EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1751

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1751 tal-25 ta' Settembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

OJ L 246, 26.9.2017, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1751/oj

26.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1751

tal-25 ta' Settembru 2017

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

L-informazzjoni marbuta ma' erba' persuni u entità waħda li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandha tiġi aġġornata.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:

1.

Fil-Parti A (‘Persuni’), l-entrati li ġejjin huma sostitwiti kif ġej:

“236.

Saji' Darwish

(magħruf ukoll bħala Saji Jamil Darwish; Sajee Darwish; Sjaa Darwis)

(Image)

Data tat-twelid: 11 ta' Jannar 1957;

Grad: Maġġur Ġeneral, Forzi Għarab Sirjani tal-Ajru

Għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral, uffiċjal għoli u eks Kmandant tad-Diviżjoni 22 tal-Forzi Għarab Sirjani tal-Ajru, fil-kariga wara Mejju 2011. Jopera fis-settur tal-proliferazzjoni tal-armi kimiċi u hu responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili: bħala uffiċjal bi grad għoli tal-Forzi Għarab Sirjani tal-Ajru u Kmandant tad-Diviżjoni 22 sa April 2017, iġorr ir-responsabbiltà għall-użu ta' armi kimiċi minn inġenji tal-ajru li joperaw minn bażijiet tal-ajru taħt il-kontroll tad-Diviżjoni 22, inkluż l-attakk fuq Talmenes li l-Mekkaniżmu Investigattiv Konġunt irrapporta li twettaq minn ħelikopters tar-reġim ibbażati fil-mitjar ta' Hama.

21.3.2017

247.

Jayyiz Rayyan Al-Musa

(magħruf ukoll bħala: Jaez Sawada al-Hammoud al-Mousa; Jayez al-Hammoud al-Moussa)

(Image)

Data tat-twelid: 1954

Post tat-twelid: Hama, is-Sirja

Grad: Maġġur Ġeneral

Gvernatur ta' Hasaka, maħtur minn Bashar al-Assad; huwa assoċjat ma' Bashar Al-Assad.

Għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral, uffiċjal għoli u eks Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru Sirjana.

Bħala uffiċjal għoli tal-Forza tal-Ajru Sirjana, hu responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, inkluż l-użu ta' attakki bl-armi kimiċi mir-reġim Sirjan matul il-kariga tiegħu bħala Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru Sirjana, kif identifikat fir-rapport tal-Mekkaniżmu ta' Investigazzjoni Konġunt stabbilit min-Nazzjonijiet Uniti.

18.7.2017

248.

Mayzar 'Abdu Sawan

(a.k.a.: Meezar Sawan)

(Image)

Data tat-twelid: 1954

Grad: Maġġur Ġeneral

Għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral, uffiċjal għoli u Kmandant tad-Diviżjoni 20 tal-Forzi Għarab Sirjani tal-Ajru, fil-kariga wara Mejju 2011.

Bħala uffiċjal għoli fil-Forzi Għarab Sirjani tal-Ajru hu responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili inklużi attakki fuq żoni ċivili minn inġenji tal-ajru li joperaw minn bażijiet tal-ajru taħt il-kontroll tad-Diviżjoni 20.

18.7.2017

249.

Isam Zahr Al-Din

(magħruf ukoll bħala: Isam Zuhair al-Din; Isam Zohruddin; Issam Zahruddin; Issam Zahreddine; Essam Zahruddin; Issam Zaher Eldin; Issam Zaher al-Deen; Nafed Assadllah )

(Image)

Data tat-twelid: 1961

Post tat-twelid: Tarba, Provinċja ta' As-Suwayda, is-Sirja

Grad: Brigadier Ġeneral

Għandu l-grad ta' Brigadier Ġeneral, uffiċjal għoli fil-Gwardja Repubblikana, fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili, inkluż matul l-assedju ta' Baba Amr fi Frar 2012.

18.7.2017”

2.

Fil-Parti B (‘Entitajiet’), l-entrata li ġejja hija sostitwita kif ġej:

“21.

Centre d'études et de recherches syrien (CERS)

(magħruf ukoll bħala Centre d'Etude et de Recherche Scientifique (CERS); Scientific Studies and Research Center (SSRC); Centre de Recherche de Kaboun)

Barzeh Street,

P.O.Box 4470,

Damasku

Jipprovdi appoġġ lill-armata Sirjana għall-akkwist ta' tagħmir użat għas-sorveljanza u għar-repressjoni tad-dimostranti.

Jopera fis-settur tal-proliferazzjoni tal-armi kimiċi, huwa l-entità governattiva responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' armi mhux konvenzjonali, inklużi armi kimiċi, u l-missili li jwassluhom.

1.12.2011”


Top