EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1862

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1862 tas-16 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/6856

OJ L 266, 17.10.2017, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2306

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1862/oj

17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 266/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1862

tas-16 ta' Ottubru 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) jistipula perjodu biex il-korpi ta' kontroll u l-awtoritajiet ta' kontroll jissottomettu t-talba tagħhom għal rikonoxximent bi skop tal-importazzjoni ta' prodotti konformi mal-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Minħabba li għadha qed tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-importazzjoni tal-prodotti konformi u minħabba li għadhom qed jiġu żviluppati l-linji gwida, il-mudelli, il-kwestjonarji u s-sistema ta' trażmissjoni elettronika meħtieġa relatati, għandha tittawwal l-iskadenza biex il-korpi ta' kontroll u l-awtoritajiet ta' kontroll jippreżentaw it-talbiet tagħhom.

(2)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju għall-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 id-data “il-31 ta' Ottubru 2017” tinbidel u ssir “il-31 ta' Ottubru 2018”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).


Top