EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1398

Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1398 tal-25 ta' Lulju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

OJ L 199, 29.7.2017, p. 2–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1398/oj

29.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/2


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/1398

tal-25 ta' Lulju 2017

li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (1) jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

(2)

Id-deroga li tippermetti l-qabdiet ta' spnott b'ċerti kategoriji ta' rkaptu hija marbuta mar-reġistrazzjoni tal-qabdiet storiċi b'dawk l-irkapti. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li d-deroga tinżamm meta l-bastimenti tas-sajd jiġu sostitwiti, filwaqt li jkun żgurat li l-għadd ta' bastimenti koperti bid-deroga u l-kapaċità tas-sajd globali tagħhom ma jiżdidux.

(3)

Fl-2017, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), fil-parir tiegħu u billi segwa r-riferiment għall-2016, kien emenda ż-żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell. Iż-żona ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell 3r tinsab prinċipalment f'ilmijiet Norveġiżi, madankollu parti minnha tinsab ukoll fl-ilmijiet tal-Unjoni, b'xi banek tas-sajd importanti transżonali bejn iż-żoni ta' ġestjoni 2r u 3r. Huwa xieraq li jiġi żgurat li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jistgħu jaċċessaw il-banek għaċ-ċiċċirell li jinsabu fl-ilmijiet tal-Unjoni fiż-żona ta' ġestjoni 3r. Għalhekk, jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti għaż-żona ta' ġestjoni 2r jinkludu wkoll l-ilmijiet tal-Unjoni fiż-żona ta' ġestjoni 3r.

(4)

Fis-27 ta' Marzu 2017, l-ICES ħareġ parir dwar qabdiet tal-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) fid-diviżjoni IVa tal-ICES fil-Lvant u fis-suddiviżjoni 20 tal-ICES (il-Baħar tat-Tramuntana, fin-Norwegian Deep u fi Skagerrak). Fuq il-bażi ta' dak il-parir u wara konsultazzjonijiet man-Norveġja, jixraq li s-sehem tal-Unjoni tal-gamblu tat-Tramuntana fi Skagerrak jiġi ffissat għal 3 856 tunnellata u li tiġi emendata l-kwota tal-Unjoni fin-Norwegian Deep.

(5)

Fis-snin preċedenti, il-qabdiet totali permissibbli (TAC) għal-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fil-Baħar tat-Tramuntana ġew stabbiliti għal sena kalendarja, filwaqt li l-ICES joħroġ il-parir tiegħu għall-perijodu mill-1 ta' Lulju ta' dik is-sena sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara. Dawk il-perijodi jenħtieġ li jiġu allinjati sabiex il-perijodu tat-TAC jiġi jaqbel ma' dak tal-parir tal-ICES. Eċċezzjonalment u minħabba t-transizzjoni biss, it-TAC għal-laċċa kaħla għandha tiġi emendata biex tkopri l-perijodu ta' 18-il xahar, li jintemm fit-30 ta' Ġunju 2018. Kwalunkwe opportunità tas-sajd sussegwenti għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-perijodu li għalih l-ICES joħroġ il-parir tiegħu.

(6)

Fir-Regolament (UE) 2017/127, it-TAC għal-laċċa kaħla ġiet stabbilita għal 33 830 tunnellata biex tkopri l-qabdiet tat-TAC fl-ewwel nofs tal-2017. L-ICES ta l-parir li l-qabdiet bejn l-1 ta' Lulju 2017 u t-30 ta' Ġunju 2018 ma għandhomx ikunu ta' aktar minn 170 387 tunnellata. Għaldaqstant, it-TAC għal-laċċa kaħla għal 18-il xahar tenħtieġ li tiġi stabbilita biex tkopri qabdiet attwali li saru matul l-ewwel nofs tal-2017 skont il-limiti tat-TAC stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/127 u l-livell tal-qabdiet fil-parir tal-ICES għat-12-il xahar li fadal, jiġifieri mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018.

(7)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/595 (2) ħassar it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-limanda (Limanda limanda) u għall-barbun (Platichthys flesus) fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni IIa u fis-subżona IV tal-ICES stabbiliti fl-Anness IA għar-Regolament (UE) 2017/127. Għalhekk, huwa xieraq li titneħħa l-limanda min-noti f'qiegħ il-paġna fl-Anness IA għar-Regolament (UE) 2017/127, fejn jirreferu għal limanda bħala speċi aċċessorja assoċjata.

(8)

Fir-rakkomandazzjoni 1:2014 tal-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC), ġie pprojbit li jsir sajd għar-redfish (Sebastes mentella) fl-ilmijiet internazzjonali ta' subżoni I u II tal-ICES mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 2014. Il-projbizzjoni taħt dik ir-rakkomandazzjoni ma ġiet applikata qatt aktar wara t-tmiem ta' dak il-perijodu. Għalhekk jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu emendati sabiex jippermettu s-sajd għar-redfish matul l-2017.

(9)

Fil-Laqgħa Annwali tagħha tal-2016, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) adottat ir-Rakkomandazzjoni 16-05 (ir-“Rakkomandazzjoni 16-05”) li tistabbilixxi t-TAC għall-pixxispad tal-Mediterran (Xiphias gladius) għal 10 500 tunnellata, u li tistabbilixxi Grupp ta' Ħidma sabiex tiġi stabbilita allokazzjoni ġusta u ekwa tal-iskema tat-TAC għall-pixxispad tal-Mediterran, u biex jiġu stabbiliti l-kwoti allokati għall-2017 lill-Partijiet Kontraenti u lill-Partijiet, lill-Entitajiet jew lill-Entitajiet tas-Sajd mhux Kontraenti li jikkooperaw u biex jiġi definit il-mekkaniżmu għall-ġestjoni tat-TAC.

(10)

Permezz ta' ittra indirizzata lis-Segretarjat fit-23 ta' Diċembru 2016, l-Unjoni kkonfermat li ser timplimenta r-Rakkomandazzjoni 16-05 mill-1 ta' Jannar 2017. B'mod partikolari, l-Unjoni kkonfermat li ser timplimenta l-perijodu tal-għeluq għall-pixxispad tal-Mediterran imsemmi fil-paragrafu 11 tar-Rakkomandazzjoni 16-05 matul il-perijodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu, li jibda fl-2017. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi introdott it-tali għeluq bħala kundizzjoni funzjonalment marbuta mal-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għall-pixxispad tal-Mediterran.

(11)

Il-Grupp ta' Ħidma stabbilit bir-Rakkomandazzjoni 16-05 iltaqa' bejn l-20 u t-22 ta' Frar 2017 u ppropona kriterju ta' allokazzjoni, kif ukoll kompromess għall-ġestjoni tal-utilizzazzjoni tal-kwoti għall-2017. Bħala parti minn dak il-kompromess, is-sehem tal-Unjoni kien stabbilit għal 70,756 % tat-TAC tal-ICCAT, li jammonta għal 7 410,48 tunnellata fl-2017. Għalhekk, huwa xieraq li s-sehem tal-Unjoni jiġi implimentat fil-liġi tal-Unjoni u li jiġu definiti l-kwoti għall-Istati Membri. L-allokazzjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-qabdiet storiċi waqt il-perijodu ta' referenza bejn l-2012 u l-2015.

(12)

Il-limiti tal-qbid previsti fir-Regolament (UE) 2017/127 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2017. Għalhekk, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet introdotti minn dan ir-Regolament emendatorju dwar il-limiti tal-qbid japplikaw ukoll minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u għall-protezzjoni ta' aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti.

(13)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/127 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) 2017/127

Ir-Regolament (UE) 2017/127 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 9(2), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Id-derogi ta' hawn fuq għandhom japplikaw għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li rreġistraw qabdiet ta' spnott matul il-perijodu mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Settembru 2016: fil-punt (b) b'qabdiet irreġistrati permezz ta' snanar u lenez, u fil-punt (c) b'qabdiet irreġistrati permezz ta' għeżula armati fuq il-lasti. F'każ ta' sostituzzjoni ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li d-deroga tapplika għal bastiment tas-sajd ieħor dment li l-għadd ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni soġġetti għad-deroga u l-kapaċità tas-sajd globali tagħhom ma jiżdidux.”;

(2)

L-Annessi IA u ID tar-Regolament (UE) 2017/127 huma emendati kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/595 tas-27 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd (ĠU L 81, 28.3.2017, p. 6).


ANNESS

1.

L-Anness IA għar-Regolament (UE) 2017/127 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għaċ-ċiċċirell u qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IIIa u IV hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Ċiċċirell u qabdiet aċċessorji assoċjati

Ammodytes spp.

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IIIa u IV (1)

Id-Danimarka

458 552  (2)

 

 

Ir-Renju Unit

10 024  (2)

 

 

Il-Ġermanja

701 (2)

 

 

L-Iżvezja

16 838  (2)

 

 

L-Unjoni

486 115

 

 

TAC

486 115

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

(b)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana fiż-żona IIIa hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

Żona:

IIIa

(PRA/03 A.)

Id-Danimarka

2 506

 

 

L-Iżvezja

1 350

 

 

L-Unjoni

3 856

 

 

TAC

7 221

 

TAC ta' prekawzjoni

Japplika l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament”;

(c)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana fl-ilmijiet Norveġiżi li jinsabu fin-Nofsinhar ta' 62° N hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi li jinsabu fin-Nofsinhar ta' 62° N

(PRA/04-N.)

Id-Danimarka

211

 

 

L-Iżvezja

123 (3)

 

 

L-Unjoni

334

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

(d)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla u qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Laċċa kaħla u qabdiet aċċessorji assoċjati

Sprattus sprattus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

(SPR/2AC4-C)

Il-Belġju

1 890  (4)  (6)

 

 

Id-Danimarka

149 592  (4)  (6)

 

 

Il-Ġermanja

1 890  (4)  (6)

 

 

Franza

1 890  (4)  (6)

 

 

In-Netherlands

1 890  (4)  (6)

 

 

L-Iżvezja

1 995  (4)  (6)  (7)

 

 

Ir-Renju Unit

6 264  (4)  (6)

 

 

L-Unjoni

165 411  (4)

 

 

In-Norveġja

10 000  (5)

 

 

Il-Gżejjer Faeroe

1 000  (5)  (8)

 

 

TAC

176 411  (4)

 

TAC analitika

(e)

fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla u għal qabdiet aċċessorji assoċjati fiż-żona IIIa, in-nota 1 f'qiegħ il-paġna hija sostitwita b'dan li ġej:

“(1)

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-ħatt l-art, il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu u tal-merluzz tal-linja sewda jistgħu jikkonsistu f'mhux aktar minn 5 % tal-kwota (OTH/*03 A.). Fejn Stat Membru juża din id-dispożizzjoni għal speċi ta' qabda aċċessorja f'dan is-sajd, ma tista' tintuża l-ebda dispożizzjoni ta' flessibbiltà bejn l-ispeċijiet minn dak l-Istat Membru fir-rigward tal-qabdiet aċċessorji ta' dik l-ispeċi.”;

(f)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għar-redfish fl-ilmijiet internazzjonali ta' I u II hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Redfish

Sebastes spp.

Żona:

L-ilmijiet internazzjonali ta' I u II

(RED/1/2INT)

L-Unjoni

trid tiġi stabbilita (9)  (10)

 

 

TAC

8 000  (11)

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

2.

Fl-Anness ID għar-Regolament (UE) 2017/127, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-pixxispad fil-Baħar Mediterran hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Pixxispad

Xiphias gladius

Żona:

Il-Baħar Mediterran

(SWO/MED)

Il-Kroazja

16 (12)

 

 

Ċipru

59 (12)

 

 

Spanja

1 822,49  (12)

 

 

Franza

127,02 (12)

 

 

Il-Ġreċja

1 206,45  (12)

 

 

L-Italja

3 736,26  (12)

 

 

Malta

443,26 (12)

 

 

L-Unjoni

7 410,48  (12)

 

 

TAC

10 500

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.


(1)  Esklużi l-ilmijiet sa sitt mili nawtiċi mil-linji bażi tar-Renju Unit f'Shetland, Fair Isle u Foula.

(2)  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-ħatt l-art, il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu u tal-kavall jistgħu jikkonsistu f'mhux aktar minn 2 % tal-kwota (OT1/* 2A3A4). Fejn Stat Membru juża din id-dispożizzjoni għal speċi ta' qabda aċċessorja f'dan is-sajd, ma tista' tintuża l-ebda dispożizzjoni ta' flessibbiltà bejn l-ispeċijiet minn dak l-Istat Membru fir-rigward tal-qabdiet aċċessorji ta' dik l-ispeċi.

Kundizzjoni speċjali:

skont il-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt fiż-żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell, kif definit fl-Anness IID:

Żona

:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell

 

1r

2r u 3r

4

5r

6

7r

 

(SAN/234_1R)

(SAN/234_2R) għal 2r; (SAN/234_3R) għal 3r

(SAN/234_4)

(SAN/234_5R)

(SAN/234_6)

(SAN/234_7R)

Id-Danimarka

241 443

165 965

50 979

0

165

0

Ir-Renju Unit

5 278

3 628

1 114

0

4

0

Il-Ġermanja

369

254

78

0

0

0

L-Iżvezja

8 866

6 094

1 872

0

6

0

L-Unjoni

255 956

175 941

54 043

0

175

0

Total

255 956

175 941

54 043

0

175

0”;

(3)  Il-qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-pollakkju, tal-merlangu u tal-pollakkju iswed iridu jingħaddu mal-kwoti ta' dawn l-ispeċijiet.”;

(4)  Din il-kwota tal-Unjoni tista' tinqabad biss mill-1 ta' Jannar 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018.

(5)  Din il-kwota tal-Unjoni tista' tinqabad biss mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018.

(6)  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-ħatt l-art, il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu jistgħu jikkonsistu f'mhux aktar minn 2 % tal-kwota (OTH/*2AC4C). Fejn Stat Membru juża din id-dispożizzjoni għal speċi ta' qabda aċċessorja f'dan is-sajd, ma tista' tintuża l-ebda dispożizzjoni ta' flessibbiltà bejn l-ispeċijiet minn dak l-Istat Membru fir-rigward tal-qabdiet aċċessorji ta' dik l-ispeċi.

(7)  Inkluż iċ-ċiċċirell.

(8)  Jista' jkun fihom sa 4 % ta' qabdiet aċċessorji ta' aringi”

(9)  L-attività tas-sajd tingħalaq meta t-TAC tkun intużat kollha mill-Partijiet Kontraenti tan-NEAFC. Mid-data tal-għeluq, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu s-sajd dirett għar-redfish minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom.

(10)  Il-bastimenti għandhom jillimitaw il-qabdiet aċċessorji tagħhom tar-redfish f'sajd ieħor għal massimu ta' 1 % tal-qabda totali miżmuma abbord.

(11)  Limiti provviżorji ta' qabdiet biex ikopru l-qabdiet tal-Partijiet Kontraenti kolla tan-NEAFC.”.

(12)  Din il-kwota tista' tinqabad biss mill-1 ta' April 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017.”


Top