EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017L1975R(01)

Rettifika tad-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1975 tas-7 ta' Awwissu 2017 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għall-kadmju f'dijodi li jemmettu d-dawl permezz tal-konverżjoni tal-ilwien (LEDs) għall-użu f'sistemi ta' turija (ĠU L 281, 31.10.2017)

OJ L 285, 1.11.2017, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2017/1975/corrigendum/2017-11-01/oj

1.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/32


Rettifika tad-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1975 tas-7 ta' Awwissu 2017 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għall-kadmju f'dijodi li jemmettu d-dawl permezz tal-konverżjoni tal-ilwien (LEDs) għall-użu f'sistemi ta' turija

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropew L 281 tal-31 ta' Ottubru 2017 )

F'paġna 30, l-Artikolu 2(1),

minflok:

“1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn [12 months after the date of entry into force of this directive], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għalhekk għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [12 months after the date of entry into force of this directive + 1 day].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta jiġu ppubblikati b'mod uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.”,

aqra:

“1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-20 ta' Novembru 2018, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għalhekk għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-21 ta' Novembru 2018.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta jiġu ppubblikati b'mod uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.”;

F'paġna 31, l-Anness, it-tabella, it-tielet kolonna,

minflok

“Tiskadi għall-kategoriji kollha fi żmien [two years after the publication of the Delegated Directive in the Official Journal]”,

aqra:

“Tiskadi għall-kategoriji kollha fil-31 ta' Ottubru 2019.”.


Top