EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1182
Commission Delegated Regulation (EU) 2017/1182 of 20 April 2017 supplementing Regulation (EU) No 1308/2013 of the European Parliament and of the Council as regards the Union scales for the classification of beef, pig and sheep carcasses and as regards the reporting of market prices of certain categories of carcasses and live animals
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1182 tal-20 ta' April 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta' karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ u dwar ir-rapportar tal-prezzijiet tas-suq ta' ċerti kategoriji ta' karkassi u annimali ħajjin
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1182 tal-20 ta' April 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta' karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ u dwar ir-rapportar tal-prezzijiet tas-suq ta' ċerti kategoriji ta' karkassi u annimali ħajjin
C/2017/2411
OJ L 171, 4.7.2017, p. 74–99
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 04/07/2017
4.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 171/74 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1182
tal-20 ta' April 2017
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta' karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ u dwar ir-rapportar tal-prezzijiet tas-suq ta' ċerti kategoriji ta' karkassi u annimali ħajjin
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(6)(a) sa (d), l-Artikolu 223(1) u l-Artikolu 223(2)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2). It-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tinkludi regoli dwar l-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat, inkluża l-klassifikazzjoni ta' karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom, u tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ u biex jiġu stabbiliti prezzijiet tas-suq komparabbli għall-karkassi u l-annimali ħajjin fil-qafas legali l-ġdid, ċerti regoli għandhom jiġu adottati permezz tat-tali atti. Ir-regoli l-ġodda għandhom jissostitwixxu r-regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 315/2002 (3), (KE) Nru 1249/2008 (4) u (UE) Nru 807/2013 (5). |
(2) |
L-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprovdi li l-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi kif stabbiliti fil-punt A tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament għandhom japplikaw għal annimali bovini li jkollhom tmien xhur jew aktar. Sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi, huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jagħmlu l-applikazzjoni tal-iskala tal-Unjoni obbligatorja għall-karkassi ta' annimali bovini ta' età speċifika ddeterminata abbażi tas-sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni pprovduta fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Dik is-sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni għandha tintuża wkoll għal qsim ta' karkassi f'kategoriji kif imsemmi fil-punt A.II tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(3) |
Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jagħtu derogi mill-obbligu ġenerali li jikklassifikaw il-karkassi lill-istabbilimenti ta' skala żgħira. Abbażi tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-iskala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni, huwa xieraq li jiġu pprovduti tali derogi għal biċċeriji li joqtlu, bħala medja annwali fil-ġimgħa, inqas minn 150 annimali bovin ta' tmien xhur jew aktar jew inqas minn 500 majjal. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw limiti aktar baxxi skont il-kundizzjonijiet nazzjonali tagħhom speċjalment biex jiġi żgurat li r-rapportar tal-prezzijiet ikun rappreżentattiv. |
(4) |
Peress li ċerti biċċeriji fl-istabbilimenti tagħhom stess jsemmnu l-annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar u anki l-majjal, ma hemmx prezz tas-suq li għandu jiġi rreġistrat għall-karkassi ta' tali annimali. Għaldaqstant, l-applikazzjoni tal-iskali ta' klassifikazzjoni obbligatorji tal-Unjoni mhijiex neċessarja f'dawn il-każijiet. Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew ikollhom din il-prattika li jidderogaw mir-regoli dwar il-klassifikazzjonijiet obbligatorji tal-karkassi fir-rigward ta' dawn il-karkassi. Din id-deroga għandha titħalla wkoll għall-klassifikazzjoni ta' karkassi ta' razez ta' majjal lokali b'kompożizzjoni anatomika tal-ġisem partikolari jew modi ta' kummerċjalizzazzjoni partikolari meta dawn jagħmluha impossibbli li ssir klassifikazzjoni omoġenja u standardizzata tal-karkassi. |
(5) |
Sabiex jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet tal-istabbilimenti u l-qatla staġonali tan-nagħaġ, huwa xieraq li l-Istati Membri li japplikaw il-klassifikazzjoni tal-karkassi tan-nagħaġ pprovduta fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ikollhom il-possibilità li jeżentaw xi biċċeriji minn din il-klassifikazzjoni abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. |
(6) |
Sabiex tkun żgurata l-klassifikazzjoni uniformi tal-karkassi ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar u ta' nagħaġ fl-Unjoni, jeħtieġ li jiġu ppreċiżati aktar id-definizzjonijiet tal-klassijiet tal-konformazzjoni u l-kisja ta' xaħam, il-piż tal-karkassi u l-kulur tal-laħam imsemmija fil-punti A.III. u C.III tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Madankollu, jistgħu jintużaw kriterji oħra għal karkassi ta' ħrief b'piż inqas minn 13 kg. |
(7) |
Il-punt A.III tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprovdi għal klassi ta' konformazzjoni S għal karkassi miksuba minn annimali bovini tat-tip ta' karkassa b'muskolatura doppja. Ladarba din il-klassi ta' konformazzjoni eċċezzjonali hija kkummerċjalizzata biss f'xi Stati Membri, huwa xieraq li jkun ipprovdut li l-Istati Membri għandhom l-għażla li ma jużawx il-klassi ta' konformazzjoni S. |
(8) |
Peress li l-perċentwal ta' dgħif tal-karkassi tal-majjal żdied b'mod stabbli, il-maġġoranza ta' karkassi tal-majjal huma kklassifikati biss f'żewġ klassijiet. Għalhekk jeħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jissuddividu ulterjorment f'subklassijiet il-klassijiet ta' klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal stabbiliti fil-punt B.II tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, biex tiġi żgurata d-differenzjazzjoni tal-karkassi tal-majjal. |
(9) |
Filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti tas-suq għad-determinazzjoni tal-valur kummerċjali ta' karkassa tal-majjal, għandhom jiġu awtorizzati wkoll kriterji ta' valutazzjoni oħrajn minbarra l-piż u l-istima tal-kontenut ta' dgħif. |
(10) |
Biex jiġu żgurati prezzijiet tas-suq komparabbli, il-punt A.IV tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jagħti preżentazzjoni ta' karkassa standard. Biex fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-karkassi jiġu riflessi ċerti domandi tas-suq, jeħtieġ jiġi stipulat li l-Istati Membri, għall-fini li jiġu stabbiliti l-prezzijiet tas-suq, jistgħu japplikaw preżentazzjoni ta' karkassi differenti minn dik stabbilita fil-punt A.IV tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 permezz tal-applikazzjoni ta' fatturi korrettivi. |
(11) |
Biex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-prattiki tradizzjonali ta' xi Stati Membri relatati mat-tneħħija tax-xaħam estern, huwa xieraq li dawk l-Istati Membri jitħallew ikomplu jagħmlu użu minn tali prattiki, sakemm jiġu ssodisfati ċerti rekwiżiti. |
(12) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-iskali ta' klassifikazzjoni tal-Unjoni u biex tittejjeb it-trasparenza tas-suq, għandhom jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet u l-metodi prattiċi għall-klassifikazzjoni, l-użin u l-immarkar ta' karkassi ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar u tal-majjal u tan-nagħaġ. |
(13) |
F'każ ta' falliment tekniku tal-metodu ta' gradazzjoni awtomatizzat, huwa xieraq li jiġu stipulati ċerti derogi, b'mod partikolari fir-rigward tal-limitu taż-żmien biex il-karkassi jiġu kklassifikati u mwieżna. |
(14) |
L-immarkar tal-karkassi għandu jsir fil-ħin tal-klassifikazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jimmarkawx il-karkassi fejn iż-żamma tar-rekords uffiċjali tipprovdi għal rabta bejn il-karkassi u r-riżultati tal-klassifikazzjoni, b'mod partikolari meta l-karkassi jiġu pproċessati f'qatgħat immedjatament wara l-klassifikazzjoni tal-karkassi, biex b'hekk l-immarkar tal-karkassi ma jkunx neċessarju. |
(15) |
Biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-klassifikazzjoni tal-karkassi ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar, u dawk tal-majjal u tan-nagħaġ, dik il-klassifikazzjoni għandha ssir minn klassifikaturi kkwalifikati li jkollhom il-liċenzja jew l-approvazzjoni neċessarji jew billi jintuża metodu ta' gradazzjoni awtorizzat. |
(16) |
Bil-ħsieb li jiġu awtorizzati metodi ta' gradazzjoni għall-valutazzjoni diretta tal-konformazzjoni u l-kisja ta' xaħam tal-karkassi ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar u tan-nagħaġ, kif ukoll tal-perċentwal ta' dgħif tal-karkassi tal-majjal, jistgħu jiġu introdotti metodi ta' gradazzjoni meta jkunu bbażati fuq metodi statistikament ippruvati. L-awtorizzazzjoni tal-metodi ta' gradazzjoni għandha tkun soġġetta għall-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet u rekwiżiti. |
(17) |
Għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-possibilità li jiġu mmodifikati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, wara li tingħata l-liċenzja, tal-metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati għall-klassifikazzjoni ta' karkassi ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar u tan-nagħaġ, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-preċiżjoni ta' dawk l-ispeċifikazzjonijiet. |
(18) |
Il-valur tal-karkassa tal-majjal huwa ddeterminat b'mod partikolari mill-perċentwal tad-dgħif b'relazzjoni mal-piż tiegħu. Il-perċentwal ta' dgħif jiġi vvalutat b'metodu ta' gradazzjoni li għandu jikkonsisti minn teknika ta' gradazzjoni awtomatizzata, semiawtomatizzata jew manwali u formola ta' valutazzjoni. Il-formola ta' valutazzjoni għandha ssir billi jitkejlu ċerti partijiet anatomiċi tal-karkassa permezz ta' metodi awtorizzati u ppruvati statistikament. Biex jiġi żgurat li l-metodi statistikament ippruvati jiġu applikati fuq bażi oġġettiva, jeħtieġ li l-esperti tal-Istati Membri jiġu infurmati permezz ta' protokolli dwar it-test ta' awtorizzazzjoni u li dawn l-esperti jiġu kkonsultati dwar ir-riżultati tat-test. Filwaqt li jistgħu jintużaw diversi metodi għall-valutazzjoni tal-perċentwal ta' dgħif ta' karkassa tal-majjal, jeħtieġ ikun żgurat li l-għażla tal-metodu ma taffettwax l-istima tal-perċentwal ta' dgħif. |
(19) |
Sabiex il-prezzijiet tas-suq komparabbli ta' karkassi u annimali ħajjin jiġu mmoniterjati, jeħtieġ isir provvediment li r-reġistrar tal-prezzijiet għandu jirreferi għal stadju ta' kummerċjalizzazzjoni definit sew. Jeħtieġ jiġi stabbilit liema huma t-tipi ta' annimali li jirreferi għalihom ir-rapportar tal-prezzijiet. |
(20) |
Il-prezzijiet tas-suq tat-tipi differenti ta' annimali għandhom ikunu rrapportati lill-Kummissjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1184 (7), li għandu jservi bħala l-bażi biex fuqu jiġu ddeterminati l-prezzijiet medji b'piż differenzjat fil-livell tal-Unjoni. |
(21) |
Jekk Stat Membru jkollu reġjuni definiti għall-fini ta' dan ir-Regolament, il-prezzijiet reġjonali stabbiliti għandhom jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-prezz nazzjonali. F'każijiet fejn isiru xi pagamenti supplimentari lill-fornituri ta' annimali, l-istabbilimenti jew il-persuni li huma obbligati jirrapportaw il-prezzijiet għandhom ikunu obbligati li jinfurmaw lill-awtorità kompetenti dwar il-pagament supplimentari biex jiġi korrett il-prezz medju nazzjonali. |
(22) |
Sabiex jiġi żgurat il-monitoraġġ tas-suq u biex jitqabblu l-iżviluppi tal-prezzijiet ma' ċerti prezzijiet ta' referenza stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jeħtieġ li jiġu kkalkulati l-prezzijiet medji tal-Unjoni għal ċerti karkassi u annimali ħajjin abbażi ta' ċerta informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri kull sena. |
(23) |
Bil-ħsieb li jiġi mmoniterjat ir-rapportar tal-prezzijiet tal-karkassi ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar u dawk tal-majjal, u bil-ħsieb li jiġu kkalkulati l-koeffiċjenti tal-użin skont il-kategoriji, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jinnotifikaw lill-Kummissjoni perjodikament dwar ċerta informazzjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 (8) għajr għal dawk in-notifiki li huma neċessarji għall-organizzazzjoni ta' spezzjonijiet fuq il-post jew li jservu bħala bażi biex jagħtu stampa ġenerali kompluta tas-suq tal-laħam. |
(24) |
Għall-fini taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, ir-Regolamenti (KE) Nru 315/2002, (KE) Nru 1249/2008 u (UE) Nru 807/2013 għandhom jiġu revokati. |
(25) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li l-Istati Membri jitħallew jadattaw irwieħhom għall-qafas legali l-ġdid, dan ir-Regolament għandu japplika 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SKALI TAL-UNJONI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI
Artikolu 1
L-identifikazzjoni tal-età u l-kategoriji tal-annimali bovini
L-età tal-annimali bovini biex jiġu stabbiliti l-kategoriji kif imsemmija fil-punt A.II tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tiġi vverifikata abbażi tal-informazzjoni disponibbli fis-sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-annimali bovini stabbilita f'kull Stat Membru f'konformità mat-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000.
Artikolu 2
Derogi mill-klassifikazzjoni obbligatorja tal-karkassi
1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li r-rekwiżiti tal-klassifikazzjoni tal-karkassi ta' annimali bovini u dawk tal-majjal, stipulati fil-punti A.V u B.II tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, rispettivament, ma għandhomx ikunu obbligatorji għal biċċeriji li joqtlu:
(a) |
inqas minn 150 annimal bovin ta' tmien xhur jew aktar fil-ġimgħa bħala medja annwali; |
(b) |
inqas minn 500 majjal fil-ġimgħa bħala medja annwali. |
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu aktar baxx, b'mod partikolari biex jiżguraw li r-reġistrar tal-prezzijiet ikun rappreżentattiv kif imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li r-rekwiżiti dwar il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-annimali bovini u dawk tal-majjal ma għandhomx ikunu obbligatorji:
(a) |
għal karkassi ta' annimali bovini u dawk tal-majjal proprjetà tal-biċċeriji, jekk ma ssir ebda tranżazzjoni kummerċjali biex jinxtraw dawn l-annimali; |
(b) |
għal karkassi ta' majjal ta' razez lokali ddefiniti b'mod ċar jew b'modi ta' kummerċjalizzazzjoni partikolari, jekk il-kompożizzjoni anatomika ta' ġisimhom tagħmilha impossibbli li ssir klassifikazzjoni omoġenja u standardizzata tal-karkassi. |
3. L-Istati Membri li japplikaw klassifikazzjoni ta' karkassi tan-nagħaġ skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li r-rekwiżiti dwar il-klassifikazzjoni tal-karkassi tan-nagħaġ ma għandhomx ikunu obbligatorji għal ċerti biċċeriji.
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni jekk jiddeċiedu li japplikaw kwalunkwe waħda mid-derogi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet addizzjonali li jirrigwardaw il-klassijiet tal-konformazzjoni, il-kisja ta' xaħam u l-piż tal-karkassa ta' annimali bovini u nagħaġ
1. Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar id-definizzjonijiet tal-klassijiet tal-konformazzjoni u l-kisja ta' xaħam ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar u nagħaġ imsemmija fil-punti A.III u C.III tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huma stipulati fl-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament.
2. Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mal-klassifikazzjoni ta' ħrief b'piż tal-karkassa ta' inqas minn 13 kg huma stipulati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Il-klassi ta' konformazzjoni S
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-klassi ta' konformazzjoni S għall-karkassi taċ-ċanga msemmija fil-punt A.III tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u dan meta jikkunsidraw il-karatteristiċi partikolari tal-annimali bovini tagħhom.
Artikolu 5
Il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal
L-Istati Membri jistgħu jissuddividu ulterjorment f'subklassijiet il-klassijiet ta' klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal stabbiliti fil-punt B.II tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw kriterji ta' valutazzjoni ulterjuri, minbarra l-piż u l-istima tal-perċentwal ta' dgħif imsemmija fil-punt B.II tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, biex jiddeterminaw il-valur kummerċjali tal-karkassi tal-majjal.
Artikolu 6
Rekwiżiti addizzjonali dwar il-preżentazzjoni tal-karkassi għall-fini li jiġu stabbiliti prezzijiet tas-suq komparabbli
1. Mingħajr preġudizzju għall-punti A.IV, B.III u C.IV tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ma jista' jitneħħa l-ebda xaħam, muskolu jew tessut ieħor mill-karkassa qabel ma tintiżen, tiġi kklassifikata u mmarkata, għajr għal każijiet fejn jiġu applikati rekwiżiti veterinarji.
2. Karkassi ta' annimali bovini ta' inqas minn tmien xhur jeħtieġ jiġu ppreżentati skont il-punt A.IV tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u mingħajr:
(a) |
falda rqiqa; |
(b) |
falda ħoxna. |
3. Il-karkassi ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar jeħtieġ jiġu ppreżentati mingħajr:
(a) |
kliewi; |
(b) |
xaħam tal-kliewi; |
(c) |
xaħam pelviku; |
(d) |
falda rqiqa; |
(e) |
falda ħoxna; |
(f) |
id-denb; |
(g) |
in-nerv tas-sinsla; |
(h) |
ix-xaħam tal-iskrotu; |
(i) |
xaħam mal-ġewwieni tan-naħa ta' fuq; |
(j) |
il-vina ġugulari u x-xaħam ta' magħha. |
4. Għall-applikazzjoni tat-tieni paragrafu tal-punt A.V tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u b'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tneħħija tax-xaħam estern qabel l-użin, il-klassifikazzjoni u l-immarkar tal-karkassi sakemm tali tneħħija tippermetti ġudizzju aktar oġġettiv tal-konformazzjoni u l-kisja ta' xaħam ma tiġix influwenzata. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din il-prattika tiġi rregolata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u għandha tinvolvi esklużivament it-tneħħija parzjali tax-xaħam estern:
(a) |
mill-għadma tal-ġenb, mill-flett u mill-kustilji tan-nofs; |
(b) |
mit-tarf tal-ponta tas-sidra u ż-żona anoġenitali ta' barra; |
(c) |
min-naħa l-għolja tal-koxxa. |
Artikolu 7
Il-klassifikazzjoni u l-użin
1. Il-klassifikazzjoni msemmija fil-punti A.II, A.III, B.II, C.II u C.III tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha ssir fil-biċċerija fil-ħin tal-istabbiliment tal-piż sħun tal-karkassa.
2. Il-Kummissjoni tista' tawtorizza l-klassifikazzjoni qabel l-użin skont l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament jekk ċerti metodi ta' gradazzjoni applikati fit-territorju ta' Stat Membru jirrikjedu dan.
3. Il-karkassi għandhom jintiżnu malajr kemm jista' jkun wara l-qatla u mhux aktar minn:
(a) |
60 minuta wara li jiddendel l-annimal, fil-każ tal-annimali bovini u n-nagħaġ; |
(b) |
45 minuta wara li jiddendel l-annimal, f'dak li jirrigwarda l-majjal. |
4. Fil-każ tal-majjal, jekk f'biċċerija kwalunkwe l-perjodu ta' żmien ta' 45 minuta bejn meta jiddendlu u meta jintiżnu l-karkassi b'mod ġenerali ma jkunx jista' jinżamm, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista' tippermetti li t-tnaqqis ta' 2 % kif imsemmi fl-Artikolu 14(3):
(a) |
jitnaqqas b'unitajiet perċentwali ta' 0,1 għal kull kwarta addizzjonali jew parti minnha li tgħaddi meta l-perjodu ta' bejn meta tiddendel il-karkassa u meta tintiżen jaqbeż il-45 minuta; |
(b) |
jista' jiżdied b'ċerti unitajiet perċentwali stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat meta l-perjodu ta' bejn meta tiddendel il-karkassa u meta tintiżen ikun inqas minn 45 minuta. F'dan il-każ it-tnaqqis għandu jiġi ġġustifikat abbażi ta' dejta xjentifika. |
5. F'każijiet fejn il-metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati taċ-ċanga u tal-laħam tan-nagħaġ imsemmija fl-Artikolu 10 jonqsu milli jikklassifikaw il-karkassi, il-klassifikazzjoni ta' dawn il-karkassi għandha ssir fil-jum tal-qatla jew, jekk il-perjodu rikjest bejn meta tiddendel il-karkassa u meta tintiżen skada fil-jum ta' wara l-qatla, il-klassifikazzjoni għandha ssir kemm jista' jkun malajr dakinhar.
Artikolu 8
L-immarkar tal-karkassi
1. L-immarkar tal-karkassi għandu jsir fil-ħin tal-klassifikazzjoni.
2. L-immarkar għandu jsir permezz ta' timbru jew tikketta li jindikaw mill-inqas:
(a) |
għaċ-ċanga u għal-laħam tan-nagħaġ, il-kategorija, il-klassi tal-konformazzjoni u l-kisja ta' xaħam imsemmija fil-punti A.II, A.III, C.II u C.III tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 rispettivament; |
(b) |
għall-majjal, il-klassi tal-karkassa jew l-istima tal-perċentwal ta' dgħif kif stabbiliti fil-punt B.II tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
3. L-immarkar għandu jkun fuq is-superfiċje ta' mill-inqas:
(a) |
kull kwart ta' karkassa taċ-ċanga; |
(b) |
kull karkassa jew nofs karkassa ta' nagħġa; |
(c) |
kull nofs karkassa ta' majjal. |
L-immarkar b'timbru għandu jsir fuq is-superfiċje ta' barra tal-karkassa. It-tikketti jistgħu jitqiegħdu fuq is-superfiċje ta' barra jew ta' ġewwa tal-karkassa.
4. L-immarkar b'timbru għandu jkun jista' jinqara b'mod ċar u għandu jsir b'linka li ma titħassarx, mhux tossika u reżistenti għas-sħana.
5. It-tikketti għandhom ikunu jistgħu jinqraw b'mod ċar, ikunu reżistenti għat-tbagħbis u mwaħħla sew mal-karkassi.
6. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-karkassi jistgħu ma jiġux immarkati fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
jitħejja rekord uffiċjal li jkun jinkludi għal kull karkassa mill-inqas:
|
(b) |
il-karkassi kollha jitqattgħu, f'operazzjoni kontinwa, f'impjant tat-tqattigħ approvat skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u li jkun maġenb il-biċċerija. |
7. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu dispożizzjonijiet nazzjonali dwar rekwiżiti addizzjonali dwar l-immarkar.
Artikolu 9
Il-metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klassifikazzjoni tal-karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ issir:
(a) |
minn klassifikaturi kkwalifikati li kisbu liċenzja għall-klassifikazzjoni viżiva tal-karkassi. Il-liċenzja tista' tiġi mibdula b'approvazzjoni konċessa mill-Istat Membru fejn din l-approvazzjoni tikkorrispondi ma' rikonoxximent ta' kwalifika; jew |
(b) |
bl-użu ta' metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati li jistgħu jikkonsistu f'tekniki ta' gradazzjoni awtomatizzati jew semiawtomatizzati jew manwali kif ipprovdut fl-Artikoli 10 u 11. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tekniki ta' gradazzjoni jitħaddmu minn persunal ikkwalifikat. |
Artikolu 10
Awtorizzazzjoni ta' metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati għal karkassi taċ-ċanga u tan-nagħaġ
1. L-Istati Membri jistgħu joħorġu liċenzja li tawtorizza metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati taċ-ċanga u tan-nagħaġ li jikkonsistu f'teknika ta' gradazzjoni awtomatizzata (apparat) u ekwazzjoni (formola) għall-applikazzjoni fit-territorju tagħhom jew parti minnu.
2. L-awtorizzazzjoni tingħata biss jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet u l-ħtiġijiet minimi għal test ta' awtorizzazzjoni stabbilit fil-Parti A tal-Anness IV.
3. Tal-inqas xahrejn qabel il-bidu tat-test ta' awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fil-Parti B tal-Anness IV biex il-Kummissjoni tkun tista' tipparteċipa fit-test ta' awtorizzazzjoni.
4. L-Istati Membri għandhom jaħtru korp indipendenti li għandu janalizza r-riżultati tat-test ta' awtorizzazzjoni. Fi żmien xahrejn mit-tmiem tat-test ta' awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fil-Parti C tal-Anness IV.
5. Fejn tingħata liċenzja li tawtorizza metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati għaċ-ċanga u għan-nagħaġ ibbażati fuq test ta' awtorizzazzjoni li matulu ntużaw aktar minn preżentazzjoni ta' karkassa waħda, id-differenzi bejn dawk il-preżentazzjonijiet ta' karkassi ma għandhomx iwasslu għal differenzi fir-riżultati tal-klassifikazzjoni.
6. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati għaċ-ċanga u għan-nagħaġ mingħajr ma jorganizzaw test ta' awtorizzazzjoni, sakemm tali awtorizzazzjoni tkun diġà ngħatat għall-istess metodi ta' gradazzjoni biex jiġu applikati fi Stat Membru ieħor abbażi ta' test ta' awtorizzazzjoni fejn il-kampjun tal-karkassi jkun suffiċjentement rappreżentattiv tal-popolazzjoni tal-annimali bovini u tan-nagħaġ fl-Istat Membru kkonċernat.
7. Modifiki tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' metodu ta' gradazzjoni awtomatizzat għaċ-ċanga jew għan-nagħaġ awtorizzat għandhom jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti sakemm tingħata prova li tali modifiki jirriżultaw f'livell ta' preċiżjoni li tal-inqas jissodisfa r-rekwiżiti minimi għal test ta' awtorizzazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kull modifika li għaliha jkunu taw l-approvazzjoni tagħhom.
Artikolu 11
Awtorizzazzjoni ta' metodi ta' gradazzjoni għal karkassi tal-majjal
1. Metodu ta' gradazzjoni kif imsemmi fil-punt B.IV tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jikkonsisti f'teknika ta' gradazzjoni awtomatizzata, semiawtomatizzata jew manwali (apparat) u ekwazzjoni (formola) biex jiġi stmat il-perċentwal ta' dgħif ta' karkassa tal-majjal.
2. L-awtorizzazzjoni tingħata biss jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet u l-ħtiġijiet minimi għal test ta' awtorizzazzjoni skont il-Parti A tal-Anness V ta' dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, permezz ta' protokoll kif speċifikat fil-Parti B tal-Anness V ta' dan ir-Regolament, dwar il-metodi ta' gradazzjoni tal-majjal li jixtiequ jkunu awtorizzati biex jiġu applikati fit-territorji tagħhom.
Il-protokoll għandu jkun magħmul minn żewġ partijiet u għandu jinkludi l-elementi pprovduti fil-Parti B tal-Anness V ta' dan ir-Regolament.
L-ewwel parti tal-protokoll għandha titressaq quddiem il-Kummissjoni qabel il-bidu tat-test ta' awtorizzazzjoni. Fi żmien xahrejn mit-tmiem tat-test ta' awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni t-tieni parti tal-protokoll.
4. Wara li tirċievi l-protokoll, il-Kummissjoni għandha tagħmlu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħra. L-Istati Membri l-oħra jistgħu jressqu l-kummenti tekniċi tagħhom fi żmien tliet ġimgħat minn meta jirċievu l-protokoll. L-Istat Membru li jkun bagħat il-protokoll jista' jadattah u jerġa' jibgħat protokoll ġdid fi żmien tmien ġimgħat minn meta jkun intbagħat l-ewwel protokoll.
5. L-applikazzjoni ta' metodi ta' gradazzjoni għandha tkun tikkorrispondi fil-partikolaritajiet kollha mad-deskrizzjoni mogħtija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizzahom.
6. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw metodi ta' gradazzjoni mingħajr test ta' awtorizzazzjoni, sakemm tali awtorizzazzjoni tkun diġà ngħatat għall-istess metodu ta' gradazzjoni applikabbli fi Stat Membru ieħor abbażi ta' test ta' awtorizzazzjoni fejn il-kampjun tal-karkassi jkun suffiċjentement rappreżentattiv tal-popolazzjonijiet tal-majjal fl-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 12
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar il-klassifikazzjoni b'tekniki ta' gradazzjoni awtomatizzati
1. Biċċeriji li joperaw klassifikazzjoni bl-użu ta' tekniki ta' gradazzjoni awtomatizzati kif stabbiliti fl-Artikoli 10(1) u 11(1) għandhom:
(a) |
f'dak li jirrigwarda l-karkassi taċ-ċanga, jidentifikaw il-kategorija tal-karkassa billi jużaw is-sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-annimali bovini stabbilita skont l-Artikolu 1; |
(b) |
iżommu rapporti ta' kontroll ta' kuljum dwar il-funzjonament tal-metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati, inkluż kull nuqqas li jinstab u l-azzjoni meħuda fejn meħtieġ. |
2. Il-klassifikazzjoni b'tekniki ta' gradazzjoni awtomatizzati tkun valida biss jekk:
(a) |
il-preżentazzjoni tal-karkassa tkun identika għall-preżentazzjoni użata matul it-test ta' awtorizzazzjoni; jew |
(b) |
jintwera, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, li l-fatt li jintużaw preżentazzjonijiet ta' karkassi differenti ma għandux effett fuq ir-riżultat tal-klassifikazzjoni b'metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati. |
KAPITOLU II
IR-RAPPORTAR TAL-PREZZIJIET TAS-SUQ TAL-KARKASSI U L-ANNIMALI ĦAJJIN
Artikolu 13
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar ir-rapportar tal-prezzijiet tas-suq
Għall-fini tal-istabbiliment tal-prezzijiet tas-suq ta' ċerti kategoriji ta' annimali, il-prezzijiet tas-suq għandhom jiġu rrapportati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184 għal:
(a) |
karkassi ta':
|
(b) |
annimali ħajjin:
|
Artikolu 14
Rapportar tal-prezzijiet tas-suq ta' karkassi ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar u dawk tal-majjal
1. Il-prezz tas-suq irrapportat għandu jkun il-prezz tal-biċċerija li jesprimi l-valur tal-karkassa, nett qabel it-taxxa fuq il-valur miżjud, skont id-dokumenti maħruġa lill-fornitur mill-:
(a) |
biċċerija; jew |
(b) |
persuna fiżika jew ġuridika li bagħtet l-annimal għall-qatla fil-biċċerija. |
2. Il-prezz imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun espress għal kull 100 kg ta' karkassa ppreżentata skont l-Artikolu 6, imwieżna fuq il-ganċ fil-biċċerija.
3. Il-piż tal-karkassa li jrid jittieħed inkunsiderazzjoni għar-reġistrar tal-prezz tas-suq għandu jkun il-piż kiesaħ li jeħtieġ jikkorrispondi mal-piż sħun kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), nieqes 2 %.
4. Il-prezzijiet għall-karkassi kklassifikati rrapportati mill-biċċerija jew mill-persuna fiżika jew ġuridika li bagħtet l-annimal għall-qatla fil-biċċerija għandhom ikunu jew il-prezz medju għal kull klassi jew il-prezzijiet tal-karkassi għal kull klassi. F'dan il-każ, jekk jiġu rrapportati l-prezzijiet tal-karkassi għal kull klassi, l-awtorità kompetenti għandha tikkalkula l-prezz medju għal kull klassi.
Artikolu 15
Rapportar tal-prezzijiet tas-suq ta' karkassi ta' annimali bovini ta' inqas minn tmien xhur u ta' nagħaġ ta' inqas minn 12-il xahar
1. Fir-rigward tal-karkassi ta' annimali bovini ta' inqas minn tmien xhur u ta' nagħaġ ta' inqas minn 12-il xahar, il-prezz tas-suq irrapportat għandu jkun il-medja tal-prezzijiet imħallsa fil-biċċerija li tesprimi l-valur tal-karkassa, nett qabel it-taxxa fuq il-valur miżjud, u b'koeffiċjent tal-piż differenzjat. Il-koeffiċjent għandu jirrifletti:
(a) |
il-proporzjon relattiv ta':
|
(b) |
l-importanza relattiva ta' kull suq. |
2. Il-prezz tas-suq imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun espress għal kull 100 kg ta' karkassa ppreżentata skont l-Artikolu 6, imwieżna fuq il-ganċ fil-biċċerija.
3. Fil-każ tal-karkassi ta' annimali bovini ta' inqas minn tmien xhur, il-piż li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għar-rapportar tal-prezz tas-suq għandu jkun il-piż kiesaħ li jeħtieġ jikkorrispondi mal-piż sħun kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), nieqes 2 %.
4. Għall-karkassi ta' nagħaġ ta' inqas minn 12-il xahar, il-piż li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għar-rapportar tal-prezz tas-suq għandu jkun il-piż kiesaħ li għandu jikkorrispondi għall-piż sħun tal-karkassa kkoreġut biex jieħu kont tat-telf tal-piż waqt it-tkessiħ.
Artikolu 16
Rapportar tal-prezzijiet tas-suq ta' annimali ħajjin
1. Għall-fini tar-rapportar tal-prezzijiet tas-suq, l-annimali ħajjin imniżżla fl-Artikolu 13(b) għandhom ikunu kklassifikati fit-tipi differenti li ġejjin:
(a) |
fir-rigward ta' għoġġiela maskili ta' bejn tmint ijiem u erba' ġimgħat:
|
(b) |
fir-rigward ta' annimali bovini għat-tismin:
|
(c) |
fir-rigward tal-majjal: “qżieqeż” għal-laħam li jkunu jiżnu, bħala medja, madwar 25 kg ta' piż ħaj, mixtrija biex jissemmnu. |
2. Il-prezz tas-suq irrapportat għandu jkun il-medja tal-prezzijiet imħallsa f'dak l-Istat Membru fl-istess stadju tal-bejgħ bl-ingrossa, għat-tip ta' annimal kif imsemmi fil-paragrafu 1, nett qabel it-taxxa fuq il-valur miżjud u b'koeffiċjenti tal-piż differenzjat. Il-koeffiċjenti għandhom jirriflettu l-proporzjon relattiv tal-kwalitajiet differenti tal-annimali msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) u l-importanza relattiva ta' kull suq.
Artikolu 17
Dispożizzjonijiet addizzjonali għar-rapportar tal-prezzijiet ta' karkassi u annimali ħajjin
1. Meta Stat Membru jkollu reġjuni definiti skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tiddetermina l-medja tal-prezzijiet reġjonali għal kull klassi u kwalità tal-karkassi kif ukoll għal kull tip u kwalità ta' annimali ħajjin kif imsemmi fl-Artikoli 14, 15 u 16 ta' dan ir-Regolament, rispettivament.
2. Meta jsiru pagamenti supplimentari mill-biċċerija jew mill-persuna fiżika jew ġuridika li jkunu rikjesti jirrapportaw il-prezzijiet lill-fornituri tal-karkassi jew tal-annimali ħajjin, l-Istati Membri jistgħu jieħdu kont tal-ammont ta' tali pagamenti u l-perjodu relatat miegħu. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jikkonsidra l-pagamenti supplimentari magħmula lill-fornituri tal-karkassi jew l-annimali ħajjin, il-biċċerija jew il-persuna fiżika jew ġuridika li jkunu rikjesti jirrapportaw il-prezzijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti dwar l-ammont ta' kwalunkwe pagament supplimentari kull darba li jsir tali pagament.
KAPITOLU III
KALKOLU TAL-PREZZ MEDJU TAL-UNJONI
TAQSIMA I
Prezz medju tal-Unjoni għall-karkassi
Artikolu 18
Prezz medju tal-Unjoni għaċ-ċanga
1. Għal kategorija speċifikata fil-punt A.II tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
(a) |
il-prezz medju tal-Unjoni għal kull waħda mill-klassijiet tal-konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam elenkati fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184 għandu jkun il-medja b'piż differenzjat tal-prezzijiet nazzjonali tas-suq irreġistrata għall-klassi. L-użin għandu jiġi bbażat fuq il-proporzjon tal-kwantitajiet li jkunu nqatlu minn dik il-klassi f'kull Stat Membru meta mqabbel mat-total tal-qatliet ta' dik il-klassi fl-Unjoni; |
(b) |
il-prezz medju tal-Unjoni għal kull klassi ta' konformazzjoni għandu jkun il-medja b'piż differenzjat tal-medja tal-prezzijiet tal-Unjoni għall-klassijiet tal-kisja tax-xaħam li jikkostitwixxu dik il-klassi tal-konformazzjoni. L-użin għandu jiġi bbażat fuq il-proporzjon tal-qatliet ta' kull klassi tal-kisja tax-xaħam meta mqabbel mat-total tal-qatliet ta' dik il-klassi tal-konformazzjoni fl-Unjoni; |
(c) |
il-prezz medju tal-Unjoni għandu jkun il-medja b'piż differenzjat tal-medja tal-prezzijiet tal-Unjoni msemmija fil-punt (a). L-użin għandu jiġi bbażat fuq il-proporzjon tal-kwantitajiet maqtula f'kull klassi kif imsemmi fil-punt (a) meta mqabbel mat-total tal-qatliet tal-Unjoni fil-kategorija. |
2. Il-prezz medju tal-Unjoni għall-kategoriji kollha flimkien għandu jkun il-medja b'piż differenzjat tal-prezzijiet medji msemmija fil-paragrafu 1(c). L-użin għandu jiġi bbażat fuq il-proporzjon ta' kull kategorija meta mqabbel mat-total tal-qatliet ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar fl-Unjoni.
Artikolu 19
Prezz medju tal-Unjoni għall-majjal
Il-prezz medju tal-Unjoni ta' kull klassi elenkata fl-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184 għandu jkun il-medja b'piż differenzjat tal-prezzijiet nazzjonali tas-suq irreġistrata għall-klassi. L-użin għandu jiġi bbażat fuq il-proporzjon tal-kwantitajiet li jkunu nqatlu minn dik il-klassi f'kull Stat Membru meta mqabbel mat-total tal-qatliet ta' dik il-klassi fl-Unjoni.
Artikolu 20
Prezz medju tal-Unjoni għal annimali bovini li jkollhom inqas minn tmien xhur
Il-prezz medju tal-Unjoni għal annimali bovini maqtula meta jkollhom inqas minn tmien xhur għandu jkun il-medja tal-prezzijiet irreġistrati għal dawk l-annimali bovini kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184. Dik il-medja għandha tiġi kkalkolata b'koeffiċjenti tal-piż differenzjat stabbiliti abbażi tal-produzzjoni netta ta' dawk l-annimali bovini fl-Unjoni.
Artikolu 21
Prezz medju tal-Unjoni għal nagħaġ li jkollhom inqas minn 12-il xahar
Il-prezz medju tal-Unjoni għal nagħaġ li jkollhom inqas minn 12-il xahar għandu jkun il-medja tal-prezzijiet irreġistrati għal kategoriji ta' piż differenti kif imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184. Dik il-medja għandha tiġi kkalkolata b'koeffiċjenti tal-piż differenzjat stabbiliti abbażi tal-produzzjoni netta ta' dawk il-ħrief fl-Unjoni.
TAQSIMA II
Prezz medju tal-Unjoni għall-annimali ħajjin
Artikolu 22
Prezz medju tal-Unjoni għal għoġġiela maskili ta' bejn tmint ijiem u erba' ġimgħat
1. Il-prezz medju tal-Unjoni, għal kull ras, ta' għoġġiela maskili ta' bejn tmint ijiem u erba' ġimgħat għandu jkun il-medja tal-prezzijiet irreġistrati għal għoġġiela maskili għat-trobbija tat-tip tal-ħalib u għoġġiela maskili għat-trobbija tat-tip taċ-ċanga skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184.
2. Il-medja tal-prezzijiet irreġistrati għandha tiġi kkalkolata b'koeffiċjenti tal-piż differenzjat stabbiliti abbażi tan-numru ta' baqar irreġistrati fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) kif ġej:
(a) |
għal għoġġiela maskili għat-trobbija tat-tip tal-ħalib, in-numru ta' baqar tal-ħalib; |
(b) |
għal għoġġiela maskili għat-trobbija tat-tip taċ-ċanga, in-numru ta' baqar. |
Artikolu 23
Prezz medju tal-Unjoni għall-annimali bovini għat-tismin
1. Il-prezz medju tal-Unjoni, għal kull kilogramma ta' piż ħaj, tal-annimali bovini għat-tismin għandu jkun il-medja tal-prezzijiet irreġistrati għall-annimali bovini għat-tismin ta' età żgħira, għall-annimali bovini maskili għat-tismin ta' sena u għall-annimali bovini femminili għat-tismin ta' sena skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184.
2. Il-medja tal-prezzijiet irreġistrati għandha tiġi kkalkolata b'koeffiċjenti tal-piż differenzjat stabbiliti abbażi tan-numru ta' annimali bovini rreġistrati fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008 kif ġej:
(a) |
fil-każ tal-annimali bovini għat-tismin ta' età żgħira, in-numru ta' annimali bovini li ma jkollhomx aktar minn sena u li ma jkunux għall-qatla; |
(b) |
fil-każ tal-annimali bovini maskili għat-tismin ta' sena, in-numru ta' annimali bovini maskili li jkollhom aktar minn sena iżda inqas minn sentejn; |
(c) |
fil-każ tal-annimali bovini femminili għat-tismin ta' sena, in-numru ta' annimali bovini femminili li jkollhom aktar minn sena iżda inqas minn sentejn u li ma jkunux għadhom welldu. |
Artikolu 24
Prezz medju tal-Unjoni għall-qżieqeż
Il-prezz medju tal-Unjoni għall-qżieqeż ta' madwar 25 kg ta' piż ħaj għandu jkun il-medja tal-prezzijiet irreġistrati għall-qżieqeż skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184. Din il-medja għandha tiġi kkalkolata b'koeffiċjenti tal-piż differenzjat stabbiliti abbażi tan-numru ta' qżieqeż irreġistrati fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008.
KAPITOLU IV
NOTIFIKI
Artikolu 25
Notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni
1. In-notifiki pprovduti f'dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1185.
2. Mhux aktar tard mill-15 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni n-numru totali ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar u ta' majjal u nagħaġ maqtula fis-sena kalendarja preċedenti mqassam kif ġej:
(a) |
għall-annimali bovini, in-numru totali għal kull kategorija, il-klassijiet tal-konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam; |
(b) |
fil-każ ta' majjal, in-numru totali għal kull klassi ta' karkassa. |
(c) |
fil-każ tan-nagħaġ, in-numru totali għal kull kategorija ta' piż. |
3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni, meta jintalbu, il-listi tal-:
(a) |
biċċeriji li jirreġistraw il-prezzijiet, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184 filwaqt li jindikaw l-ammont ipproċessat ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar għal kull biċċerija, espress f'numri, fis-sena kalendarja preċedenti; |
(b) |
persuni fiżiċi u ġuridiċi li jirreġistraw il-prezzijiet, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184 filwaqt li jindikaw in-numru ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar li jkunu bagħtu għall-qatla fis-sena kalendarja preċedenti. |
4. L-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Kummissjoni, jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja, fejn disponibbli, dwar prodotti koperti mill-Partijiet XV, XVII u XVIII tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
(a) |
il-prezzijiet tas-suq fl-Istati Membri tal-prodotti impurtati minn pajjiżi terzi; |
(b) |
il-prezzijiet attwali li jkunu japplikaw fis-swieq rappreżentattivi f'pajjiżi terzi. |
5. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwalitajiet tal-karkassi u l-annimali ħajjin, u l-koeffiċjenti tal-ippeżar kif imsemmija fl-Artikoli 14, 15 u 16 ta' dan ir-Regolament kif ukoll il-fatturi korrettivi u s-swieq rappreżentattivi msemmija fl-Artikoli 5, 10, 11 u 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184, mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju ta' kull sena.
6. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-miżuri meħuda għall-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 26
Tħassir
Ir-Regolamenti (KE) Nru 315/2002, (KE) Nru 1249/2008 u (UE) Nru 807/2013 huma mħassra.
Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra (KE) Nru 315/2002, (KE) Nru 1249/2008 u (UE) Nru 807/2013 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184 u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 27
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-11 ta' Lulju 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Uniku dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 315/2002 tal-20 ta' Frar 2002 dwar l-istħarriġ ta' prezzijiet ta' karkassi ta' nagħaġ friski jew imkessħa fi swieq rappreżentattivi fil-Komunità (ĠU L 50, 21.2.2002, p. 47).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta' karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2013 tas-26 ta' Awwissu 2013 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għal dak li jirrigwarda l-istħarriġ ta' prezzijiet ta' ċerti annimali bovini fis-swieq rappreżentattivi tal-Unjoni (ĠU L 228, 27.8.2013, p. 5).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1184 tal-20 ta' April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta' karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ u dwar ir-rapportar tal-prezzijiet tas-suq ta' ċerti kategoriji ta' karkassi u annimali ħajjin (Ara paġna 103 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(8) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 tal-20 ta' April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni b'informazzjoni u dokumenti u l-emendar u r-revoka ta' diversi Regolamenti tal-Kummissjoni (Ara paġna 113 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 li jikkonċerna l-istatistika dwar il-bhejjem u l-laħam u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE, 93/24/KEE u 93/25/KEE (ĠU L 321, 1.12.2008, p. 1).
ANNESS I
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar il-klassijiet tal-konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam ta' karkassi taċ-ċanga msemmija fl-Artikolu 3(1)
1. KONFORMAZZJONI
Żvilupp ta' profili ta' karkassi, u b'mod partikolari l-partijiet essenzjali (il-qatgħa t-tonda, id-dahar, l-ispalla)
Klassi ta' konformazzjoni |
Dispożizzjonijiet addizzjonali |
|
S Superjuri |
Il-qatgħa t-tonda: ittundjata ħafna b'muskolatura doppja u bi ħjut viżibilment separati |
In-naħa l-għolja tal-koxxa tinfirex b'mod immarkat ħafna fuq is-simfisi (symphysis pelvis) |
Id-dahar: wiesa' ħafna u oħxon ħafna, sal-ispalla |
Ramp ittundjat ħafna |
|
L-ispalla: ittundjata ħafna |
|
|
E Eċċellenti |
Il-qatgħa t-tonda: ittundjata ħafna |
In-naħa l-għolja tal-koxxa tinfirex b'mod immarkat tul is-simfisi (symphysis pelvis) |
Id-dahar: wiesa' u oħxon ħafna, sal-ispalla |
Ramp ittundjat ħafna |
|
L-ispalla: ittundjata ħafna |
|
|
U Tajba ħafna |
Il-qatgħa t-tonda: ittundjata |
In-naħa l-għolja tal-koxxa tinfirex tul is-simfisi (symphysis pelvis) |
Id-dahar: wiesa' u oħxon, sal-ispalla |
Ramp ittundjat ħafna |
|
L-ispalla: ittundjata |
|
|
R Tajba |
Il-qatgħa t-tonda: żviluppata sew |
In-naħa l-għolja tal-koxxa tkun xi ftit ittundjata |
Id-dahar: għadu oħxon imma inqas wiesa' mal-ispalla |
|
|
L-ispalla: relattivament żviluppata sew |
|
|
O Mhux ħażina |
Il-qatgħa t-tonda: żvilupp medju jxaqleb għal żvilupp b'nuqqas |
|
Id-dahar: bejn ħxuna medja u kważi ħxuna xejn |
Ir-ramp: profil dritt |
|
L-ispalla: bejn żvilupp medju u kważi ċatta |
|
|
P Fqira |
Il-Qatgħa t-Tonda: żviluppata ftit |
|
Id-dahar: dejjaq bl-għadam viżibbli |
|
|
L-ispalla: ċatta bl-għadam viżibbli |
|
2. GRAD TAl-KISJA TAX-XAĦAM
Ammont ta' xaħam fuq barra tal-karkassa u fil-kavità toraċika
Klassi tal-kisja tax-xaħam |
Dispożizzjonijiet addizzjonali |
1 Baxxa |
Mingħajr xaħam fil-kavità toraċika |
2 Ftit |
Fil-kavità toraċika l-muskolu jidher b'mod ċar bejn il-kustilji |
3 Medja |
Fil-kavità toraċika l-muskolu għadu jidher bejn il-kustilji |
4 Għolja |
Il-ħjut tax-xaħam fuq il-qatgħa t-tonda huma prominenti. Fil-kavità toraċika l-muskolu bejn il-kustilji jista' jkun infiltrat bix-xaħam |
5 Għolja ħafna |
Il-qatgħa t-tonda hija kompletament miksija bix-xaħam, li l-ħjut tax-xaħam mhumiex iktar viżibbli b'mod ċar. Fil-kavità toraċika l-muskolu bejn il-kustilji jkun infiltrat bix-xaħam |
ANNESS II
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar il-klassijiet tal-konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam ta' karkassi tan-nagħaġ imsemmija fl-Artikolu 3(1)
1. KONFORMAZZJONI
Żvilupp tal-profili tal-karkassi, partikolarment il-partijiet essenzjali (ir-robbu ta' wara, id-dahar, l-ispalla).
Klassi ta' konformazzjoni |
Dispożizzjonijiet addizzjonali |
S Superjuri |
Ir-robbu ta' wara: muskolatura doppja Profili konvessi ħafna Id-dahar: konvess ħafna, wiesa' ħafna u oħxon ħafna L-ispalla: konvessa ħafna u ħoxna ħafna |
E Eċċellenti |
Ir-robbu ta' wara: oħxon ħafna. Profili konvessi ħafna Id-dahar: konvess ħafna, wiesa' ħafna u oħxon ħafna sal-ispalla L-ispalla: konvessa ħafna u ħoxna ħafna |
U Tajba ħafna |
Ir-robbu ta' wara: oħxon. Profili konvessi Id-dahar: wiesa' u oħxon sal-ispalla L-ispalla: ħoxna u konvessa |
R Tajba |
Ir-robbu ta' wara: profili aktarx dritti Id-dahar: oħxon imma inqas wiesa' lejn l-ispalla L-ispalla: żviluppata tajjeb, imma inqas ħoxna |
O Mhux ħażina |
Ir-robbu ta' wara: profili aktarx xi ftit konkavi Id-dahar: bin-nieqes fil-wisa' u fil-ħxuna L-ispalla: tagħti għad-djuq. Bin-nieqes fil-ħxuna |
P Fqira |
Ir-robbu ta' wara: profili konkavi għal konkavi ħafna Id-dahar: dejjaq u konkavi bl-għadam jidher L-ispalla: dejqa, ċatta u bl-għadam jidher |
2. GRAD TAL-KISJA TAX-XAĦAM
Ammont ta' xaħam fuq il-parti esterna u dik interna tal-karkassa.
Klassi tal-kisja tax-xaħam |
Dispożizzjonijiet addizzjonali (1) |
||
1. Baxxa |
Estern |
Traċċi ta' xaħam jew ebda xaħam viżibbli |
|
Intern |
Addominali |
Traċċi ta' xaħam jew ebda xaħam viżibbli fuq il-kliewi |
|
Toraċiku |
Traċċi ta' xaħam jew ebda xaħam viżibbli bejn il-kustilji |
||
2. Ftit |
Estern |
Saff irqiq ta' xaħam jiksi parti mill-karkassa imma jista' jkun inqas evidenti fuq is-saqajn |
|
Intern |
Addominali |
Traċċi ta' xaħam jew saff irqiq ta' xaħam imkebbeb madwar parti mill-kliewi |
|
Toraċiku |
Il-muskolu viżibbli sew minn bejn il-kustilji |
||
3. Medja |
Estern |
Saff ħafif ta' kisja ta' xaħam fuq il-karkassa kollha jew kważi kollha. Żoni ta' xaħam ftit imħaxxna fuq il-bażi tad-denb |
|
Intern |
Addominali |
Saff ħafif ta' xaħam imkebbeb madwar parti mill-kliewi |
|
Toraċiku |
Il-muskolu għadu jidher minn bejn il-kustilji |
||
4. Għolja |
Estern |
Saff oħxon ta' xaħam jiksi parti kbira mill-karkassa kollha imma jista' jkun irqaq fuq is-saqajn u mħaxxen fuq l-ispallejn |
|
Intern |
Addominali |
Il-kilwa mkebba fix-xaħam |
|
Toraċiku |
Il-muskolu ta' bejn il-kustilji jista' jkun infiltrat bix-xaħam. Jidhru d-depożiti ta' xaħam fuq il-kustilji |
||
5. Għolja ħafna |
Estern |
Kisja ta' xaħam ħoxna ħafna Rqajja' ta' xaħam xi drabi jidhru |
|
Intern |
Addominali |
Il-kliewi mkebbin f'saff oħxon ta' xaħam |
|
Toraċiku |
Il-muskolu ta' bejn il-kustilji infiltrat bix-xaħam. Depożiti ta' xaħam jidhru fuq il-kustilji |
(1) Id-dispożizzjonijiet addizzjonali għall-kavità addominali ma japplikawx għall-finijiet tal-Anness III.
ANNESS III
Skala ta' klassifikazzjoni tal-karkassi tal-ħrief b'piż ta' karkassa inqas minn 13-il kg kif imsemmi fl-Artikolu 3(2)
Kategorija |
A |
B |
C |
|||
Piż |
≤ 7 kg |
7,1 — 10 kg |
10,1 — 13 kg |
|||
Kwalità |
Primarja |
Sekondarja |
Primarja |
Sekondarja |
Primarja |
Sekondarja |
Kulur il-laħam (*1) |
roża ċar fid-deher |
kulur ieħor jew livell ieħor ta' xaħam |
roża ċar fid-deher jew roża |
kulur ieħor jew livell ieħor ta' xaħam |
roża ċar fid-deher jew roża |
kulur ieħor jew livell ieħor ta' xaħam |
Klassi tal-kisja tax-xaħam (*2) |
(2) (3) |
(2) (3) |
(2) (3) |
(*1) Iddeterminat fuq il-ġenb tar-rectus abdominis b'referenza għal grafika tal-kuluri standardizzata.
(*2) Kif definit fil-punt C.III tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
ANNESS IV
Awtorizzazzjoni ta' metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati għal karkassi taċ-ċanga u tan-nagħaġ imsemmija fl-Artikolu 10
PARTI A
Kundizzjonijiet u rekwiżiti minimi għall-awtorizzazzjoni
1. |
L-Istat Membru kkonċernat għandu jorganizza test ta' awtorizzazzjoni għal ġurija komposta minn għall-inqas ħames esperti liċenzjati fil-klassifikazzjoni tal-karkassi ta' annimali bovini jew nagħaġ. Żewġ membri tal-ġurija għandhom jiġu mill-Istat Membru li jkun qiegħed jagħmel it-test. Kull wieħed mill-membri l-oħra tal-ġurija għandu jiġu minn Stat Membru ieħor. Il-ġurija għandha tkun komposta minn numru bil-fard ta' esperti. Is-servizzi tal-Kummissjoni u esperti oħra tal-Istati Membri jistgħu jattendu għat-test ta' awtorizzazzjoni bħala osservaturi. Il-membri tal-ġurija għandhom jaħdmu b'mod indipendenti u anonimu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnomina koordinatur tat-test ta' awtorizzazzjoni li għandu:
|
2. |
Għat-test ta' awtorizzazzjoni:
|
3. |
Għal kull karkassa vvalidata, il-medjan tar-riżultati tal-membri tal-ġurija għandu jkun ikkunsidrat bħala l-grad korrett ta' dik il-karkassa. Għal stima tal-prestazzjoni tal-metodu ta' gradazzjoni awtomatizzat, ir-riżultati tal-metodu ta' gradazzjoni awtomatizzat għandhom jitqabblu, għal kull karkassa vvalidata, mal-medjan tar-riżultati tal-ġurija. Il-preċiżjoni tal-gradazzjoni b'metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati li tirriżulta tkun stabbilita bl-użu ta' sistema ta' punti attribwiti kif ġej:
Bil-ħsieb tal-awtorizzazzjoni, il-metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati għandhom jilħqu tal-anqas 60 % tal-għadd massimu ta' punti kemm għall-konformazzjoni u kemm għall-kisja tax-xaħam. Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni bl-użu ta' metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati trid tkun fil-limiti li ġejjin:
Meta tintuża iktar minn preżentazzjoni ta' karkassa waħda waqt test ta' awtorizzazzjoni, id-differenzi bejn dawk il-preżentazzjonijiet ta' karkassi ma għandhomx iwasslu għal differenzi fir-riżultati tal-klassifikazzjoni. |
PARTI B
Informazzjoni li għandha tkun ipprovduta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri dwar l-organizzazzjoni ta' test ta' awtorizzazzjoni
(a) |
Id-dati li fihom għandu jsir it-test ta' awtorizzazzjoni; |
(b) |
deskrizzjoni dettaljata tal-karkassi ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew iktar ikklassifikati fl-Istat Membru kkonċernat jew f'parti minnu; |
(c) |
il-metodi ta' statistika użati għall-għażla tal-kampjun tal-karkassi li għandu jkun rappreżentattiv, skont il-kategorija, il-klassijiet tal-konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam, ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew iktar u ta' nagħaġ maqtulin fl-Istat Membru kkonċernat jew f'parti minnu; |
(d) |
l-isem u l-indirizz tal-biċċerija (jew biċċeriji) fejn għandu jsir it-test tal-awtorizzazzjoni, spjegazzjoni tal-organizzazzjoni u l-prestazzjoni tal-linja (jew linji) tal-ipproċessar, inkluża l-veloċità kull siegħa; |
(e) |
il-preżentazzjoni (jew preżentazzjonijiet) tal-karkassi li għandhom jintużaw matul it-test ta' awtorizzazzjoni; |
(f) |
deskrizzjoni tat-teknika ta' gradazzjoni awtomatizzata u l-funzjonijiet tekniċi tagħha, partikolarment il-kunċett tas-sigurtà tal-apparat kontra kull tip ta' manipulazzjoni; |
(g) |
l-esperti liċenzjati nominati mill-Istat Membru kkonċernat biex jieħdu sehem fit-test ta' awtorizzazzjoni bħala membri tal-ġurija; |
(h) |
il-koordinatur tat-test ta' awtorizzazzjoni, bl-evidenza tal-għarfien tekniku sodisfaċenti tiegħu u indipendenza sħiħa; |
(i) |
l-isem u l-indirizz tal-korp indipendenti magħżul mill-Istat Membru kkonċernat li għandu janalizza r-riżultati tat-test tal-awtorizzazzjoni. |
PARTI C
Informazzjoni li għandha tkun ipprovduta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri dwar ir-riżultati ta' test ta' awtorizzazzjoni
(a) |
Sommarju tar-riżultati tal-klassifikazzjoni ffirmata mill-ġurija u mill-koordinatur matul it-test ta' awtorizzazzjoni; |
(b) |
rapport tal-koordinatur dwar l-organizzazzjoni tat-test ta' awtorizzazzjoni fid-dawl tal-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti minimi stipulati fil-Parti A; |
(c) |
analiżi kwantitattiva, skont metodoloġija li għandha taqbel fuqha l-Kummissjoni, tar-riżultati tat-test ta' awtorizzazzjoni li tindika r-riżultati tal-klassifikazzjoni ta' kull klassifikatur espert u dawk miksuba bl-użu tal-metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati. Id-dejta użata għall-analiżi għandha tingħata f'format elettroniku li għandha taqbel fuqu l-Kummissjoni; |
(d) |
il-preċiżjoni tal-metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati kif stabbilit f'konformità mad-dispożizzjonijiet fil-punt 3 tal-Parti A. |
ANNESS V
Awtorizzazzjoni ta' metodi ta' gradazzjoni ta' karkassi tal-majjal imsemmija fl-Artikolu 11
PARTI A
1. KUNDIZZJONIJIET U REKWIŻIT MINIMU GĦALL-AWTORIZZAZZJONI
It-test ta' awtorizzazzjoni għandu jikkonsisti minn:
(a) |
L-għażla ta' kampjun rappreżentattiv ta' karkassi tal-majjal li għandhom jiġu involuti fil-prova tad-dissezzjoni.
|
(b) |
Ir-reġistrazzjoni tal-kejl (il-fatturi varjabbli mbassra) fuq il-kampjun rappreżentattiv tal-karkassi tal-majjal.
|
(c) |
Prova tad-dissezzjoni għall-valutazzjoni tal-perċentwal ta' referenza ta' laħam dgħif tal-karkassi tal-majjal kif deskritta fil-punt 2 tal-Parti A.
|
(d) |
Il-kalkolu ta' ekwazzjoni (formola) għall-metodu ta' gradazzjoni li għandu jiġu awtorizzat.
|
(e) |
L-analiżi statistika standard għall-valutazzjoni tar-riżultat tal-prova tad-dissezzjoni.
|
(f) |
L-introduzzjoni jew l-emendar ta' ekwazzjoni għall-metodu ta' gradazzjoni għat-tbassir tal-perċentwal ta' laħam dgħif ta' karkassa tal-laħam.
|
Il-metodi ta' gradazzjoni għandhom ikunu awtorizzati biss jekk l-għerq kwadrat medju tal-previżjoni (RMSEP), ikkalkulat permezz ta' teknika ta' validazzjoni msallba integrali jew b'test ta' validazzjoni ssettjata fuq kampjun rappreżentattiv ta' tal-anqas 60 karkassa, ikun anqas minn 2.5. Barra minn hekk, il-valuri atipiċi għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-RMSEP.
Meta tintuża iktar minn preżentazzjoni ta' karkassa waħda waqt test ta' awtorizzazzjoni, id-differenzi bejn dawk il-preżentazzjonijiet ta' karkassi ma għandhomx iwasslu għal differenzi fir-riżultati tal-klassifikazzjoni.
2. IL-PROĊEDURA TAL-PROVA TAD-DISSEZZJONI BIEX JITBASSAR IL-PERĊENTWAL TA' REFERENZA TA' LAĦAM DGĦIF TA' KARKASSA TAL-MAJJAL
2.1. |
It-tbassir tal-perċentwal ta' referenza ta' laħam dgħif huwa bbażat fuq id-dissezzjoni totali tan-naħa tax-xellug ta' karkassa f'konformità mal-metodu ta' referenza kif stabbilit fil-punt (c) tal-Parti 1. |
2.2. |
Meta ssir dissezzjoni totali, il-perċentwal ta' referenza għal-laħam dgħif (YTD) jiġi kkalkulat kif ġej:
Il-piż tal-laħam dgħif għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas il-piż totali tal-elementi li ma jkunux dgħif mill-piż totali tal-karkassa qabel id-dissezzjoni. Is-saqajn u r-ras, apparti l-ħadd, ma jiġux dissezzjonati. |
2.3. |
Meta ssir dissezzjoni parzjali, it-tbassir tal-perċentwal ta' referenza tal-laħam dgħif (YPD) ikun ibbażat fuq id-dissezzjoni tal-erba' qatgħat maġġuri (l-ispalla, il-flett, il-koxxa u ż-żaqq), flimkien mal-piż tal-flett tari. Il-perċentwal tad-dgħif tad-dissezzjoni parzjali għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
Il-piż tad-dgħif f'dawk l-erba' qatgħat maġġuri (l-ispalla, il-flett, il-koxxa u ż-żaqq) għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas il-piż totali tal-elementi tal-erba' qatgħat li mhumiex dgħif mill-piż totali tal-qatgħat qabel id-dissezzjoni. Il-bias bejn id-dissezzjoni totali u parzjali tiġi korretta abbażi ta' subkampjun bid-dissezzjoni totali. |
2.4. |
Il-perċentwal ta' dgħif jista' jitbassar bi proċedura analitika bbażata fuq l-iskennjar tan-naħa tax-xellug tal-karkassa b'CT. Jekk din il-proċedura ta' CT ma tiġix ikkalibrata għad-dissezzjoni totali tal-karkassi, bias potenzjali għad-dissezzjoni totali tiġi korretta abbażi ta' subkampjun li ssir dissezzjoni totali tiegħu skont il-metodu ta' referenza. Hija biss dik il-parti tan-naħa tax-xellug tal-karkassa li jkollha d-dgħif kif iddefinit bil-metodu tad-dissezzjoni totali li jeħtieġ tiġi skennjata, jiġifieri s-saqajn u r-ras, apparti l-ħadd, ma jeħtieġx li jiġu skennjati. |
2.5. |
Il-korrezzjoni tal-bias meħtieġa għad-dissezzjoni parzjali jew għal proċedura tas-CT hija bbażata fuq subkampjun rappreżentattiv li jinkludi l-kombinazzjonijiet kollha tal-kampjun fir-rigward tal-fatturi ta' stratifikazzjoni bħar-razza, is-sess jew il-ħxuna użati għall-għażla tal-kampjun globali. Jintgħażlu mill-inqas 10 karkassi għall-korrezzjoni tal-bias. Jekk il-popolazzjoni tal-majjal għall-qatla li għandu jittieħed kampjun minnha jkollha l-istess karatteristiċi bħall-popolazzjoni li b'rabta magħha tkun preċedentement saret korrezzjoni tal-bias tad-dissezzjoni parzjali jew proċedura tas-CT, ma tkun meħtieġa ebda dissezzjoni totali addizzjonali. Jekk proċedura tas-CT tiġi deskritta u tkun rintraċċabbli b'kejl għal dissezzjoni totali jew proċedura oħra ta' CT korretta b'bias, ma tkun meħtieġa ebda dissezzjoni totali addizzjonali. |
PARTI B
Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni jew lil Stati Membri oħra mill-Istat Membru kkonċernat permezz ta' protokolli għat-test ta' awtorizzazzjoni
1. |
L-ewwel parti tal-protokoll għandha tagħti deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni u tinkludi b'mod partikolari:
|
2. |
It-tieni parti tal-protokoll għandha tagħti deskrizzjoni dettaljata tar-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni u tinkludi b'mod partikulari:
|
ANNESS VI
Tabella ta' korrelazzjoni
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1249/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 1249/2008 |
Dan ir-Regolament |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184 |
l-Artikolu 2(4) |
l-Artikolu 1 |
|
l-Artikolu 3 |
l-Artikolu 3(1) |
|
l-Artikolu 4 |
l-Artikolu 4 |
|
l-Artikolu 5 |
l-Artikolu 2(1) |
|
l-Artikolu 6(1) |
l-Artikolu 7(1) |
|
l-Artikolu 6(2), l-ewwel paragrafu |
l-Artikolu 7(3)(a) |
|
l-Artikolu 6(2), it-tieni paragrafu |
l-Artikolu 7(5) |
|
l-Artikolu 6(3) |
l-Artikolu 8(2)(a) |
|
l-Artikolu 6(3), it-tieni u t-tielet paragrafi |
l-Artikolu 8(3)(a) |
|
l-Artikolu 6(3), it-tieni paragrafu |
l-Artikolu 8(4) |
|
l-Artikolu 6(4)(c) |
l-Artikolu 8(4) |
|
l-Artikolu 6(4)(d) |
l-Artikolu 8(5) |
|
l-Artikolu 6(7) |
l-Artikolu 8(6)(b) |
|
l-Artikolu 7 |
|
l-Artikolu 1 |
l-Artikolu 8 |
l-Artikolu 9 |
|
l-Artikolu 9 |
l-Artikolu 10 |
|
l-Artikolu 10 |
l-Artikolu 12 |
|
l-Artikolu 11(1) |
|
l-Artikolu 2(2) |
l-Artikolu 11(2), l-ewwel paragrafu |
|
l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(2)(a) |
l-Artikolu 11(2), it-tieni paragrafu |
|
l-Artikolu 3(2)(c)(i) |
l-Artikolu 11(2), it-tielet paragrafu |
l-Artikolu 25(5) |
|
l-Artikolu 11(3) |
|
l-Artikolu 3(3) |
l-Artikolu 11(4) |
|
l-Artikolu 2(3) |
l-Artikolu 12 |
|
l-Artikolu 4 |
l-Artikolu 13(1) |
l-Artikolu 14(1) u (2) |
|
l-Artikolu 13(2) |
l-Artikolu 14(3) |
|
l-Artikolu 13(3) |
l-Artikolu 6(3) |
|
l-Artikolu 13(4) |
l-Artikolu 6(4) |
|
l-Artikolu 13(5), l-ewwel paragrafu |
|
l-Artikolu 5(1) |
l-Artikolu 13(5), it-tieni paragrafu |
|
l-Artikolu 5(2) |
l-Artikolu 14(1) |
|
l-Artikolu 7 |
l-Artikolu 14(2) |
|
l-Artikolu 6 |
l-Artikolu 15 |
|
l-Artikolu 8 |
l-Artikolu 16(1), l-ewwel paragrafu |
|
l-Artikolu 14 |
l-Artikolu 16(1), it-tieni paragrafu |
|
l-Artikolu 13(1), l-ewwel paragrafu |
l-Artikolu 16(2) |
l-Artikolu 14(4) |
|
l-Artikolu 16(3) |
l-Artikolu 17(2) |
|
l-Artikolu 16(4), it-tieni paragrafu |
l-Artikolu 17(1) |
|
l-Artikolu 16(5) |
|
l-Artikolu 13(2), l-ewwel u t-tieni paragrafi |
l-Artikolu 16(7)(a) |
|
l-Artikolu 13(2), it-tielet paragrafu |
l-Artikolu 18 |
l-Artikolu 18 |
|
l-Artikolu 19 |
l-Artikolu 25(1) u (2) |
|
l-Artikolu 20(2)(a) |
l-Artikolu 2(1)(b) |
|
l-Artikolu 20(2)(b) |
l-Artikolu 2(2)(a) |
|
l-Artikolu 21(1), l-ewwel paragrafu |
l-Artikolu 7(1) |
|
l-Artikolu 21(1), it-tieni paragrafu |
l-Artikolu 7(2) |
|
l-Artikolu 21(2) |
l-Artikolu 5, it-tieni paragrafu |
|
l-Artikolu 21(3), l-ewwel paragrafu |
l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8(2) |
|
l-Artikolu 21(3), it-tieni paragrafu |
l-Artikolu 8(4) |
|
l-Artikolu 21(3), ir-raba' paragrafu |
l-Artikolu 8(3)(c) |
|
l-Artikolu 21(4) |
l-Artikolu 8(6)(a) |
|
l-Artikolu 21(5) |
l-Artikolu 6(1) |
|
l-Artikolu 22(2), l-ewwel paragrafu |
l-Artikolu 7(3)(b) |
|
l-Artikolu 22(2), it-tieni paragrafu |
l-Artikolu 14(3) |
|
l-Artikolu 22(2), it-tielet paragrafu |
l-Artikolu 7(4)(a) |
|
l-Artikolu 23(4) |
l-Artikolu 11(3) |
|
l-Artikolu 23(5) |
l-Artikolu 11(5) |
|
l-Artikolu 24(2), l-ewwel paragrafu |
|
l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(2)(b) |
l-Artikolu 24(2), it-tieni paragrafu |
|
l-Artikolu 3(2)(c)(ii) |
l-Artikolu 24(4) |
|
l-Artikolu 2(3) |
l-Artikolu 25(2) |
|
l-Artikolu 9 |
l-Artikolu 26(1) |
l-Artikolu 14(1) |
|
l-Artikolu 26(2) |
l-Artikolu 14(2) u (3) |
|
l-Artikolu 26(3) |
L-Artikoli 19 u 25 |
|
l-Artikolu 27(3) |
l-Artikolu 25(3) |
|
l-Artikolu 28 |
l-Artikolu 3(2) |
|
l-Artikolu 29 |
l-Artikolu 3(1) |
|
l-Artikolu 30(2) |
l-Artikolu 7(3)(a) |
|
l-Artikolu 30(3), l-ewwel paragrafu |
l-Artikolu 8(2)(a) u 3(b) |
|
l-Artikolu 30(3), it-tieni paragrafu |
l-Artikolu 8(4) |
|
l-Artikolu 30(4) |
l-Artikolu 8(5) |
|
l-Artikolu 31 |
l-Artikolu 9 |
|
l-Artikolu 33(1) |
l-Artikolu 15(1), l-ewwel paragrafu |
|
l-Artikolu 33(2) |
l-Artikolu 15(4) |
|
l-Artikolu 35 |
l-Artikolu 21 |
|
l-Artikolu 38 |
|
L-Artikoli 16, 17 u 18 |
2. Ir-Regolament (KE) Nru 315/2002
Ir-Regolament (KE) Nru 315/2002 |
Dan ir-Regolament |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184 |
l-Artikolu 2 |
l-Artikolu 15(1)(b) |
|
3. Ir-Regolament (UE) Nru 807/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 807/2013 |
Dan ir-Regolament |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184 |
l-Artikolu 1(1) |
l-Artikolu 22 |
|
l-Artikolu 1(2), l-ewwel paragrafu |
|
l-Artikolu 22 |
l-Artikolu 1(2), it-tieni paragrafu |
l-Artikolu 16(2) |
|
l-Artikolu 1(3) |
l-Artikolu 16(1)(a) |
|
l-Artikolu 2(1) |
l-Artikolu 23 |
|
l-Artikolu 2(2), l-ewwel paragrafu |
|
l-Artikolu 12 |
l-Artikolu 2(2), it-tieni paragrafu |
l-Artikolu 16(2) |
|
l-Artikolu 2(3) |
l-Artikolu 16(1)(b) |
|
l-Artikolu 3(1) |
l-Artikolu 20 |
|
l-Artikolu 3(2), l-ewwel paragrafu |
|
l-Artikolu 10 |
l-Artikolu 3(2), it-tieni paragrafu |
l-Artikolu 15(1) |
|
l-Artikolu 3(3)(a) sa (d) |
l-Artikolu 6(2) |
|
l-Artikolu 3(3), it-tieni paragrafu |
|
l-Artikolu 5(1) |
l-Artikolu 3(4) |
l-Artikolu 15(3) |
|
l-Artikolu 4(1) |
|
l-Artikolu 13(1) |