valur ikkalkulat, definit bħala d-differenza bejn il-kalkolu mill-perspettiva tal-provvista (approċċ minn fuq għal isfel) u l-kalkolu mill-perspettiva tal-konsum (approċċ minn isfel għal fuq). Għandhom jiġu ddikjarati r-raġunijiet għal kwalunkwe differenza statistika ewlenija.

2.2.   Settur tat-trasformazzjoni

Fis-settur tat-trasformazzjoni, il-kwantitajiet ta' fjuwils li ġew ittrasformati fi fjuwils oħra biss għandhom jiġu rrappurtati. Il-kwantitajiet ta' fjuwils użati għat-tisħin, it-tħaddim ta' tagħmir u b'mod ġenerali b'appoġġ tat-trasformazzjoni ma għandhomx jiġu ddikjarati fit-trasformazzjoni, iżda għandhom jiġu ddikjarati fis-settur tal-Enerġija.

2.2.1.   PRODUTTUR TA' ATTIVITÀ EWLENIJA TAL-ELETTRIKU BISS

Kwantitajiet ta' fjuwils użati għall-produzzjoni ta' elettriku f'unitajiet/impjanti tal-elettriku biss minn Produtturi ta' Attività Ewlenija.

2.2.2.   UNITAJIET TAS-SĦANA U TAL-ENERĠIJA KKOMBINATI (CHP) TAL-PRODUTTUR TAL-ATTIVITÀ EWLENIJA

Kwantitajiet ta' fjuwils użati biex ikunu prodotti l-elettriku u/jew is-sħana f'unitajiet ta' CHP minn Produtturi ta' Attività Ewlenija.

2.2.3.   PRODUTTUR TA' ATTIVITÀ EWLENIJA TAS-SĦANA BISS

Kwantitajiet ta' fjuwils użati għall-produzzjoni ta' sħana f'unitajiet/impjanti tas-sħana biss minn Produtturi ta' Attività Ewlenija.

2.2.4.   AWTOPRODUTTUR TAL-ELETTRIKU BISS

Kwantitajiet ta' fjuwils użati għall-produzzjoni ta' elettriku f'unitajiet/impjanti ta' elettriku biss minn Awtoprodutturi.

2.2.5.   UNITAJIET TAS-SĦANA U TAL-ENERĠIJA KKOMBINATI (CHP) TAL-AWTOPRODUTTURI

Il-kwantitajiet kollha ta' fjuwils użati għall-produzzjoni tal-elettriku u l-parti proporzjonali ta' fjuwils użati biex tiġi prodotta sħana mibjugħa f'unitajiet ta' CHP minn Awtoprodutturi. Il-parti proporzjonali ta' fjuwils użata għall-produzzjoni ta' sħana li ma ġietx mibjugħa (sħana awtokkunsmata) għandha tiġi rrappurtata skont is-settur speċifiku ta' konsum finali tal-enerġija abbażi tal-klassifikazzjoni tan-NACE. Sħana mhux mibjugħa iżda kkonsenjata lil entitajiet oħra taħt ftehimiet non-finanzjarji jew lil entitajiet bi sjieda differenti għandha tiġi rrappurtata fuq l-istess prinċipju bħal sħana mibjugħa.

2.2.6.   AWTOPRODUTTUR TAS-SĦANA BISS

Il-parti proporzjonali ta' fjuwils li tikkorrispondi għall-kwantità ta' sħana mibjugħa f'unitajiet/impjanti ta' sħana biss minn Awtoprodutturi. Il-parti proporzjonali ta' fjuwils użata għall-produzzjoni ta' sħana li ma ġietx mibjugħa (sħana awtokkunsmata) għandha tiġi rrappurtata skont is-settur speċifiku ta' konsum finali tal-enerġija abbażi tal-klassifikazzjoni tan-NACE. Sħana mhux mibjugħa iżda kkonsenjata lil entitajiet oħra taħt ftehimiet non-finanzjarji jew lil entitajiet bi sjieda differenti għandha tiġi rrappurtata fuq l-istess prinċipju bħal sħana mibjugħa.

2.2.7.   IMPJANTI TAL-FJUWIL BIL-PRIVATTIVA

Kwantitajiet ta' fjuwils użati f'impjanti ta' fjuwil bil-privattiva biex jiġi prodott fjuwil bil-privattiva.

2.2.8.   FRAN TAL-KOKK

Kwantitajiet ta' fjuwils użati fi fran tal-kokk biex jiġu prodotti kokk tal-fran tal-kokk u gass minn fran tal-kokk.

2.2.9.   IMPJANTI TAL-BKB/PB

Kwantitajiet ta' fjuwils użati biex jiġu prodotti mattunelli tal-faħam kannella (BKB) f'impjanti tal-BKB u kwantitajiet ta' fjuwils użati f'impjanti tal-mattunnelli tal-pit biex jiġu prodotti mattunelli tal-pit (PB).

2.2.10.   IMPJANTI TAL-MANIFATTURA TAL-GASS

Kwantitajiet ta' fjuwils użati biex jiġi prodott il-gass tal-impjanti tal-gass f'impjanti tal-manifattura tal-gass u f'impjanti għall-gassifikazzjoni tal-faħam.

2.2.11.   KALKARA TAL-FUNDERIJA

Kwantitajiet ta' fjuwils li jidħlu f'reċipjent ta' kalkara tal-funderija, kemm jekk mill-għatu flimkien mal-mineral tal-ħadid, kif ukoll jekk permezz tat-tuyeres fil-qiegħ flimkien mal-arja tal-blast imsaħħna.

2.2.12.   LIKWIFAZZJONI TAL-FAĦAM

Kwantitajiet ta' fjuwil użati biex ikun prodott żejt sintetiku.

2.2.13.   IMPJANTI TAL-GASS GĦAL LIKWIDU

Kwantitajiet ta' fjuwils gassużi konvertiti fi fjuwils likwidi.

2.2.14.   IMPJANT TAL-PRODUZZJONI TAL-FAĦAM TAL-KANNOL

Kwantitajiet ta' bijofjuwils solidi konvertiti f'faħam tal-kannol.

2.2.15.   RAFFINERIJI TAŻ-ŻEJT MHUX MAĦDUM

Kwantitajiet ta' fjuwils użati biex jiġu mmanifatturati prodotti taż-żejt mhux maħdum.

2.2.16.   IMPJANTI TAT-TAĦLIT TA' GASS NATURALI (GĦAL GASS NATURALI MĦALLAT)

Kwantitajiet ta' gassijiet imħallta ma' gass naturali għal ġon-netwerk tal-gass (in-netwerk tal-gass).

2.2.17.   GĦAL TAĦLIT MA' GAŻOLINA TAL-MAGNI/DIŻIL/PITROLJU:

Kwantitajiet ta' bijofuwils likwidi mħallta mal-kontropartijiet fossili tagħhom.

2.2.18.   MHUX SPEĊIFIKAT BAND'OĦRA

Kwantitajiet ta' fjuwils użati għal attivitajiet ta' trasformazzjoni li mhumiex inklużi band'oħra. Jekk jintuża, dak li jiġi inkluż taħt din l-intestatura għandu jiġi spjegat fir-rapport.

2.3.   Settur tal-enerġija

Kwantitajiet ikkunsmati mill-industrija tal-enerġija biex isostnu l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni (tħaffir fil-minjieri, produzzjoni taż-żejt u tal-gass) jew tal-impjanti ta' attivitajiet ta' trasformazzjoni. Dan jikkorrispondi għal NACE Rev. 2 Diviżjonijiet 05, 06, 19 u 35, NACE Rev. 2 Grupp 09.1 u NACE Rev. 2 klassijiet 07.21 u 08.92.

Jeskludi l-kwantitajiet ta' fjuwils ittrasformati f'forma ta' enerġija oħra (li għandha tiġi rrappurtata fis-Settur tat-Trasformazzjoni) jew użati biex isostnu t-tħaddim tal-pipelines tat-taħlitiet (slurries) biż-żejt, gass u faħam (li għandhom jiġu rrappurtati fis-Settur tat-Trasport).

Jinkludi l-manifattura ta' materjali kimiċi għall-fissjoni u għall-fużjoni atomika u l-prodotti ta' dawn il-proċessi.

2.3.1.   UŻU MILL-IMPJANTI STESS TAL-ELETTRIKU, TAS-CHP U TAS-SĦANA

Kwantitajiet ta' fjuwils ikkunsmati bħala enerġija għal operazzjonijiet ta' sostenn f'impjanti ta' Elettriku biss, Sħana biss u unitajiet ta' CHP.

2.3.2.   MINJIERI TAL-FAĦAM

Kwantitajiet ta' fjuwils ikkunsmati bħala enerġija biex isostnu l-estrazzjoni u l-preparazzjoni tal-faħam fl-industrija tat-tħaffir fil-minjieri għall-faħam. Il-faħam maħruq f'impjanti tal-enerġija fid-dħul għal minjiera tal-faħam għandu jiġi rrappurtat fis-Settur tat-Trasformazzjoni.

2.3.3.   IMPJANTI TAL-FJUWIL BIL-PRIVATTIVA

Kwantitajiet ta' fjuwils ikkunsmati bħala enerġija biex isostnu operazzjonijiet f'impjanti tal-fjuwil bil-privattiva.

2.3.4.   FRAN TAL-KOKK

Kwantitajiet ta' fjuwils ikkunsmati bħala enerġija biex isostnu operazzjonijiet fi fran tal-kokk (impjanti għall-kokk).

2.3.5.   IMPJANTI TAL-BKB/PB

Kwantitajiet ta' fjuwils użati bħala enerġija biex isostnu operazzjonijiet f'impjanti BKP/PB (impjant tal-agglomerazzjoni).

2.3.6.   IMPJANTI TAL-MANIFATTURA TAL-GASS/IMPJANTI TAL-GASSIFIKAZZJONI

Kwantitajiet ta' fjuwils ikkunsmati bħala enerġija biex isostnu operazzjonijiet f'impjanti tal-manifattura tal-gass u impjanti tal-gassifikazzjoni tal-faħam.

2.3.7.   KALKARA TAL-FUNDERIJA

Kwantitajiet ta' fjuwils ikkunsmati bħala enerġija biex isostnu operazzjonijiet f'kalkara tal-funderija.

2.3.8.   LIKWIFAZZJONI TAL-FAĦAM

Kwantitajiet ta' fjuwils ikkunsmati bħala enerġija biex isostnu operazzjonijiet f'impjanti ta' likwefazzjoni tal-faħam.

2.3.9.   LIKWEFAZZJONI (LNG)/RIGASSIFIKAZZJONI

Kwantitajiet ta' fjuwils ikkunsmati bħala enerġija biex isostnu operazzjonijiet f'impjanti ta' likwefazzjoni tal-gass naturali u ta' rigassifikazzjoni.

2.3.10.   IMPJANTI TA' GASSIFIKAZZJONI (IL-BIJOGASS)

Kwantitajiet ta' fjuwils ikkunsmati bħala enerġija biex isostnu operazzjonijiet f'impjanti ta' gassifikazzjoni tal-bijogass.

2.3.11.   IMPJANTI TAL-GASS GĦAL-LIKWIDU (IL-GTL)

Kwantitajiet ta' fjuwils ikkunsmati bħala enerġija biex isostnu operazzjonijiet f'impjanti ta' konverżjoni tal-gass għal-likwidu.

2.3.12.   IMPJANTI TAL-PRODUZZJONI TAL-FAĦAM TAL-KANNOL

Kwantitajiet ta' fjuwils ikkunsmati bħala enerġija biex isostnu operazzjonijiet f'impjanti tal-produzzjoni tal-faħam tal-kannol.

2.3.13.   RAFFINERIJI TAŻ-ŻEJT MHUX MAĦDUM

Kwantitajiet ta' fjuwils ikkunsmati bħala enerġija biex isostnu operazzjonijiet f'raffineriji taż-żejt mhux maħdum.

2.3.14.   ESTRAZZJONI TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS

Kwantitajiet ta' fjuwils ikkunsmati fil-faċilitajiet ta' estrazzjoni taż-żejt u l-gass naturali. Eskluż it-telf mill-pipelines (li għandu jiġi rrapportat bħala telf mid-distribuzzjoni) u l-kwantitajiet tal-enerġija użata biex jitħaddmu l-pipelines (li għandhom jiġu rrapportati fis-settur tat-Trasport).

2.3.15.   MHUX SPEĊIFIKAT BAND'OĦRA — ENERĠIJA

Kwantitajiet ta' fjuwils relatati ma' attivitajiet ta' enerġija mhux inklużi band'oħra. Jekk jintuża, dak li jiġi inkluż taħt din l-intestatura għandu jiġi spjegat fir-rapport.

2.4.   Telf mid-Distribuzzjoni

Kwantitajiet ta' telf ta' fjuwil li jseħħ minħabba trasport u distribuzzjoni.

2.5.   Konsum finali mhux tal-enerġija

Kwantitajiet ta' fjuwils fossili użati għal finijiet mhux ta' enerġija — fjuwils mhux maħruqa.

2.6.   Konsum Finali ta' Enerġija (speċifikazzjonijiet ta' użu aħħari)

2.6.1.   SETTUR TAL-INDUSTRIJA

Dan jirreferi għall-kwantitajiet ta' fjuwil ikkunsmati mill-intrapriża industrijali biex issostni l-attivitajiet primarji tagħha.

Għall-unitajiet ta' sħana biss jew ta' CHP, il-kwantitajiet ta' fjuwils ikkunsmati għall-produzzjoni ta' sħana użata mill-entità nnifisha (sħana awtokkunsmata) biss għandhom jiġu rrappurtati. Il-kwantitajiet ta' fjuwils ikkunsmati għall-produzzjoni ta' sħana mibjugħa, u għall-produzzjoni tal-elettriku, għandhom jiġu rappurtati taħt is-settur tat-trasformazzjoni xieraq.

2.6.1.1.   Ħadid u Azzar: NACE Rev. 2 Gruppi 24.1, 24.2 u 24.3; u NACE Rev. 2 Klassijiet 24.51 u 24.52.

2.6.1.2.   Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi: NACE Rev. 2 Diviżjonijiet 20 u 21.

2.6.1.3.   Metalli li ma fihomx ħadid: NACE Rev. 2 Grupp 24.4; u NACE Rev. 2 Klassijiet 24.53 u 24.54.

2.6.1.4.   Minerali li mhumiex metalliċi: NACE Rev. 2 Diviżjoni 23.

2.6.1.5.   Tagħmir tat-Trasport: NACE Rev. 2 Diviżjonijiet 29 u 30.

2.1.6.6.   Makkinarju: NACE Rev. 2 Diviżjonijiet 25, 26, 27 u 28.

2.6.1.7.   Tħaffir fil-Minjieri u l-Barrieri: NACE Rev. 2 Diviżjonijiet 07 (eskluż 07.21) u 08 (eskluż 08.92); NACE Rev. 2 Grupp 09.9.

2.6.1.8.   Ikel, Xorb u Tabakk: NACE Rev. 2 Diviżjonijiet 10, 11 u 12.

2.6.1.9.   Polpa, Karti u Stampar: NACE Rev. 2 Diviżjonijiet 17 u 18.

2.6.1.10.   Injam u Prodotti tal-Injam: NACE Rev. 2 Diviżjoni 16.

2.6.1.11.   Kostruzzjoni: NACE Rev. 2 Diviżjoni 41, 42 u 43.

2.6.1.12.   Tessuti u Ġilda: NACE Rev. 2 Diviżjonijiet 13, 14 u 15.

2.6.1.13.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Industrija: NACE Diviżjonijiet 22, 31 u 32

2.6.2.   SETTUR TAT-TRASPORT

Enerġija użata fl-attivitajiet ta' trasport kollha rrispettivament mill-kategorija NACE (settur ekonomiku) fejn isseħħ l-attività. Fjuwils użati għat-tisħin u l-illuminazzjoni fi stazzjonijiet tal-ferrovija, stazzjonijiet tax-xarabanks, mollijiet tal-bastimenti u ajruporti għandhom jiġu rrappurtati f'“Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi” u mhux fis-settur tat-Trasport.

2.6.2.1.   Ferroviji

Kwantitajiet ta' fjuwils użati mit-traffiku tal-ferroviji, inklużi ferroviji industrijali u trasport bil-ferroviji bħala parti minn sistemi ta' trasport urbani u suburbani (pereżempju ferroviji, trams, metro).

2.6.2.2.   Navigazzjoni Domestika

Il-kwantitajiet ta' fjuwils ikkonsenjati lil bastimenti, itajru liema bandiera jtajru, li mhumiex involuti fi tbaħħir internazzjonali (ara l-Bunkers tal-baħar internazzjonali). Il-qasma domestika/internazzjonali għandha tiġi stabbilita abbażi tal-port tat-tluq u tal-port tal-wasla, u mhux skont il-bandiera jew in-nazzjonalità tal-bastiment.

2.6.2.3.   Fuq it-triq

Kwantitajiet ta' fjuwils użati f'vetturi tat-triq. Inkluż fjuwil użat minn vetturi agrikoli fuq l-awtostradi u l-lubrikanti għall-użu f'vetturi tat-triq.

Eskluża l-enerġija użata f'magni stazzjonarji (ara s-settur Oħrajn), fit-trekters imma mhux fl-awtostradi (ara Agrikoltura), għal użu militari f'vetturi tat-triq (ara s-settur Oħrajn — Mhux Speċifikat Band'Oħra), għall-bitumen użat fil-kisi tat-toroq u għall-enerġija użata f'magni f'siti ta' kostruzzjoni (ara l-Kostruzzjoni, subsettur tal-Industrija).

2.6.2.4.   Trasport mill-Pipelines

Kwantitajiet ta' fjuwils użati bħala enerġija fl-appoġġ u fit-tħaddim ta' pipelines li jittrasportaw gassijiet, likwidi, slurries u komoditajiet oħrajn. Inkluża l-enerġija użata għall-istazzjonijiet tal-fjuwil u għall-manutenzjoni tal-pipelines. Eskluża l-enerġija użata għad-distribuzzjoni permezz tal-pipelines ta' gass naturali jew gass manifatturat, il-misħun jew l-istim mid-distributur għall-utenti finali (li għandu jiġi rrappurtat fis-settur tal-enerġija), l-enerġija użata għad-distribuzzjoni finali tal-ilma lill-utenti fl-unitajiet domestiċi, lill-utenti industrijali, lill-utenti kummerċjali u lil utenti oħrajn (li għandhom jiġu inklużi fis-Servizzi Kummerċjali/Pubbliċi) u t-telf li jiġri waqt dan it-trasport bejn id-distributur u l-utenti finali (li għandu jiġi rrappurtat bħala telf mid-distribuzzjoni).

2.6.2.5.   Avjazzjoni Internazzjonali

Kwantitajiet ta' fjuwils ikkonsenjati lil inġenji tal-ajru għal avjazzjoni internazzjonali. Il-qasma bejn id-domestiku u l-internazzjonali għandha tkun stabbilita abbażi ta' minn fejn jittajjar u fejn jinżel il-mezz u mhux skont in-nazzjonalità tal-linja tal-ajru. Huma esklużi l-fjuwils użati mil-linji tal-ajru għall-vetturi tat-triq tagħhom (li għandhom jiġu rrappurtati f'Mhux Speċifikat Band'Oħra — Trasport) u għall-użu militari ta' fjuwils għall-avjazzjoni (li għandu jiġi rrappurat f'Mhux Speċifikat Band'Oħra — Oħra).

2.6.2.6.   Avjazzjoni Domestika

Kwantitajiet ta' fjuwils ikkonsenjati lil inġenji tal-ajru għal avjazzjoni domestika. Huwa inkluż il-fjuwil użat għal finijiet mhux ta' titjiriet, eż. l-ittestjar ta' qabel tal-magni. Il-qasma bejn id-domestiku u l-internazzjonali għandha tkun stabbilita abbażi ta' minn fejn jittajjar u fejn jinżel il-mezz u mhux skont in-nazzjonalità tal-linja tal-ajru. Dan jinkludi vjaġġi ta' tul konsiderevoli bejn żewġ ajruporti f'pajjiż b'territorji extra-Ewropej. Huma esklużi l-fjuwils użati mil-linji tal-ajru għall-vetturi tat-triq tagħhom (li għandhom jiġu rrappurtati f'Mhux Speċifikat Band'Oħra — Trasport) u l-użu militari ta' fjuwils għall-avjazzjoni (li għandu jiġi rrappurtat f'Mhux Speċifikat Band'Oħra — Oħra).

2.6.2.7.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Trasport

Kwantitajiet ta' fjuwils użati għal attivitajiet ta' trasport mhux inklużi band'oħra. Huma inklużi l-fjuwils użati mil-linji tal-ajru għall-vetturi tat-triq tagħhom u l-fjuwils użati fil-portijiet għat-tagħmir li jħott it-tagħbiji mill-bastimenti, diversi tipi ta' krejnijiet. Jekk jintuża, dak li jiġi inkluż taħt din l-intestatura għandu jiġi spjegat fir-rimarki tar-rapport.

2.6.3.   SETTURI OĦRA

Din il-kategorija tkopri kwantitajiet ta' fjuwils użati f'setturi mhux speċifikament imsemmija jew li ma jagħmlux parti mit-trasformazzjoni, enerġija, industrija jew trasport.

2.6.3.1.   Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

Kwantitajiet ta' fjuwils ikkunsmati min-negozju u mill-uffiċċji fis-setturi pubbliċi u privati. NACE Rev. 2 Diviżjonijiet 33, 36, 37, 38, 39, 45, 46, 47, 52, 53, 55, 56, 58, 59, 60, 61, 62, 63, 64, 65, 66, 68, 69, 70, 71, 72, 73, 74, 75, 77, 78, 79, 80, 81, 82, 84 (eskluża l-Klassi 84.22), 85, 86, 87, 88, 90, 91, 92, 93, 94, 95, 96 u 99. Fjuwils użati għat-tisħin u l-illuminazzjoni fi stazzjonijiet tal-ferrovija, stazzjonijiet tax-xarabanks, mollijiet tal-bastimenti u ajruporti għandhom jiġu rrappurtati f'din il-kategorija u inklużi wkoll fjuwils użati għall-attivitajiet kollha mhux ta' trasport ta' NACE Rev. 2 Diviżjoni 49, 50 u 51.

2.6.3.2.   Residenzjali

Kwantitajiet ta' fjuwils ikkunsmati mill-unitajiet domestiċi kollha inklużi “unitajiet domestiċi b'persuni impjegati”. NACE Rev. 2 Diviżjonijiet 97 u 98.

Id-definizzjonijiet speċifiċi li ġejjin japplikaw għal dan is-settur:

Settur tal-unitajiet domestiċi:

 

Unità domestika tfisser persuna li tgħix waħedha jew grupp ta' nies li jgħixu flimkien fl-istess abitazzjoni privata u li jaqsmu l-ispejjeż kif ukoll jikkontribwixxu fil-forniment tal-essenzjali għall-għixien. Is-settur tal-unitajiet domestiċi, magħruf ukoll bħala s-settur residenzjali (jew domestiku) huwa għaldaqstant, grupp kollettiv tal-unitajiet domestiċi kollha f'pajjiż.

 

Residenzi kollettivi li jistgħu jkunu permanenti (eż. ħabsijiet) jew temporanji (eż. sptarijiet) għandhom jiġu esklużi billi dawn huma koperti fil-konsum fis-settur tas-servizzi. L-enerġija użata fl-attivitajiet tat-trasport kollha għandha tiġi rrappurtata fis-settur tat-trasport u mhux fis-settur tal-unitajiet domestiċi.

Il-konsum tal-enerġija assoċjat ma' attivitajiet ekonomiċi sinifikanti tal-unitajiet domestiċi għandu wkoll jiġi eskluż mit-total tal-konsum tal-enerġija fl-unitajiet domestiċi. Dawn l-attivitajiet jinkludu attivitajiet ekonomiċi agrikoli f'azjendi agrikoli żgħar u attivitajiet ekonomiċi oħra mwettqa f'residenza ta' unità domestika u għandhom jiġu rrappurtati fis-settur korrispondenti.

2.6.3.2.1.   Tisħin ta' spazju

Dan is-servizz ta' enerġija jirreferi għall-użu tal-enerġija għall-provvista tas-sħana f'żona interna ta' post ta' residenza.

2.6.3.2.2.   Tkessiħ ta' spazju:

Dan is-servizz ta' enerġija jirreferi għall-użu tal-enerġija għat-tkessiħ f'post residenzjali permezz ta' sistema u/jew unità ta' refriġerazzjoni.

Fannijiet, blowers u tagħmir ieħor mhux konness ma' unità ta' tkessiħ huma esklużi minn din it-taqsima, iżda għandhom ikunu koperti fit-taqsima tat-tagħmir tal-illuminazzjoni u tal-elettriku.

2.6.3.2.3.   Tisħin tal-ilma:

Dan is-servizz tal-enerġija jirreferi għall-użu tal-enerġija għat-tisħin tal-ilma għall-ilma sħun kurrenti, il-banjijiet, it-tindif u applikazzjonijiet oħra mhux tat-tisjir.

It-tisħin tal-pixxini huwa eskluż, iżda għandu jiġi kopert fit-taqsima ta' użi aħħarin oħra.

2.6.3.2.4.   Tisjir:

Dan is-servizz tal-enerġija jirreferi għall-użu tal-enerġija għat-tħejjija tal-ikel.

It-tagħmir għat-tisjir awżiljari (microwaves, ktieli, magni tal-kafe, eċċ) huma esklużi; għandhom jiġu koperti fit-taqsima tal-illuminazzjoni u t-tagħmir elettriku.

2.6.3.2.5.   Tagħmir tal-illuminazzjoni u tagħmir elettriku (elettriku biss):

Użu tal-elettriku għall-illuminazzjoni u kull tagħmir ieħor elettriku f'post ta' residenza mhux kkunsidrat fi ħdan użi finali oħra.

2.6.3.2.6.   Użi finali oħra:

Kull konsum tal-enerġija ieħor f'unitajiet domestiċi bħalma huwa l-użu tal-enerġija minn attivitajiet fil-miftuħ u attivitajiet oħra mhux inklużi fil-ħames użi finali tal-enerġija msemmija hawn fuq (eż. lawn mowers, tisħin tal-pixxina, ħiters ta' barra, barbkjus fil-miftuħ, sawni eċċ.).

2.6.3.3.   Agrikoltura/Forestrija

Kwantitajiet ta' fjuwils ikkunsmati minn utenti kklassifikati bħala agrikultura, kaċċa u forestrija; NACE Rev. 2 Diviżjonijiet 01 u 02.

2.6.3.4.   Sajd

Kwantitajiet ta' fjuwils ikkonsenjati għal sajd intern, kostali u fil-baħar fond. Is-sajd għandu jkopri l-fjuwils ikkonsenjati lill-bastimenti, jtajru liema bandiera jtajru, li ħadu l-fjuwil f'dak il-pajjiż (inkluż is-sajd internazzjonali) u l-enerġija użata fl-industrija tas-sajd. NACE Rev. 2 Diviżjoni 03.

2.6.3.5.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Oħra

Kwantitajiet ta' fjuwils użati għal attivitajiet mhux inklużi band'oħra (bħal NACE Rev. 2 Klassi 84.22). Din il-kategorija tinkludi l-użu militari tal-fjuwil għal konsum mobbli u li ma jiċċaqlaqx kollu (eż. bastimenti, inġenji tal-ajru, toroq u enerġija użata fl-imkejjen fejn jgħix l-istaff), irrispettivament minn jekk il-fjuwil ikkonsenjat huwiex għall-militar ta' dak il-pajjiż jew għall-militar ta' pajjiż ieħor. Jekk jintuża, dak li jiġi inkluż taħt din l-intestatura għandu jiġi spjegat fir-rimarki tar-rapport.

3.   PRODOTTI

3.1.   FAĦAM (Fjuwils fossili solidi u gassijiet immanifatturati)

3.1.1.   FAĦAM IEBES

Il-faħam iebes huwa prodott aggregat daqs is-somma ta' antraċite, faħam għall-kokk u faħam bituminuż ieħor.

3.1.2.   ANTRAĊITE

Faħam ta' livell għoli użat għal applikazzjonijiet industrijali u residenzjali. Ġeneralment għandu inqas minn 10 % ta' materja volatili u kontenut għoli ta' karbonju (madwar 90 % ta' karbonju fiss). Il-valur kalorifiku gross tiegħu huwa aktar minn 24 000 kJ/kg fuq bażi ħielsa mill-irmied iżda niedja.

3.1.3.   FAĦAM GĦALL-KOKK

Faħam bituminuż bi kwalità li tippermetti l-produzzjoni ta' kokk (kokk tal-fran tal-kokk) adattat biex isostni ċarġ ta' kalkara tal-funderija. Il-valur kalorifiku gross tiegħu huwa aktar minn 24 000 kJ/kg fuq bażi ħielsa mill-irmied iżda niedja.

3.1.4.   FAĦAM BITUMINUŻ IEĦOR

Faħam użat sabiex jiġi ġġenerat l-istim u li jinkludi l-faħam bituminuż kollu li mhux inkluż la taħt faħam għall-kokk u lanqas taħt l-antraċite. Huwa kkaratterizzat minn materja aktar volatili mill-antraċite (aktar minn 10 %) u kontenut ta' karbonju aktar baxx (inqas minn 90 % ta' karbonju fiss). Il-valur kalorifiku gross tiegħu huwa aktar minn 24 000 kJ/kg fuq bażi ħielsa mill-irmied iżda niedja.

3.1.5.   FAĦAM KANNELLA

Il-faħam kannella huwa prodott aggregat ugwali għas-somma ta' faħam subbituminuż u linjite.

3.1.6.   FAĦAM SUBBITUMINUŻ

Jirreferi għal faħam li ma jagħqadx b'valur kalorifiku gross ta' bejn 20 000 kJ/kg u 24 000 kJ/kg li fih aktar minn 31 % ta' materja volatili fuq bażi ħielsa minn materja minerali xotta.

3.1.7.   LINJITE

Faħam li ma jagħqadx b'valur kalorifiku gross ta' inqas minn 20 000 kJ/kg u akbar minn 31 % ta' materja volatili fuq bażi ħielsa minn materja minerali xotta.

3.1.8.   FJUWIL BIL-PRIVATTIVA

Fjuwil kompost immanifatturat minn trab fin ta' faħam iebes biż-żieda ta' aġent li jgħaqqad. L-ammont ta' fjuwil bil-privattiva prodott, għalhekk, jista' jkun xi ftit ogħla mill-ammont effettiv ta' faħam ikkunsmat fil-proċess ta' trasformazzjoni.

3.1.9.   KOKK TAL-FRAN TAL-KOKK

Il-prodott solidu miksub mill-karbonizzazzjoni tal-faħam, prinċipalment faħam għall-kokk, f'temperatura għolja, ftit li xejn għandu materja niedja u volatili. Il-kokk tal-fran tal-kokk jintuża prinċipalment fl-industrija tal-ħadid u tal-azzar fejn jagħmilha ta' sors ta' enerġija u ta' aġent kimiku.

Ir-riħ tal-kokk u l-kokk tal-funderija għandhom jiġu rrappurtati f'din il-kategorija.

is-semikokk (prodott solidu miksub mill-karbonizzazzjoni tal-faħam f'temperatura baxxa) għandu jiġi inkluż f'din il-kategorija. Is-semikokk jintuża bħala fjuwil għat-tisħin jew mill-impjant tat-trasformazzjoni nnifsu.

Din l-intestatura tinkludi wkoll il-kokk, ir-riħ tal-kokk u s-semi-kokk magħmul mil-linjite.

3.1.10.   KOKK TAL-GASS

Prodott sekondarju ta' faħam iebes użat għall-produzzjoni ta' gass tal-ibliet f'impjanti tal-gass. Il-kokk tal-gass jintuża għal finijiet ta' tisħin.

3.1.11.   QATRAN TAL-FAĦAM

Riżultat ta' distillazzjoni distruttiva tal-faħam bituminuż. Il-qatran tal-faħam huwa l-prodott sekondarju likwidu tad-distillazzjoni tal-faħam biex isir il-kokk fil-proċess tal-fran tal-kokk jew jiġi prodott mill-faħam kannella (“qatran b'temperatura baxxa”).

3.1.12.   BKB (MATTUNELLI TAL-FAĦAM KANNELLA)

Il-BKB huwa fjuwil kompost immanifatturat mil-linjite jew minn faħam subbituminuż, prodott billi jingħata l-forma ta' mattunelli taħt pressjoni għolja mingħajr iż-żieda ta' aġent li jgħaqqad, inkluż it-trab fin u t-trab tal-linjite niexef.

3.1.13.   GASSIJIET IMMANIFATTURATI

Il-gassijiet immanifatturati huma aggregat ta' prodott ugwali għas-somma ta' gass ta' impjanti tal-manifattura tal-gass, gass minn fran tal-kokk, gass minn kalkara tal-funderija u gassijiet irkuprati oħra.

3.1.14.   GASS TAL-IMPJANTI TAL-GASS

Ikopri t-tipi kollha ta' gassijiet prodotti f'impjanti ta' utilità pubblika jew f'impjanti privati, li l-fini ewlenija tagħhom hija l-manifattura, it-trasport u d-distribuzzjoni tal-gass. Jinkludi gass prodott bil-karbonizzazzjoni (inkluż gass prodott minn fran tal-kokk u trasferit għal gass ta' impjanti tal-gass), permezz ta' gassifikazzjoni totali b'arrikkiment jew mingħajr arrikkament bi prodotti taż-żejt (l-LPG, iż-żejt tal-fjuwil residwu, eċċ.), u billi jiġu riformati u sempliċement imħallta l-gassijiet u/jew l-ajra, inkluż it-taħlit ma' gass naturali li jiġi distribwit u kkunsmat permezz tan-netwerk tal-gass naturali. L-ammont ta' gass li jirriżulta mit-trasferimenti ta' gassijiet tal-faħam oħra għal gass minn impjanti tal-gass għandu jiġi rrappurtat bħala l-produzzjoni tal-gass tal-impjanti tal-gass.

3.1.15.   GASS TAL-FRAN TAL-KOKK

Il-gass tal-fran tal-kokk huwa gass miksub bħala prodott sekondarju mill-manifattura tal-kokk tal-fran tal-kokk għall-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar.

3.1.16.   GASS TAL-KALKARI TAL-FUNDERIJI

Gass tal-kalkari tal-funderiji huwa prodott waqt il-ħruq tal-kokk f'kalkari tal-funderija fl-industrija tal-ħadid u tal-azzar. Jiġi rkuprat u użat bħala fjuwil, parti minnu fl-impjant u parti oħra minnu fi proċessi oħrajn tal-industrija tal-azzar jew f'impjanti tal-enerġija mgħammra biex jaħarquh.

3.1.17.   GASSIJIET OĦRAJN IRKUPRATI

Prodott sekondarju mill-produzzjoni tal-azzar f'forn tal-ossiġnu, irkuprat malli dan jinħareġ mill-forn. Il-gassijiet huma magħrufa wkoll bħala gass konvertitur, gass LD jew gass BOS. Il-kwantità ta' fjuwil irkuprat għandha tiġi rrappurtata fuq bażi ta' valur kalorifiku gross. Ikopri wkoll gassijiet immanifatturati mhux speċifikati li mhumiex imsemmija hawn fuq, bħal gassijiet kombustibbli ta' oriġini karbonika solida rkuprati mill-manifattura u minn proċessi kimiċi mhux definiti band'oħra.

3.1.18.   PIT

Il-pit huwa depożitu sedimentarju li jinħaraq, li huwa artab, poruż jew kompressat, li ġej mill-pjanti b'kontenut għoli ta' ilma (sa 90 % meta mhux ipproċessat), li jitqatta' malajr, b'kulur li jvarja mill-kannella ċar għall-kannella skur. Il-pit jinkludi pit mit-torba u pit mitħun. Mhux inkluż il-pit użat għal finijiet mhux ta' enerġija.

3.1.19.   PRODOTTI TAL-PIT

Prodotti bħal mattunelli tal-pit derivati direttament jew indirettament minn tuba tal-pit u pit mitħun.

3.1.20.   IX-XEJL TAŻ-ŻEJT U R-RAMEL TAŻ-ŻEJT

Ix-xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt huma blat sedimentarju li jkun fih materja organika fil-forma ta' keroġenu. Il-keroġenu huwa materjal tax-xama' rikk fl-idrokarburi meqjus bħala prekursur taż-żejt mhux maħdum. Ix-xejl taż-żejt jista' jinħaraq direttament jew jiġi pproċessat permezz tat-tisħin sabiex jiġi estratt iż-żejt tax-xejl. Iż-żejt tax-xejl u prodotti oħrajn derivati mil-likwefazzjoni għandhom jiġu rrappurtati bħal idrokarburi oħra fi ħdan prodotti taż-żejt mhux maħdum.

3.2.   Gass naturali

3.2.1.   GASS NATURALI

Il-gass naturali jinkludi gassijiet li jirriżultaw f'depożiti ta' taħt l-art, kemm jekk likwifikati kif ukoll jekk gassużi, li jkunu jikkonsistu prinċipalment minn metan, indipendenti mill-metodu ta' estrazzjoni (konvenzjonali u mhux konvenzjonali). Jinkludi kemm gass “mhux assoċjat” li joriġina minn faċilitajiet li jipproduċu l-idrokarburi biss f'forma ta' gass, u gass “assoċjat” li ġie prodott f'assoċjazzjoni ma' żejt mhux raffinat kif ukoll ma' metanu rkuprat mill-minjieri tal-faħam (gass tal-minjieri tal-faħam tal-ħaġra u l-bini tagħha) jew minn saffi tal-faħam (gass tas-saffi tal-faħam). Il-gass naturali ma jinkludix il-Bijogass u l-Gassijiet immanifatturati. Trasferimenti ta' prodotti tali għal netwerk ta' gass naturali għandhom jiġu rrappurtati separatament minn gass naturali. Il-gass naturali jinkludi gass naturali likwifikat (LNG) u gass naturali kompressat (CNG).

3.3.   Elettriku u sħana

3.3.1.   ELETTRIKU

L-elettriku jirreferi għat-trasferiment ta' enerġija permezz tal-fenomenu fiżiku bl-involviment taċ-ċarġis elettriċi u l-effetti tagħhom meta weqfin u f'moviment. L-elettriku kollu li huwa użat, prodott u kkunsmat għandu jiġi rrappurtat, inkluż barra n-netwerk (off-grid) u awtokkunsmat.

3.3.2.   SĦANA (SĦANA DERIVATA)

Is-sħana tirreferi għall-enerġija miksuba mill-moviment translazzjonali, rotazzjonali u vibrazzjonali tal-kostitwenti tal-materja kif ukoll tibdil fl-istat fiżiku tagħha. Is-sħana kollha prodotta, ħlief sħana prodotta mill-awtoprodutturi għall-użu tagħhom stess u mhux mibjugħa, għandha tiġi rrappurtata; il-forom ta' sħana l-oħra kollha huma rrappurtati bħala użu ta' prodotti li minnhom ġiet prodotta s-sħana.

3.4.   ŻEJT (żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt mhux maħdum)

3.4.1.   ŻEJT MHUX RAFFINAT

Iż-żejt mhux raffinat huwa żejt minerali ta' oriġini naturali li jinkludi taħlita ta' idrokarburi u impuritajiet assoċjati, bħall-kubrit. Jeżisti fil-fażi likwida f'temperatura u pressjoni tas-superfiċi normali u l-karatteristiċi fiżiċi tiegħu (id-densità, il-viskożità, eċċ.) huma ferm varjabbli. Din il-kategorija tinkludi l-kondensati tal-impjant ta' trattament jew taż-żona ta' sfruttament irkuprati minn gassijiet assoċjati jew mhux assoċjati fejn jiġu mħallta mal-fluss ta' żejt kummerċjali mhux raffinat. Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati indipendentement mill-metodu ta' estrazzjoni (konvenzjonali u mhux konvenzjonali). Iż-żejt mhux raffinat jeskludi l-NGL.

3.4.2.   LIKWIDI TA' GASS NATURALI (NGL)

L-NGL huma idrokarburi likwidi jew likwifikati rkuprati minn gass naturali f'faċilitajiet ta' separazzjoni jew f'impjanti tal-ipproċessar tal-gass. L-NGL jinkludu l-etanu, il-propan, il-butan (normali u iso-), l-(iso) pentan u l-pentani plus (xi drabi msejħa gażolina naturali jew kondensat tal-impjant).

3.4.3.   MATERJA PRIMA TAR-RAFFINERIJI

Materja prima tar-raffineriji hija żejt ipproċessat maħsub għal aktar ipproċessar (eż. żejt tal-fjuwil ta' distillazzjoni diretta jew żejt tal-gass tal-vakwu) ħlief għat-taħlit. B'aktar ipproċessar, se tiġi ttrasformata f'komponent wieħed jew aktar u/jew fi prodotti finali. Din id-definizzjoni tkopri wkoll il-prodotti li jgħaddu lura mill-industrija petrokimika għall-industrija tar-raffinar (eż. il-gażolina bil-piroliżi, il-frazzjonijiet C4, il-frazzjonijiet taż-żejt tal-gass u taż-żejt tal-fjuwil).

3.4.4.   ADDITTIVI/OSSIĠENATI

L-addittivi huma sustanzi mhux idrokarburi miżjuda ma' jew imħallta ma' prodotti taż-żejt mhux maħdum biex jimmodifikaw il-proprjetajiet tagħhom (ottan, ċetan, proprjetajiet kesħin, eċċ.). L-addittivi jinkludu l-ossiġenati (bħall-alkoħols (metanol, etanol), eteri (metil terzjarju butil eter(MTBE), etil terzjarju butil eter (ETBE), terzjarju amil metil eter (TAME), eċċ.), esteri (bħal żejt tal-kolza jew dimetilester, eċċ.), komposti kimiċi (bħal ċomb tetrametil (TML), ċomb tetraetil (TEL) u deterġenti). Il-kwantitajiet ta' addittivi/ossiġenati (alkoħol, eteri, esteri u komposti kimiċi oħra) rrappurtati f'din il-kategorija għandhom ikunu relatati mal-kwantitajiet maħsuba għal taħlit ma' fjuwils jew għal użu bħala fjuwil. Din il-kategorija tinkludi bijofjuwils li huma mħallta ma' fjuwils fossili likwidi.

3.4.5.   BIJOFJUWILS F'ADDITTIVI/OSSIĠENATI

Il-kwantitajiet ta' bijofjuwils likwidi rrappurtati f'din il-kategorija għandhom x'jaqsmu ma' bijofjuwils likwidi mħallta u jirreferu biss għall-porzjon tal-bijofjuwil likwidu u mhux għall-volum totali ta' likwidi li fihom jiġu mħallta l-bijofjuwils. Huma esklużi l-bijofjuwils likwidi mhux imħallta.

3.4.6.   IDROKARBURI OĦRA

Żejt mhux raffinat sintetiku minn ramliet tal-qatran, minn żejt li jittieħed mix-xejl, eċċ., likwidi mil-likwefazzjoni tal-faħam, il-produzzjoni ta' likwidi mill-konverżjoni ta' gass naturali f'gażolina, idroġenu u żjut emulsifikati (eż. orimulsjoni); eskluż ix-xejl taż-żejt; inkluż iż-żejt tax-xejl (prodott sekondarju).

3.4.7.   PRODOTTI TAŻ-ŻEJT MHUX MAĦDUM

Il-prodotti taż-żejt mhux maħdum huma prodott aggregat ugwali għas-somma ta' gass tar-raffineriji, etan, gassijiet likwifikati miż-żejt, nafta, gażolina għall-magni, gażolina għall-avjazzjoni, fjuwil tal-ġett tat-tip tal-gażolina, fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju, pitrolju ieħor, żejt tal-gass/diżil, żejt kombustibbli, spirtu abjad ad SPB, lubrikanti, bitumen, xama' tal-paraffina, kokk taż-żejt mhux maħdum u prodotti oħra.

3.4.8.   GASS TAR-RAFFINERIJI

Il-gass tar-raffineriji jinkludi taħlita ta' gassijiet mhux kondensati li prinċipalment tikkonsisti f'idroġenu, metan, etan u olefini miksuba waqt id-distillazzjoni taż-żejt mhux raffinat jew it-trattament ta' prodotti taż-żejt (eż. cracking) f'raffineriji. Dan jinkludi wkoll il-gassijiet li jittreġġgħu lura mill-industrija petrokimika.

3.4.9.   ETAN

Idrokarbur ta' katina miftuħa u bil-gass min-natura tiegħu (C2H6) estratt minn flussi ta' gass naturali u ta' gass prodott f'raffineriji.

3.4.10.   GASSIJIET LIKWIFIKATI MIŻ-ŻEJT (LPG)

L-LPG huma idrokarburi paraffiniċi ħfief derivati mill-impjanti tal-proċessi tar-raffineriji, tal-istabbilizzazzjoni taż-żejt mhux raffinat u tal-ipproċessar tal-gass naturali. Dawn jikkonsistu prinċipalment minn propan (C3H8) u butan (C4Hl0) jew taħlita tat-tnejn. Jistgħu jinkludu wkoll il-propilen, il-butilen, l-isopropilen u l-isobutilen. L-LPG normalment ikunu likwifikati taħt pressjoni għat-trasport u għall-ħażna.

3.4.11.   NAFTA

In-nafta hija materja prima maħsuba jew għall-industrija petrokimika (eż. il-manifattura tal-etilen jew il-produzzjoni tal-aromatiċi) jew għall-produzzjoni tal-gażolina bir-riforma jew bl-iżomerizzazzjoni fir-raffinerija. In-nafta tinkludi l-materjal fil-medda tad-distillazzjoni ta' bejn it-30 °C u l-210 °C jew f'parti minn din il-medda.

3.4.12.   IL-GAŻOLINA GĦALL-MAGNI

Il-gażolina għall-magni tikkonsisti f'taħlita ta' idrokarburi ħfief li jiddistillaw bejn 35 °C u 215 °C. Dan jintuża bħala fjuwil għall-magni għall-użu fuq l-art bi tqabbid pożittiv. Il-gażolina għall-magni jista' jinkludi addittivi, ossiġenati u aġenti li jtejbu l-ottan, inklużi komposti taċ-ċomb. Tinkludi komponenti ta' taħlit ta' gażolina għall-magni (esklużi addittivi/ossiġenati), eż. l-alkylates, il-gażolina iżomerata, riformata, cracked iddestinata sabiex tintuża bħala gażolina għall-magni finali. Il-gażolina għall-magni huwa prodott aggregat ugwali għas-somma mħallta tal-bijogażolina (bijogażolina f'gażolina għall-magni) u tal-gażolina mhux bijoloġika.

3.4.12.1.   Bijogażolina mħallta (bijogażolina f'gażolina għall-magni)

Bijogażolina li tħallat f'gażolina għall-magni.

3.4.12.2.   Nonbijogażolina

Il-parti li jibqa' mill-gażolina għall-magni — gażolina għall-magni eskluż il-bijogażolina mħallta (dan huwa fil-biċċa l-kbira gażolina għall-magni ta' oriġini fossili).

3.4.13.   GAŻOLINA GĦALL-AVJAZZJONI

Spirtu tal-magni mħejji speċjalment għall-magni bil-pistuni tal-avjazzjoni, b'numru ta' ottan adatt għall-magna, punt tal-iffriżar ta' – 60 °C u medda ta' distillazzjoni ġeneralment fil-limiti bejn 30 °C u 180 °C.

3.4.14.   FJUWIL TAL-ĠETT TAT-TIP TAL-GAŻOLINA (FJUWIL TAL-ĠETT TAT-TIP NAFTA JEW JP4)

Dan jinkludi ż-żjut ta' idrokarbur ħafif kollha għall-użu f'unitajiet tal-enerġija tat-turbini tal-avjazzjoni, li jiddistillaw bejn il-100 °C u l-250 °C. Dawn jinkisbu billi jitħalltu l-pitrolji u l-gażolina jew in-nafti b'tali mod li l-kontenut aromatiku ma jaqbiżx il-25 % f'volum, u l-pressjoni tal-fwar hija bejn it-13,7 kPa u 20,6 kPa.

3.4.15.   FJUWIL TAL-ĠETT TAT-TIP TAL-PITROLJU

Distillat użat għal unitajiet tal-enerġija tat-turbini tal-avjazzjoni. Għandu l-istess karatteristiċi ta' distillazzjoni bejn 150 °C u 300 °C (ġeneralment mhux 'il fuq minn 250 °C) u punt ta' fjammabbiltà bħall-pitrolju. Barra minn hekk, għandu speċifikazzjonijiet partikolari (bħall-punt tal-iffriżar) li huma stabbiliti mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru). Jinkudi l-komponenti tat-taħlit tal-pitrolju. Fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju huwa prodott aggregat ugwali għas-somma ta' pitrolju bijoloġiku tal-ġett imħallat (pitrolju bijoloġiku tal-ġett fi fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju) u pitrolju mhux bijoloġiku tal-ġett.

3.4.15.1.   Pitrolju bijoloġiku tal-ġett imħallat (pitrolju bijoloġiku tal-ġett fi fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju)

Pitrolju bijoloġiku tal-ġett li tħallat fi fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju.

3.4.15.2.   Pitrolju tal-ġett mhux bijoloġiku

Il-parti li jibqa' mill-fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju — fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju eskluż pitrolju bijoloġiku tal-ġett imħallat (dan huwa fil-biċċa l-kbira fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju ta' oriġini fossili).

3.4.16.   PITROLJU IEĦOR

Distillat taż-żejt mhux maħdum irfinut użat f'setturi li mhumiex tat-trasport bl-inġenji tal-ajru. Jiddistilla bejn il-150 °C u t-300 °C.

3.4.17.   ŻEJT TAL-GASS/DIŻIL (ŻEJT TAL-FJUWIL IDDISTILLAT)

Żejt tal-gass/diżil huwa primarjament distillat medju li jiddistilla f'temperatura bejn il-180 °C u t-380 °C. Jinkludi komponenti li jitħalltu. Huma disponibbli diversi gradi, jiddependi mill-użi. Iż-żejt tal-gass/diżil jinkludi żejt tad-diżil għat-triq għall-compression ignition tad-diżil ta' karozzi u trakkijiet. Iż-żejt tal-gass/diżil jinkludi żejt ħafif għat-tisħin għal użi industrijali u kummerċjali, diżil marittimu u diżil użat fit-traffiku tal-ferroviji, żejt tal-gass ieħor li jinkludi żjut tal-gass tqal oħra li jiddistillaw bejn it-380 °C u l-540 °C u li jintużaw bħala materja prima petrokimika. Iż-żejt tal-gass/diżil huwa prodott aggregat ugwali għas-somma ta' bijodiżils imħallta (bijodiżils f'żejt tal-gass/diżil) u non-bijodiżils.

3.4.17.1.   Bijodiżils imħallta (bijodiżils f'żejt tal-gass/diżil)

Bijodiżils li kienu mħallta f'żejt tal-gass/diżil.

3.4.17.2.   Non-bijodiżils

Il-parti li jibqa' miż-żejt tal-gass/diżil — żejt tal-gass/diżil esklużi bijodiżils imħallta (dawn huwa fil-biċċa l-kbira żejt tal-gass/diżil ta' oriġini fossili).

3.4.18.   ŻEJT TAL-FJUWIL (ŻEJT TAL-FJUWIL TQIL)

Iż-żjut tal-fjuwil (tqal) residwali kollha (inklużi dawk miksuba bit-taħlit). Il-viskożità kinematika hija 'l fuq minn 10 cSt f'temperatura ta' 80 °C. It-temperatura li fiha l-fwar taż-żejt jista' jaqbad hija dejjem 'il fuq minn 50 °C u d-densità hija dejjem aktar minn 0,90 kg/l. Iż-żejt tal-fjuwil huwa prodott aggregat ugwali għas-somma ta' żejt tal-fjuwil b'kontenut baxx ta' kubrit u żejt tal-fjuwil b'kontenut għoli ta' kubrit.

3.4.18.1.   Żejt tal-fjuwil b'kontenut baxx ta' kubrit (LSFO, Low sulphur fuel oil)

Żejt tal-fjuwil b'kontenut ta' kubrit aktar baxx minn 1 %.

3.4.18.2.   Żejt tal-fjuwil b'kontenut għoli ta' kubrit (HSFO, High sulphur fuel oil)

Żejt tal-fjuwil b'kontenut ta' kubrit ta' 1 % jew ogħla.

3.4.19.   SPIRTU ABJAD U SBP

Spirtu Abjad u SBP huma definiti bħala intermedji tad-distillat irfinut b'distillazzjoni fil-medda tan-nafta/tal-pitrolju. Dawn jinkludu spirtu industrijali (imsejjaħ ukoll SBP; żjut ħfief li jiddistillaw bejn it-30 °C u l-200 °C f'7 jew 8 gradi ta' spirtu industrijali, skont il-pożizzjoni tal-qatgħa fil-medda tad-distillazzjoni — il-gradi huma definiti skont id-differenza fit-temperatura bejn il-punti ta' distillazzjoni ta' volum ta' 5 % u ta' volum ta' 90 %, li mhux aktar minn 60 °C) u spirti bojod (spirtu industrijali b'temperatura li fiha l-fwar taż-żejt jista' jaqbad 'il fuq minn 30 °C u l-medda ta' distillazzjoni hija 135 °C sa 200 °C).

3.4.20.   LUBRIKANTI

Idrokarburi prodotti mid-distillat skont il-prodott; dawn jintużaw primarjament sabiex titnaqqas il-frizzjoni bejn is-superfiċji li jġorru l-piżijiet. Jinkludu l-gradi maħduma kollha ta' żejt ta' lubrikazzjoni, minn żejt tal-magħżel għal żejt taċ-ċilindri, u dawk kollha li jintużaw fil-griżijiet, fiż-żjut tal-magni u fil-gradi kollha tal-istokks ta' bażi taż-żejt ta' lubrikazzjoni.

3.4.21.   BITUMEN

Idrokarbur solidu, semi-solidu jew viskuż bi struttura kollojdali, li l-kulur tiegħu jvarja minn kannella għal iswed, miksub bħala residwu fid-distillazzjoni taż-żejt mhux raffinat, bid-distillazzjoni f'vakwu tar-residwi taż-żejt minn distillazzjoni atmosferika. Il-bitumen ta' spiss jissejjaħ asfalt u primarjament jintuża għall-kostruzzjoni tat-toroq u għal materjal għas-soqfa. Jinkludi l-bitumen fluwidizzat u l-bitumen ridott.

3.4.22.   XEMGĦAT TAL-PARAFFINA

Dawn huma idrokarburi alifatiċi saturati. Din ix-xama' hija residwu estratt billi titneħħa x-xama' miż-żjut ta' lubrikazzjoni. Għandhom struttura kristallina li hija ftit jew wisq fina skont il-grad. Il-karatteristiċi ewlenin tagħhom huma dawn li ġejjin: huma mingħajr kulur, mingħajr riħa u trasluċida, b'punt ta' tidwib 'il fuq minn 45 °C.

3.4.23.   KOKK TAŻ-ŻEJT MHUX MAĦDUM

Prodott sekondarju iswed u solidu, miksub prinċipalment bit-tfarrik u l-karbonizzazzjoni ta' materja prima derivata miż-żejt mhux maħdum, mill-qigħan bil-vakwu, mill-qatran u miż-żiftijiet fi proċessi bħal ikkokkjar imdewwem jew ikkokkjar fluwidu. Dan jikkonsisti prinċipalment minn karbonju (bejn 90 sa 95 %) u għandu kontenut baxx ta' rmied. Jintuża bħala materja prima fil-fran tal-kokk għall-industrija tal-azzar, għal finijiet ta' tisħin, għall-manifattura tal-elettrodi u għall-produzzjoni tal-kimiċi. L-aktar żewġ kwalitajiet importanti huma “il-kokk l-aħdar” u “il-kokk kalċinat”. Jinkludi “il-kokk katalist” depożitat fuq il-katalista matul il-proċessi ta' raffinar; dan il-kokk ma jistax jiġi rkuprat u ġeneralment jinħaraq bħala fjuwil tar-raffineriji.

3.4.24.   PRODOTTI OĦRA

Il-prodotti l-oħra kollha li ma jissemmewx b'mod speċifiku aktar 'il fuq, pereżempju: qatran u kubrit. Jinkludu aromatiċi (eż. il-BTX jew il-benżin, it-toulene u l-xylene) u l-olefini (eż. il-propilene) prodotti fir-raffineriji.

3.5.   Enerġija rinnovabbli u enerġija mill-iskart

3.5.1.   IDRO

L-enerġija potenzjali u kinetika tal-ilma kkonvertita f'elettriku f'impjanti idroelettriċi. L-idro huwa prodott aggregat ugwali għas-somma ta' impjanti idro puri, impjanti idro mħallta u impjanti ta' ħżin ippompjat pur.

3.5.1.1.   Impjanti idro puri

Impjanti idro li jużaw biss fluss dieħel ta' ilma naturali dirett u ma għandhom l-ebda kapaċità għal ħażna bil-pompa idro (li tippompja l-ilma 'l fuq).

3.5.1.2.   Impjanti idro mħallta

Impjanti idro bi fluss dieħel ta' ilma naturali f'riżerva aktar 'il fuq fejn parti mit-tagħmir jew it-tagħmir kollu jista' jintuża għall-ippumpjar tal-ilma 'l fuq; L-elettriku ġġenerat huwa konsegwenza kemm ta' fluss dieħel ta' ilma naturali kif ukoll ta' ilma ppumpjat preċedentement 'il fuq.

3.5.1.3.   Impjanti ta' ħżin ippompjat pur

Impjanti idro bl-ebda fluss dieħel ta' ilma naturali fir-riżerva aktar 'il fuq; il-maġġoranza l-kbira ta' ilma li tiġġenera l-elettriku kienet preċedentement ippumpjata 'l fuq; ħlief ix-xita u l-borra.

3.5.2.   ĠEOTERMALI

L-enerġija disponibbli bħala sħana emessa minn ġol-qoxra tad-dinja, ġeneralment fil-forma ta' ilma sħun jew stim; eskluża s-sħana ambjentali maħkuma minn pompi tas-sħana bis-sors tas-sħana mill-art. Il-produzzjoni tal-enerġija ġeotermali hija d-differenza bejn l-entalpija tal-fluwidu prodott fil-ħofra għall-ilma tal-produzzjoni u dik tal-fluwidu li eventwalment jintrema.

3.5.3.   SOLARI

Is-solari huwa prodott aggregat ugwali għas-somma ta' fotovoltajka solari u termali solari.

3.5.3.1.   Fotovoltajka solari

Id-dawl tax-xemx ikkonvertit f'elettriku bl-użu ta' ċelluli solari li meta esposti għad-dawl jiġġeneraw l-elettriku. L-elettriku kollu prodott għandu jiġi rrappurtat (inklużi produzzjoni fuq skala żgħira u installazzjonijiet barra n-netwerk).

3.5.3.2.   Termali solari

Sħana minn radjazzjoni tax-xemx (dawl tax-xemx) sfruttata għal finijiet ta' enerġija utli. Bħala eżempju, din tinkludi impjanti termoelettriċi solari u sistemi attivi għall-produzzjoni ta' ilma sħun sanitarju jew għat-tisħin ta' spazju għall-bini. Din il-produzzjoni tal-enerġija hija s-sħana disponibbli għall-mezz tat-trasferiment tas-sħana, jiġifieri l-enerġija inċidenti solari mingħajr it-telf ottiku u tal-kolletturi. Enerġija solari maħkuma b'sistemi passivi għal tisħin, tkessiħ u illuminazzjoni ta' bini ma għandhiex tiġi inkluża; enerġija solari fir-rigward tas-sistemi attivi biss għandha tiġi inkluża.

3.5.4.   MILL-MAREA, MILL-MEWĠ, MILL-OĊEAN

L-enerġija mekkanika derivata mill-moviment tal-marea, mill-moviment tal-mewġ jew mill-kurrent tal-oċean u sfruttata għall-ġenerazzjoni tal-elettriku.

3.5.5.   MIR-RIĦ

L-enerġija kinetika tar-riħ sfruttata għall-ġenerazzjoni tal-elettriku f'turbini tar-riħ. Ir-riħ huwa prodott aggregat ugwali għas-somma ta' riħ fuq l-art u riħ lil hinn mill-kosta.

3.5.5.1.   Riħ fuq l-art

Il-produzzjoni ta' elettriku mir-riħ f'postijiet fuq l-art (internament, inklużi lagi u ilmijiet interni oħra).

3.5.5.2.   Riħ lil hinn mill-kosta

Il-produzzjoni ta' elettriku f'postijiet lil hinn mill-kosta (eż. baħar, oċean u gżejjer artifiċjali). Fir-rigward ta' produzzjoni ta' riħ lil hinn mill-kosta barra l-ilmijiet territorjali tat-territorju kkonċernat, l-installazzjonijiet kollha li jinsabu fiż-żona ekonomika esklussiva ta' pajjiż għandhom jiġu meqjusa.

3.5.6.   SKART INDUSTRIJALI (IL-PORZJON MHUX RINNOVABBLI)

Skart irrappurtat ta' oriġini industrijali mhux rinnovabbli maħruq direttament f'installazzjonijiet speċifiċi għal finijiet ta' enerġija sinifikanti. Il-kwantità ta' fjuwil użata għandha tiġi rrappurtata fuq bażi ta' valur kalorifiku nett. L-iskart inċinerat mingħajr ebda rkupru ta' enerġija huwa eskluż. Il-porzjon rinnovabbli ta' skart industrijali għandu jiġi rrappurtat fil-kategorija tal-bijofjuwils li tiddeskrivihom l-aħjar.

3.5.7.   SKART MUNIĊIPALI

Skart prodott mid-djar, mill-isptarijiet u mis-settur terzjarju (b'mod ġenerali l-iskart kollu li jixbah l-iskart mid-djar) maħruq direttament f'installazzjonijiet speċifiċi għal finijiet ta' enerġija sinifikanti. Il-kwantità ta' fjuwil użata għandha tiġi rrappurtata fuq bażi ta' valur kalorifiku nett. L-iskart inċinerat mingħajr ebda rkupru ta' enerġija huwa eskluż. L-iskart muniċipali huwa prodott aggregat ugwali għas-somma ta' skart muniċipali rinnovabbli u skart muniċipali mhux rinnovabbli.

3.5.7.1.   Skart muniċipali rinnovabbli

Il-porzjon ta' skart muniċipali li huwa ta' oriġini bijoloġika.

3.5.7.2.   Skart muniċipali mhux rinnovabbli

Il-porzjon ta' skart muniċipali li huwa ta' oriġini mhux bijoloġika.

3.5.8.   BIJOFJUWILS

Il-bijofjuwils huma prodott aggregat ugwali għas-somma ta' bijofjuwils solidi, bijogass u bijofjuwils likwidi. Il-bijofjuwils użati għal finijiet mhux ta' enerġija huma esklużi mill-ambitu tal-istatistika dwar l-enerġija (pereżempju injam użat għall-kostruzzjoni jew bħala għamara, bijolubrikant għal lubrikazzjoni tal-magni u bijobitumen użat għall-kisi tal-wiċċ tat-toroq).

3.5.8.1.   Bijofjuwils solidi

Tkopri materjal organiku solidu, mhux fossili ta' oriġini bijoloġika (magħruf ukoll bħala bijomassa) li jista' jintuża bħala fjuwil għall-produzzjoni tas-sħana jew għall-ġenerazzjoni tal-elettriku. Il-bijofjuwils solidi huma prodott aggregat ugwali għas-somma ta' faħam tal-kannol, injam li jintuża bħala fjuwil, residwi u prodotti sekondarji tal-injam, likur iswed, bagasse, skart mill-annimali, materjali u residwi veġetali oħra u frazzjoni rinnovabbli ta' skart industrijali.

3.5.8.1.1.   Faħam tal-kannol

Il-faħam tal-kannol huwa fjuwil immanifatturat minn bijofjuwils solidi — ir-residwu solidu tad-distillazzjoni distruttiva u l-piroliżi tal-injam u materjal veġetali ieħor.

3.5.8.1.2.   Injam li jintuża bħala fjuwil, residwi u prodotti sekondarji tal-injam

Injam li jintuża bħala fjuwil jew injam għall-ħruq (fil-forma ta' zkuk, friegħi mejtin, gerbub jew biċċiet tal-injam) miksub minn foresti naturali jew ġestiti jew minn siġar iżolati. Inklużi huma r-residwi tal-injam użati bħala fjuwil fejn il-kompożizzjoni oriġinali tal-injam hija miżmuma; il-gerbub tal-injam huma inklużi. Il-faħam tal-kannol u l-likur iswed huma esklużi. Il-kwantità ta' fjuwil użata għandha tiġi rrappurtata fuq bażi ta' valur kalorifiku nett.

3.5.8.1.2.1.   Gerbub tal-injam

Il-gerbub tal-injam huwa prodott ċilindriku li ġie agglomerat minn residwi tal-injam permezz ta' kompressjoni.

3.5.8.1.3.   Likur iswed

Enerġija mil-likur mingħajr alkalina miksuba mid-diġesturi matul il-produzzjoni ta' kubrit jew polpa tas-soda meħtieġa għall-manifattura tal-karta. Il-kwantità ta' fjuwil użata għandha tiġi rrappurtata fuq bażi ta' valur kalorifiku nett.

3.5.8.1.4.   Bagasse

Fjuwil miksub mill-fibra li tibqa' wara l-estrazzjoni tal-meraq fl-ipproċessar tal-kannamiela. Il-kwantità ta' fjuwil użata għandha tiġi rrappurtata fuq bażi ta' valur kalorifiku nett.

3.5.8.1.5.   Skart tal-annimali

Enerġija mir-rawt tal-annimali, residwi tal-laħam u l-ħut li meta jinxfu huma użati direttament bħala fjuwil. Dan jeskludi skart użat f'impjanti ta' fermentazzjoni anaerobika. Gassijiet tal-fjuwil minn dawn l-impjanti huma inklużi taħt bijogassijiet. Il-kwantità ta' fjuwil użata għandha tiġi rrappurtata fuq bażi ta' valur kalorifiku nett.

3.5.8.1.6.   Residwi u materjali veġetali oħrajn

Bijofjuwils mhux speċifikati band'oħra u inkluż tiben, qxur tal-ħaxix, qxur tal-ġewż mitħun, friegħi mejta miżbura, residwi taż-żebbuġ u skart ieħor li jirriżulta mill-manutenzjoni, qtugħ u pproċessar ta' pjanti. Il-kwantità ta' fjuwil użata għandha tiġi rrappurtata fuq bażi ta' valur kalorifiku nett.

3.5.8.1.7.   Porzjoni rinnovabbli ta' skart industrijali

Il-porzjon rinnovabbli solidu ta' skart industrijali maħruq direttament f'installazzjonijiet speċifiċi għal finijiet ta' enerġija sinifikattiva (pereżempju iżda mhux biss, il-porzjon ta' lasktu naturali f'tajers tal-lasktu mormija jew il-porzjon ta' fibri naturali fi skart tessili — mill-kategoriji ta' skart 07.3 u 07.6, rispettivament, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika tal-iskart–). Il-kwantità ta' fjuwil użata għandha tiġi rrappurtata fuq bażi ta' valur kalorifiku nett.

3.5.8.2.   Bijogass

Gass magħmul prinċipalment minn metan u dijossidu tal-karbonju prodott b'diġestjoni anaerobika ta' bijomassa jew bi proċessi termali minn bijomassa, inkluża l-bijomassa fi skart. Il-kwantità ta' fjuwil użata għandha tiġi rrappurtata fuq bażi ta' valur kalorifiku nett. Il-bijogass huwa prodott aggregat ugwali għas-somma ta' gass mill-miżbliet, gass minn ħama tad-dranaġġ, bijogassijiet oħra minn diġestjoni anaerobika u bijogassijiet minn proċessi termali.

3.5.8.2.1.   Gass mill-miżbliet

Bijogass prodott mid-diġestjoni anaerobika ta' skart mill-miżbliet.

3.5.8.2.2.   Gass mill-effluwent imtajjen tad-drenaġġ

Bijogass prodott mill-fermentazzjoni anerobika tal-effluwent imtajjen tad-drenaġġ.

3.5.8.2.3.   Bijogassijiet oħra minn diġestjoni anaerobika

Bijogass prodott mill-fermentazzjoni anaerobika ta' slurries tal-annimali u ta' skart ta' biċċeriji, birreriji u industriji agro-alimentari oħra.

3.5.8.2.4.   Bijogassijiet minn proċessi termali

Bijogass prodott minn proċessi termali (b'gassifikazzjoni jew piroliżi) ta' bijomassa.

3.5.8.3.   Bijofjuwils likwidi

Din il-kategorija tinkludi l-fjuwils likwidi kollha ta' oriġini naturali (eż. prodotti minn bijomassa u/jew il-frazzjoni ta' skart bijodegradabbli), adatti biex jitħalltu ma' jew biex jissostitwixxu fjuwils minn oriġini fossili. Il-kwantitajiet ta' bijofjuwils likwidi rrappurtati f'din il-kategorija għandhom x'jaqsmu mal-kwantitajiet ta' bijofjuwil pur li ma tħalltux ma' fjuwils fossili. Għall-każ partikolari tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' bijofjuwils likwidi, huwa kkonċernat biss il-kummerċ tal-kwantitajiet li ma tħalltux mal-fjuwils tat-trasport (jiġifieri fil-forma pura tagħhom); il-kummerċ ta' bijofjuwils likwidi mħalltin ma' fjuwils tat-trasport għandu jiġi rrappurtat fil-kategorija ta' prodotti taż-żejt. Bijofjuwils Likwidi biss użati għal finijiet ta' enerġija — maħruqa direttament jew imħallta ma' fjuwils fossili — għandhom jiġu rrappurtati. Il-bijofjuwils likwidi huma prodott aggregat ugwali għas-somma ta' bijogażolina, bijodiżils, pitrolju bijoloġiku għall-ġett u bijofjuwils likwidi oħra.

3.5.8.3.1.   Bijogażolina

Bijofjuwils likwidi adatti biex jitħalltu ma' jew biex jissostitwixxu gażolina għall-magni minn oriġini fossili.

3.5.8.3.1.1.   Bijoetanol

Etanol bħala parti mill-Bijogażolina.

3.5.8.3.2.   Bijodiżils

Bijofjuwils likwidi adatti biex jitħalltu ma' jew biex jissostitwixxu żejt tal-gass/diżil minn oriġini fossili.

3.5.8.3.3.   Pitrolju bijoloġiku tal-ġett

Bijofjuwils likwidi adatti biex jitħalltu ma' jew biex jissostitwixxu pitrolju tal-ġett minn oriġini fossili.

3.5.8.3.4.   Bijofjuwils likwidi oħra

Bijofjuwils likwidi mhux inklużi fl-ebda waħda mill-kategoriji preċedenti.

3.5.9.   SĦANA AMBJENTALI

Enerġija termali f'livell ta' temperatura utli estratta (maqbuda) permezz ta' pompi tas-sħana li għandhom bżonn l-elettriku jew enerġija awżiljarja oħra biex jaħdmu. Din l-enerġija termali tista' tinħażen fl-arja ambjentali, taħt is-superfiċe ta' art solida jew fl-ilma tas-superfiċe. Il-valuri rrappurtati għandhom ikunu abbażi tal-istess metodoloġija bħal dik użata għar-rappurtar tal-enerġija termali maqbuda minn pompi tas-sħana skont id-Direttiva 2009/28/KE, iżda l-pompi tas-sħana kollha għandhom jiġu inklużi rrispettivament mil-livell ta' prestazzjoni tagħhom.

ANNESS B

STATISTIKA ANNWALI DWAR L-ENERĠIJA

Dan l-Anness jiddeskrivi l-ambitu, l-unitajiet, il-perjodu rrappurtat, il-frekwenza, l-iskadenza u l-modalitajiet ta' trażmissjoni għall-ġbir annwali tal-istatistika dwar l-enerġija.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-ġbir ta' dejta kollu speċifikat f'dan l-anness:

(a)

Perjodu rrappurtat: Il-perjodu rrappurtat ta' dejta ddikjarata għandu jkun sena kalendarja (mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru), bil-bidu jkun is-sena ta' referenza 2017.

(b)

Frekwenza: Id-dejta għandha tiġi ddikjarata fuq bażi annwali.

(c)

Skadenza għat-trażmissjoni ta' dejta: Id-dejta għandha tintbagħat sat-30 ta' Novembru tas-sena wara s-sena rrappurtata.

(d)

Format ta' trażmissjoni: Il-format tat-trażmissjoni għandu jikkonforma ma' standard ta' skambju adatt speċifikat mill-Eurostat.

(e)

Metodu ta' trażmissjoni: Id-dejta għandha tiġi trażmessa jew imtella' b'mezzi elettroniċi fil-punt uniku tad-dħul għad-dejta fil-Eurostat.

L-Anness A japplika għal spjegazzjonijiet tat-termini li għalihom mhix ipprovduta spjegazzjoni speċifika f'dan l-Anness.

1.   FJUWILS FOSSILI SOLIDI U GASSIJIET IMMANIFATTURATI

1.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Ħlief jekk speċifikat mod ieħor dan il-ġbir ta' dejta japplika għall-prodotti ta' enerġija kollha elenkati fl-Anness A, Kapitolu 3.1. FAĦAM (Fjuwils fossili solidi u gassijiet immanifatturati).

1.2.   Lista ta' aggregati

Il-lista ta' aggregati li ġejja għandha tiġi ddikjarata għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġew elenkati fil-paragrafu preċedenti ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor.

1.2.1.   PROVVISTA

1.2.1.1.   Produzzjoni

1.2.1.1.1.   Produzzjoni taħt l-art

Applikabbli biss għall-antraċite, faħam għall-kokk, faħam bituminuż ieħor, faħam sub-bituminuż u linjite.

1.2.1.1.2.   Produzzjoni fil-wiċċ

Applikabbli biss għall-antraċite, faħam għall-kokk, faħam bituminuż ieħor, faħam sub-bituminuż u linjite.

1.2.1.2.   Irċevuti Minn Sorsi Oħra

Dan jikkonsisti f'żewġ komponenti:

slurries irkuprati, middlings u prodotti tal-faħam oħrajn ta' grad baxx, li ma jistgħux jiġu kklassifikati skont it-tip ta' faħam. Dan jinkudi l-faħam irkuprat minn munzelli ta' skart u minn kontenituri ta' skart oħra,

Irċevuti minn sorsi oħra.

1.2.1.3.   Irċevuti minn sorsi oħra: minn prodotti taż-żejt

Mhux applikabbli għall-antraċite, għal faħam għall-kokk, għal faħam bituminuż ieħor, għal faħam subbituminuż, għal-linjite, għall-pit, u għax-xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

1.2.1.4.   Irċevuti minn sorsi oħra: minn gass naturali

Mhux applikabbli għall-antraċite, għal faħam għall-kokk, għal faħam bituminuż ieħor, għal faħam subbituminuż, għal-linjite, għall-pit, u għax-xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

1.2.1.5.   Irċevuti minn sorsi oħra: minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli

Mhux applikabbli għall-antraċite, għal faħam għall-kokk, għal faħam bituminuż ieħor, għal faħam subbituminuż, għal-linjite, għall-pit, u għax-xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

1.2.1.6.   Importazzjonijiet

1.2.1.7.   Esportazzjonijiet

1.2.1.8.   Il-Bunkers tal-Baħar Internazzjonali

1.2.1.9.   Bidliet fl-Istokk

1.2.2.   IS-SETTUR TAT-TRASFORMAZZJONI

1.2.2.1.   Produttur ta' Attività Ewlenija tal-Elettriku Biss

1.2.2.2.   Unitajiet tas-Sħana u tal-Enerġija Kkombinati (CHP) tal-Produttur tal-Attività Ewlenija

1.2.2.3.   Produttur ta' Attività Ewlenija tas-Sħana Biss

1.2.2.4.   Awtoproduttur tal-Elettriku Biss

1.2.2.5.   Unitajiet tas-Sħana u tal-Enerġija Kkombinati (CHP) tal-Awtoprodutturi

1.2.2.6.   Awtoproduttur tas-Sħana Biss

1.2.2.7.   Impjanti tal-Fjuwil bil-Privattiva

1.2.2.8.   Fran tal-Kokk

1.2.2.9.   Impjanti tal-BKB/PB

1.2.2.10.   Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

1.2.2.11.   Kalkara tal-funderija

1.2.2.12.   Likwifazzjoni tal-Faħam

1.2.2.13.   Għal Gass Naturali Mħallat

1.2.2.14.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Trasformazzjoni

1.2.3.   SETTUR TAL-ENERĠIJA

1.2.3.1.   Impjanti tal-Elettriku, tas-CHP u tas-Sħana

1.2.3.2.   Minjieri tal-Faħam

1.2.3.3.   Impjanti tal-Fjuwil bil-Privattiva

1.2.3.4.   Fran tal-Kokk

1.2.3.5.   Impjanti tal-BKB/PB

1.2.3.6.   Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

1.2.3.7.   Kalkara tal-funderija

1.2.3.8.   Raffineriji taż-Żejt mhux Maħdum

1.2.3.9.   Likwifazzjoni tal-Faħam

1.2.3.10.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Enerġija

1.2.4.   TELF MID-DISTRIBUZZJONI

Telf mid-distribuzzjoni jinkludi anki vvampjar ta' gassijiet immanifatturati.

1.2.5.   UŻU MHUX GĦALL-ENERĠIJA

1.2.5.1.   Setturi tal-Industrija, tat-Trasformazzjoni u tal-Enerġija

Użu mhux għall-enerġija fis-subsetturi kollha tal-industrija, tat-trasformazzjoni u tal-enerġija, eż. il-faħam użat sabiex isir il-metanol jew l-ammonijaka.

1.2.5.1.1.   Settur kimiku u petrokimiku

NACE Rev. 2 Diviżjonijiet 20 u 21; Użu mhux għall-enerġija ta' faħam jinkludi użi bħal materja prima biex jiġi prodott il-fertilizzant u bħala materja prima għal prodotti petrokimiċi oħra.

1.2.5.2.   Settur tat-Trasport

L-użu mhux għall-enerġija fis-sottosetturi tat-Trasport kollha.

1.2.5.3.   Setturi Oħra

Użu mhux għall-enerġija fis-Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi, f'dawk Residenzjali, Agrikoli u Oħra Mhux Speċifikati Band'Oħra.

1.2.6.   KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAL-INDUSTRIJA

1.2.6.1.   Ħadid u Azzar

1.2.6.2.   Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

1.2.6.3.   Metalli li Ma Fihomx Ħadid

1.2.6.4.   Minerali li mhumiex Metalliċi

1.2.6.5.   Tagħmir tat-Trasport

1.2.6.6.   Makkinarju

1.2.6.7.   Tħaffir fil-Minjieri u l-Barrieri

1.2.6.8.   Ikel, Xorb u Tabakk

1.2.6.9.   Polpa, Karti u stampar

1.2.6.10.   Injam u Prodotti tal-Injam

1.2.6.11.   Kostruzzjoni

1.2.6.12.   Tessuti u Ġilda

1.2.6.13.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Industrija

1.2.7.   KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAT-TRASPORT

1.2.7.1.   Ferroviji

1.2.7.2.   Navigazzjoni Domestika

1.2.7.3.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Trasport

1.2.8.   KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTURI OĦRA

1.2.8.1.   Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

1.2.8.2.   Residenzjali

1.2.8.2.1.   Residenzjali: Tisħin ta' spazju

1.2.8.2.2.   Residenzjali: Tkessiħ ta' spazju

1.2.8.2.3.   Residenzjali: Tisħin tal-ilma

1.2.8.2.4.   Residenzjali: Tisjir

1.2.8.2.5.   Residenzjali: Użi finali oħra

1.2.8.3.   Agrikoltura/Forestrija

1.2.8.4.   Sajd

1.2.8.5.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Oħra

1.2.9.   IMPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAL-ORIĠINI U ESPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAD-DESTINAZZJONI

Importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini u esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni għandhom jiġu rrappurtati. Applikabbli għall-antraċite, għall-faħam għall-kokk, għal faħam bituminuż ieħor, għal faħam subbituminuż, għal-linjite, għall-fjuwils bi privattiva, għall-kokk tal-ifran tal-kokk, għall-qatran tal-faħam, għall-BKB, għall-pit, għal prodotti tal-pit u għax-xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

1.2.10.   VALURI KALORIFIĊI

Applikabbli għall-antraċite, għall-faħam għall-kokk, għal faħam bituminuż ieħor, għal faħam sub-bituminuż, għal-linjite, għall-fjuwils bi privattiva, għall-kokk tal-ifran tal-kokk, għall-kokk tal-gass, għall-qatran tal-faħam, għall-BKB, għall-pit, għal prodotti tal-pit u għax-xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

Kemm il-valuri kalorifiċi gross kif ukoll dawk netti għandhom jiġu ddikjarati għall-aggregati li ġejjin:

1.2.10.1.   Produzzjoni

1.2.10.2.   Importazzjonijiet

1.2.10.3.   Esportazzjonijiet

1.2.10.4.   Użat fi fran tal-kokk

1.2.10.5.   Użat f'kalkara tal-funderija

1.2.10.6.   Użati fi Produttur ta' Attività Ewlenija tal-Elettriku biss, tas-Sħana biss u unitajiet CHP

1.2.10.7.   Użati fl-Industrija

1.2.10.8.   Għal Użi Oħra

1.3.   Unitajiet ta' kejl

Kwantitajiet irrappurtati għandhom jiġu ddikjarati f'kt (kilo-tunnellati), ħlief: għal gassijiet immanifatturati (gass minn impjanti tal-gass, gass minn fran tal-kokk, gass minn kalkara tal-funderija, gassijiet irkuprati oħra), fejn il-kwantità rrappurtata għandha tiġi ddikjarata f'TJ GCV (tera-joules abbażi ta' valuri kalorifiċi gross).

Il-valuri kalorifiċi għandhom jiġu ddikjarati f'MJ/t (mega-joules għal kull tunnellata).

1.4.   Derogi u eżenzjonijiet

Mhux applikabbli.

2.   GASS NATURALI

2.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-kapitolu jkopri r-rappurtar ta' gass naturali.

2.2.   Lista ta' aggregati

Il-lista ta' aggregati li ġejja għandha tiġi ddikjarata għall-gass naturali.

2.2.1.   SETTUR TAL-PROVVISTA

Il-kwantitajiet iddikjarati għas-settur tal-provvista għandhom jiġu espressi kemm f'unitajiet ta' volum kif ukoll ta' enerġija, u inklużi l-valuri kalorifiċi grossi u netti.

2.2.1.1.   Produzzjoni Indiġena

Inkluża l-produzzjoni extraterritorjali.

2.2.1.1.1.   Gass Assoċjat

Il-gass naturali prodott f'assoċjazzjoni ma' żejt mhux raffinat.

2.2.1.1.2.   Gass Mhux Assoċjat

Il-gass naturali li joriġina minn faċilitajiet li jipproduċu biss idrokarburi f'forma ta' gass.

2.2.1.1.3.   Gass tal-Minjieri tal-Faħam tal-Ħaġra

Il-metanu prodott f'minjieri tal-faħam jew minn saffi tal-faħam, imwassal permezz ta' pajpijiet fis-superfiċi u kkonsmat fil-minjieri tal-faħam tal-ħaġra jew trażmess permezz ta' katusa lill-konsumaturi.

2.2.1.2.   Irċevuti Minn Sorsi Oħra

2.2.1.2.1.   Irċevuti minn sorsi oħra: Żejt u prodotti taż-żejt mhux maħdum

2.2.1.2.2.   Irċevuti minn sorsi oħra: Faħam

2.2.1.2.3.   Irċevuti minn sorsi oħra: Riżorsi rinnovabbli

2.2.1.3.   Importazzjonijiet

2.2.1.4.   Esportazzjonijiet

2.2.1.5.   Il-Bunkers tal-Baħar Internazzjonali

2.2.1.6.   Bidliet fl-Istokk

2.2.1.7.   Konsum gross domestiku

2.2.1.8.   Gass rekuperabbli

Il-livell tal-istokk tal-ftuħ u l-għeluq għandu jiġi ddikjarat separatament bħala stokkijiet fuq it-territorju nazzjonali u rispettivament stokkijiet miżmuma barra l-pajjiż. Il-livell tal-istokk ifisser il-kwantitajiet ta' gass disponibbli għal konsenja matul kull ċiklu ta' dħul-ħruġ. Dan jirreferi għall-gass naturali rikuperabbli maħżun f'faċilitajiet tal-ħżin speċjali (faċilità magħluqa tal-gass u/jew taż-żejt, akwifikatur, kavità tal-melħ, kaverni mħallta, jew oħrajn) kif ukoll ħażna ta' gass naturali likwifikat. Cushion gas għandu jiġi eskluż. Ir-rekwiżit li jiġu ddikjarati l-valuri kalorifiċi hawnhekk ma japplikax.

2.2.1.9.   Gass Mitluq fl-Atmosfera

Il-volum ta' gass rilaxxat fl-arja fis-sit tal-produzzjoni jew fl-impjant tal-ipproċessar tal-gassijiet. Ir-rekwiżit li jiġu ddikjarati l-valuri kalorifiċi hawnhekk ma japplikax.

2.2.1.10.   Gass Ivvampjat

Il-volum ta' gass maħruq f'vampi fis-sit tal-produzzjoni jew fl-impjant tal-ipproċessar tal-gass. Ir-rekwiżit li jiġu ddikjarati l-valuri kalorifiċi hawnhekk ma japplikax.

2.2.2.   SETTUR TAT-TRASFORMAZZJONI

2.2.2.1.   Produttur ta' Attività Ewlenija tal-Elettriku Biss

2.2.2.2.   Awtoproduttur tal-Elettriku Biss

2.2.2.3.   Unitajiet tas-CHP Produtturi tal-Attività Ewlenija

2.2.2.4.   Unitajiet tas-CHP tal-Awtoprodutturi

2.2.2.5.   Produttur ta' Attività Ewlenija tas-Sħana Biss

2.2.2.6.   Awtoproduttur tas-Sħana Biss

2.2.2.7.   Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

2.2.2.8.   Fran tal-Kokk

2.2.2.9.   Kalkara tal-funderija

2.2.2.10.   Minn gass għal likwidi

2.2.2.11.   Mhux speċifikat — Trasformazzjoni

2.2.3.   SETTUR TAL-ENERĠIJA

2.2.3.1.   Minjieri tal-Faħam

2.2.3.2.   Estrazzjoni taż-Żejt u tal-Gass

2.2.3.3.   Inputs f'raffineriji taż-żejt

2.2.3.4.   Fran tal-Kokk

2.2.3.5.   Kalkara tal-funderija

2.2.3.6.   Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

2.2.3.7.   Impjanti tal-Elettriku, tas-CHP u tas-Sħana

2.2.3.8.   Likwefazzjoni (LNG) jew Gassifikazzjoni

2.2.3.9.   Minn Gass għal Likwidi

2.2.3.10.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Enerġija

2.2.4.   TELF MID-DISTRIBUZZJONI

2.2.5.   SETTUR TAT-TRASPORT

Il-konsum finali ta' enerġija u l-konsum finali ta' non-enerġija għandhom jiġu ddikjarati separatament għall-aggregati li ġejjin.

2.2.5.1.   Fuq it-triq

2.2.5.2.   Trasport bil-pipelines

2.2.5.3.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Trasport

2.2.6.   SETTUR TAL-INDUSTRIJA

Il-konsum finali ta' enerġija u l-konsum finali ta' non-enerġija għandhom jiġu ddikjarati separatament għall-aggregati li ġejjin.

2.2.6.1.   Ħadid u Azzar

2.2.6.2.   Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

2.2.6.3.   Metalli li Ma Fihomx Ħadid

2.2.6.4.   Minerali li mhumiex Metalliċi

2.2.6.5.   Tagħmir tat-Trasport

2.2.6.6.   Makkinarju

2.2.6.7.   Tħaffir fil-Minjieri u l-Barrieri

2.2.6.8.   Ikel, Xorb u Tabakk

2.2.6.9.   Polpa, Karti u stampar

2.2.6.10.   Injam u Prodotti tal-Injam

2.2.6.11.   Kostruzzjoni

2.2.6.12.   Tessuti u Ġilda

2.2.6.13.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Industrija

2.2.7.   SETTURI OĦRA

Il-konsum finali ta' enerġija u l-konsum finali ta' non-enerġija għandhom jiġu ddikjarati separatament għall-aggregati li ġejjin.

2.2.7.1.   Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

2.2.7.2.   Residenzjali

2.2.7.2.1.   Residenzjali: Tisħin ta' spazju

2.2.7.2.2.   Residenzjali: Tkessiħ ta' spazju

2.2.7.2.3.   Residenzjali: Tisħin tal-ilma

2.2.7.2.4.   Residenzjali: Tisjir

2.2.7.2.5.   Residenzjali: Użi finali oħra

2.2.7.3.   Agrikoltura/Forestrija

2.2.7.4.   Sajd

2.2.7.5.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Oħra

2.2.8.   IMPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAL-ORIĠINI U ESPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAD-DESTINAZZJONI

Għandhom jiġu ddikjarati kemm il-kwantitajiet totali tal-gass naturali kif ukoll il-parti minnu li hija LNG, skont il-pajjiż tal-oriġini għall-importazzjonijiet u skont il-pajjiż tad-destinazzjoni għall-esportazzjonijiet.

2.2.9.   KAPAĊITAJIET TAL-ĦAŻNA TAL-GASS

Għandhom jiġu rrappurtati separatament bħala faċilitajiet ta' ħażna ta' gass gassuż u terminals ta' LNG (li għandhom jiġu distinti ulterjorment bejn terminals ta' importazzjoni ta' LNG u terminals ta' esportazzjoni ta' LNG).

2.2.9.1.   Isem

L-isem tas-sit tal-faċilità tal-ħażna jew tat-terminal ta' LNG.

2.2.9.2.   Tip (għall-faċilitajiet tal-ħażna ta' gass gassuż biss)

It-tip ta' ħażna, bħal faċilità ta' gass żvojtata, akwifiker, kaverna tal-melħ, eċċ.

2.2.9.3.   Kapaċità ta' Ħidma

Għall-faċilitajiet ta' ħżin ta' gass gassuż: il-kapaċità totali għall-ħażna tal-gass, mingħajr il-cushion gas. Il-cushion gas huwa l-volum totali ta' gass meħtieġ bħala inventarju permanenti biex jinżammu pressjonijiet adegwati fil-ġibjun tal-ħażna ta' taħt l-art u rati ta' konsenjabbiltà matul iċ-ċiklu kollu tal-produzzjoni.

Għat-terminali LNG: Kapaċità totali ta' ħżin tal-gass espressa f'ekwivalenti ta' gass gassuż.

2.2.9.4.   L-Ogħla Livell ta' Produzzjoni

Ir-rata massima meta l-gass jista' jiġi rtirat mill-ħażna kkonċernata; din tikkorrispondi għall-kapaċità massima ta' rtirar.

2.2.9.5.   Kapaċità ta' Rigassifikazzjoni jew ta' Likwefazzjoni (għat-terminals LNG biss)

Dawk li għandhom jiġu rrappurtati huma l-kapaċità ta' rigassifikazzjoni għat-terminals ta' importazzjoni u l-kapaċità ta' likwefazzjoni għat-terminals ta' esportazzjoni.

2.3.   Unitajiet ta' kejl

Il-kwantitajiet ta' gass naturali għandhom jiġu ddikjarati skont il-kontenut ta' enerġija tiegħu, jiġifieri f'TJ, abbażi tal-valur kalorifiku gross. Fejn ikunu meħtieġa l-kwantitajiet fiżiċi, l-unità hija f'106 m3 jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta' referenza għall-gassijiet (15 °C, 101 325 Pa).

Il-valuri kalorifiċi għandhom jiġu ddikjarati f'kJ/m3, jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta' referenza għall-gassijiet (15 °C, 101 325 Pa).

Il-kapaċità għax-xogħol għandha tiġi ddikjarata f'106 m3, jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta' referenza għall-gassijiet (15 °C, 101 325 Pa).

L-ogħla livell ta' produzzjoni, il-Kapaċità ta' Rigassifikazzjoni u ta' Likwefazzjoni għandhom jiġu ddikjarati f'106 m3/kull jum, jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta' referenza għall-gass (15 °C, 101 325 Pa).

3.   ELETTRIKU U SĦANA

3.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-kapitolu jkopri s-sħana u l-elettriku.

3.2.   Lista ta' aggregati

Il-lista ta' aggregati li ġejja għandha tiġi ddikjarata għas-sħana u l-elettriku ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor.

3.2.1.   PRODUZZJONI TAS-SĦANA U TAL-ELETTRIKU

Id-definizzjonijiet speċifiċi li ġejjin japplikaw għall-aggregati għall-elettriku u s-sħana f'dan il-kapitolu:

—   Produzzjoni Grossa tal-Elettriku: is-somma tal-produzzjoni tal-enerġija elettrika mis-settijiet kollha li jiġġeneraw kollha kkonċernati (inkluż il- ħżin ippompjat) imkejla fit-terminali tal-produzzjoni tal-ġeneraturi ewlenija.

—   Produzzjoni Grossa tas-Sħana: is-sħana totali prodotta mill-installazzjoni u li tinkludi s-sħana użata mill-awżiljarji tal-installazzjoni li jużaw fluwidu sħun (it-tisħin tal-ispazju, it-tisħin tal-fjuwil likwidu, eċċ.) u t-telf fl-iskambji tas-sħana tal-installazzjoni/tan-network, kif ukoll is-sħana mill-proċessi kimiċi użati bħala forma primarja tal-enerġija.

—   Produzzjoni Netta tal-Elettriku: il-produzzjoni gross tal-elettriku mingħajr l-enerġija elettrika assorbita mill-awżiljarji li jiġġeneraw u t-telf fit-trasformaturi tal-ġeneratur ewlieni.

—   Produzzjoni Netta tas-Sħana: is-sħana pprovduta lis-sistema tad- distribuzzjoni kif stabbilita mill-qisien tal-flussi li ħerġin 'il barra u dawk li jirritornaw.

L-aggregati 3.2.1.1 sa 3.2.1.11 għandhom jiġu ddikjarati separatament għall-produtturi ta' attività ewlenija u għall-awtoprodutturi. Fi ħdan dawn iż-żewġ tipi ta' impjanti, kemm il-produzzjoni netta kif ukoll dik grossa tal-elettriku u tas-sħana għandhom jiġu ddikjarati għall-elettriku biss, għas-sħana biss u għal unitajiet CHP, separatament kull fejn applikabbli.

3.2.1.1.   Nukleari

3.2.1.2.   Idro (applikabbli biss għall-elettriku)

3.2.1.3.   Ġeotermali

3.2.1.4.   Solari

3.2.1.5.   Mill-marea, mill-mewġ, mill-oċean (applikabbli biss għall-elettriku)

3.2.1.6.   Mir-riħ (applikabbli biss għall-elettriku)

3.2.1.7.   Fjuwils kombustibbli

Il-fjuwils li kapaċi jieħdu n-nar jew jinħarqu, jiġifieri li jagħmlu reazzjoni mal-ossiġnu biex tkun prodotta żieda sinifikanti fit-temperatura u li jinħarqu direttament għall-produzzjoni tal-elettriku u/jew tas-sħana.

3.2.1.8.   Pompi tas-Sħana (applikabbli biss għas-sħana)

3.2.1.9.   Bojlers elettriċi (applikabbli biss għas-sħana)

3.2.1.10.   Sħana minn Proċessi Kimiċi

Is-sħana li toriġina minn proċessi mingħajr enerġija bħala input, bħal reazzjoni kimika. Eskluża s-sħana ta' skart li toriġina minn proċessi li jeħtieġu l-enerġija, li trid tiġi rrappurtata bħala sħana prodotta mill-fjuwil korrispondenti.

3.2.1.11.   Sorsi oħra

3.2.2.   PROVVISTA

Għal 3.2.2.1 u 3.2.2.2 il-kwantitajiet iddikjarati għandhom ikunu f'koerenza mal-valuri ddikjarati għall-aggregati 3.2.1.1 sa 3.2.1.11.

3.2.2.1.   Produzzjoni Grossa Totali

3.2.2.2.   Produzzjoni Netta Totali

3.2.2.3.   Importazzjonijiet

L-ammonti ta' elettriku jitqiesu bħala importati jew esportati meta jkunu qasmu l-fruntieri politiċi tal-pajjiż, kemm jekk kien hemm awtorizzazzjoni doganali u kemm jekk le. Jekk l-elettriku jgħaddi minn pajjiż, l-ammont għandu jiġi rrappurtat kemm bħala importazzjoni kif ukoll bħala esportazzjoni.

3.2.2.4.   Esportazzjonijiet

Ara l-ispjegazzjoni taħt 3.2.2.3. “Importazzjonijiet”.

3.2.2.5.   Użat għall-Pompi tas-Sħana (applikabbli biss għall-elettriku)

3.2.2.6.   Użat għall-Bojlers Elettriċi (applikabbli biss għall-elettriku)

3.2.2.7.   Użat għal Ħżin Ippompjat- impjanti ta' ħżin ippompjat pur (applikabbli biss għall-elettriku)

3.2.2.8.   Użat għal Ħżin Ippompjat — Impjanti idro mħallta (applikabbli biss għall-elettriku)

3.2.2.9.   Użat għall-Produzzjoni tal-Elettriku (applikabbli biss għas-sħana)

3.2.3.   TELF MID-DISTRIBUZZJONI

Għall-elettriku, jinkludi t-telf fit-trasformaturi li ma jitqisux bħala partijiet integrali mill-impjanti tal-enerġija.

3.2.4.   KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAT-TRASPORT

Il-konsum finali ta' enerġija u l-konsum finali ta' non-enerġija għandhom jiġu ddikjarati separatament għall-aggregati li ġejjin.

3.2.4.1.   Ferroviji

3.2.4.2.   Trasport bil-pipelines

3.2.4.3.   Fuq it-triq

3.2.4.4.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Trasport

3.2.5.   KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTURI OĦRA

3.2.5.1.   Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

3.2.5.2.   Residenzjali

3.2.5.2.1.   Residenzjali: Tisħin ta' spazju

3.2.5.2.2.   Residenzjali: Tkessiħ ta' spazju

3.2.5.2.3.   Residenzjali: Tisħin tal-ilma

3.2.5.2.4.   Residenzjali: Tisjir

3.2.5.2.5.   Illuminazzjoni u apparat

3.2.5.2.6.   Residenzjali: Użi finali oħra

3.2.5.3.   Agrikoltura/Forestrija

3.2.5.4.   Sajd

3.2.5.5.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Oħra

3.2.6.   SETTUR TAL-ENERĠIJA

Jeskludi l-użu mill-impjant stess, użat għal ħżin ippompjat, għal pompi tas-sħana u għal bojlers elettriċi.

3.2.6.1.   Minjieri tal-Faħam

3.2.6.2.   Estrazzjoni taż-Żejt u l-Gass

3.2.6.3.   Impjanti tal-Fjuwil bil-Privattiva

3.2.6.4.   Fran tal-Kokk

3.2.6.5.   Impjanti tal-BKB/PB

3.2.6.6.   Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

3.2.6.7.   Kalkara tal-funderija

3.2.6.8.   Raffineriji taż-Żejt mhux Maħdum

3.2.6.9.   Industrija Nukleari

3.2.6.10.   Impjanti tal-Likwefazzjoni tal-Faħam

3.2.6.11.   Impjanti ta' Likwifikazzjoni (LNG)/ta' Rigassifikazzjoni

3.2.6.12.   Impjanti tal-Gassifikazzjoni (bijogass)

3.2.6.13.   Minn Gass għal Likwidi

3.2.6.14.   Impjanti tal-Produzzjoni tal-Faħam tal-Kannol

3.2.6.15.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Enerġija

3.2.7.   SETTUR TAL-INDUSTRIJA

3.2.7.1.   Ħadid u Azzar

3.2.7.2.   Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

3.2.7.3.   Metalli li Ma Fihomx Ħadid

3.2.7.4.   Minerali li mhumiex Metalliċi

3.2.7.5.   Tagħmir tat-Trasport

3.2.7.6.   Makkinarju

3.2.7.7.   Tħaffir fil-Minjieri u l-Barrieri

3.2.7.8.   Ikel, Xorb u Tabakk

3.2.7.9.   Polpa, Karti u stampar

3.2.7.10.   Injam u Prodotti tal-Injam

3.2.7.11.   Kostruzzjoni

3.2.7.12.   Tessuti u Ġilda

3.2.7.13.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Industrija

3.2.8.   PRODUZZJONI NETTA MINN AWTOPRODUTTURI

Il-produzzjoni netta ta' elettriku u l-ġenerazzjoni netta ta' sħana minn awtoprodutturi għandhom jiġu ddikjarati, għall-elettriku biss, għas-sħana biss u għal unitajiet ta' CHP separatament, fl-impjanti jew fl-attivitajiet li ġejjin:

3.2.8.1.   Settur tal-Enerġija: Minjieri tal-Faħam

3.2.8.2.   Settur tal-Enerġija: Estrazzjoni taż-Żejt u l-Gass

3.2.8.3.   Settur tal-Enerġija: Impjanti tal-Fjuwil bil-Privattiva

3.2.8.4.   Settur tal-Enerġija: Fran tal-Kokk

3.2.8.5.   Settur tal-Enerġija: Impjanti tal-BKB/PB

3.2.8.6.   Settur tal-Enerġija: Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

3.2.8.7.   Settur tal-Enerġija: Kalkara tal-funderija

3.2.8.8.   Settur tal-Enerġija: Raffineriji taż-Żejt mhux Maħdum

3.2.8.9.   Settur tal-Enerġija: Impjanti tal-Likwefazzjoni tal-Faħam

3.2.8.10.   Settur tal-Enerġija: Impjanti ta' Likwifikazzjoni (LNG)/ta' Rigassifikazzjoni

3.2.8.11.   Settur tal-Enerġija: Impjanti tal-Gassifikazzjoni (bijogass)

3.2.8.12.   Settur tal-Enerġija: Minn Gass għal Likwidi

3.2.8.13.   Settur tal-Enerġija: Impjanti tal-Produzzjoni tal-Faħam tal-Kannol

3.2.8.14.   Settur tal-Enerġija: Mhux Speċifikat Band'Oħra — Enerġija

3.2.8.15.   Settur tal-industrija: Ħadid u Azzar

3.2.8.16.   Settur tal-industrija: Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

3.2.8.17.   Settur tal-industrija: Metalli li Ma Fihomx Ħadid

3.2.8.18.   Settur tal-industrija: Minerali li mhumiex Metalliċi

3.2.8.19.   Settur tal-industrija: Tagħmir tat-Trasport

3.2.8.20.   Settur tal-industrija: Makkinarju

3.2.8.21.   Settur tal-industrija: Tħaffir fil-Minjieri u l-Barrieri

3.2.8.22.   Settur tal-industrija: Ikel, Xorb u Tabakk

3.2.8.23.   Settur tal-industrija: Polpa, Karti u stampar

3.2.8.24.   Settur tal-industrija: Injam u Prodotti tal-Injam

3.2.8.25.   Settur tal-industrija: Kostruzzjoni

3.2.8.26.   Settur tal-industrija: Tessuti u Ġilda

3.2.8.27.   Settur tal-industrija: Mhux Speċifikat Band'Oħra — Industrija

3.2.8.28.   Settur tat-Trasport: Ferroviji

3.2.8.29.   Settur tat-Trasport: Trasport bil-pipelines

3.2.8.30.   Settur tat-Trasport: Fuq it-triq

3.2.8.31.   Settur tat-Trasport: Mhux Speċifikat Band'Oħra — Trasport

3.2.8.32.   Setturi oħra: Residenzjali

3.2.8.32.   Setturi oħra: Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

3.2.8.32.   Setturi oħra: Agrikoltura/Forestrija

3.2.8.32.   Setturi oħra: Sajd

3.2.8.32.   Setturi oħra: Mhux Speċifikat Band'Oħra — Oħra

3.2.9.   ĠENERAZZJONI ELETTRIKA U TA SĦANA GROSSA MINN FJUWILS KOMBUSTIBBLI

L-elettriku gross prodott, is-sħana mibjugħa u l-kwantitajiet ta' fjuwils użati, inkluża l-enerġija totali korrispondenti tagħhom mill-kombustibbli elenkati hawn taħt għandhom jiġu ddikjarati separatament għall-produtturi ta' attività ewlenija u għall-awtoprodutturi. Fi ħdan dawn iż-żewġ tipi ta' produtturi, din il-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana għandha tiġi ddikjarata għall-elettriku biss, għas-sħana biss u għal unitajiet ta' CHP separatament kull meta jkun applikabbli.

3.2.9.1.   Antraċite

3.2.9.2.   Faħam għall-Kokk

3.2.9.3.   Faħam Bituminuż ieħor

3.2.9.4.   Faħam Subbituminuż

3.2.9.5.   Linjite

3.2.9.6.   Pit

3.2.9.7.   Fjuwil bil-Privattiva

3.2.9.8.   Kokk tal-Fran tal-Kokk

3.2.9.9.   Kokk tal-Gass

3.2.9.10.   Qatran tal-Faħam

3.2.9.11.   BKB (Mattunelli tal-Faħam Kannella)

3.2.9.12.   Gass tal-Impjanti tal-Gass

3.2.9.13.   Gass tal-Fran tal-Kokk

3.2.9.14.   Gass tal-Kalkari tal-Funderiji

3.2.9.15.   Gassijiet irkuprati oħra

3.2.9.16.   Prodotti tal-Pit

3.2.9.17.   Ix-xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt

3.2.9.18.   Żejt Mhux Raffinat

3.2.9.19.   NGL

3.2.9.20.   Gass tar-Raffineriji

3.2.9.21.   LPG

3.2.9.22.   Nafta

3.2.9.23.   Fjuwil tal-Ġett tat-Tip tal-Pitrolju

3.2.9.24.   Pitrolju Ieħor

3.2.9.25.   Żejt tal-gass/diżil

3.2.9.26.   Żejt tal-Fjuwil

3.2.9.27.   Bitumen

3.2.9.28.   Kokk taż-Żejt mhux Maħdum

3.2.9.29.   Prodotti Oħra taż-Żejt

3.2.9.30.   Gass Naturali

3.2.9.31.   Skart Industrijali

3.2.9.32.   Skart Muniċipali Rinnovabbli

3.2.9.33.   Skart Muniċipali Mhux Rinnovabbli

3.2.9.34.   Bijofjuwils solidi

3.2.9.35.   Bijogassijiet

3.2.9.36.   Bijodiżils

3.2.9.37.   Bijogażolina

3.2.9.38.   Bijofjuwils Likwidi Oħra

3.2.10.   KAPAĊITÀ ELETTRIKA NETTA MASSIMA

Il-kapaċità għandha tiġi ddikjarata fil-31 ta' Diċembru tas-sena rrappurtata rilevanti. Tinkludi l-kapaċità elettrika kemm tal-impjanti tal-elettriku biss kif ukoll tal-unitajiet CHP. Il-Kapaċità Elettrika Netta Massima għandha tiġi ddikjarata kemm fil-każ ta' produtturi ta' attività ewlenija kif ukoll fil-każ ta' awtoprodutturi. Il-Kapaċità Elettrika Netta Massima hija s-somma tal-kapaċitajiet massimi netti tal-impjanti kollha meħuda b'mod individwali matul perjodu partikolari ta' ħidma. Il-perjodu ta' ħidma meqjus għall-finijiet attwali huwa ħidma kontinwa: fil-prattika 15-il siegħa jew aktar kull jum. Il-kapaċità netta massima hija l-enerġija massima li wieħed jassumi li hija l-unika enerġija attiva li tista' tkun ipprovduta, b'mod kontinwu, bl-impjanti kollha qed jaħdmu, fil-punt tal-ħruġ tan-network.

3.2.10.1.   Nukleari

3.2.10.2.   Impjanti idro puri

3.2.10.3.   impjanti idro mħallta

3.2.10.4.   impjanti ta'ħżin ippompjat pur

3.2.10.5.   Ġeotermali

3.2.10.6.   Fotovoltajka solari

3.2.10.7.   Termali solari

3.2.10.8.   Mill-marea, mill-mewġ, mill-oċean

3.2.10.9.   Mir-Riħ

3.2.10.10.   Fjuwils kombustibbli

3.2.10.10.1.   Tip ta' ġenerazzjoni: Stim

3.2.10.10.2.   Tip ta' ġenerazzjoni: Kombustjoni interna

3.2.10.10.3.   Tip ta' ġenerazzjoni: Turbina tal-gass

3.2.10.10.4.   Tip ta' ġenerazzjoni: Ċiklu kkombinat

3.2.10.10.5.   Tip ta' ġenerazzjoni: Oħra

3.2.10.11.   Sorsi oħra

3.2.11.   KAPAĊITÀ ELETTRIKA NETTA MASSIMA TAL-KOMBUSTIBBLI

Għandha tiġi ddikjarata l-kapaċità elettrika netta massima tal-kombustibbli kemm għal produtturi ta' attività ewlenija kif ukoll għal awtoprodutturi, u separatament għal kull tip ta' impjant tat-tip li jaħdem bi fjuwil wieħed (single-fired) jew li jaħdem b'aktar minn fjuwil wieħed (multi-fired) imsemmija hawn taħt. Is-sistemi li jaħdmu b'aktar minn fjuwil wieħed jinkludu biss unitajiet li jistgħu jaħarqu aktar minn tip ta' fjuwil wieħed fuq bażi kontinwa. L-impjanti li għandhom unitajiet separati li jużaw fjuwils differenti għandhom ikunu maqsuma fil-kategoriji adatti ta' fjuwils uniċi. L-indikazzjonijiet dwar liema tip ta' fjuwil jintuża bħala fjuwil primarju u alternat iridu jiġu miżjuda għall-każijiet kollha ta' impjanti li jaħdmu b'aktar minn fjuwil wieħed.

3.2.11.1.   Jaħdem bi fjuwil wieħed (għall-kategoriji kollha ta' fjuwils primarji)

3.2.11.2.   Jaħdem b'Aktar minn Fjuwil Wieħed, solidi u likwidi

3.2.11.3.   Jaħdem b'Aktar minn Fjuwil Wieħed, solidi u gass naturali

3.2.11.4.   Jaħdem b'Aktar minn Fjuwil Wieħed, likwidi u gass naturali

3.2.11.5.   Jaħdem b'Aktar minn Fjuwil Wieħed, solidi, likwidi u gass naturali

3.3.   Unitajiet ta' kejl

L-elettriku għandu jiġi ddikjarat f'GWh (sigħat giga-watt), is-sħana f'TJ (tera-joules) u l-kapaċità f'MW (megawatts)

Jekk ikun meħtieġ ir-rappurtar ta' fjuwils oħra, l-unitajiet għar-rappurtar ta' dawn il-fjuwils japplikaw kif definit fil-kapitoli rilevanti ta' dan l-Anness.

4.   ŻEJT U PRODOTTI TAŻ-ŻEJT MHUX MAĦDUM

4.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Diment li ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan il-ġbir ta' dejta japplika għall-prodotti tal-enerġija kollha elenkati fl-Anness A, il-Kapitolu 3.4. ŻEJT (żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt mhux maħdum)

4.2.   Lista ta' aggregati

Il-lista ta' aggregati li ġejja għandha tiġi ddikjarata għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġew elenkati fil-paragrafu preċedenti ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor.

4.2.1.   IL-PROVVISTA TA' ŻEJT MHUX RAFFINAT, NGL, MATERJA PRIMA TAR-RAFFINERIJI, ADDITTIVI U IDROKARBURI OĦRA

L-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati għal żejt mhux raffinat, NGL, materja prima tar-raffineriji, addittivi/ossiġenati, Bijofjuwils f'Addittivi/Ossiġenati u idrokarburi oħra:

4.2.1.1.   Produzzjoni Indiġena

Mhux applikabbli għall-materja prima tar-raffineriji u għall-bijofjuwils.

4.2.1.2.   Irċevuti minn Sorsi Oħra.

Mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat, NGL u materja prima tar-raffineriji.

4.2.1.2.1.   Irċevuti minn sorsi oħra: minn faħam

4.2.1.2.2.   Irċevuti minn sorsi oħra: minn gass naturali

4.2.1.2.3.   Irċevuti minn sorsi oħra: mir-Riżorsi Rinnovabbli

4.2.1.3.   Ritorn ta' Flussi Mis-Settur Petrokimiku

Applikabbli biss għall-materja prima tar-raffineriji.

4.2.1.4.   Prodotti Ttrasferiti

Applikabbli biss għall-materja prima tar-raffineriji.

4.2.1.5.   Importazzjonijiet

Jinkludu l-kwantitajiet ta' żejt mhux raffinat u ta' prodotti importati jew esportati skont ftehimiet ta' pproċessar (jiġifieri raffinar akkont). Iż-żejt mhux raffinat u l-NGLs għandhom jiġu rrappurtati bħala li ġejjin mill-pajjiż tal-oriġini aħħarija; materja prima tar-raffineriji u prodotti finali għandhom jiġu rrappurtati bħala li ġejjin mill-pajjiż tal-aħħar konsenja. Jinkludu kwalunkwe likwidu tal-gass (eż. l-LPG) estratt matul ir-rigassifikazzjoni tal-gass naturali likwifikat importat u tal-prodotti taż-żejt mhux maħdum importati jew esportati direttament mill-industrija petrokimika. Nota: Il-kummerċ kollu ta' bijofjuwils li ma jkunux tħalltu mal-fjuwils użati għat-trasport (jiġifieri fil-forma pura tagħhom) ma għandux jiġi rrappurtat hawn. L-esportazzjonijiet mill-ġdid taż-żejt importat għall-ipproċessar fiż-żoni riżervati għandhom jiġu inklużi bħala esportazzjoni ta' prodott mill-pajjiż tal-ipproċessar għad-destinazzjoni finali.

4.2.1.6.   Esportazzjonijiet

In-nota għall-importazzjonijiet (4.2.1.5.) analoġikalment tapplika għall-esportazzjonijiet.

4.2.1.7.   Użu Dirett

4.2.1.8.   Bidliet fl-Istokk

4.2.1.9.   Konsum Osservat tar-Raffinerija

Ammonti mkejla bħala input għar-raffineriji

4.2.1.10.   Telf mir-Raffineriji

Id-differenza bejn il-Konsum (osservat) tar-raffinerija u l-Produzzjoni grossa tar-raffinerija. It-telf jista' jseħħ waqt il-proċessi tad-distillazzjoni minħabba evaporazzjoni. It-telf irrappurtat huwa pożittiv. Jista' jkun hemm żidiet volumetriċi iżda l-ebda żieda fil-massa.

4.2.1.11.   Stokks Totali tal-Ftuħ fit-Territorju Nazzjonali

4.2.1.12.   Stokks Totali tal-Għeluq fit-Territorju Nazzjonali

4.2.1.13.   Valur Kalorifiku Nett

4.2.1.13.1.   Produzzjoni (mhux applikabbli għal materja prima tar-raffineriji u Bijofjwils f'Addittivi/Ossiġenati)

4.2.1.13.2.   importazzjonijiet (mhux applikabbli għal Bijofjuwils f'Addittivi/Ossiġenati)

4.2.1.13.3.   esportazzjonijiet (mhux applikabbli għal Bijofjuwils f'Addittivi/Ossiġenati)

4.2.1.13.4.   medja globali

4.2.2.   PROVVISTA TA' PRODOTTI TAŻ-ŻEJT

It-tabella li ġejja tapplika għall-prodotti finali (il-gass tar-raffineriji, l-etanu, l-LPG, in-nafta, il-gażolina għall-magni, kif ukoll il-parti tagħha ta' bijogażolina, gażolina għall-avjazzjoni, fjuwil tal-ġett tat-tip tal-gażolina, fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju, kif ukoll bħala l-parti bijoloġika tagħhom, pitrolju ieħor, iż-żejt tal-gass/tad-diżil, iż-żejt tal-fjuwil b'livell baxx ta' kubrit u b'livell għoli ta' kubrit, l-ispirtu abjad u l-SBP, il-lubrikanti, il-bitumen, ix-xemgħat tal-paraffin, il-kokk taż-żejt mhux raffinat u prodotti oħrajn). Żejt mhux raffinat u NGL li jintużaw sabiex jinħarqu direttament għandhom jiġu inklużi fil-konsenji ta' prodotti finali u fi trasferimenti ta' interprodotti.

4.2.2.1.   Inputs tal-Prodotti Primarji

4.2.2.2.   Produzzjoni Grossa tar-Raffinerija

4.2.2.3.   Prodotti Rriċiklati

4.2.2.4.   Fjuwil tar-raffineriji (Raffineriji taż-Żejt mhux Maħdum)

Fjuwils użati għall-produzzjoni fir-raffineriji ta' elettriku u sħana mibjugħa għandhom ukoll jiġu inklużi f'din il-kategorija.

4.2.2.4.1.   użat f'unitajiet/impjanti elettriku biss

4.2.2.4.2.   użat f'unitajiet CHPs

4.2.2.4.3.   użat f'unitajiet/impjanti tas-sħana biss

4.2.2.5.   Importazzjonijiet

In-nota għall-importazzjonijiet (4.2.1.5.) tapplika.

4.2.2.6.   Esportazzjonijiet

In-nota għall-importazzjonijiet (4.2.1.5.) tapplika.

4.2.2.7.   Il-Bunkers tal-Baħar Internazzjonali

4.2.2.8.   Trasferimenti tal-Interprodotti

4.2.2.9.   Prodotti Ttrasferiti

4.2.2.10.   Bidliet fl-Istokk

4.2.2.11.   Livelli ta' Stokk tal-Ftuħ

4.2.2.12.   Livelli ta' Stokk tal-Għeluq

4.2.2.13.   Bidliet fl-Istokk għand produtturi ta' attività ewlenija

Il-bidliet fl-istokks li jinżammu minn utilitajiet pubbliċi u li mhumiex inklużi fil-livelli tal-istokks u fil-bidliet fl-istokks li ġew irrappurtati band'oħra. Żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

4.2.2.14.   Valuri Kalorifiċi netti medji

4.2.3.   KONSENJI GĦAS-SETTUR PETROKIMIKU

Il-konsenja osservata ta' prodotti taż-żejt mhux maħdum finali minn sorsi primarji (eż. raffineriji, impjanti tat-taħlit, eċċ.) għas-suq intern.

4.2.3.1.   Konsenji Grossi lis-Settur Petrokimiku

4.2.3.2.   Użu ta' Enerġija fis-Settur Petrokimiku

Kwantitajiet ta' żejt użati bħala fjuwil għal proċessi petrokimiċi bħall-cracking tal-istim.

4.2.3.3.   Użu Mhux għall-Enerġija fis-Settur Petrokimiku

Kwantitajiet ta' żejt użati fis-settur petrokimiku sabiex jiġu prodotti l-etilen, il-propilen, il-butilen, il-gass tas-sinteżi, l-aromatiċi, il-butadjen u materjali mhux ipproċessati oħra bbażati fuq l-idrokarburi fi proċessi bħall-cracking tal-istim, l-impjanti tal-aromatiċi u r-riforma tal-istim. Esklużi ammonti ta' żejt użati għal finijiet ta' fjuwil.

4.2.3.4.   Flussi lura mis-Settur Petrokimiku għar-Raffineriji

4.2.4.   SETTUR TAT-TRASFORMAZZJONI

Għandhom jiġu ddikjarati kemm il-kwantitajiet involuti għall-użu ta' enerġija kif ukoll dawk għall-użu mhux ta' enerġija.

4.2.4.1.   Produttur ta' Attività Ewlenija tal-Elettriku Biss

4.2.4.2.   Awtoproduttur tal-Elettriku Biss

4.2.4.3.   Unitajiet tas-CHP Produtturi tal-Attività Ewlenija

4.2.4.4.   Unitajiet tas-CHP tal-Awtoprodutturi

4.2.4.5.   Produttur ta' Attività Ewlenija tas-Sħana Biss

4.2.4.6.   Awtoproduttur tas-Sħana Biss

4.2.4.7.   Impjanti tal-Manifattura tal-Gass/ta' Gassifikazzjoni

4.2.4.8.   Gass Naturali Mħallat

4.2.4.9.   Fran tal-Kokk

4.2.4.10.   Kalkara tal-funderija

4.2.4.11.   Industrija Petrokimika

4.2.4.12.   Impjanti tal-Fjuwil bil-Privattiva

4.2.4.13.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Trasformazzjoni

4.2.5.   SETTUR TAL-ENERĠIJA

Għandhom jiġu ddikjarati kemm il-kwantitajiet involuti għall-użu ta' enerġija kif ukoll dawk għall-użu mhux ta' enerġija.

4.2.5.1.   Minjieri tal-Faħam

4.2.5.2.   Estrazzjoni taż-Żejt u l-Gass

4.2.5.3.   Fran tal-Kokk

4.2.5.4.   Kalkara tal-funderija

4.2.5.5.   Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

4.2.5.6.   Impjanti tal-Elettriku, tas-CHP u tas-Sħana għal użu minnhom stess.

4.2.5.7.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Enerġija

4.2.6.   TELF MID-DISTRIBUZZJONI

Għandhom jiġu ddikjarati kemm il-kwantitajiet involuti għall-użu ta' enerġija kif ukoll dawk għall-użu mhux ta' enerġija.

4.2.7.   KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAL-INDUSTRIJA

Għandhom jiġu ddikjarati kemm il-kwantitajiet involuti għall-użu ta' enerġija kif ukoll dawk għall-użu mhux ta' enerġija.

4.2.7.1.   Ħadid u Azzar

4.2.7.2.   Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

4.2.7.3.   Metalli li Ma Fihomx Ħadid

4.2.7.4.   Minerali li mhumiex Metalliċi

4.2.7.5.   Tagħmir tat-Trasport

4.2.7.6.   Makkinarju

4.2.7.7.   Tħaffir fil-Minjieri u l-Barrieri

4.2.7.8.   Ikel, Xorb u Tabakk

4.2.7.9.   Polpa, Karti u stampar

4.2.7.10.   Injam u Prodotti tal-Injam

4.2.7.11.   Kostruzzjoni

4.2.7.12.   Tessuti u Ġilda

4.2.7.13.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Industrija

4.2.8.   KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAT-TRASPORT

Għandhom jiġu ddikjarati kemm il-kwantitajiet involuti għall-użu ta' enerġija kif ukoll dawk għall-użu mhux ta' enerġija.

4.2.8.1.   Avjazzjoni Internazzjonali

4.2.8.2.   Avjazzjoni Domestika

4.2.8.3.   Fuq it-triq

4.2.8.4.   Ferroviji

4.2.8.5.   Navigazzjoni Domestika

4.2.8.6.   Trasport mill-Pipelines

4.2.8.7.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Trasport

4.2.9.   KONSUM FINALI TA' ENERĠIJA — SETTURI OĦRA

Għandhom jiġu ddikjarati kemm il-kwantitajiet involuti għall-użu ta' enerġija kif ukoll dawk għall-użu mhux ta' enerġija.

4.2.9.1.   Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

4.2.9.2.   Residenzjali

4.2.9.2.1.   Residenzjali: Tisħin ta' spazju

4.2.9.2.2.   Residenzjali: Tkessiħ ta' spazju

4.2.9.2.3.   Residenzjali: Tisħin tal-ilma

4.2.9.2.4.   Residenzjali: Tisjir

4.2.9.2.5.   Residenzjali: Użi finali oħra

4.2.9.3.   Agrikoltura/Forestrija

4.2.9.4.   Sajd

4.2.9.5.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Oħra

4.2.10.   IMPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAL-ORIĠINI U ESPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAD-DESTINAZZJONI

Għandhom jiġu ddikjarati l-importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini, u l-esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni. In-nota għall-importazzjonijiet (4.2.1.5) tapplika.

4.2.11.   KAPAĊITÀ TAR-RAFFINERIJA

Il-kapaċità ta' raffinerija totali nazzjonali u t-tqassim ta' kapaċità annwali skont kull raffinerija għandhom jiġu rrappurtati f'eluf ta' tunnellati metriċi kull sena. Il-punti li ġejjin għandhom jiġu rrappurtati.

4.2.11.1.   Isem/Post

4.2.11.2.   Distillazzjoni Atmosferika

4.2.11.3.   Distillazzjoni bil-Vakwu

4.2.11.4.   Cracking (Termali)

4.2.11.4.1.   Li minnu tnaqqis tal-viskożità

4.2.11.4.2.   Li minnu Kkokkjar

4.2.11.5.   Cracking (Katalittiku)

4.2.11.5.1.   Li minnu cracking katalitiku fluwidu (FCC, fluid catalytic cracking)

4.2.11.5.2.   Li minnu Hydro-cracking (HCK)

4.2.11.6.   Riformazzjoni

4.2.11.7.   Desulfurizzazzjoni

4.2.11.8.   Alkilazzjoni, Polimerizzazzjoni, Iżomerizzazzjoni

4.2.11.9.   Eterifikazzjoni

4.3.   Unitajiet ta' kejl

Il-kwantitajiet irrappurtati għandhom jiġu ddikjarati f'kt (kilo-tunnellati). Il-valuri kalorifiċi għandhom jiġu ddikjarati f'MJ/t (mega-joules għal kull tunnellata).

4.4.   Eżenzjonijiet

Ċipru huwa eżentat milli jirrapporta l-aggregati definiti fit-Taqsima 4.2.9 (Konsum finali ta' enerġija — Setturi Oħra); għandhom japplikaw biss il-valuri totali. Ċipru huwa eżentat milli jirrapporta l-użu ta' non-enerġija fit-Taqsimiet 4.2.4 (Settur tat-trasformazzjoni), 4.2.5 (Settur tal-enerġija), 4.2.7 (Industrija), 4.2.7.2 (Settur tal-industrija — li minnu Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi), 4.2.8 (Trasport) u 4.2.9 (Setturi oħra).

5.   ENERĠIJA RINNOVABBLI U ENERĠIJA MINN SKART

5.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Ħlief jekk speċifikat mod ieħor dan il-ġbir ta' dejta japplika għall-prodotti ta' enerġija kollha elenkati fl-Anness A, Kapitolu 3.5. RINNOVABBLI U SKART. Kwantitajiet ta' fjuwils użati għal finijiet ta' enerġija biss (pereżempju: il-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, il-kombustjoni b'irkupru ta' enerġija, użat f'magni mobbli fit-trasport u għal użu f'magni stazzjonarji) għandhom jiġu rrappurtati. Il-kwantitajiet użati mhux għall-enerġija għandhom jiġu esklużi mir-rappurtar (pereżempju: injam fil-kostruzzjoni u għall-produzzjoni tal-għamara, l-użu ta' bijolubrikanti għal-lubrikazzjoni, l-użu ta' bijobitumen għall-kisi tal-wiċċ tat-toroq). L-enerġija termali passiva għandha wkoll tiġi eskluża mir-rappurtar (pereżempju: tisħin termali solari passiv ta' bini).

5.2.   Lista ta' aggregati

Ħlief jekk speċifikat mod ieħor, il-lista ta' aggregati li ġejja għandha tiġi ddikjarata għall-prodotti tal-enerġija kollha elenkati fil-paragrafu preċedenti. Is-sħana ambjentali (pompi tas-sħana) għandha tiġi rrappurtata biss għas-setturi li ġejjin: Is-Settur tat-Trasformazzjoni (biss għal aggregati relatati ma' sħana mibjugħa), is-Settur tal-Enerġija (it-total biss, l-ebda subkategorija), it-total tal-Industrija (it-total biss, l-ebda subkategorija), is-Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi, Residenzjali u Mhux speċifikati band'oħra — Oħra.

5.2.1.   PRODUZZJONI GROSSA TAL-ELETTRIKU U TAS-SĦANA

Id-definizzjonijiet tal-Kapitolu 3.2.1. japplikaw. L-aggregati 5.2.1.1 sa 5.2.1.18 għandhom jiġu ddikjarati separatament għall-produtturi ta' attività ewlenija u għall-awtoprodutturi. Fi ħdan dawn iż-żewġ tipi ta' impjanti, il-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana grossa għandha tiġi ddikjarata għal elettriku biss, għal sħana biss u għal unitajiet ta' CHP, separatament kull fejn applikabbli.

5.2.1.1.   Impjanti idro puri (applikabbli biss għall-elettriku)

5.2.1.2.   Impjanti idro mħallta (applikabbli biss għall-elettriku)

5.2.1.3.   Impjanti ta' ħżin ippompjat pur (applikabbli biss għall-elettriku)

5.2.1.4.   Ġeotermali

5.2.1.5.   Fotovoltajka solari (applikabbli biss għall-elettriku)

5.2.1.6.   Termali solari

5.2.1.7.   Mill-marea, mill-mewġ, mill-oċean (applikabbli biss għall-elettriku)

5.2.1.8.   Mir-riħ (applikabbli biss għall-elettriku)

5.2.1.9.   Riħ fuq l-art

5.2.1.10.   Riħ lil hinn mill-kosta

5.2.1.11.   Skart muniċipali rinnovabbli

5.2.1.12.   Skart muniċipali mhux rinnovabbli

5.2.1.13.   Bijofjuwils solidi

5.2.1.14.   Bijogassijiet

5.2.1.15.   Bijodiżils

5.2.1.16.   Bijogażolina

5.2.1.17.   Bijofjuwils likwidi oħra

5.2.1.18.   Pompi tas-sħana (applikabbli biss għas-sħana)

5.2.2.   PROVVISTA

5.2.2.1.   Produzzjoni

5.2.2.2.   Importazzjonijiet

5.2.2.3.   Esportazzjonijiet

5.2.2.4.   Bidliet fl-Istokk

5.2.3.   IS-SETTUR TAT-TRASFORMAZZJONI

5.2.3.1.   Produttur ta' Attività Ewlenija tal-Elettriku Biss

5.2.3.2.   Unitajiet tas-Sħana u tal-Enerġija Kkombinati (CHP) tal-Produttur tal-Attività Ewlenija

5.2.3.3.   Produttur ta' Attività Ewlenija tas-Sħana Biss

5.2.3.4.   Awtoproduttur tal-Elettriku Biss

5.2.3.5.   Unitajiet tas-Sħana u tal-Enerġija Kkombinati (CHP) tal-Awtoprodutturi

5.2.3.6.   Awtoproduttur tas-Sħana Biss

5.2.3.7.   Impjanti tal-Fjuwil bil-Privattiva

5.2.3.8.   Impjanti tal-BKB/PB

5.2.3.9.   Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

5.2.3.10.   Kalkara tal-funderija

5.2.3.11.   Impjanti għat-taħlit tal-gass naturali

5.2.3.12.   Għal Taħlit ma' gażolina tal-magni/diżil/pitrolju:

5.2.3.13.   Impjanti tal-produzzjoni tal-faħam tal-kannol

5.2.3.14.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Trasformazzjoni

5.2.4.   SETTUR TAL-ENERĠIJA

5.2.4.1.   Impjanti tal-gassifikazzjoni (bijogass)

5.2.4.2.   Impjanti tal-Elettriku, tas-CHP u tas-Sħana

5.2.4.3.   Minjieri tal-Faħam

5.2.4.4.   Impjanti tal-Fjuwil bil-Privattiva

5.2.4.5.   Fran tal-Kokk

5.2.4.6.   Raffineriji taż-Żejt mhux Maħdum

5.2.4.7.   Impjanti tal-BKB/PB

5.2.4.8.   Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

5.2.4.9.   Kalkara tal-funderija

5.2.4.10.   Impjanti tal-produzzjoni tal-faħam tal-kannol

5.2.4.11.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Enerġija

5.2.5.   TELF MID-DISTRIBUZZJONI

5.2.6.   KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAL-INDUSTRIJA

5.2.6.1.   Ħadid u Azzar

5.2.6.2.   Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

5.2.6.3.   Metalli li Ma Fihomx Ħadid

5.2.6.4.   Minerali li mhumiex Metalliċi

5.2.6.5.   Tagħmir tat-Trasport

5.2.6.6.   Makkinarju

5.2.6.7.   Tħaffir fil-Minjieri u l-Barrieri

5.2.6.8.   Ikel, Xorb u Tabakk

5.2.6.9.   Polpa, Karti u stampar

5.2.6.10.   Injam u Prodotti tal-Injam

5.2.6.11.   Kostruzzjoni

5.2.6.12.   Tessuti u Ġilda

5.2.6.13.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Industrija

5.2.7.   KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAT-TRASPORT

5.2.7.1.   Ferroviji

5.2.7.2.   Fuq it-triq

5.2.7.3.   Navigazzjoni Domestika

5.2.7.4.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Trasport

5.2.8.   KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTURI OĦRA

5.2.8.1.   Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

5.2.8.2.   Residenzjali

5.2.8.2.1.   Residenzjali: Tisħin ta' spazju

5.2.8.2.2.   Residenzjali: Tkessiħ ta' spazju

5.2.8.2.3.   Residenzjali: Tisħin tal-ilma

5.2.8.2.4.   Residenzjali: Tisjir

5.2.8.2.5.   Residenzjali: Użi finali oħra

5.2.8.3.   Agrikoltura/Forestrija

5.2.8.4.   Sajd

5.2.8.5.   Mhux Speċifikat Band'Oħra — Oħra

5.2.9.   KAPAĊITÀ ELETTRIKA NETTA MASSIMA

Il-kapaċità għandha tiġi ddikjarata fil-31 ta' Diċembru tas-sena rrappurtata rilevanti. Tinkludi l-kapaċità elettrika kemm tal-impjanti tal-elettriku biss kif ukoll tal-unitajiet CHP. Il-Kapaċità Elettrika Netta Massima hija s-somma tal-kapaċitajiet massimi netti tal-impjanti kollha meħuda b'mod individwali matul perjodu partikolari ta' ħidma. Il-perjodu ta' ħidma meqjus għall-finijiet attwali huwa ħidma kontinwa: fil-prattika 15-il siegħa jew aktar kull jum. Il-kapaċità netta massima hija l-enerġija massima li wieħed jassumi li hija l-unika enerġija attiva li tista' tkun ipprovduta, b'mod kontinwu, bl-impjanti kollha qed jaħdmu, fil-punt tal-ħruġ tan-network.

5.2.9.1.   Impjanti idro puri

5.2.9.2.   Impjanti idro mħallta

5.2.9.3.   Impjanti ta' ħżin ippompjat pur

5.2.9.4.   Ġeotermali

5.2.9.5.   Fotovoltajka solari

5.2.9.6.   Termali solari

5.2.9.7.   Mill-marea, mill-mewġ, mill-oċean

5.2.9.8.   Riħ fuq l-art

5.2.9.9.   Riħ lil hinn mill-kosta

5.2.9.10.   Skart industrijali

5.2.9.11.   Skart muniċipali

5.2.9.12.   Bijofjuwils solidi

5.2.9.13.   Bijogassijiet

5.2.9.14.   Bijodiżils

5.2.9.15.   Bijogażolina

5.2.9.16.   Bijofjuwils likwidi oħra

5.2.10.   KARATTERISTIĊI TEKNIĊI

5.2.10.1.   Superfiċe tal-kolletturi solari

Għandha tiġi ddikjarata s-superfiċe totali installata tal-kolletturi solari. Is-superfiċe tal-kolletturi solari għandha tkun relatata mal-produzzjoni ta' sħana termali solari; is-superfiċe tal-kolletturi solari użati għall-ġenerazzjoni tal-elettriku ma għandhomx jiġu rrappurtati hawn (PV solari u enerġija solari kkonċentrata). Is-superfiċe tal-kolletturi solari kollha; kolletturi igglejżjati u mhux igglejżjati, pjatta ċatta u tubu vakwu b'likwidu jew arja bħala t-trasportatur ta' enerġija għandhom jiġu inklużi.

5.2.10.2.   Kapaċità ta' produzzjoni għall-Bijogażolina

5.2.10.3.   Kapaċità ta' produzzjoni għall-Bijodiżils

5.2.10.4.   Kapaċità ta' produzzjoni għall-Pitrolju bijoloġiku tal-ġett

5.2.10.5.   Kapaċità ta' produzzjoni għal Bijofjuwils Likwidi Oħra

5.2.10.6.   Valur kalorifiku nett medju għall-Bijogażolina

5.2.10.7.   Valur kalorifiku nett medju għall-Bijoetanol

5.2.10.8.   Valur kalorifiku nett medju għall-Bijodiżils

5.2.10.9.   Valur kalorifiku nett medju għall-Pitrolju bijoloġiku tal-ġett

5.2.10.10.   Valur kalorifiku nett medju għal Bijofjuwils Likwidi Oħra

5.2.10.11.   Valur kalorifiku nett medju għall-Faħam tal-kannol

5.2.11.   PRODUZZJONI TA' BIJOFJUWILS SOLIDI U BIJOGASSIJIET

Il-produzzjoni totali ta' bijofjuwils solidi (eskluż il-faħam tal-kannol) għandha tinqasam fost il-fjuwils li ġejjin:

5.2.11.1.   Injam li jintuża bħala fjuwil, residwi u prodotti sekondarji tal-injam

5.2.11.1.1.   Gerbub tal-injam bħala parti minn injam li jintuża bħala fjuwil, residwi tal-injam u prodotti sekondarji tal-injam

5.2.11.2.   Likur iswed

5.2.11.3.   Bagasse

5.2.11.4.   Skart tal-annimali

5.2.11.5.   Materjali u residwi veġetali oħra

5.2.11.6.   Frazzjoni rinnovabbli ta' skart industrijali

Il-produzzjoni totali ta' bijogass għandha tinqasam fost il-metodi ta' produzzjoni li ġejjin:

5.2.11.7.   Bijogassijiet minn fermentazzjoni anaerobika: gass mill-miżbliet

5.2.11.8.   Bijogassijiet minn fermentazzjoni anaerobika: gass mill-effluwent imtajjen tad-drenaġġ

5.2.11.9.   Bijogassijiet minn fermentazzjoni anaerobika: bijogassijiet oħra minn fermentazzjoni anaerobika

5.2.11.10.   Bijogassijiet minn proċessi termali

5.2.12.   IMPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAL-ORIĠINI U ESPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAD-DESTINAZZJONI

Importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini u esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni għandhom jiġu rrappurtati. Applikabbli għall-Bijogażolina, għall-Bijoetanol, għall-Pitrolju bijoloġiku tal-ġett, għall-Bijodiżils, għal bijofjuwils likwidi oħra, għall-gerbub tal-injam.

5.3.   Unitajiet ta' kejl

L-elettriku għandu jiġi ddikjarat f'GWh (sigħat ta' giga-watt), is-sħana f'TJ (tera-joules) u l-kapaċità elettrika f'MW (megawatts).

Il-kwantitajiet irrappurtati għandhom jiġu ddikjarati f'TJ NCV (tera-joules abbażi tal-valur kalorifiku nett), ħlief għall-faħam tal-kannol, il-bijogażolina, il-bijoetanol, il-pitrolju bijoloġiku tal-ġett, il-bijodiżils, u bijofjuwils likwidi oħra li għandhom jiġu ddikjarati f'kt (kilo-tunnellati).

Il-valuri kalorifiċi għandhom jiġu ddikjarati f'MJ/t (mega-joules għal kull tunnellata).

Is-superfiċe tal-kolletturi solari għandhom jiġu ddikjarati f'1 000 m2.

Il-kapaċità ta' produzzjoni għandha tiġi ddikjarata f'kt (kilo-tunnellati) fis-sena.

6.   STATISTIKA ANNWALI DWAR L-ENERĠIJA

Trid tiġi ddikjarata d-dejta li ġejja rigward l-użu ċivili tal-enerġija nukleari:

6.1.   Lista ta' aggregati

6.1.1.   IL-KAPAĊITÀ TA' ARRIKKIMENT

Il-kapaċità ta' ħidma separattiva annwali tal-impjanti operazzjonali ta' arrikkiment (separazzjoni isotopika tal-Uranju).

6.1.2.   KAPAĊITÀ TAL-PRODUZZJONI TA' ELEMENTI TA' FJUWIL ĠDID

Il-kapaċità ta' produzzjoni annwali tal-impjanti li jiffabbrikaw il-fjuwil. Huma esklużi l-impjanti tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil MOX.

6.1.3.   KAPAĊITÀ TA' PRODUZZJONI TA' IMPJANTI TAL-FABBRIKAZZJONI TAL-FJUWIL MOX

Kapaċità ta' produzzjoni annwali tal-impjanti tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil MOX. Il-fjuwil MOX jinkludi taħlita ta' Plutonju u Uranju (Ossidu Mħallat).

6.1.4.   PRODUZZJONI TA' ELEMENTI TA' FJUWIL ĠDID

Produzzjoni ta' elementi finali ta' fjuwil ġdid fl-impjanti nukleari tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil. Mhumiex inklużi vireg jew prodotti parzjali oħra. Huma esklużi wkoll l-impjanti ta' fabbrikazzjoni li jipproduċu l-fjuwil MOX.

6.1.5.   PRODUZZJONI TA' ELEMENTI TA' FJUWIL MOX

Produzzjoni ta' elementi finali ta' fjuwil ġdid fl-impjanti tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil MOX. Mhumiex inklużi vireg jew prodotti parzjali oħra.

6.1.6.   PRODUZZJONI TA' ENERĠIJA NUKLEARI

L-ammont totali ta' sħana ġġenerata minn reatturi nukleari għall-produzzjoni tal-elettriku jew għal applikazzjonijiet oħra utli ta' sħana.

6.1.7.   IL-MEDJA ANNWALI TA' UŻU TA' ELEMENTI TA' FJUWIL IRRADJATI LI JINTILFU DEFINITTIVAMENT

Il-medja kkalkulata tal-użu tal-elementi tal-fjuwil li jkunu ntilfu definittivament mir-reatturi nukleari tul is-sena ta' referenza kkonċernata. Esklużi l-elementi tal-fjuwil li jintilfu biss temporanjament u li x'aktarx jerġgħu jintużaw aktar tard.

6.1.8.   PRODUZZJONI TA' URANJU U PLUTONJU FL-IMPJANTI TAL-IPPROĊESSAR MILL-ĠDID

L-Uranju u l-Plutonju prodotti tul is-sena ta' referenza fl-impjanti tal-ipproċessar mill-ġdid.

6.1.9.   IL-KAPAĊITÀ (TAL-URANJU U TAL-PLUTONJU) FL-IMPJANTI TAL-IPPROĊESSAR MILL-ĠDID

Il-kapaċità annwali ta' pproċessar mill-ġdid tal-Uranju u tal-Plutonju.

6.2.   Unitajiet ta' kejl

 

tSWU (tunnellati ta' Unitajiet ta' Xogħol Separattiv) għal 6.1.1.

 

tHM (tunnellati ta' metall tqil) għal 6.1.4, 6.1.5., 6.1.8.

 

tHM (tunnellati ta' metall tqil) fis-sena għal 6.1.2., 6.1.3, 6.1.9

 

TJ (tera-joules) għal 6.1.6.

 

GWd/tHM (gigawatt-kull jum għal kull tunnellata ta' metall tqil) għal 6.1.7.

ANNESS C

STATISTIKA DWAR L-ENERĠIJA TA' KULL XAHAR

Dan l-Anness jiddeskrivi l-ambitu, l-unitajiet, il-perjodu rrappurtat, il-frekwenza, l-iskadenza u l-modalitajiet ta' trażmissjoni għall-ġbir ta' kull xahar tal-istatistika dwar l-enerġija.

L-Anness A japplika għal spjegazzjonijiet tat-termini li għalihom mhix ipprovduta spjegazzjoni speċifika f'dan l-Anness.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-ġbir ta' dejta kollu speċifikat f'dan l-anness:

(a)

Perjodu rrappurtat: Il-perjodu rrappurtat ta' dejta ddikjarata għandu jkun xahar kalendarju.

(b)

Frekwenza: Id-dejta għandha tiġi ddikjarata fuq bażi ta' kull xahar.

(c)

Format ta' trażmissjoni: Il-format tat-trażmissjoni għandu jikkonforma ma' standard ta' skambju adatt speċifikat mill-Eurostat.

(d)

Metodu ta' trażmissjoni: Id-dejta għandha tiġi trażmessa jew imtella' b'mezzi elettroniċi fil-punt uniku tad-dħul għad-dejta fil-Eurostat.

1.   FJUWILS SOLIDI

1.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-kapitolu jkopri r-rappurtar ta':

1.1.1.

Faħam iebes

1.1.2.

Faħam kannella

1.1.3.

Pit

1.1.4.

Ix-xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt

1.1.5.

Kokk tal-fran tal-kokk

1.2.   Lista ta' aggregati

1.2.1.   L-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati għall-faħam iebes:

1.2.1.1.

Produzzjoni

1.2.1.2.

Prodotti rkuprati

1.2.1.3.

Importazzjonijiet

1.2.1.4.

Importazzjonijiet minn barra l-UE

1.2.1.5.

Esportazzjonijiet

1.2.1.6.

Stokks Totali tal-Ftuħ fit-Territorju Nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma minn minjieri, importaturi u konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.1.7.

Stokks Totali tal-Għeluq fit-Territorju Nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma minn minjieri, importaturi u konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.1.8.

Konsenji lil produtturi ta' attività ewlenija

1.2.1.9.

Konsenji lil impjanti għall-kokk

1.2.1.10.

Konsenji lill-industrija totali

1.2.1.11.

Konsenji lill-industrija tal-ħadid u l-azzar

1.2.1.12.

Konsenji oħra (servizzi, djar, …). L-ammont ta' faħam iebes ikkonsenjat lil setturi mhux speċifikament imsemmija jew ma jagħmlux parti minn trasformazzjoni, enerġija, industrija jew trasport.

1.2.2.   L-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati għal faħam kannella, pit, xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt:

1.2.2.1.

Produzzjoni

1.2.2.2.

Importazzjonijiet

1.2.2.3.

Esportazzjonijiet

1.2.2.4.

Stokks Totali tal-Ftuħ fit-Territorju Nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma minn minjieri, importaturi u konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.2.5.

Stokks Totali tal-Għeluq fit-Territorju Nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma minn minjieri, importaturi u konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.2.6.

Għall-Pit, minflok stokks totali tal-Ftuħ u tal-Għeluq, tista' ssir dikjarazzjoni għal bidliet fl-istokk.

1.2.2.7.

Konsenji lil produtturi ta' attività ewlenija

1.2.3.   L-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati għal Kokk tal-fran tal-kokk:

1.2.3.1.

Produzzjoni

1.2.3.3.

Importazzjonijiet

1.2.3.4.

Importazzjonijiet minn barra l-UE

1.2.3.5.

Esportazzjonijiet

1.2.3.6.

Stokks Totali tal-Ftuħ fit-Territorju Nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma minn produtturi, importaturi u konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.3.7.

Stokks Totali tal-Għeluq fit-Territorju Nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma minn produtturi, importaturi u konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.3.8.

Konsenji lill-industrija tal-ħadid u l-azzar

1.3.   Unitajiet ta' kejl

Il-kwantitajiet irrappurtati għandhom jiġu ddikjarati f'kt (kilo-tunnellati).

1.4.   Skadenza għat-trażmissjoni ta' dejta

Fi żmien 3 xhur kalendarji wara x-xahar irrappurtat.

2.   ELETTRIKU

2.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-kapitolu jkopri r-rappurtar ta' elettriku.

2.2.   Lista ta' aggregati

L-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati għall-elettriku:

2.2.1.   Produzzjoni netta ta' elettriku minn impjanti nukleari

2.2.2.   Produzzjoni netta ta' elettriku minn ġenerazzjoni ta' enerġija termali konvenzjonali bl-użu tal-faħam

2.2.3.   Produzzjoni netta ta' elettriku minn ġenerazzjoni ta' enerġija termali konvenzjonali bl-użu taż-żejt

2.2.4.   Produzzjoni netta ta' elettriku minn ġenerazzjoni ta' enerġija termali konvenzjonali bl-użu tal-gass

2.2.5.   Produzzjoni netta ta' elettriku minn ġenerazzjoni ta' enerġija termali konvenzjonali bl-użu ta' rinnovabbli kombustibbli (bħal bijofjuwils solidi, bijogassijiet, bijofjuwils likwidi, skart muniċipali rinnovabbli)

2.2.6.   Produzzjoni netta ta' elettriku minn ġenerazzjoni ta' enerġija termali konvenzjonali bl-użu ta' fjuwils kombustibbli mhux rinnovabbli oħra (bħal skart industrijali mhux rinnovabbli u skart muniċipali mhux rinnovabbli)

2.2.7.   Produzzjoni netta tal-elettriku minn impjanti idro puri

2.2.8.   Produzzjoni netta tal-elettriku minn impjanti idro mħallta

2.2.9.   Produzzjoni netta tal-elettriku minn impjanti idro ta' ħżin ippompjat puri

2.2.10.   Produzzjoni netta tal-elettriku minn installazzjonijiet tar-riħ fuq l-art

2.2.11.   Produzzjoni netta tal-elettriku minn installazzjonijiet tar-riħ lil hinn mix-xtut

2.2.12.   Produzzjoni netta tal-elettriku minn installazzjonijiet PV solari

2.2.13.   Produzzjoni netta ta' elettriku minn installazzjonijiet termali solari

2.2.14.   Produzzjoni netta ta' elettriku minn ġenerazzjoni tal-enerġija ġeotermali

2.2.15.   Produzzjoni netta ta' elettriku minn sorsi rinnovabbli oħra (bħal marea, mewġ, oċean u sorsi rinnovabbli mhux kombustibbli oħra)

2.2.16.   Produzzjoni netta tal-elettriku minn oriġini mhux speċifikata

2.2.17.   Importazzjonijiet

2.2.17.1.   Li minnhom mill-UE

2.2.18.   Esportazzjonijiet

2.2.18.1.   Li minnhom lejn l-UE

2.2.19.   Elettriku użat għal ħżin ippompjat

2.3.   Unitajiet ta' kejl

Kwantitajiet irrappurtati għandhom jiġu ddikjarati f'GWh (sigħat ta' giga-watt).

2.4.   Skadenza għat-trażmissjoni ta' dejta

Fi żmien 3 xhur kalendarji wara x-xahar irrappurtat.

3.   ŻEJT U PRODOTTI TAŻ-ŻEJT MHUX MAĦDUM

3.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Diment li ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan il-ġbir ta' dejta japplika għall-prodotti tal-enerġija kollha elenkati fl-Anness A, il-Kapitolu 3.4. ŻEJT (Żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt mhux maħdum).

Il-kategorija “Prodotti Oħra” tinkludi kemm il-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-definizzjoni fl-Anness A, Kapitolu 3.4 u flimkien il-kwantitajiet ta' spirtu abjad u SBP, lubrikanti, bitumen u xama' tal-paraffina; dawn il-prodotti ma għandhomx jiġu ddikjarati separatament.

3.2.   Lista ta' aggregati

Għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġew elenkati fil-paragrafu preċedenti għandhom jiġu ddikjarati l-aggregati li ġejjin, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor.

3.2.1.   PROVVISTA TA' ŻEJT MHUX RAFFINAT, NGL, MATERJA PRIMA TAR-RAFFINERIJI, ADDITTIVI U IDROKARBURI OĦRA

L-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati għal żejt mhux raffinat, NGL, materja prima tar-raffineriji, addittivi/ossiġenati, bijofjuwils u idrokarburi oħra:

3.2.1.1.   Produzzjoni Indiġena (mhux applikabbli għal materja prima tar-raffineriji u bijofjuwils).

3.2.1.2.   Irċevuti minn sorsi oħra (mhux applikabbli għal żejt mhux raffinat, NGL, materja prima tar-raffineriji)

3.2.1.3.   Flussi lura

Il-prodotti finali jew semifinali li jiġu rritornati mill-konsumaturi finali lir-raffineriji għall-ipproċessar, għat-taħlit jew għall-bejgħ. Ġeneralment ikunu prodotti sekondarji tal-manifattura petrokimika. Applikabbli biss għall-materja prima tar-raffineriji.

3.2.1.4.   Prodotti Ttrasferiti

Il-prodotti taż-żejt mhux maħdum importati li jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala materja prima għal aktar ipproċessar fir-raffinerija, mingħajr ma jiġu kkonsenjati lill-konsumaturi finali. Applikabbli biss għall-materja prima tar-raffineriji.

3.2.1.5.   Importazzjonijiet

3.2.1.6.   Esportazzjonijiet

Nota għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni: Jinkludu l-kwantitajiet ta' żejt mhux raffinat u ta' prodotti importati jew esportati skont ftehimiet ta' pproċessar (jiġifieri raffinar akkont). Iż-żejt mhux raffinat u l-NGLs għandhom jiġu rrappurtati bħala li ġejjin mill-pajjiż tal-oriġini aħħarija; materja prima tar-raffineriji u prodotti finali għandhom jiġu rrappurtati bħala li ġejjin mill-pajjiż tal-aħħar konsenja. Jinkludu kwalunkwe likwidu tal-gass (eż. l-LPG) estratt matul ir-rigassifikazzjoni tal-gass naturali likwifikat importat u tal-prodotti taż-żejt mhux maħdum importati jew esportati direttament mill-industrija petrokimika.

3.2.1.7.   Użu Dirett

3.2.1.8.   Bidliet fl-Istokk

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru pożittiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru negattiv.

3.2.1.9.   Konsum Osservat tar-Raffinerija

Dan huwa definit bħala l-ammont totali ta' żejt (inklużi Idrokarburi oħra u Addittivi) osservat li daħal fil-proċess tar-raffinerija (input għar-raffineriji).

3.2.1.10.   Telf mir-Raffineriji

Id-differenza bejn il-Konsum Osservat tar-Raffinerija u l-Produzzjoni tar-Raffinerija Grossa. It-telf jista' jseħħ waqt il-proċessi tad-distillazzjoni minħabba evaporazzjoni. It-telf irrappurtat huwa pożittiv. Jista' jkun hemm żidiet volumetriċi iżda l-ebda żieda fil-massa.

3.2.2.   PROVVISTA TA' PRODOTTI FINALI

L-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati għaż-Żejt mhux raffinat, NGL, Gass tar-raffinerija, Etan, LPG, Nafta, Bijogażolina, gażolina mhux bijoloġika, Gażolina tal-avjazzjoni, Fjuwil tal-ġett tat-tip tal-gażolina, Pitrolju bijoloġiku tal-ġett, Pitrolju mhux bijoloġiku tal-ġett, Pitrolju ieħor, Bijodiżils, iż-żejt mhux bijoloġiku tal-gass/tad-diżil, LSFO, HSFO, Kokk taż-żejt mhux maħdum, u Prodotti oħra:

3.2.2.1.   Inputs tal-Prodotti Primarji

3.2.2.2.   Produzzjoni tar-Raffinerija Grossa (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u l-NGL)

3.2.2.3.   Prodotti Rriċiklati (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u l-NGL)

3.2.2.4.   Fjuwil tar-raffineriji (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u l-NGL)

Anness A Kapitolu 2.3. Settur tal-enerġija — Raffineriji taż-Żejt mhux Maħdum; Jinkludi fjuwils użati fir-raffineriji għall-produzzjoni tal-elettriku u sħana mibjugħa.

3.2.2.5.   Importazzjonijiet (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat, għall-NGL u għall-gass tar-raffineriji)

3.2.2.6.   Esportazzjonijiet (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat, għall-NGL u għall-gass tar-raffineriji)

Nota: in-nota għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fit-taqsima 3.2.1 għandha tkun applikabbli.

3.2.2.7.   Bunkers tal-Baħar Internazzjonali (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u l-NGL)

3.2.2.8.   Trasferimenti tal-Interprodotti

3.2.2.9.   Prodotti Ttrasferiti (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u għall-NGL)

3.2.2.10.   Bidliet fl-Istokk (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat, għall-NGL u għall-gass tar-raffineriji)

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru pożittiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru negattiv.

3.2.2.11.   Konsenji Interni Grossi Osservati

Il-konsenja osservata ta' prodotti taż-żejt mhux maħdum finali minn sorsi primarji (eż. raffineriji, impjanti tat-taħlit, eċċ.) għas-suq intern.

3.2.2.11.1.   Avjazzjoni Internazzjonali (applikabbli biss għall-Gażolina tal-avjazzjoni, Fjuwil tal-ġett tat-tip tal-gażolina, Pitrolju bijoloġiku tal-ġett, Pitrolju mhux bijoloġiku tal-ġett)

3.2.2.11.2.   Impjanti tal-enerġija ta' produtturi ta' attività ewlenija

3.2.2.11.3.   Fuq it-triq (applikabbli biss għal LPG)

3.2.2.11.4.   Navigazzjoni domestika u ferroviji (applikabbli biss għall-Bijodiżils u għaż-żejt mhux bijoloġiku tal- gass/tad-diżil)

3.2.2.12.   Petrokimiku

3.2.2.13.   Fluss lura għar-raffineriji (mhux applikabbli għal żejt mhux raffinat u għall-NGL)

3.2.3.   IMPORTAZZJONIJIET SKONT L-ORIĠINI — ESPORTAZZJONIJIET SKONT ID-DESTINAZZJONI

Importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini u esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni għandhom jiġu rrappurtati. In-nota għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fit-taqsima 3.2.1 għandha tkun applikabbli.

3.2.4.   LIVELLI TA' STOKK

L-istokk tal-ftuħ u tal-għeluq li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati għall-prodotti tal-enerġija kollha inkluż għal addittivi/ossiġenati iżda ħlief għall-gass tar-raffinerija:

3.2.4.1.   Stokks fit-territorju nazzjonali

Stokks fil-postijiet li ġejjin: it-tankijiet tar-raffineriji, it-terminali li jżommu kwantitajiet kbar ta' materjal (bulk terminals), it-tankijiet tal-pipelines, iċ-ċattri u t-tankers kostali (meta l-port tat-tluq u tad- destinazzjoni jkunu qegħdin fl-istess pajjiż), it-tankers f'port ta' pajjiż membru (jekk il-merkanzija tagħhom għandha tinħatt fil-port), il-bunkers interni tal-bastimenti. Jeskludu l-istokks taż-żejt miżmuma fil-pipelines, fil-vaguni tat-tankijiet tal-ferrovija, fil-vaguni tat-tankijiet tat-trakkijet, fil-bunkers tal-bastimenti li jbaħħru, fl-istazzjonijiet tal-petrol, fil-ħwienet kbar tal-bejgħ bl-imnut u fil-bunkers fuq il-baħar.

3.2.4.2.   L-istokks miżmuma għal pajjiżi oħrajn skont ftehimiet governattivi bilaterali

L-istokks fit-territorju nazzjonali li jappartjenu lil pajjiż ieħor u li l-aċċess għalihom huwa ggarantit minn ftehim bejn il-gvernijiet rispettivi.

3.2.4.3.   Stokks b'destinazzjoni barranija magħrufa

Stokks mhux inklużi fil-punt 3.2.4.2 f'territorju nazzjonali li jappartjenu u huma destinati għal pajjiż ieħor. Dawn l-istokks jistgħu jkunu jinsabu ġewwa jew barra żoni riżervati.

3.2.4.4.   Stokks oħra miżmuma f'żoni riżervati

Jinkludu stokks li mhumiex inklużi fil-punt 3.2.4.2 jew 3.2.4.3, irrispettivament minn jekk irċevewx awtorizzazzjoni doganali jew le.

3.2.4.5.   Stokks miżmuma mill-konsumaturi ewlenin

Jinkludu l-istokks li huma soġġetti għal kontroll governattiv. Din id-definizzjoni ma tinkludix stokks oħrajn tal-konsumaturi.

3.2.4.6.   Stokks miżmuma abbord bastimenti tal-oċean li jkunu deħlin fil-port jew fl-irmiġġ

Stokks irrispettivament minn jekk ingħatawx awtorizzazzjoni doganali jew le. Din il-kategorija teskludi l-istokks abbord bastimenti f'nofs l-ibħra.

Jinkludu ż-żejt f'tankers kostali jekk kemm il-port tat-tluq kif ukoll tad-destinazzjoni tagħhom jinsabu fl-istess pajjiż. Fil-każ tal-bastimenti li jkunu deħlin b'aktar minn port ta' ħatt wieħed, irrapporta biss l-ammont li għandu jinħatt fil-pajjiż li jkun qiegħed jirrapporta.

3.2.4.7.   Stokks miżmuma mill-gvern f'territorju nazzjonali

Jinkludu l-istokks mhux militari miżmuma fit-territorju nazzjonali mill-gvern, li huma l-proprjetà tal-gvern jew li huma kkontrollati u miżmuma esklużivament għal finijiet ta' emerġenza.

Jeskludu l-istokks miżmuma minn kumpaniji taż-żejt statali jew minn utilitajiet elettriċi jew l-istokks miżmuma direttament minn kumpaniji taż-żejt f'isem il-gvernijiet.

3.2.4.8.   L-istokks miżmuma minn organizzazzjoni li żżomm l-istokks fit-territorju nazzjonali

L-istokks miżmuma kemm mill-korporazzjonijiet pubbliċi kif ukoll minn dawk privati li ġew stabbiliti sabiex iżommu l-istokks esklużivament għal finijiet ta' emerġenza.

Jeskludu l-istokks mandatorji miżmuma minn kumpaniji privati.

3.2.4.9.   L-istokks l-oħra kollha miżmuma fit-territorju nazzjonali

L-istokks l-oħra kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet deskritti fil-punt 3.2.4.1 aktar 'il fuq.

3.2.4.10.   L-istokks miżmuma barra mill-pajjiż skont ftehimiet governattivi bilaterali

L-istokks li jappartjenu lil pajjiż li jkun qiegħed jirrapporta iżda li jinżammu f'pajjiż ieħor, li l-aċċess għalihom huwa garantit permezz ta' ftehim bejn il-gvernijiet rispettivi.

3.2.4.10.1.   Li minnhom: L-istokks governattivi

3.2.4.10.2.   Li minnhom: L-istokks tal-organizzazzjoni possedenti

3.2.4.10.3.   Li minnhom: Stokks oħra

3.2.4.11.   L-istokks miżmuma barra mill-pajjiż magħżula definittivament bħala stokks ta' importazzjoni

L-istokks li mhumiex inklużi fil-kategorija 10 li jappartjenu lill-Istat tar-rapportaġġ iżda li jinżammu fi Stat ieħor u li qegħdin jistennew li jiġu importati hemmhekk.

3.2.4.12.   Stokks oħra f'żoni riżervati

Stokks oħra fit-territorju nazzjonali mhux inklużi fil-kategoriji ta' hawn fuq.

3.2.4.13.   Kontenut tal-pipelines

Żejt (żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt mhux maħdum) li jinsabu fil-pipelines, li huma meħtieġa sabiex jinżamm il-fluss fil-pipelines.

Barra minn hekk, għandu jkun hemm dikjarazzjoni għall-analiżi statistika tal-kwantitajiet skont il-pajjiż korrispondenti:

3.2.4.13.1.

l-istokks tal-għeluq miżmuma għal pajjiżi oħrajn skont ftehim uffiċjali, skont il-benefiċjarju,

3.2.4.13.2.

l-istokks tal-għeluq miżmuma għal pajjiżi oħrajn skont ftehim uffiċjali, li minnhom hemm dawk miżmuma bħala biljetti tal-istokk, skont il-benefiċjarju,

3.2.4.13.3.

stokks tal-għeluq b'destinazzjoni barranija magħrufa, skont il-benefiċjarju,

3.2.4.13.4.

l-istokks tal-għeluq miżmuma barra mill-pajjiż skont ftehim uffiċjali, skont il-post,

3.2.4.13.5.

l-istokks tal-għeluq miżmuma barra mill-pajjiż skont ftehim uffiċjali, li minnhom hemm dawk miżmuma bħala biljetti tal-istokk, skont il-post,

3.2.4.13.6.

l-istokks tal-għeluq miżmuma barra mill-pajjiż u magħżula definittivament għall-importazzjoni fil-pajjiż tad-dikjarant, skont il-post.

Stokks tal-ftuħ tfisser l-istokks fl-aħħar jum tax-xahar ta' qabel dak irrapportat. Stokks tal-għeluq tfisser l-istokks fl-aħħar jum tax-xahar irrapportat.

3.3.   Unitajiet ta' kejl

Il-kwantitajiet irrappurtati għandhom jiġu ddikjarati f'kt (kilo-tunnellati).

3.4.   Skadenza għat-trażmissjoni ta' dejta

Fi żmien 55 jum wara x-xahar irrappurtat.

3.5.   Noti ġeografiċi

Għal finijiet ta' rapportaġġ statistiku biss, japplikaw il-kjarifiki tal-Kapitolu 1 fl-Anness A bl-eċċezzjonijiet speċifiċi li ġejjin: L-Iżvizzera tinkludi l-Liechtenstein

4.   GASS NATURALI

4.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-kapitolu jkopri r-rappurtar ta' gass naturali.

4.2.   Lista ta' aggregati

L-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati għal gass naturali.

4.2.1.   PRODUZZJONI INDIĠENA

Il-produzzjoni niexfa kollha li tista' titqiegħed fis-suq fi ħdan il-fruntieri nazzjonali, inkluża l-produzzjoni lil hinn mix-xtut. Il-produzzjoni titkejjel wara l-purifikazzjoni u l-estrazzjoni tal-NGLs u tal-kubrit. Teskludi t-telf mill-estrazzjoni u l-kwantitajiet injettati mill-ġdid, tħallew joħorġu minn fetħa jew ġew ivvampjati. Tinkludi kwantitajiet użati fl-industrija tal-gass naturali; fl-estrazzjoni tal-gassijiet, fis-sistemi tal-pipelines u fl-impjanti tal-ipproċessar.

4.2.2.   IMPORTAZZJONIJIET (DĦUL)

4.2.3.   ESPORTAZZJONIJIET (ĦRUĠ)

Nota għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet: Iridu jiġu rrappurtati l-volumi kollha ta' gass naturali li fiżikament qasmu l-fruntieri nazzjonali tal-pajjiż, kemm jekk kien hemm awtorizzazzjoni doganali u kemm jekk le. Dan jinkludi kwantitajiet li jgħaddu mill-pajjiż tiegħek; il-volumi ta' tranżitu għandhom jiġu inklużi bħala importazzjoni u bħala esportazzjoni. Importazzjonijiet ta' gass naturali likwifikat għandhom ikopru biss l-ekwivalenti niexfa li tista' titqiegħed fis-suq, inklużi ammonti użati bħala konsum proprju fil-proċess ta' rigassifikazzjoni. L-ammonti użati bħala konsum proprju matul ir-rigassifikazzjoni għandhom jiġu rrappurtati taħt Użu minnhom stess u telf tal-industrija tal-gass naturali (ara 4.2.11). Kwalunkwe likwidu tal-gass (eż. LPG) estratt matul il-proċess ta' rigassifikazzjoni ta' LNG importat għandu jiġi rrappurtat taħt inputs “Irċevuti minn sorsi oħra” ta' “Idrokarburi oħra” kif definit fil-kapitolu 3 ta' dan l-anness (ŻEJT U PRODOTTI TAŻ-ŻEJT MHUX MAĦDUM).

4.2.4.   BIDLIET FL-ISTOKK

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru pożittiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru negattiv.

4.2.5.   KONSENJI INTERNI GROSSI OSSERVATI

Din il-kategorija tirrappreżenta konsenji ta' gass li jista' jitqiegħed fis-suq għas-suq intern, inkluż gass użat mill-industrija tal-gass għat-tisħin u t-tħaddim tat-tagħmir tagħhom (jiġifieri konsum fl-estrazzjoni tal-gass, fis-sistema tal-pipelines u fl-impjanti tal-ipproċessar); telf fit-trażmissjoni u d-distribuzzjoni għandu wkoll jiġi inkluż.

4.2.6.   LIVELLI TAL-FTUĦ TA' STOKKS MIŻMUMA FIT-TERRITORJU NAZZJONALI

4.2.8.   LIVELLI TAL-GĦELUQ TA' STOKKS MIŻMUMA FIT-TERRITORJU NAZZJONALI

4.2.9.   LIVELLI TAL-FTUĦ TA' STOKKS MIŻMUMA BARRA 'L PAJJIŻ

4.2.10.   LIVELLI TAL-GĦELUQ TA' STOKKS MIŻMUMA BARRA 'L PAJJIŻ

Nota għal-livelli ta' stokks: huwa inkluż gass naturali maħżun f'forma gassuża kif ukoll fil-forma likwifikata.

4.2.11.   UŻU MINNHOM STESS U TELF TAL-INDUSTRIJA TAL-GASS NATURALI

Il-kwantitajiet tal-użu mill-industrija tal-gass stess għat-tisħin u għat-tħaddim tal-apparat tagħha (jiġifieri l-konsum fl-estrazzjoni tal-gass, fis-sistema tal-pipelines u fl-impjanti tal-ipproċessar); inkluż telf fit-trażmissjoni u fid-distribuzzjoni.

4.2.12.   IMPORTAZZJONIJIET (DĦUL) SKONT L-ORIĠINI U ESPORTAZZJONIJIET (ĦRUĠ) SKONT ID-DESTINAZZJONI

L-importazzjonijiet (dħul) skont il-pajjiż tal-oriġini u l-esportazzjonijiet (ħruġ) skont il-pajjiż tad-destinazzjoni għandhom jiġu rrappurtati. In-nota għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fit-taqsima 4.2.3 hija applikabbli. L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet għandhom jiġu ddikjarati biss għall-pajjiż tal-viċinat jew il-pajjiż b'konnessjoni tal-pipelines diretta u għall-pajjiż fejn il-gass ġie mgħobbi fuq il-vapur tat-trasport fil-każ ta' LNG.

4.3.   Unitajiet ta' kejl

Il-kwantitajiet għandhom jiġu ddikjarati f'żewġ unitajiet:

4.3.1.

fi kwantità fiżika, f'Miljuni ta' m3 (miljun metru kubiku) meta wieħed jassumi kundizzjonijiet ta' referenza għall-gass (15 °C, 101 325 Pa),

4.3.2.

f'kontenut ta' enerġija, f'TJ (tera-joules), abbażi tal-valur kalorifiku gross.

4.4.   Skadenza għat-trażmissjoni ta' dejta

Fi żmien 55 jum wara x-xahar irrappurtat.

ANNESS D

STATISTIKA TA' KULL XAHAR TUL MEDDA QASIRA TA' ŻMIEN

Dan l-Anness jiddeskrivi l-ambitu, l-unitajiet, il-perjodu rrappurtat, il-frekwenza, l-iskadenza u l-modalitajiet ta' trażmissjoni għall-ġbir ta' kull xahar tul medda qasira ta' żmien tad-dejta statistika.

L-Anness A japplika għal spjegazzjonijiet tat-termini li għalihom mhix ipprovduta spjegazzjoni speċifika f'dan l-Anness.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-ġbir ta' dejta kollu speċifikat f'dan l-anness:

(a)

Perjodu rrappurtat: Il-perjodu rrappurtat ta' dejta ddikjarata għandu jkun xahar kalendarju.

(b)

Frekwenza: Id-dejta għandha tiġi ddikjarata fuq bażi ta' kull xahar.

(c)

Format ta' trażmissjoni: Il-format tat-trażmissjoni għandu jikkonforma ma' standard ta' skambju adatt speċifikat mill-Eurostat.

(d)

Metodu ta' trażmissjoni: Id-dejta għandha tiġi trażmessa jew imtella' b'mezzi elettroniċi fil-punt uniku tad-dħul għad-dejta fil-Eurostat.

1.   GASS NATURALI

1.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-kapitolu jkopri r-rappurtar ta' gass naturali.

1.2.   Lista ta' aggregati

L-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati.

1.2.1.   Produzzjoni

1.2.2.   Importazzjonijiet

1.2.3.   Esportazzjonijiet

1.2.4.   Bidla fl-istokk

1.2.5.   Stokks totali tal-għeluq fit-territorju nazzjonali

1.3.   Unitajiet ta' kejl

Il-kwantitajiet irrappurtati għandhom jiġu ddikjarati f'TJ (tera-joules), abbażi tal-valur kalorifiku gross (GCV).

1.4.   Skadenza għat-trażmissjoni ta' dejta

Fi żmien xahar kalendarju wieħed wara x-xahar irrappurtat.

2.   ELETTRIKU

2.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-kapitolu jkopri r-rappurtar ta' elettriku.

2.2.   Lista ta' aggregati

L-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati.

2.2.1.   PRODUZZJONI TOTALI TA' ELETTRIKU

Il-kwantità gross totali tal-elettriku ġġenerat.

Tinkludi l-konsum tal-impjanti tal-enerġija stess.

2.2.2.   IMPORTAZZJONIJIET

L-ammonti ta' elettriku jitqiesu bħala importati meta jkunu qasmu l-fruntieri politiċi tal-pajjiż, kemm jekk kien hemm awtorizzazzjoni doganali u kemm jekk le. Jekk l-elettriku jgħaddi minn pajjiż, l-ammont għandu jiġi rrappurtat kemm bħala importazzjoni kif ukoll bħala esportazzjoni.

2.2.3.   ESPORTAZZJONIJIET

L-ammonti ta' elettriku jitqiesu bħala esportati meta jkunu qasmu l-fruntieri politiċi tal-pajjiż, kemm jekk kien hemm awtorizzazzjoni doganali u kemm jekk le. Jekk l-elettriku jgħaddi minn pajjiż, l-ammont għandu jiġi rrappurtat kemm bħala importazzjoni kif ukoll bħala esportazzjoni.

2.3.   Unitajiet ta' kejl

Kwantitajiet irrappurtati għandhom jiġu ddikjarati f'GWh (sigħat ta' giga-watt)

2.4.   Skadenza għat-trażmissjoni ta' dejta

Fi żmien xahar kalendarju wieħed wara x-xahar irrappurtat.

2.5.   Derogi u eżenzjonijiet

Il-Ġermanja hija eżentata minn dan il-ġbir tad-dejta.

3.   ŻEJT U PRODOTTI TAŻ-ŻEJT MHUX MAĦDUM

3.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-kapitolu jkopri r-rappurtar ta':

3.1.1.

Żejt mhux raffinat

3.1.2.

LPG

3.1.3.

Gażolina (li hija s-somma ta' gażolina għall-magni u tal-gażolina għall-avjazzjoni)

3.1.4.

Pitrolju (li huwa s-somma ta' fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju u pitrolju ieħor)

3.1.5.

Żejt tal-gass/diżil

3.1.6.

Żejt tal-fjuwil.

3.1.7.

“Żejt totali”, li tfisser is-somma tal-prodotti elenkati hawn fuq kollha ħlief iż-żejt mhux raffinat, u għandha tinkludi wkoll il-prodotti taż-żejt mhux maħdum l-oħra kollha definiti fl-Anness A (bħall-gass tar-raffineriji, l-etan, in-nafta, il-kokk taż-żejt mhux maħdum, l-ispirtu abjad u l-SBP, ix-xemgħat tal-paraffin, il-bitumen, il-lubrikanti u oħrajn).

3.2.   Lista ta' aggregati

L-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati għall-prodotti tal-enerġija kollha elenkati fil-paragrafu preċedenti.

3.2.1.   Il-produzzjoni għal żejt mhux raffinat u l-produzzjoni tar-raffinerija (il-produzzjoni gross, inkluż il-fjuwil tar-raffineriji) għall-prodotti l-oħra kollha elenkati fit-taqsima 3.1.

3.2.2.   Importazzjonijiet

3.2.3.   Esportazzjonijiet

3.2.4.   Stokks tal-għeluq

3.2.5.   Bidla fl-istokk

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru pożittiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru negattiv.

3.2.6.   Konsum tar-Raffinerija (l-ammont ta' materjal ipproċessat mir-raffinerija li ġie osservat) għaż-żejt mhux raffinat u Domanda għall-prodotti l-oħra kollha li huma elenkati fit-Taqsima 3.1.

Id-domanda hija definita bħala konsenji jew bejgħ lis-suq intern (konsum domestiku) flimkien mal-Fjuwil tar-Raffineriji flimkien mal-Bunkers tal-Baħar u tal-Avjazzjoni Internazzjonali. Domanda għal Żejt Totali tinkludi Żejt Mhux Raffinat.

3.3.   Unitajiet ta' kejl

Il-kwantitajiet irrappurtati għandhom jiġu ddikjarati f'kt (kilo-tunnellati).

3.4.   Skadenza għat-trażmissjoni ta' dejta

Fi żmien 25 jum wara x-xahar irrappurtat.

”.

Top