EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1773

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1773 tat-28 ta' Settembru 2017 li jemenda għall-278 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

C/2017/6697

OJ L 251, 29.9.2017, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1773/oj

29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1773

tat-28 ta' Settembru 2017

li jemenda għall-278 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-22 ta' Settembru 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda ħames entrati fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, taħt l-intestatura “Persuni naturali”, tinbidel id-dejta tal-identifikazzjoni tal-entrati li ġejjin:

(a)

“Yazid Sufaat (magħruf ukoll bħala (a) Joe, (b) Abu Zufar). Indirizz: (a) Taman Bukit Ampang, Selangor, il-Malasja (indirizz ta' qabel) (b) Malażja (il-ħabs sa mill-2013). Data tat-twelid: 20.1.1964. Post tat-twelid: Johor, il-Malasja. Ċittadinanza: Malasjana. Numru tal-passaport: A 10472263. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 640120-01-5529. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 9.9.2003.”

hija sostitwita b'dan li ġej:

“Yazid Sufaat (magħruf ukoll bħala (a) Joe, (b) Abu Zufar). Indirizz: (a) Taman Bukit Ampang, Selangor, il-Malasja (indirizz preċedenti) (b) il-Malasja. Data tat-twelid: 20.1.1964. Post tat-twelid: Johor, il-Malasja. Nazzjonalità: Malasjana. Numru tal-passaport: A 10472263. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 640120-01-5529. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 9.9.2003.”

(b)

“Yunos Umpara Moklis (magħruf ukoll bħala (a) Muklis Yunos, (b) Mukhlis Yunos, (c) Saifullah Mukhlis Yunos, (d) Saifulla Moklis Yunos; (e) Hadji Onos). Indirizz: Il-Filippini. Data tat-twelid: 7.7.1966. Post tat-twelid: Lanao del Sur, Filippini. Nazzjonalità: Filippina. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 9.9.2003.”

hija sostitwita b'dan li ġej:

“Yunos Umpara Moklis (magħruf ukoll bħala (a) Muklis Yunos, (b) Mukhlis Yunos, (c) Saifullah Mukhlis Yunos, (d) Saifulla Moklis Yunos; (e) Hadji Onos). Indirizz: il-Filippini. Data tat-twelid: 7.7.1966. Post tat-twelid: Lanao del Sur, il-Filippini. Nazzjonalità: Filippina. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 9.9.2003.”

(c)

“Radulan Sahiron (alias (a) Radullan Sahiron, (b) Radulan Sahirun, (c) Radulan Sajirun, (d) Commander Putol). Date of birth: (a) 1955, (b) circa 1952. Place of birth: Kaunayan, Patikul, Jolo Island, the Philippines. Nationality: Filipino.”

hija sostitwita b'dan li ġej:

“Radulan Sahiron magħruf ukoll bħala (a) Radullan Sahiron, (b) Radulan Sahirun, (c) Radulan Sajirun, (d) Commander Putol). Indirizz: Ir-reġjun Sulu, il-Filippini (post irrapportat) Data tat-twelid: (a) 1955, (b) madwar l-1952. Post tat-twelid: Kaunayan, Patikul, Jolo Island, il-Filippini. Nazzjonalità: Filippina. Informazzjoni oħra: Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: iswed; kulur tax-xagħar: griż; tul: 5 piedi 6 pulzieri — 168 cm; piż: 140 lb– 64 kg; statura: żgħira; l-id il-leminija hija maqtugħa 'l fuq mill-minkeb. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i) 6.12.2005.”

(d)

“Hilarion Del Rosario Santos III (alias (a) Akmad Santos, (b) Ahmed Islam, (c) Ahmad Islam Santos, (d) Abu Hamsa, (e) Hilarion Santos III, (f) Abu Abdullah Santos, (g) Faisal Santos, (h) Lakay, (i) Aki, (j) Aqi). Titlu: Amir. Indirizz: 50, Purdue Street, Cubao, il-Belt ta' Quezon, il-Filippini. Data tat-twelid: 12.3.1966. Post tat-twelid: 686 A. Mabini Street, Sangandaan, il-Belt ta' Caloocan, il-Filippini. Nazzjonalità: Filippina. Numru tal-passaport: AA780554 (passaport Filippin). Informazzjoni oħra: (a) Fundatur u mexxej tal-Moviment Rajah Solaiman, u għandu rabtiet mal-Grupp Abu Sayyaf. (b) Detenut fil-Filippini sa minn Mejju 2011. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 4.6.2008.”

hija sostitwita b'dan li ġej:

“Hilarion Del Rosario Santos III (magħruf ukoll bħala (a) Akmad Santos, (b) Ahmed Islam, (c) Ahmad Islam Santos, (d) Hilarion Santos, III (it-tielet) (e) Hilarion Del Rosario Santos, III (it-tielet) (f) Abu Abdullah Santos, (g) Faisal Santos, (h) Lakay, (i) Aki, (j) Aqi, (k) Abu Hamsa). Titlu: Amir. Indirizz: 50, Purdue Street, Cubao, Quezon City, il-Filippini. Data tat-twelid: 12.3.1966. Post tat-twelid: 686 A. Mabini Street, Sangandaan, Caloocan City, il-Filippini. Nazzjonalità: Filippina. Numru tal-passaport: AA780554 (passaport Filippin). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 4.6.2008.”

(e)

“Umar Patek (alias (a) Omar Patek, (b) Mike Arsalan, (c) Hisyam Bin Zein, (d) Anis Alawi Jafar, (e) Pa'tek, (f) Pak Taek, (g) Umar Kecil, (h) Al Abu Syekh Al Zacky, (i) Umangis Mike. Indirizz: l-Indoneżja. Data tat-twelid: 20.7.1970. Post tat-twelid: Java Ċentrali, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Informazzjoni oħra: Membru anzjan ta' Jemaah Islamiyah. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 19.7.2011.”

hija sostitwita b'dan li ġej:

“Umar Patek (magħruf ukoll bħala (a) Omar Patek, (b) Mike Arsalan, (c) Hisyam Bin Zein, (d) Anis Alawi Jafar, (e) Pa'tek, (f) Pak Taek, (g) Umar Kecil, (h) Al Abu Syekh Al Zacky, (i) Umangis Mike. Indirizz: l-Indoneżja. Data tat-twelid: 20.7.1970. Post tat-twelid: Java Ċentrali, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 19.7.2011.”


Top