EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017L0541

Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI

OJ L 88, 31.3.2017, p. 6–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/541/oj

31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/6


DIRETTIVA (UE) 2017/541 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Marzu 2017

dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 83(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1)

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-Unjoni hija msejsa fuq il-valuri universali tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, l-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Hija bbażata fuq il-prinċipji tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri.

(2)

Atti tat-terroriżmu jikkostitwixxu wieħed mill-iktar ksur serju tal-valuri universali tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, l-ugwaljanza u s-solidarjetà, u t-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali li fuqhom hija mwaqqfa l-Unjoni. Dawn jirrappreżentaw ukoll wieħed mill-iktar attakki serji fuq id-demokrazija u l-istat tad-dritt, prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri u li fuqhom hija bbażata l-Unjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI (3) hija l-pedament tar-rispons tal-ġustizzja kriminali tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. Qafas legali komuni għall-Istati Membri kollha, u b’mod partikolari, definizzjoni armonizzata tar-reati terroristiċi, iservu bħala punt ta’ riferiment għall-iskambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI (4), id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI (5) u 2005/671/ĠAI (6), ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u d-Deċiżjonijiet Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI (8) u 2002/465/ĠAI (9).

(4)

F’dawn l-aħħar snin, it-theddida terroristika kibret u evolviet b’mod rapidu. L-individwi msejħa “ġellieda terroristi barranin” jivvjaġġaw barra mill-pajjiż għall-iskop ta’ terroriżmu. Ir-ritorn lura ta’ ġellieda terroristi barranin jikkostitwixxi theddida qawwija għas-sigurtà tal-Istati Membri kollha. Il-ġellieda terroristi barranin ġew assoċjati mal-attakki u l-konfoffi reċenti f’diversi Stati Membri. Barra minn hekk, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jiffaċċaw theddid dejjem akbar minn individwi li huma ispirati jew mogħtija struzzjonijiet minn gruppi terroristiċi barra mill-pajjiż iżda li jibqgħu fl-Ewropa.

(5)

Fir-Riżoluzzjoni 2178 (2014) tiegħu, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU esprima t-tħassib tiegħu dwar it-theddida dejjem akbar minn ġellieda terroristi barranin u obbligat lill-Istati Membri kollha tan-NU biex jiżguraw li r-reati marbutin ma’ dan il-fenomenu jkunu punibbli skont il-liġi nazzjonali. F’dan ir-rigward, fl-2015, il-Kunsill tal-Ewropa adotta l-Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu.

(6)

Meta jittieħed kont tal-evoluzzjoni tat-theddid terroristiku lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri u l-obbligi ġuridiċi li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom skont id-dritt internazzjonali, id-definizzjoni ta’ reati terroristiċi, ta’ reati relatati ma’ grupp terroristiku u reati relatati ma’ attivitajiet terroristiċi, jenħtieġ li tkompli tiġi approssimata fl-Istati Membri kollha, sabiex tkopri l-imġiba relatata, b’mod partikolari, ma’ ġellieda terroristiċi barranin u l-finanzjament tat-terroriżmu b’mod aktar komprensiv. Dawn il-forom ta’ mġiba jenħtieġ li jkunu punibbli wkoll jekk jitwettqu permezz tal-Internet, inklużi l-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali.

(7)

Barra minn hekk, in-natura transfruntiera tat-terroriżmu teħtieġ rispons koordinat b’saħħtu u kooperazzjoni fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom, kif ukoll mal-aġenziji u l-korpi kompetenti tal-Unjoni u fosthom fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż l- Eurojust u l-Europol. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jsir użu effiċjenti minn għodod u riżorsi disponibbli għall-kooperazzjoni, bħal skwadri ta’ investigazzjoni konġunta u laqgħat ta’ koordinazzjoni ffaċilitati mill-Eurojust. In-natura globali tat-terroriżmu teħtieġ reazzjoni internazzjonali, li teżiġi li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jsaħħu l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi rilevanti. Rispons koordinat b’saħħtu u kooperazzjoni huma meħtieġa wkoll bil-ħsieb li tiġi żgurata u tinkiseb evidenza elettronika.

(8)

Din id-Direttiva telenka b’mod eżawrjenti numru ta’ reati serji, bħal attakki fuq il-ħajja ta’ persuna, bħal atti intenzjonati li jistgħu jikkwalifikaw bħala reati terroristiċi meta u dment li jitwettqu b’għan terroristiku speċifiku, jiġifieri li jintimida serjament lill-popolazzjoni, li jġiegħel b’mod mhux xieraq lil gvern jew organizzazzjoni internazzjonali twettaq jew tibqa’ lura milli twettaq kwalunkwe att, jew li jiddestabbilizza serjament jew jeqred l-istrutturi politiċi, kostituzzjonali, ekonomiċi jew soċjali fundamentali ta’ pajjiż jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali. Jenħtieġ ukoll li t-theddida li jitwettqu dawn l-atti intenzjonati titqies bħala reat terroristiku, meta jiġi stabbilit, abbażi ta’ ċirkostanzi oġġettivi, li tali theddida tkun saret b’tali għan terroristiku. Min-naħa l-oħra, l-atti li l-għan tagħhom ikun li, pereżempju, jġiegħlu lil xi gvern li jwettaq jew jibqa’ lura milli jwettaq kwalunkwe att, li madankollu ma jkunux inklużi fil-lista eżawrjenti ta’ reati serji, ma jitqisux bħala reati terroristiċi f’konformità ma’ din id-Direttiva.

(9)

Ir-reati relatati ma’ attivitajiet terroristiċi huma ta’ natura serja ħafna peress li għandhom il-potenzjal li jwasslu għat-twettiq ta’ reati terroristiċi u jippermettu lit-terroristi u lill-gruppi terroristiċi biex iżommu u jkomplu jiżviluppaw l-attivitajiet kriminali tagħhom, u dan jiġġustifika l-kriminalizzazzjoni ta’ tali mġiba.

(10)

Ir-reat ta’ provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku jinkludi, fost l-oħrajn, il-glorifikazzjoni u l-ġustifikazzjoni tat-terroriżmu jew it-tixrid ta’ messaġġi jew immaġnijiet online u offline, fosthom dawk relatati mal-vittmi tat-terroriżmu bħala mezz biex jinkiseb appoġġ għal kawżi tat-terroristi jew biex il-popolazzjoni tiġi intimidata serjament. Din l-imġiba jenħtieġ li tkun punibbli meta toħloq il-periklu li jkunu jistgħu jitwettqu atti terroristiċi. F’kull każ konkret, meta jkun qed jiġi kkunsidrat jekk hemmx tali periklu, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, bħalma huma l-awtur u d-destinatarju tal-messaġġ, kif ukoll il-kuntest li fih jitwettaq l-att. Jenħtieġ ukoll li s-sinifikat u n-natura kredibbli tal-periklu jiġu kkunsidrati wkoll meta d-dispożizzjoni dwar il-provokazzjoni pubblika tiġi applikata skont il-liġi nazzjonali.

(11)

Il-kriminalizzazzjoni tal-ksib ta’ taħriġ għat-terroriżmu tikkomplementa r-reat eżistenti ta’ għoti ta’ taħriġ u tindirizza speċifikament it-theddid li jirriżulta minn dawk li jippreparaw b’mod attiv għat-twettiq ta’ reati terroristiċi, inkluż dawk li fl-aħħar mill-aħħar jaġixxu waħedhom. Riċeviment ta’ taħriġ għat-terroriżmu jinkludi l-kisba ta’ għarfien, dokumentazzjoni jew ħiliet prattiċi. Jenħtieġ li l-istudju awtonomu, inkluż permezz tal-Internet jew billi jiġi kkonsultat materjal ta’ tagħlim ieħor, jitqies ukoll bħala l-ksib ta’ taħriġ għal skopijiet ta’ terroriżmu meta jirriżulta minn imġiba attiva u meta jsir bl-intenzjoni li jitwettaq reat terroristiku jew li jsir kontribut għat-twettiq tiegħu. Fil-kuntest taċ-ċirkostanzi speċifiċi kollha tal-każ, din l-intenzjoni tista’ pereżempju tiġi dedotta mit-tip ta’ materjal u l-frekwenza tar-referenza. Għalhekk, jekk jitniżżel manwal dwar kif isiru splussivi għall-iskop li jitwettaq reat terroristiku, dan jista’ jitqies bħala l-kisba ta’ taħriġ għal skopijiet ta’ terroriżmu. Min-naħa l-oħra, li wieħed sempliċiment iżur siti web jew jiġbor materjal għal għanijiet leġittimi, bħal għanijiet akkademiċi jew ta’ riċerka, ma jitqiesx bħala l-ksib ta’ taħriġ għal skopijiet ta’ terroriżmu skont din id-Direttiva.

(12)

Meta wieħed iqis il-gravità tat-theddida u l-ħtieġa, b’mod partikolari, li jitwaqqaf il-fluss ta’ ġellieda terroristiċi barranin, jenħtieġ li jiġi kriminalizzat l-ivvjaġġar ‘il barra mill-pajjiż għall-iskop ta’ terroriżmu, jiġifieri mhux biss għat-twettiq ta’ reati terroristiċi u għall-għoti jew il-kisba ta’ taħriġ iżda wkoll il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ grupp terroristiku. Mhuwiex indispensabbli li l-att tal-ivvjaġġar jiġi kriminalizzat fih innifsu. Barra minn hekk, l-ivvjaġġar lejn it-territorju tal-Unjoni għall-iskop ta’ terroriżmu jippreżenta theddida għas-sigurtà li kulma jmur qed tikber. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiddeċiedu li jindirizzaw it-theddid terroristiku li jirriżulta minn vjaġġar għall-iskop ta’ terroriżmu lejn l-Istat Membru kkonċernat billi jikkriminalizzaw l-atti preparatorji, li jistgħu jinkludu l-ippjanar jew il-kospirazzjoni, bl-għan li jitwettaq reat terroristiku jew li jsir kontribut għat-twettiq tiegħu. Kwalunkwe att ta’ faċilitazzjoni ta’ dan l-ivvjaġġar jenħtieġ ukoll li jiġi kriminalizzat.

(13)

Il-kummerċ illeċitu ta’ armi tan-nar, żejt, drogi, sigaretti, merkanzija u oġġetti kulturali ffalsifikati, kif ukoll it-traffikar ta’ bnedmin, ir-rikattar organizzat u l-estorsjoni saru sors ta’ gwadann biex il-gruppi terroristiċi jiksbu finanzjament. F’dan il-kuntest, ir-rabtiet dejjem akbar bejn il-kriminalità organizzata u l-gruppi terroristiċi jikkostitwixxu theddida dejjem akbar għas-sigurtà tal-Unjoni u jenħtieġ għalhekk li jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri involuti fi proċedimenti kriminali.

(14)

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) tistabbilixxi regoli komuni dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu. Minbarra dan l-approċċ preventiv, il-finanzjament tat-terroriżmu jenħtieġ li jkun punibbli fl-Istati Membri. Jenħtieġ li l-kriminalizzazzjoni ma tkoprix biss il-finanzjament ta’ atti terroristiċi, iżda wkoll il-finanzjament ta’ grupp terroristiku, kif ukoll reati oħra relatati ma’ attivitajiet terroristiċi, bħar-reklutaġġ u t-taħriġ, jew l-ivvjaġġar għall-iskop ta’ terroriżmu, bil-ħsieb li jitfixklu l-istrutturi ta’ appoġġ li jiffaċilitaw it-twettiq ta’ reati terroristiċi.

(15)

L-għoti ta’ appoġġ materjali għat-terroriżmu permezz ta’ persuni involuti fi jew li jaġixxu bħala intermedjarji fil-provvista jew il-moviment ta’ servizzi, assi u merkanzija, inklużi transazzjonijiet kummerċjali li jinvolvu d-dħul fi jew il-ħruġ mill-Unjoni, bħall-bejgħ, l-akkwist jew l-iskambju ta’ oġġett kulturali ta’ interess arkeoloġiku, artistiku, storiku jew xjentifiku li jitneħħa illegalment minn żona kkontrollata minn grupp terroristiku fil-mument tat-tneħħija, jenħtieġ li jkun punibbli, fl-Istati Membri, bħala għajnuna u kompliċità fit-terroriżmu jew bħala finanzjament tat-terroriżmu jekk jitwettaq bl-għarfien li hemm l-intenzjoni li dawn l-operazzjonijiet jew id-dħul minnhom jintuża, totalment jew parzjalment, għall-iskop ta’ terroriżmu jew li ser ikun għall-benefiċċju ta’ gruppi terroristiċi. Jistgħu jkunu meħtieġa miżuri ulterjuri bil-ħsieb li jiġi miġġieled b’mod effettiv il-kummerċ illeċitu ta’ oġġetti kulturali bħala sors ta’ dħul għal gruppi terroristiċi.

(16)

Jenħtieġ li t-tentattiv ta’ vvjaġġar ‘il barra mill-pajjiż għall-iskop ta’ terroriżmu, biex jingħata taħriġ għal terroriżmu u għar-reklutaġġ għat-terroriżmu jkunu punibbli.

(17)

Fir-rigward ta’ reati kriminali previsti f’din id-Direttiva, il-kunċett tal-intenzjoni għandu jiġi applikat għall-elementi kollha li jikkostitwixxu dawk ir-reati. In-natura intenzjonali ta’ att jew ommissjoni tista’ tiġi dedotta minn ċirkostanzi oġġettivi u fattwali.

(18)

Jenħtieġ li jingħataw pieni u sanzjonijiet lil persuni fiżiċi u ġuridiċi li jkunu responsabbli għal dawn it-tipi ta’ reati, li jirriflettu l-gravità ta’ tali reati.

(19)

Meta r-reklutaġġ u t-taħriġ għal skopijiet ta’ terroriżmu jkunu diretti lejn it-tfal, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-imħallfin ikunu jistgħu iqisu din iċ-ċirkostanza meta jkunu qed jagħtu sentenzi lil min iwettaq ir-reati, għalkemm jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda obbligu fuq l-imħallfin biex is-sentenza tiżdied. Jibqa’ fid-diskrezzjoni tal-imħallef li jivvaluta dik iċ-ċirkostanza flimkien mal-fatti l-oħrajn tal-każ partikolari.

(20)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ta’ ġurisdizzjoni biex jiġi żgurat li r-reati stipulati f’din id-Direttiva jistgħu jitmexxew b’mod effettiv. B’mod partikolari, jidher adatt li tiġi stabbilita ġurisdizzjoni għar-reati mwettqa mill-fornituri ta’ taħriġ għat-terroriżmu, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, fid-dawl tal-effetti possibbli ta’ tali mġiba fit-territorju tal-Unjoni u tal-konnessjoni materjali mill-qrib bejn ir-reati ta’ għoti u riċeviment ta’ taħriġ għat-terroriżmu.

(21)

Sabiex jiġi żgurat is-suċċess ta’ investigazzjonijiet u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi, reati relatati ma’ grupp terroristiku jew reati relatati ma’ attivitajiet terroristiċi, dawk responsabbli mill-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ tali reati jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jagħmlu użu minn għodod investigattivi effettivi bħal dawk li jintużaw fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew reati serji oħra. L-użu ta’ tali għodod, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jenħtieġ li jkun immirat u li jieħu kont tal-prinċipju tal-proporzjonalità u n-natura u l-gravità tar-reati li jkunu qegħdin jiġu investigati u jenħtieġ li jirrispetta d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Jenħtieġ li, fejn adatt, tali għodod jinkludu, pereżempju, it-tfittxija ta’ kwalunkwe proprjetà personali, l-interċettazzjoni ta’ komunikazzjonijiet, is-sorveljanza bil-moħbi inkluża s-sorveljanza elettronika, it-teħid u ż-żamma ta’ reġistrazzjonijiet tal-awdjo, f’vetturi u postijiet privati jew pubbliċi, u ta’ immaġnijiet ta’ persuni f’vetturi u postijiet pubbliċi u investigazzjonijiet finanzjarji.

(22)

Mezz effettiv fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fuq l-Internet hu li l-kontenut online li jikkostitwixxi provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku jitneħħa mis-sors tiegħu. L-Istati Membri jenħtieġ li jużaw l-aqwa sforzi tagħhom biex jikkooperaw ma’ pajjiżi terzi biex ifittxu li jiżguraw li jitneħħa l-kontenut online li jikkostitwixxi provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku minn servers fit-territorju. Madankollu, meta t-tneħħija ta’ tali kontenut mis-sors tiegħu ma tkunx fattibbli, jistgħu wkoll jiġu stabbiliti mekkaniżmi li jimblokkaw l-aċċess għal tali kontenut mit-territorju tal-Unjoni. Il-miżuri meħudin mill-Istati Membri f’konformità ma’ din id-Direttiva sabiex ineħħu kontenut online li jikkostitwixxi provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku jew, fejn dan ma jkunx fattibbli, biex jimblokkaw l-aċċess għal tali kontenut, jistgħu jkunu bbażati fuq azzjoni pubblika, bħal azzjoni leġislattiva, non-leġislattiva jew ġudizzjarja. F’dak il-kuntest, din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-azzjoni volontarja meħuda mill-industrija tal-Internet biex tipprevjeni l-użu ħażin tas-servizzi tagħha, jew għal kwalunkwe appoġġ għal tali azzjoni mill-Istati Membri, bħall-identifikazzjoni u s-senjalazzjoni ta’ kontenut terroristiku. Irrispettivament mill-bażi għall-azzjoni jew il-metodu magħżul, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jkun hemm livell adegwat ta’ ċertezza legali u prevedibbiltà għall-utenti u l-fornituri ta’ servizzi u l-possibbiltà ta’ rimedju ġudizzjarju f’konformità mal-liġi nazzjonali. Kwalunkwe miżura ta’ dan it-tip għandha tikkunsidra d-drittijiet tal-utenti finali u tikkonforma ma’ proċeduri legali u ġudizzjarji eżistenti u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta).

(23)

It-tneħħija ta’ kontenut online li jikkostitwixxi provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku jew, fejn dawn ma jkunx fattibbli, l-imblukkar tal-aċċess għal dan il-kontenut, f’konformità ma’ din id-Direttiva, jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). B’mod partikolari, jenħtieġ li ma jiġi impost l-ebda obbligu ġenerali fuq il-fornituri ta’ servizzi li jwettqu monitoraġġ tal-informazzjoni li jittrasmettu jew jaħżnu, u lanqas li jikxfu b’mod attiv fatti jew ċirkostanzi li jindikaw attività illegali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting ma jinżammux responsabbli dment li ma jkollhomx għarfien reali ta’ attività illegali jew informazzjoni u ma jkunux konxji mill-fatti jew iċ-ċirkostanzi li minnhom toħroġ ċara l-attività illegali jew l-informazzjoni.

(24)

Bil-għan li l-ġlieda kontra t-terroriżmu tkun waħda effettiva, hu ta’ importanza kruċjali li jsir skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li titqies rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-aġenziji tal-Unjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-informazzjoni tiġi skambjata b’mod effettiv u f’waqtu f’konformità mal-liġi nazzjonali u l-qafas legali eżistenti tal-Unjoni, bħalma huma d-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI (12) u d-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) Meta l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jkunu qegħdin jikkunsidraw jekk għandhiex tiġi skambjata informazzjoni rilevanti, jenħtieġ li jqisu t-theddida serja li jippreżentaw ir-reati terroristiċi.

(25)

Bil-għan li jissaħħaħ il-qafas eżistenti dwar l-iskambju ta’ informazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, kif stabbilit fid-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti miġbura mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fil-qafas ta’ proċedimenti kriminali, per eżempju, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, il-prosekuturi jew l-imħallfin investigattivi, tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti rispettivi ta’ Stat Membru ieħor li lilhom huma jikkunsidraw li din l-informazzjoni tista’ tkun rilevanti. Bħala minimu, tali informazzjoni rilevanti jenħtieġ li tinkludi, kif adatt, l-informazzjoni li tiġi trasmessa lill-Europol jew l-Eurojust f’konformità mad-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI. Din hi soġġetta għar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, kif stipulat fid-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-qafas ta’ proċedimenti kriminali, bħal dawk stipulati fid-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) jew id-Deċiżjoni Kwadru 2006/960/ĠAI.

(26)

L-informazzjoni rilevanti miġbura mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qafas ta’ proċedimenti kriminali b’rabta ma’ reati terroristiċi jenħtieġ li tiġi skambjata. Hu mifhum li t-terminu “proċedimenti kriminali” jkopri l-istadji kollha tal-proċedimenti, mill-mument meta persuna tkun suspettata jew akkużata li wettqet reat kriminali sa meta ssir definittiva d-deċiżjoni dwar id-determinazzjoni finali dwar jekk dik il-persuna tkunx wettqet ir-reat kriminali kkonċernat.

(27)

L-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw miżuri ta’ protezzjoni, appoġġ u assistenza li jwieġbu għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-vittmi tat-terroriżmu, f’konformità mad-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) u kif ikkwalifikati ulterjorment minn din id-Direttiva. Vittma tat-terroriżmu hija dik definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/29/UE, jiġifieri persuna fiżika li tkun ġarrbet dannu, inkluż dannu fiżiku, mentali, emozzjonali jew ekonomiku, meta dak ikun ġie kkawżat direttament minn reat terroristiku, jew membru tal-familja ta’ persuna li l-mewt tagħha kienet ikkawżata direttament minn reat terroristiku u li tkun ġarrbet dannu bħala riżultat tal-mewt ta’ dik il-persuna. Il-membri tal-familja ta’ vittmi superstiti tat-terroriżmu, kif definit f’dak l-Artikolu, għandhom aċċess għal servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi u miżuri ta’ protezzjoni f’konformità ma’ dik id-Direttiva.

(28)

L-assistenza b’rabta mat-talbiet ta’ kumpens tal-vittmi hi mingħajr preġudizzju u supplimentari għall-assistenza li jirċievu l-vittmi tat-terroriżmu mingħand l-awtoritajiet ta’ assistenza f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE (17). Din hija mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali dwar ir-rappreżentanza legali għal talbiet ta’ kumpens, inkluż permezz ta’ arranġamenti ta’ għajnuna legali, u għal kwalunkwe regola nazzjonali rilevanti oħra dwar il-kumpens.

(29)

L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li fi ħdan l-infrastruttura nazzjonali ta’ rispons għall-emerġenzi jingħata rispons komprensiv għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ vittmi tat-terroriżmu immedjatament wara attakk terroristiku u sakemm ikun meħtieġ. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sit web uniku u aġġornat bl-informazzjoni rilevanti kollha u ċentru ta’ appoġġ f’emerġenza għall-vittmi u l-membri tal-familja tagħhom li jipprovdi l-ewwel għajnuna psikoloġika u appoġġ emozzjonali. L-inizjattivi tal-Istati Membri f’dan ir-rigward għandhom jiġu appoġġjati billi jsir użu sħiħ mill-mekkaniżmi u r-riżorsi ta’ assistenza komuni disponibbli fil-livell tal-Unjoni. Is-servizzi ta’ appoġġ jenħtieġ li jieħdu kont tal-fatt li l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ vittmi tat-terroriżmu jistgħu jevolvu maż-żmien. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li s-servizzi ta’ appoġġ jindirizzaw l-ewwel nett tal-inqas il-ħtiġijiet emozzjonali u psikoloġiċi tal-vittmi tat-terroriżmu li jkunu l-aktar vulnerabbli, u li jinformaw lill-vittmi kollha tat-terroriżmu dwar id-disponibbiltà ta’ aktar appoġġ emozzjonali u psikoloġiku inkluż appoġġ u konsulenza f’każ ta’ trawma.

(30)

L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-vittmi kollha tat-terroriżmu jkollhom aċċess għal informazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi, is-servizzi ta’ appoġġ disponibbli u l-iskemi ta’ kumpens fl-Istat Membru fejn ikun twettaq ir-reat terroristiku. L-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jieħdu azzjoni adatta biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni ma’ xulxin sabiex jiġi żgurat li l-vittmi tat-terroriżmu li jkunu residenti ta’ Stat Membru li mhuwiex dak fejn ikun twettaq ir-reat terroristiku, jkollhom aċċess effettiv għal tali informazzjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-vittmi tat-terroriżmu jkollhom aċċess għal servizzi ta’ appoġġ fit-tul fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom, anki jekk ir-reat terroristiku jkun seħħ fi Stat Membru ieħor.

(31)

Kif rifless fl-Istrateġija riveduta tal-UEgħall-Ġlieda kontra r-Radikalizzazzjoni u r-Reklutaġġ għat-Terroriżmu tal-2014 u fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar it-titjib tar-reazzjoni tal-ġustizzja kriminali għar-radikalizzazzjoni li twassal għat-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti tal-2015, il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ għat-terroriżmu, inkluż ir-radikalizzazzjoni online, teħtieġ approċċ fit-tul, proattiv u komprensiv. Jenħtieġ li dan l-approċċ jikkombina miżuri fil-qasam tal-ġustizzja kriminali ma’ politiki fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni, kif ukoll il-forniment ta’ programmi effettivi ta’ deradikalizzazzjoni jew diżimpenn u ta’ ħruġ jew riabilitazzjoni, inkluż fil-kuntest tal-ħabs u l-probation. L-Istati Membri jenħtieġ li jikkondividu l-aħjar prattiki dwar miżuri u proġetti effettivi f’dan il-qasam, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġellieda terroristi barranin kif ukoll dawk li jirritornaw, fejn xieraq f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-aġenziji u l-korpi rilevanti tal-Unjoni.

(32)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jippersistu bl-isforzi tagħhom biex jipprevjenu u jiġġieldu r-radikalizzazzjoni li twassal għat-terroriżmu permezz ta’ koordinazzjoni, ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni u esperjenzi dwar politiki nazzjonali ta’ prevenzjoni, u ta’ implimentazzjoni jew, skont il-każ, aġġornament tal-politiki nazzjonali ta’ prevenzjoni filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet, l-objettivi u l-kapaċitajiet tagħhom stess abbażi tal-esperjenzi tagħhom stess. Fejn xieraq, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali fl-iżvilupp ta’ politiki ta’ prevenzjoni.

(33)

Skont il-ħtiġijiet rilevanti u ċ-ċirkostanzi partikolari f’kull Stat Membru, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu appoġġ lill-professjonisti, inkluż lis-sħab tas-soċjetà ċivili li x’aktarx jidħlu f’kuntatt ma’ persuni vulnerabbli għar-radikalizzazzjoni. Dawn il-miżuri ta’ appoġġ jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, taħriġ u miżuri li jqajmu kuxjenza li għandhom l-għan li jippermettilhom jidentifikaw u jindirizzaw sinjali ta’ radikalizzazzjoni. Fejn xieraq, jenħtieġ li tali miżuri jittieħdu f’kooperazzjoni ma’ kumpanniji privati, organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili, komunitajiet lokali u partijiet ikkonċernati oħra.

(34)

Minħabba li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-ħtieġa ta’ regoli armonizzati għall-Unjoni kollha, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TFU). F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(35)

Din id-Direttiva tirrispetta l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 2 tat-TUE, tirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti, b’mod partikolari, mill-Karta, inklużi dawk stabbiliti fit-Titoli II, III, V u VI tagħha li jinkludu, fost l-oħrajn, id-dritt għal-libertà u s-sigurtà, il-libertà tal-espressjoni u informazzjoni, il-libertà ta’ assoċjazzjoni u l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, il-projbizzjoni ġenerali ta’ diskriminazzjoni b’mod partikolari abbażi ta’ razza, kulur, etniċità jew oriġini soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, politika jew kull opinjoni oħra, id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u familjari u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, il-prinċipji tal-legalità u l-proporzjonalità tar-reati kriminali u l-pieni, u tkopri wkoll r-rekwiżit tal-preċiżjoni, iċ-ċarezza u l-prevedibbiltà fil-liġi kriminali, il-preżunzjoni tal-innoċenza kif ukoll il-libertà tal-moviment kif stipulat fl-Artikolu 21(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u fid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). Din id-Direttiva trid tiġi implimentata f’konformità ma’ dawk id-drittijiet u l-prinċipji filwaqt li jittieħed kont ukoll tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u obbligi oħra dwar id-drittijiet tal-bniedem skont id-dritt internazzjonali.

(36)

Din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni rigward id-drittijiet proċedurali ta’ persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali.

(37)

Jenħtieġ li din id-Direttiva ma jkollhiex l-effett li tbiddel id-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri skont id-dritt internazzjonali, inkluż skont id-dritt umanitarju internazzjonali. Din id-Direttiva ma tirregolax l-attivitajiet tal-forzi armati matul perijodi ta’ kunflitt armat, li huma rregolati mid-dritt umanitarju internazzjonali skont it-tifsira ta’ dawn it-termini f’dik il-liġi, u sakemm dawn huma regolati minn regoli oħra tad-dritt internazzjonali, attivitajiet tal-forzi militari ta’ Stat fit-tħaddim tal-obbligi uffiċjali tagħhom.

(38)

Il-forniment ta’ attivitajiet umanitarji minn organizzazzjonijiet umanitarji imparzjali rikonoxxuti mid-dritt internazzjonali, inkluż id-dritt umanitarju internazzjonali, ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’kont meħud tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(39)

L-implimentazzjoni tal-miżuri fil-liġi kriminali adottati skont din id-Direttiva jenħtieġ li tkun proporzjonali għan-natura u ċ-ċirkostanzi tar-reat, fir-rigward tal-miri leġittimi segwiti u tal-ħtieġa tagħhom f’soċjetà demokratika, u jenħtieġ li teskludi kwalunkwe forma ta’ arbitrarjetà, razziżmu jew diskriminazzjoni.

(40)

Ma hemm xejn f’din id-Direttiva li jenħtieġ li jiġi interpretat li hu maħsub li jnaqqas jew jirrestrinġi t-tixrid ta’ informazzjoni għal finijiet xjentifiċi, akkademiċi jew ta’ rappurtar. L-espressjoni ta’ fehmiet radikali, polemiċi jew kontroversjali fid-dibattitu pubbliku dwar kwistjonijiet politiċi sensittivi, ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, b’mod partikolari, tad-definizzjoni ta’ provokazzjoni pubblika għat-twettiq ta’ reati terroristiċi.

(41)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u t-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, dawk l-Istati Membri mhumiex qegħdin jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhumiex marbutin biha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

(42)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-TUEu t-TFUE, id-Danimarka mhijiex ser tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(43)

Għalhekk, jenħtieġ li din id-Direttiva tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI fir-rigward tal-Istati Membri marbutin b’din id-Direttiva u temenda d-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

TITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi rigward id-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet fil-qasam ta’ reati terroristiċi, reati relatati ma’ grupp terroristiku u reati relatati ma’ attivitajiet terroristiċi, kif ukoll miżuri ta’ protezzjoni, appoġġ u assistenza għall-vittmi tat-terroriżmu.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“fondi” tfisser assi ta’ kull tip, kemm tanġibbli kif ukoll intanġibbli, mobbli kif ukoll immobbli, irrispettivament minn kif jinkisbu, u dokumenti jew strumenti legali ta’ kwalunkwe forma, fosthom elettroniċi jew diġitali, li jixhdu dritt għal assi ta’ dan it-tip jew interess fihom, inkluż, iżda mhux limitati għal, krediti bankarji, ċekkijiet tal-vjaġġaturi, ċekkijiet bankarji, ordnijiet ta’ flus, ishma, titoli, bonds, abbozzi, ittri ta’ kreditu,

(2)

“persuna ġuridika” tfisser kwalunkwe entità li jkollha personalità ġuridika skont il-liġi applikabbli, minbarra Stati jew korpi pubbliċi fl-eżerċizzju tal-awtorità statali u organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi,

(3)

“grupp terroristiku” tfisser grupp strutturat ta’ aktar minn żewġ persuni, stabbilit għal perijodu ta’ żmien u li jaġixxi b’mod unit sabiex iwettaq reati terroristiċi; “grupp strutturat” tfisser grupp li ma ġiex iffurmat b’mod każwali għat-twettiq immedjat ta’ reat u li mhux meħtieġ li jkollu rwoli definiti formalment għall-membri tiegħu, kontinwità fis-sħubija tiegħu jew struttura żviluppata.

TITOLU II

REATI TERRORISTIĊI U REATI RELATATI MA’ GRUPP TERRORISTIKU

Artikolu 3

Reati terroristiċi

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-atti intenzjonati li ġejjin, kif definiti bħala reati skont il-liġi nazzjonali, li, minħabba n-natura jew il-kuntest tagħhom, jistgħu joħolqu dannu serju għal pajjiż jew organizzazzjoni internazzjonali, huma definiti bħala reati terroristiċi meta jitwettqu b’wieħed mill-għanijiet elenkati fil-paragrafu 2:

(a)

attakki fuq il-ħajja ta’ persuna li jistgħu jikkaġunaw il-mewt;

(b)

attakki fuq l-integrità fiżika ta’ persuna;

(c)

il-ħtif ta’ persuna jew teħid ta’ ostaġġi;

(d)

l-ikkawżar ta’ qerda estensiva fuq faċilità tal-gvern jew pubblika, sistema ta’ trasport, faċilità infrastrutturali, li tinkludi sistema ta’ informazzjoni, pjattaforma fissa li tkun tinsab fuq il-blata kontinentali, post pubbliku jew proprjetà privata li x’aktarx li tipperikola l-ħajja tal-bniedem jew tirriżulta f’telf ekonomiku kbir;

(e)

il-ħtif ta’ inġenji tal-ajru, vapuri jew mezzi oħra tat-trasport pubbliku jew tal-merkanzija;

(f)

il-manifattura, il-pussess, l-akkwist, it-trasport, il-provvista jew l-użu ta’ splussivi jew armi, inklużi armi kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi jew nukleari, kif ukoll ir-riċerka rigward l-armi kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi jew nukleari u l-iżvilupp tagħhom;

(g)

ir-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi, jew l-ikkawżar ta’ nirien, għargħar jew splużjonijiet li l-effett tagħhom ikun li jipperikolaw il-ħajja tal-bniedem;

(h)

l-interferenza jew it-tfixkil fil-provvista tal-ilma, tal-elettriku jew kwalunkwe riżorsa naturali fundamentali oħra li l-effett tiegħu jkun li jipperikola l-ħajja tal-bniedem;

(i)

l-interferenza illegali fis-sistema, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) f’każijiet fejn japplika l-Artikolu 9(3) jew il-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 9(4) ta’ dik id-Direttiva, u interferenza illegali fid-data, kif imsemmi fl-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva f’każijiet fejn japplika il-punt (c) tal-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva;

(j)

theddid li jitwettaq kwalunkwe wieħed mill-atti elenkati fil-punti (a) sa (i).

2.   L-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma:

(a)

intimidazzjoni serja tal-popolazzjoni;

(b)

ġegħil mhux xieraq lil gvern jew organizzazzjoni internazzjonali biex iwettqu jew jibqgħu lura milli jwettqu kwalunkwe att;

(c)

destabbilizzazzjoni serja jew qerda tal-istrutturi politiċi, kostituzzjonali, ekonomiċi jew soċjali fundamentali ta’ pajjiż jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali.

Artikolu 4

Reati relatati ma’ grupp terroristiku

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, meta jitwettqu intenzjonalment, l-atti li ġejjin ikunu punibbli bħala reat kriminali:

(a)

it-tmexxija ta’ grupp terroristiku;

(b)

il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ grupp terroristiku, inkluż bl-għoti ta’ informazzjoni jew riżorsi materjali, jew bil-finanzjament tal-attivitajiet tiegħu bi kwalunkwe mod, bl-għarfien li tali parteċipazzjoni ser tikkontribwixxi għall-attivitajiet kriminali tal-grupp terroristiku.

TITOLU III

REATI RELATATI MA’ ATTIVITAJIET TERRORISTIĊI

Artikolu 5

Provokazzjoni pubblika biex jitwettaq reat terroristiku

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-distribuzzjoni, jew inkella t-tqegħid għad-dispożizzjoni bi kwalunkwe mezz, online jew offline, ta’ messaġġ lill-pubbliku, bl-intenzjoni li jinċita t-twettiq ta’ wieħed mir-reati elenkati fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1), fejn tali mġiba, direttament jew indirettament, bħal pereżempju bil-glorifikazzjoni ta’ atti terroristiċi, tippromwovi t-twettiq ta’ reati terroristiċi, u b’hekk toħloq periklu li jitwettaq jew jitwettqu wieħed jew aktar minn tali reati, ikun punibbli bħala reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment.

Artikolu 6

Ir-reklutaġġ għat-terroriżmu

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-att li wieħed jitlob lil persuna oħra biex twettaq jew tikkontribwixxi għat-twettiq ta’ wieħed mir-reati elenkati fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1), jew fl-Artikolu 4, ikun punibbli bħala reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment.

Artikolu 7

Għoti ta’ taħriġ għat-terroriżmu

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-għoti ta’ struzzjonijiet dwar il-produzzjoni jew l-użu ta’ splussivi, armi tan-nar jew armi oħra jew ta’ sustanzi tossiċi jew perikolużi, jew dwar metodi jew tekniki speċifiċi oħra, għall-fini li jitwettaq, jew li jsir kontribut għat-twettiq ta’, wieħed mir-reati elenkati fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1), bl-għarfien li l-ħiliet ipprovduti huma maħsuba li jintużaw għal dan il-fini, ikun punibbli bħala reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment.

Artikolu 8

Riċeviment ta’ taħriġ għat-terroriżmu

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-riċeviment ta’ struzzjoni dwar il-produzzjoni jew l-użu ta’ splussivi, armi tan-nar jew armi oħra jew f’sustanzi tossiċi jew perikolużi, jew dwar metodi jew tekniki speċifiċi oħra, għall-fini li jitwettaq, jew li jsir kontribut għat-twettiq ta’, wieħed mir-reati elenkati fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) ikun punibbli bħala reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment.

Artikolu 9

Vjaġġar għall-fini ta’ terroriżmu

1.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-ivvjaġġar lejn pajjiż li mhuwiex dak l-Istat Membru għall-fini li jitwettaq, jew li jsir kontribut għat-twettiq ta’, reat terroristiku kif imsemmi fl-Artikolu 3, għall-fini tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ grupp terroristiku bl-għarfien tal-fatt li tali parteċipazzjoni ser tikkontribwixxi għall-attivitajiet kriminali ta’ tali grupp kif imsemmi fl-Artikolu 4, jew għall-fini li jingħata jew jiġi riċevut taħriġ għat-terroriżmu kif imsemmi fl-Artikoli 7 u 8, ikun punibbli bħala reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment.

2.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li xi waħda mit-tipi ta’ mġiba li ġejjin tkun punibbli bħala reat kriminali meta titwettaq intenzjonalment:

(a)

l-ivvjaġġar lejn dak l-Istat Membru għall-fini li jitwettaq, jew li jsir kontribut għat-twettiq ta’, reat terroristiku kif imsemmi fl-Artikolu 3, għall-fini tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ grupp terroristiku bl-għarfien tal-fatt li tali parteċipazzjoni ser tikkontribwixxi għall-attivitajiet kriminali ta’ tali grupp kif imsemmi fl-Artikolu 4, jew għall-fini li jingħata jew jiġi riċevut taħriġ għat-terroriżmu kif imsemmi fl-Artikoli 7 u 8; jew

(b)

atti preparatorji mwettqa minn persuna li tidħol f’dak l-Istat Membru bl-intenzjoni li twettaq, jew tikkontribwixxi għat-twettiq ta’, reat terroristiku kif imsemmi fl-Artikolu 3.

Artikolu 10

Organizzazzjoni jew faċilitazzjoni xort’oħra tal-ivvjaġġar għall-fini tat-terroriżmu

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe att ta’ organizzazzjoni jew faċilitazzjoni li jgħin lil kwalunkwe persuna biex tivvjaġġa għall-fini ta’ terroriżmu, kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 9(2), bl-għarfien li l-assistenza mogħtija hija għal dak il-għan, hija punibbli bħala reat kriminali meta titwettaq intenzjonalment.

Artikolu 11

Finanzjament tat-terroriżmu

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-għoti jew il-ġbir ta’ fondi, bi kwalunkwe mezz, direttament jew indirettament, bl-intenzjoni li dawn jintużaw, jew bl-għarfien li dawn ser jintużaw, totalment jew parzjalment, biex jitwettaq, jew biex isir kontribut għat-twettiq ta’, kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 10 ikun punibbli bħala reat kriminali li twettaq b’mod intenzjonali.

2.   Fejn il-finanzjament tat-terroriżmu kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jikkonċerna kwalunkwe wieħed mir-reati stipulati fl-Artikoli 3, 4 u 9, ma għandux ikun meħtieġ li l-fondi fil-fatt jintużaw, totalment jew parzjalment, biex jitwettaq, jew biex isir kontribut għat-twettiq ta’, kwalunkwe wieħed minn dawk ir-reati, u lanqas ma għandu jkun meħtieġ li min iwettaq ir-reat ikun jaf għal liema reat speċifiku jew reati speċifiċi ser jintużaw il-fondi.

Artikolu 12

Reati oħra relatati ma’ attivitajiet terroristiċi

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati relatati ma’ attivitajiet terroristiċi jinkludu l-atti intenzjonali li ġejjin:

(a)

serq aggravat bil-ħsieb tat-twettiq ta’ wieħed mir-reati elenkati fl-Artikolu 3;

(b)

estorsjoni bil-ħsieb tat-twettiq ta’ wieħed mir-reati elenkati fl-Artikolu 3;

(c)

tfassil jew użu ta’ dokumenti amministrattivi foloz bil-ħsieb tat-twettiq ta’ wieħed mir-reati elenkati fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1), il-punt (b) tal-Artikolu 4, u l-Artikolu 9.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI RELATATI MA’ REATI TERRORISTIĊI, REATI RELATATI MA’ GRUPP TERRORISTIKU U REATI RELATATI MA’ ATTIVITAJIET TERRORISTIĊI

Artikolu 13

Relazzjonijiet ma’ reati terroristiċi

Sabiex ikun punibbli reat imsemmi fl-Artikolu 4 jew it-Titolu III, ma għandux ikun meħtieġ li fil-fatt jitwettaq reat terroristiku, u lanqas ma għandu jkun meħtieġ, sa fejn huma kkonċernati r-reati msemmija fl-Artikoli 5 sa 10 u 12, li tiġi stabbilita rabta ma’ reat speċifiku ieħor stipulat f’din id-Direttiva.

Artikolu 14

Għajnuna u kompliċità, inċitazzjoni u tentattiv

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li tkun punibbli l-għajnuna jew il-kompliċità f’reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 8, 11 u 12.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li tkun punibbli l-inċitazzjoni ta’ reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 12.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jkun punibbli t-tentattiv li jitwettaq reat imsemmi fl-Artikoli 3, 6, 7, l-Artikolu 9(1), il-punt (a) tal-Artikolu 9(2), u l-Artikoli 11 u 12, bl-eċċezzjoni tal-pussess kif previst fil-punt (f) tal-Artikolu 3(1) u r-reat imsemmi fil-punt (j) tal-Artikolu 3(1).

Artikolu 15

Pieni għal persuni fiżiċi

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 12 u 14 ikunu punibbli b’pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi, li jistgħu jinvolvu ċ-ċediment jew l-estradizzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati terroristiċi msemmija fl-Artikolu 3 u r-reati msemmija fl-Artikolu 14, safejn dawn ikunu relatati ma’ reati terroristiċi, ikunu punibbli b’pieni ta’ kustodja eħrex minn dawk imponibbli skont il-liġi nazzjonali għal tali reati fin-nuqqas tal-intenzjoni speċjali meħtieġa skont l-Artikolu 3, ħlief fejn is-sentenzi imponibbli jkunu diġà s-sentenzi massimi possibbli skont il-liġi nazzjonali.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati elenkati fl-Artikolu 4 jkunu punibbli b’pieni ta’ kustodja, b’sentenza massima ta’ mhux inqas minn ħmistax-il sena għar-reat imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 4, u għar-reati elenkati fil-punt (b) tal-Artikolu 4 sentenza massima ta’ mhux inqas minn tmien snin. Fejn ir-reat terroristiku msemmi fil-punt (j) tal-Artikolu 3(1) jitwettaq minn persuna li tmexxi grupp terroristiku kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 4, is-sentenza massima ma għandhiex tkun inqas minn tmien snin.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li meta reat kriminali msemmi fl-Artikoli 6 jew 7 jkun dirett lejn it-tfal, f’konformità mal-liġi nazzjonali, dan jista’ jitqies fl-għoti tas-sentenza.

Artikolu 16

Ċirkostanzi mitiganti

L-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-pieni msemmija fl-Artikolu 15 jistgħu jitnaqqsu jekk min iwettaq ir-reat:

(a)

jieqaf mill-attività terroristika, u

(b)

jipprovdi lill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji informazzjoni li huma ma kinux kapaċi jiksbu mod ieħor, li tgħinhom biex:

(i)

jipprevjenu jew inaqqsu l-effetti tar-reat;

(ii)

jidentifikaw jew iressqu quddiem il-ġustizzja l-persuni l-oħra li wettqu r-reat;

(iii)

isibu provi; jew

(iv)

jipprevjenu reati ulterjuri msemmija fl-Artikoli 3 sa 12 u 14.

Artikolu 17

Responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għal kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 12 u 14 imwettaq għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi kemm b’mod individwali kif ukoll bħala parti minn organu tal-persuna ġuridika, u li jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija fil-persuna ġuridika, abbażi ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

setgħa li tirrappreżenta lill-persuna ġuridika;

(b)

awtorità li tieħu deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika;

(c)

awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu wkoll il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli fejn in-nuqqas ta’ superviżjoni jew kontroll minn persuna msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkun ippermetta t-twettiq ta’ kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 12 u 14 għall-benefiċċju ta’ dik il-persuna ġuridika minn persuna taħt l-awtorità tagħha.

3.   Ir-responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex teskludi proċedimenti kriminali kontra persuni fiżiċi li jkunu awturi, inċitaturi jew aċċessorji fi kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 12 u 14.

Artikolu 18

Sanzjonijiet għal persuni ġuridiċi

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuna ġuridika li tinżamm responsabbli skont l-Artikolu 17 tkun punibbli permezz ta’ sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali u jistgħu jinkludu sanzjonijiet oħra, bħal:

(a)

l-esklużjoni mid-dritt għal benefiċċji pubbliċi jew għajnuna pubblika;

(b)

l-iskwalifikar temporanju jew permanenti mill-eżerċizzju ta’ attivitajiet kummerċjali;

(c)

it-tqegħid taħt sorveljanza ġudizzjarja;

(d)

ordni ġudizzjarja ta’ stralċ;

(e)

l-għeluq temporanju jew permanenti ta’ stabbilimenti li jkunu ntużaw biex jitwettaq ir-reat.

Artikolu 19

Ġurisdizzjoni u prosekuzzjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu b’rabta ma’ reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 12 u 14 fejn:

(a)

ir-reat jitwettaq totalment jew parzjalment fit-territorju tiegħu;

(b)

ir-reat jitwettaq abbord bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jew inġenju tal-ajru rreġistrat hemmhekk;

(c)

min iwettaq ir-reat ikun wieħed miċ-ċittadini jew ir-residenti tiegħu;

(d)

ir-reat jitwettaq għall-benefiċċju ta’ persuna ġuridika stabbilita fit-territorju tiegħu;

(e)

ir-reat jitwettaq kontra l-istituzzjonijiet jew il-poplu tal-Istat Membru inkwistjoni jew kontra istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni li tkun ibbażata f’dak l-Istat Membru.

Kull Stat Membru jista’ jestendi l-ġurisdizzjoni tiegħu jekk ir-reat jitwettaq fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

2.   Kull Stat Membru jista’ jestendi l-ġurisdizzjoni tiegħu għall-għoti ta’ taħriġ għat-terroriżmu kif imsemmi fl-Artikolu 7, fejn min iwettaq ir-reat jipprovdi taħriġ liċ-ċittadini jew lir-residenti tiegħu, fil-każijiet fejn ma japplikax il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.

3.   Meta reat jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ iktar minn Stat Membru wieħed u meta kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri kkonċernati jista’ jwettaq prosekuzzjoni valida abbażi tal-istess fatti, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw sabiex jiddeċiedu liema minnhom ser iwettaq il-prosekuzzjoni kontra dawk li jwettqu r-reat bil-għan, fejn possibbli, li jiċċentralizzaw il-proċedimenti fi Stat Membru wieħed. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jirrikorru għall-Eurojust sabiex jiffaċilitaw kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tagħhom u l-koordinazzjoni tal-azzjoni tagħhom.

Għandu jittieħed kont tal-fatturi li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru għandu jkun dak fejn ikun wettaq ir-reat,

(b)

l-Istat Membru għandu jkun dak li tiegħu min jikkommetti reat ikun ċittadin jew residenti,

(c)

l-Istat Membru għandu jkun il-pajjiż ta’ oriġini tal-vittmi,

(d)

l-Istat Membru għandu jkun dak li fit-territorju tiegħu jkun instab minn jikkommetti r-reat.

4.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi wkoll il-ġurisdizzjoni tiegħu fuq ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 12 u 14 fil-każijiet fejn jirrifjuta li jċedi jew jestradixxi persuna suspettata jew li nstabet ħatja ta’ tali reat lejn Stat Membru ieħor jew lejn pajjiż terz.

5.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-ġurisdizzjoni tiegħu tkopri każijiet li fihom kwalunkwe reat msemmi fl-Artikoli 4 u 14 twettaq totalment jew parzjalment fit-territorju tiegħu, irrispettivament minn fejn il-grupp terroristiku jkun ibbażat jew iwettaq l-attivitajiet kriminali tiegħu.

6.   Dan l-Artikolu ma għandux jeskludi l-eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni f’materji kriminali kif stipulat minn Stat Membru f’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu.

Artikolu 20

Miżuri ta’ investigazzjoni u konfiska

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li għodod ta’ investigazzjoni effettivi, bħal dawk li jintużaw f’każijiet ta’ kriminalità organizzata jew każijiet oħra ta’ reati kriminali serji, ikunu disponibbli għall-persuni, l-unitajiet jew is-servizzi responsabbli għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati msemmijin fl-Artikoli 3 sa 12.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jiffriżaw jew jikkonfiskaw, kif xieraq, f’konformità mad-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), ir-rikavat li jirriżulta minn u l-mezzi strumentali li jintużaw jew li huma maħsubin li jintużaw fit-twettiq jew il-kontribut għat-twettiq ta’ kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija f’din id-Direttiva.

Artikolu 21

Miżuri kontra kontenut ta’ provokazzjoni pubblika online

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw it-tneħħija fil-pront ta’ kontenut online li jkun jikkostitwixxi provokazzjoni pubblika biex jitwettaq reat terroristiku, kif imsemmi fl-Artikolu 5, li jkun ospitat fit-territorju tagħhom. Huma għandhom ukoll jagħmlu kull sforz biex jiksbu t-tneħħija ta’ tali kontenut ospitat barra mit-territorju tagħhom.

2.   L-Istati Membri jistgħu, meta t-tneħħija tal-kontenut imsemmi fil-paragrafu 1 mis-sors tiegħu ma jkunx fattibbli, jieħdu miżuri biex jimblukkaw l-aċċess għal tali għall-utenti tal-Internet fit-territorju tagħhom.

3.   Il-miżuri ta’ tneħħija u imblukkar iridu jiġu stabbiliti skont proċeduri trasparenti u jipprovdu salvagwardji adegwati, b’mod partikolari biex jiġi żgurat li dawk il-miżuri jkunu limitati għal dak li hu meħtieġ u proporzjonat u li l-utenti jkunu infurmati bir-raġuni għal dawk il-miżuri. Is-salvagwardji relatati mat-tneħħija jew l-imblukkar għandhom jinkludu wkoll il-possibbiltà ta’ rimedju ġudizzjarju.

Artikolu 22

Emendi għad-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI

Id-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

‘reati terroristiċi’: ir-reati msemmija fid-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1)

(*1)  Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).”;"

2.

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-informazzjoni rilevanti miġbura mill-awtoritajiet kompetenti tagħha fil-qafas ta’ proċedimenti kriminali b’rabta ma’ reati terroristiċi tkun aċċessibbli kemm jista’ jkun malajr għall-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, fejn l-informazzjoni tista’ tintuża fil-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi kif imsemmi fid-Direttiva (UE) 2017/541, f’dak l-Istat Membru, jew fuq talba jew spontanjament, u f’konformità mal-liġi nazzjonali u l-istrumenti legali internazzjonali rilevanti.”;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“7.   Il-paragrafu 6 ma japplikax fejn l-iskambju ta’ informazzjoni jista’ jipperikola l-investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin jew is-sikurezza ta’ individwu, u lanqas meta dan imur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istat Membru kkonċernat.

8.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, malli jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jieħdu miżuri f’waqthom f’konformità mal-liġi nazzjonali, kif xieraq.”.

Artikolu 23

Drittijiet u libertajiet fundamentali

1.   Din id-Direttiva ma għandux ikollha l-effett li timmodifika l-obbligi marbutin mar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali, kif stabbiliti fl-Artikolu 6 tat-TUE.

2.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-kondizzjonijiet meħtieġa minn u f’konformità mal-prinċipji fundamentali marbuta mal-libertà tal-istampa u mezzi oħra tax-xandir, li jirregolaw id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-istampa jew mezzi oħra tax-xandir, kif ukoll il-garanziji proċedurali għalihom, fejn tali kondizzjonijiet ikunu marbuta mad-determinazzjoni jew il-limitazzjoni tar-responsabbiltà.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PROTEZZJONI, L-APPOĠĠ U D-DRITTIJIET TA’ VITTMI TAT-TERRORIŻMU

Artikolu 24

Assistenza u appoġġ għall-vittmi tat-terroriżmu

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjoni ta’ reati koperti minn din id-Direttiva ma jiddependux fuq rapport jew akkuża li tkun saret minn vittma tat-terroriżmu jew persuna oħra soġġetta għar-reat, tal-inqas jekk l-atti twettqu fit-territorju tal-Istat Membru.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ servizzi ta’ appoġġ li jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ vittmi tat-terroriżmu f’konformità mad-Direttiva 2012/29/UE u li dawn ikunu disponibbli għall-vittmi tat-terroriżmu immedjatament wara attakk terroristiku u sakemm ikun meħtieġ. Tali servizzi għandhom jingħataw flimkien ma’ jew bħala parti integrali mis-servizzi ġenerali ta’ appoġġ għall-vittmi, li jistgħu jintalbu minn entitajiet eżistenti li jipprovdu appoġġ speċjalizzat.

3.   Is-servizzi ta’ appoġġ għandu jkollhom il-kapaċità li jipprovdu assistenza u appoġġ lil vittmi tat-terroriżmu f’konformità mal-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom. Is-servizzi għandhom ikunu kunfidenzjali, bla ħlas u aċċessibbli faċilment għall-vittmi kollha tat-terroriżmu. Huma għandhom jinkludu b’mod partikolari:

(a)

appoġġ emozzjonali u psikoloġiku, bħal appoġġ u konsulenza b’rabta ma’ trawma;

(b)

l-għoti ta’ pariri u informazzjoni dwar kwalunkwe materja legali, prattika jew finanzjarja rilevanti, inkluż il-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tad-dritt tal-vittmi tat-terroriżmu għall-informazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 26;

(c)

assistenza b’rabta ma’ talbiet rigward kumpens għall-vittmi tat-terroriżmu li tkun disponibbli skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ mekkaniżmi jew protokolli li jippermettu l-attivazzjoni ta’ servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi tat-terroriżmu fil-qafas tal-infrastrutturi nazzjonali tagħhom ta’ rispons għall-emerġenzi. Dawn il-mekkaniżmi jew protokolli għandhom jipprevedu l-koordinazzjoni tal-awtoritajiet, l-aġenziji u l-korpi rilevanti biex ikunu jistgħu jipprovdu rispons komprensiv għall-ħtiġijiet tal-vittmi u l-membri tal-familja tagħhom immedjatament wara attakk terroristiku u sakemm ikun meħtieġ, inkluż mezzi adegwati ta’ faċilitazzjoni tal-identifikazzjoni tal-vittmi u l-familji tagħhom u l-komunikazzjoni magħhom.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħata trattament mediku adegwat lill-vittmi tat-terroriżmu immedjatament wara attakk terroristiku u sakemm ikun meħtieġ. L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jorganizzaw il-forniment ta’ trattament mediku lill-vittmi tat-terroriżmu f’konformità mas-sistemi nazzjonali tagħhom għall-kura tas-saħħa.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi tat-terroriżmu jkollhom aċċess għal għajnuna legali f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2012/29/UE, fejn ikollhom l-istatus ta’ partijiet f’proċedimenti kriminali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gravità u ċ-ċirkostanzi tar-reat kriminali jkunu riflessi kif dovut fil-kondizzjonijiet u r-regoli proċedurali li skont liema l-vittmi tat-terroriżmu jkollhom aċċess għal għajnuna legali f’konformità mal-liġi nazzjonali.

7.   Din id-Direttiva għandha tapplika flimkien mal-miżuri stipulati fid-Direttiva 2012/29/UE u mingħajr preġudizzju għalihom.

Artikolu 25

Protezzjoni tal-vittmi tat-terroriżmu

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli miżuri għall-protezzjoni ta’ vittmi tat-terroriżmu u l-membri tal-familja tagħhom, f’konformità mad-Direttiva 2012/29/UE. Meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk u sa liema punt għandhom jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni matul proċedimenti kriminali, għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-riskju ta’ intimidazzjoni u ritaljazzjoni u lill-ħtieġa li jiġu protetti d-dinjità u l-integrità fiżika tal-vittmi tat-terroriżmu, inkluż matul l-interrogazzjoni u meta jagħtu x-xhieda.

Artikolu 26

Drittijiet tal-vittmi tat-terroriżmu residenti fi Stat Membru ieħor

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi tat-terroriżmu li jkunu residenti fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn ikun twettaq ir-reat terroristiku jkollhom aċċess għal informazzjoni fir-rigward tad-drittijiet tagħhom, is-servizzi ta’ appoġġ u l-iskemi ta’ kumpens disponibbli fl-Istat Membru fejn ikun twettaq ir-reat terroristiku. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu azzjoni adatta biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jew l-entitajiet li jipprovdu appoġġ speċjalizzat biex jiġi żgurat l-aċċess effettiv tal-vittmi tat-terroriżmu għal tali informazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi kollha tat-terroriżmu jkollhom aċċess għall-assistenza u s-servizzi ta’ appoġġ kif stipulat fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 24(3) fit-territorju tal-Istat Membru tar-residenza tagħhom, anki jekk ir-reat terroristiku jkun twettaq fi Stat Membru ieħor.

TITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 27

Sostituzzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI

Id-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI hija sostitwita fir-rigward tal-Istati Membri marbuta b’din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ dawk l-Istati Membri fir-rigward tad-data għat-traspożizzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni Kwadru fil-liġi nazzjonali.

Fir-rigward tal-Istati Membri marbuta b’din id-Direttiva, ir-referenzi għad-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 28

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-8 ta’ Settembru 2018. Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-mument tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir tali referenza għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 29

Rappurtar

1.   Il-Kummissjoni għandha, sat-8 ta’ Marzu 2020, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta sa fejn l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

2.   Il-Kummissjoni għandha, sat-8 ta’ Settembru 2021, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-valur miżjud ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu. Ir-rapport għandu jkopri wkoll l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, inkluż dwar in-nondiskriminazzjoni, dwar l-istat tad-dritt u dwar il-livell ta’ protezzjoni u assistenza pprovduti lill-vittmi tat-terroriżmu. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont id-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra dwar l-eżerċizzju tas-setgħat skont liġijiet kontra t-terroriżmu relatati mat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Abbażi ta’ din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun meħtieġ, tiddeċiedi dwar azzjonijiet ta’ segwitu xierqa.

Artikolu 30

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 31

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta’ Marzu 2017.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

I. BORG


(1)  ĠU C 177, 18.5.2016, p. 51.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Frar 2017 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2017.

(3)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).

(4)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni fir-rigward ta’ reati terroristiċi (ĠU L 253, 29.9.2005, p. 22).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).

(8)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

(9)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/465/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar l-iskwadri ta’ investigazzjoni konġunti (ĠU L 162, 20.6.2002, p. 1).

(10)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(11)  Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen Tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63).

(13)  Id-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 132).

(14)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(15)  Id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1).

(16)  Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57).

(17)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta’ April 2004 li għandha x’taqsam ma’ kupens għal vittmi ta’ delitti (ĠU L 261, 6.8.2004, p. 15).

(18)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

(19)  Id-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Awwissu 2013 dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI (ĠU L 218, 14.8.2013, p. 8).

(20)  Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39).


Top