EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1393

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1393 tal-24 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana

C/2017/3419

OJ L 197, 28.7.2017, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/1393/oj

28.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1393

tal-24 ta' Mejju 2017

li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15(6) u 18(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina progressivament l-iskartar tal-ħut fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għall-qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal-limiti ta' qbid.

(2)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 (2) stabbilixxa pjan għall-iskartar tal-ħut biex jimplimenta l-obbligu tal-ħatt l-art f'ċertu sajd pelaġiku żgħir u sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana.

(3)

Skont l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, flimkien mal-Artikolu 15(5)(a) tiegħu, il-pjanijiet tal-iskartar jistgħu jinkludu miżuri tekniċi li l-għan tagħhom ikun li jnaqqsu, jew kemm jista' jkun jeliminaw il-qabdiet mhux mixtieqa.

(4)

Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, in-Netherlands, l-Iżvezja u r-Renju Unit għandhom interess dirett fil-ġestjoni tas-sajd fil-Baħar tat-Tramuntana. Fis-7 ta' Frar 2017, wara li kkonsultaw mal-Kunsill Konsultattiv għall-Baħar tat-Tramuntana u mal-Kunsill Konsultattiv għall-ispeċijiet Pelaġiċi, dawk l-Istati Membri ppreżentaw rakkomandazzjoni konġunta favur miżura teknika.

(5)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta b'mod partikolari tipproponi li r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1395/2014 jiġi emendat biex jinkludi deroga mill-paragrafu 3 tal-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 (3), li jipprojbixxi l-użu ta' ċertu rkaptu tas-sajd f'żona mal-kosta Daniża tal-Baħar tat-Tramuntana.

(6)

Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 850/98 kienet iddaħħlet biex tipproteġi l-aringi li jinqabdu bħala qabda aċċessorja fis-sajd tal-laċċ ikħal.

(7)

Skont il-konsultazzjonijiet li twettqu mill-Istati Membri kkonċernati, il-proporzjon tal-aringi fil-kampjuni tal-qabdiet li ttieħdu fiż-żona rilevanti fil-preżent huwa inqas mill-proporzjon tal-aringi fil-kampjuni tal-qabdiet li ttieħdu barra dik iż-żona. Dawk il-konsultazzjonijiet indikaw li l-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 850/98 fil-preżent tipprevjeni l-flessibbiltà meħtieġa biex il-bastimenti jkunu jistgħu jistadu f'żoni fejn jistgħu jnaqsu kemm jista' jkun il-qbid aċċessorju mhux mixtieq.

(8)

Inkisbu kontribuzzjonijiet xjentifiċi mingħand korpi xjentifiċi rilevanti li ġew studjati mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES). Fit-28 ta' Frar 2017 ltaqa' Grupp Espert dwar is-Sajd u l-Akkwakultura li ddiskuta l-miżuri kkonċernati.

(9)

L-ICES huwa tal-parir (4) li l-proporzjon bil-piż ta' aringi li nqabdu f'sajd sperimentali għal-laċċ ikħal kien ogħla barra l-kaxxa tal-laċċ ikħal milli ġo fiha, iżda meta dawn tkejlu skont l-għadd, ma kienx hemm differenza. Abbażi ta' dan, wieħed jistenna li s-sajd fil-kaxxa tal-laċċ ikħal inaqqas il-qabdiet mhux mixtieqa tal-aringi (skont il-piż) meta mqabbel mas-sajd barra mill-kaxxa; l-ICES huwa tal-parir li x'aktarx ma jkun hemm ebda effett fuq l-istokkijiet tal-aringi u tal-laċċ ikħal jekk il-projbizzjoni fuq il-kaxxa tal-laċċ ikħal titneħħa. L-ICES huwa tal-fehma li ma hemmx iżjed bżonn li tiġi evalwata l-kaxxa tal-laċċ ikħal, peress li miżuri ta' ġestjoni oħrajn huma biżżejjed biex jikkontrollaw il-qbid aċċessorju tal-aringi.

(10)

Il-miżuri proposti fir-rakkomandazzjoni konġunta jikkonformaw mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u jistgħu jiddaħħlu fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1395/2014.

(11)

Għaldaqstant ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1395/2014 għandu jiġi emendat skont dan,

(12)

Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament għandhom impatt dirett fuq l-attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-ippjanar ta' dan l-istaġun tas-sajd, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1395/2014, jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:

“Artikolu 4a

Miżuri tekniċi għas-sajd tal-laċċ ikħal f'żona tul il-kosta Daniża tal-Baħar tat-Tramuntana

B'deroga mill-paragrafu 3 tal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 850/98, is-sajd tal-laċċ ikħal bl-irkaptu tas-sajd li ġej għandu jkun awtorizzat fiż-żona tul il-kosta Daniża tal-Baħar tat-Tramuntana ddefinita fil-paragrafu (1)(c) ta' dak l-Artikolu:

(a)

irkaptu rmunkat b'daqs tal-malji ta' inqas minn 32 mm;

(b)

purse seines; jew

(c)

għeżula, xbieki tat-tħabbil, pariti u xbieki tal-mitlaq b'daqs tal-malji ta' inqas minn 30 mm.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 35).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1).

(4)  http://www.ices.dk/sites/pub/Publication%20Reports/Forms/DispForm.aspx?ID=32869


Top