EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1903
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/1903 of 18 October 2017 concerning the authorisation of the preparations of Pediococcus parvulus DSM 28875, Lactobacillus casei DSM 28872 and Lactobacillus rhamnosus DSM 29226 as feed additives for all animal species (Text with EEA relevance. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1903 tat-18 ta' Ottubru 2017 li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Pediococcus parvulus DSM 28875, Lactobacillus casei DSM 28872 u Lactobacillus rhamnosus DSM 29226 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1903 tat-18 ta' Ottubru 2017 li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Pediococcus parvulus DSM 28875, Lactobacillus casei DSM 28872 u Lactobacillus rhamnosus DSM 29226 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/6917
OJ L 269, 19.10.2017, p. 22–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
19.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 269/22 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1903
tat-18 ta' Ottubru 2017
li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Pediococcus parvulus DSM 28875, Lactobacillus casei DSM 28872 u Lactobacillus rhamnosus DSM 29226 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġew ippreżentati applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Pediococcus parvulus DSM 28875, Lactobacillus casei DSM 28872 u Lactobacillus rhamnosus DSM 29226. Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
Dawk l-applikazzjonijiet jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Pediococcus parvulus DSM 28875, Lactobacillus casei DSM 28872 u Lactobacillus rhamnosus DSM 29226 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li għandhom jiġu klassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”. |
(4) |
Fl-opinjonijiet rispettivi tagħha tas-6 ta' Diċembru 2016 (2) u tal-24 ta' Jannar 2017 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet (4) li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjonijiet ta' Lactobacillus rhamnosus DSM 29226, Pediococcus parvulus DSM 28875 u Lactobacillus casei DSM 28872 ma għandhomx effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjonijiet ikkonċernati għandhom il-potenzjal li jtejbu l-produzzjoni tal-għalf insilat magħmul minn foraġġ li huwa faċli u moderatament diffiċli li jinħażen fis-silos billi jnaqqas it-telf tal-materja xotta u jtejjeb il-preżervazzjoni tan-nutrijenti. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapporti dwar il-metodi ta' analiżi tal-addittivi fl-għalf, f'għalf ippreżentat mil-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza li twaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Pediococcus parvulus DSM 28875, Lactobacillus casei DSM 28872 u Lactobacillus rhamnosus DSM 29226 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dawk il-preparazzjonijiet jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness li huma parti mill-kategorija tal-addittivi, “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi li jitħalltu mal-foraġġ”, huma awtorizzati biex jintużaw bħala addittivi fl-għalf tal-annimali, suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2017; 15(1):4673.
(3) EFSA Journal 2017; 15(3):4702.
(4) EFSA Journal 2017; 15(3):4703.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija ta' annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
CFU tal-addittiv/kg ta' materjal frisk |
||||||||||||||
Addittivi teknoloġiċi: addittivi tal-foraġġ insilat |
||||||||||||||
1k21014 |
Pediococcus parvulus DSM 28875 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta' Pediococcus parvulus DSM 28875 li fiha ammont minimu ta' 1 × 1011 CFU/g addittiv. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta' Pediococcus parvulus DSM 28875. Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu tat-tifrix: EN 15786:2009. Identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
It-8 ta' Novembru 2027 |
||||||
1k20755 |
Lactobacillus casei DSM 28872 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta' Lactobacillus casei DSM 28872 li fiha minimu ta' 1 × 1011 CFU/g addittiv. Il-Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta' Lactobacillus casei DSM 28872 Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu tat-tifrix fuq agar MSR (EN 15787). Identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
It-8 ta' Novembru 2027 |
||||||
1k20756 |
Lactobacillus rhamnosus DSM 29226 |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Preparazzjoni ta' Lactobacillus rhamnosus DSM 29226 li fiha ammont minimu ta' 1 × 1010 CFU/g addittiv. Il-Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva. Ċelloli vijabbli ta' Lactobacillus rhamnosus DSM 29226 Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu tat-tifrix fuq agar MSR (EN 15787). Identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
It-8 ta' Novembru 2027 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(2) Foraġġ faċli biex jinħażen fis-silo: > 3 % karboidrati li jinħallu fil-materja friska. Foraġġ moderatament diffiċli biex jinħażen f'silo: 1,5-3,0 % karboidrati li jinħallu fil-materjal frisk. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).