EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0296

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/296 tal-20 ta' Frar 2017 li jemenda għall-260 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida

C/2017/1325

OJ L 43, 21.2.2017, p. 205–206 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/296/oj

21.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/205


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/296

tal-20 ta' Frar 2017

li jemenda għall-260 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fil-15 ta' Frar 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda erba' entrati fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Aġent Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Id-data tal-identifikazzjoni tal-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 qed jiġu emendati kif ġej:

(a)

“Sayf-Al Adl (isem assunt (a) Saif Al-'Adil, (b) Seif al Adel, (c) Muhamad Ibrahim Makkawi, (d) Ibrahim al-Madani). Data tat-twelid: (a) 1963, (b) 11.4.1963, (c) 11.4.1960. Post tat-twelid: L-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2001.” jinbidel b'dan li ġej:

“Sayf-Al Adl (isem assunt (a) Mohammed Salahaldin Abd El Halim Zidan. Data tat-twelid: 11.4.1963. Post tat-twelid: Monufia Governorate, Egypt. Nazzjonalità: Eġizzjana. (b) Muhamad Ibrahim Makkawi. Data tat-twelid: (i) 11.4.1960, (ii) 11.4.1963. Post tat-twelid: L-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana. (c) Ibrahim al-Madani; (d) Saif Al-'Adil; (e) Seif al Adel). Data tat-twelid: 11.4.1963. Post tat-twelid: Monufia Governate, Egypt. Nazzjonalità: Eġizzjana. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 25.1.2001.”

(b)

“Seifallah Ben-Hassine (isem assunt (a) Seif Allah ben Hocine; (b) Saifallah ben Hassine; (c) Sayf Allah 'Umar bin Hassayn; (d) Sayf Allah bin Hussayn; (e) Abu Iyyadh al-Tunisi; (f) Abou Iyadh el-Tounsi; (g) Abu Ayyad al-Tunisi; (h) Abou Aayadh; (i) Abou Iyadh). Data tat-twelid: 8.11.1965. Nazzjonalità: Tuneżina. Tagħrif ieħor: Mexxej ta' Ansar al-Shari'a fit-Tuneżija. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014.” jinbidel b'dan li ġej:

“Seifallah Ben Hassine (alias (a) Seif Allah ben Hocine; (b) Saifallah ben Hassine; (c) Sayf Allah 'Umar bin Hassayn; (d) Sayf Allah bin Hussayn; (e) Abu Iyyadh al-Tunisi; (f) Abou Iyadh el-Tounsi; (g) Abu Ayyad al-Tunisi; (h) Abou Aayadh; (i) Abou Iyadh). Data tat-twelid: 8.11.1965. Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija; Nazzjonalità: Tuneżina. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.9.2014.”

(c)

“Abd Al-Rahman Bin 'Umayr Al-Nu'Aymi (isem assunt (a) Abd al-Rahman bin 'Amir al-Na'imi; (b) 'Abd al-Rahman al-Nu'aimi; (c) 'Abd al-Rahman bin 'Amir al-Nu'imi; (d) 'Abd al-Rahman bin 'Amir al-Nu'aymi; (e) 'Abdallah Muhammad al-Nu'aymi; (f) 'Abd al-Rahman al-Nua'ymi; (g) A. Rahman al-Naimi; (h) Abdelrahman Imer al Jaber al Naimeh; (i) A. Rahman Omair J Alnaimi; (j) Abdulrahman Omair al Neaimi). Data tat-twelid: 1954. Nru tal-passaport: 00868774 (Passaport Qatari, skada fis-27.4.2014). In-Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: 25463401784 (Karta tal-Identità tal-Qatar ID, tiskadi fis-6.12.2019). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014.” jinbidel b'dan li ġej:

“Abd Al-Rahman Bin 'Umayr Al-Nu'Aymi (isem assunt (a) Abd al-Rahman bin 'Amir al-Na'imi; (b) 'Abd al-Rahman al-Nu'aimi; (c) 'Abd al-Rahman bin 'Amir al-Nu'imi; (d) 'Abd al-Rahman bin 'Amir al-Nu'aymi; (e) 'Abdallah Muhammad al-Nu'aymi; (f) 'Abd al-Rahman al-Nua'ymi; (g) A. Rahman al-Naimi; (h) Abdelrahman Imer al Jaber al Naimeh; (i) A. Rahman Omair J Alnaimi; (j) Abdulrahman Omair al Neaimi). Data tat-twelid: 1954. Post tat-twelid: Doha, il-Qatar. Nazzjonalità: Qaratija. Nru tal-passaport: 00868774 (Passaport Qatari, skada fis-27.4.2014). In-Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: 25463401784 (Karta tal-Identità tal-Qatar ID, tiskadi fis-6.12.2019). Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.9.2014.”

(d)

“Abd Al-Rahman Khalaf 'Ubayd Juday'Al-'Anizi (isem assunt (a) 'Abd al-Rahman Khalaf al-Anizi; b) 'Abd al-Rahman Khalaf al-'Anzi; (c) Abu Usamah al-Rahman; (d) Abu Shaima' Kuwaiti; (e) Abu Usamah al-Kuwaiti; (f) Abu Usama; (g) Yusuf). Data tat-twelid: 1973 (approssimazzjoni). Nazzjonalità: Kuwajtija. Tagħrif ieħor: Jinsab fis-Sirja mill-2013. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014.” jinbidel b'dan li ġej:

“Abd Al-Rahman Khalaf 'Ubayd Juday'Al-'Anizi (isem assunt (a) 'Abd al-Rahman Khalaf al-Anizi; b) 'Abd al-Rahman Khalaf al-'Anzi; (c) Abu Usamah al-Rahman; (d) Abu Shaima' Kuwaiti; (e) Abu Usamah al-Kuwaiti; (f) Abu Usama; (g) Yusuf). Data tat-twelid: 6.3.1973. Nazzjonalità: Kuwajtija. Tagħrif ieħor: Jinsab fir-Repubblika Għarbija Sirjana mill-2013. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.9.2014.”


Top