EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017L0433

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2017/433 tas-7 ta' Marzu 2017 li temenda d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' prodotti relatati mad-difiża (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/1453

OJ L 70, 15.3.2017, p. 1–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/433/oj

15.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 70/1


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/433

tas-7 ta' Marzu 2017

li temenda d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' prodotti relatati mad-difiża

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 13 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/43/KE tkopri l-prodotti kollha relatati mad-difiża kif speċikati fl-Anness, li għandhom jikkorrispondu għal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea, adottata oriġinalment mill-Kunsill fid-19 ta' Marzu 2007.

(2)

Fl-14 ta' Marzu 2016, il-Kunsill adotta Lista Militari Komuni aġġornata tal-Unjoni Ewropea (2).

(3)

L-Anness tad-Direttiva 2009/43/KE għandu, għalhekk, jiġi emendat kif xieraq.

(4)

Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (3), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li f'każijiet ġustifikati jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew iktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet li jikkorrispondu fl-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Trasferimenti fl-UE ta' Prodotti Relatati mad-Difiża,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 2009/43/KE huwa mibdul bit-test stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-15 ta' Ġunju 2017, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mit-22 ta' Ġunju 2017.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU C 122, 6.4.2016, p. 1.

(3)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


ANNESS

Lista ta' Prodotti relatati mad-Difiża

Nota 1

Termini fil-"virgoletti" huma termini definiti. Irreferi għal 'Definizzjonijiet ta' Termini użati f'din il-Lista' annessa għal din il-Lista.

Nota 2

F'xi każijiet is-sustanzi kimiċi huma elenkati bl-isem u n-numru CAS. Il-lista tapplika għal kimiki tal-istess formula strutturali (inklużi l-idrati) irrispettivament mill-isem jew min-numru CAS. In-numri CAS huma murija sabiex jassistu fl-identifikazzjoni ta' kimika jew taħlita partikolari, irrispettivament min-nomenklatura. In-numri CAS ma jistgħux jintużaw bħala identifikaturi uniċi minħabba li xi forom tal-kimika elenkata għandhom numri CAS differenti, u taħlitiet li jkollhom kimika elenkata jista' jkollhom ukoll numri CAS differenti.

ML1
Armi b'kanna lixxa b'kalibru ta' inqas minn 20 mm, armamenti oħra u armi awtomatiċi b'kalibru ta' 12,7 mm (kalibru 0.50 pulzier) jew inqas u aċċessorji, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

Nota

ML1. ma japplikax għal:

a.

Armi tan-nar iddisinjati apposta għal munizzjon inerti u li mhumiex kapaċi jirrilaxxaw projettili;

b.

Armi tan-nar iddisinjati apposta biex iwaddbu projettili marbuta mingħajr karga qawwija jew kollegament ta' komunikazzjoni, għal distanza mhux inqas minn jew ekwivalenti għal 500 m;

c.

Armi li jużaw munizzjon tan-nar fil-qoxra mhux taċ-ċentru u li mhumiex tat-tip ta' sparar kompletament awtomatiku;

d.

"Armi tan-nar diżattivati".

a.

Rajfils u pistoli kkumbinati, pistoli tal-idejn, machine guns, sub-machine guns u volley guns;

Nota

ML1.a. ma japplikax għal dan li ġej:

a.

Rajfils u pistoli kkumbinati, manifatturati qabel l-1938;

b.

Riproduzzjonijiet ta' rajfils u pistoli kkumbinati, li l-oriġinali tagħhom kienu manifatturati qabel l-1890;

c.

Pistoli tal-idejn, volley guns u machine guns manifatturati qabel l-1890, u r-riproduzzjonijiet tagħhom;

d

Rajfils jew pistoli tal-idejn, iddisinjati apposta biex jirrilaxxaw projettili inerti permezz ta' arja kkumpressata jew CO2.

b.

Armi b'kanna lixxa kif ġej:

1.

Armi b'kanna lixxa ddisinjati apposta għall-użu militari;

2.

Armi b'kanna lixxa oħrajn kif ġej:

a.

Armi tat-tip awtomatiku;

b.

Armi tat-tip semi-awtomatiku jew b'azzjoni-pompa;

Nota

ML1.b.2. ma japplikax għal armi ddisinjati apposta biex jirrilaxxaw projettili inerti permezz ta' arja kumpressata jew CO2.

Nota

ML1.b ma japplikax għal dawn li ġejjin:

a.

Armi b'kanna lixxa manifatturati qabel l-1938;

b.

Riproduzzjonijiet ta' armi b'kanna lixxa, li l-oriġinali tagħhom kienu manifatturati qabel l-1890;

c.

Armi b'kanna lixxa użati għal skopijiet ta' kaċċa jew sport. Dawn l-armi ma jridux ikunu ddisinjati apposta għall-użu militari jew tat-tip ta' sparar kompletament awtomatiku;

d.

Armi b'kanna lixxa ddisinjati apposta għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Qtil ta' annimali domestiċi;

2.

Biex jiġu trankwilizzati l-annimali;

3.

Testijiet sismiċi;

4.

Sparar ta' projettili industrijali; jew

5.

Strumenti Splussivi Improvizzati (IEDs) ta' Tfixkil.

N.B.

Għal strumenti ta' tfixkil, ara ML4. u l-entrata 1A006 dwar il-Lista tal-UE ta' Użu Doppju.

c.

Armi li jużaw munizzjon bla qoxra (caseless ammunition);

d.

Kompartimenti għall-munizzjon li jinqalgħu minn mal-arma, suppressuri jew moderaturi tal-ħoss, muntaturi speċjali tal-ixkubetti, weapons sights ottiċi u suppressuri tal-flash, għal armamenti speċifikati minn ML1.a., ML1.b. jew ML1.c.

Nota

ML1.d. ma japplikax għal apparat ta' mira ottiku mingħajr ipproċessar tal-immaġni elettroniku, b'manjetizzazzjoni ta' 9 darbiet jew inqas, dment li ma jkunx imfassal jew modifikat apposta għall-użu militari, u li ma jkun jinkorpora ebda retikoli ddisinjati apposta għall-użu militari.

ML2
Armi b'kanna lixxa b'kalibru ta' 20 mm jew aktar, armi jew armament oħra b'kalibru akbar minn 12,7 mm (kalibru ta' 0.50 pulzier), projetturi u aċċessorji, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

a.

Xkubetti, howitzers, kanun, kanuni li jisparaw balal f'angolu għoli (mortars), armi ta' kontra t-tankijiet tal-gwerra, armi li jisparaw projettili, teffieħa militari tal-fjamma, xkubetti, xkubetti mingħajr imbuttatura wara l-isparatura, armi biċ-ċilindru lixx u tagħmir tagħhom għat-trażżin tal-vampa;

Nota 1

ML2.a. jinkludi injetturi, apparati tal-metering, tankijiet tal-ħażna u komponenti oħra ddisinjati apposta għall-użu b'ċarġis likwidi tal-imbuttar 'il quddiem għal kwalunkwe mit-tagħmir speċifikat minn ML2.a.

Nota 2

ML2.a. ma japplikax għal armi kif ġej:

a.

Rajfils, armi b'kanna lixxa u pistoli kkumbinati, manifatturati qabel l-1938;

b.

Riproduzzjonijiet ta' rajfils, armi b'kanna lixxa u pistoli kkumbinati, li l-oriġinali tagħhom kienu manifatturati qabel l-1890;

c.

Xkubetti, howitzers, kanuni u kanuni li jisparaw balal f'angolu għoli (mortars), manifatturati qabel l-1890;

d.

Armi b'kanna lixxa użati għal skopijiet ta' kaċċa jew sport Dawn l-armi ma jridux ikunu ddisinjati apposta għall-użu militari jew tat-tip ta' sparar kompletament awtomatiku;

e.

Armi b'kanna lixxa ddisinjati apposta għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Qtil ta' annimali domestiċi;

2.

Biex jiġu trankwilizzati l-annimali;

3.

Testijiet sismiċi;

4.

Sparar ta' projettili industrijali; jew

5.

Strumenti Splussivi Improvizzati (IEDs) ta' Tfixkil.

N.B.

Għal strumenti ta' tfixkil, ara ML4. u l-entrata 1A006 dwar il-Lista tal-UE ta' Użu Doppju.

f.

Lanċaturi manwali ta' projettili speċjalment ddisinjati apposta biex iwaddbu projettili marbuta mingħajr karga qawwija jew kollegament ta' komunikazzjoni, fuq distanza ta' inqas minn jew ekwivalenti għal 500 m.

b.

Duħħan, gass u projetturi jew ġeneraturi pirotekniċi, iddisinjati jew immodifikati apposta għall-użu militari;

Nota

ML2.b. ma japplikax għal pistoli tas-sinjal.

c.

Apparat ta' mira u muntaturi għall-apparat ta' mira, li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Iddisinjat apposta għall-użu militari; u

2.

Iddisinjat apposta għal armi speċifikati fi ML2.a.;

d.

Muntaturi u kompartimenti għall-munizzjon li jinqalgħu minn mal-arma, iddisinjati apposta għall-armi speċifikati fi ML2.a.

ML3
Munizzjon u apparati tal-issettjar tal-fjus, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

a.

Munizzjon għall-armi speċifikati minn ML1, ML2 jew ML12;

b.

Apparati tal-issettjar tal-fjus iddisinjati apposta għal munizzjon speċifikati minn ML3.a.

Nota 1

Komponenti ddisinjati apposta speċifikati minn ML3 jinkludu:

a.

Fabbrikazzjonijiet tal-metall jew tal-plastik bħal inkwini tal-kapsa, cups tal-bullits, links tal-kartriġis, bands li jduru u partijiet tal-metall tal-munizzjoni;

b.

Apparati tas-safing u l-armar, fużijiet, sensuri u apparat ta' inizjazzjoni;

c.

Provvisti tal-enerġija b'output operattiv ta' darba waħda għoli;

d.

Kisjiet kombustibbli għall-ikkargar;

e.

Submunizzjonijiet inklużi bomblets, minelets u projettili ggwidati terminalment.

Nota 2

ML3.a. ma japplika għall-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Munizzjon irbattut mingħajr projettili (blank star);

b.

Munizzjon inerti ta' istruzzjoni b'kaxxetta mtaqba; c.

c.

Munizzjon ieħor in bjank u inerti, li ma jinkludix komponenti ddisinjati għal munizzjon attiv; jew

d.

Komponenti ddisinjati apposta għal munizzjon in bjank jew inerti, speċifikati f'din in-Nota 2.a., b. jew c.

Nota 3

ML3.a. ma japplikax għal kartriġis imfassla apposta għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet li ġejjin:

a.

Sinjalar;

b.

Tbeżżigħ tal-għasafar; jew

c.

Xegħla ta' flares tal-gass f'bjar taż-żejt.

ML4
Bombi, torpidows, rokits, missili, apparati u ċarġis splussivi oħra u tagħmir u aċċessorji relatati, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

N.B.1:

Għal tagħmir ta' gwida u ta' nagivazzjoni, ara ML11.

N.B.2:

Għal Sistemi ta' Protezzjoni tal-Missili tal-Inġenji tal-Ajru (AMPS), ara ML4.c.

a.

Bombi, torpidows, granati, kanisters tad-duħħan, rokits, mini, missili, ċarġis tal-fond, ċarġis tad-dimolizzjoni, apparati tad-dimolizzjoni, kits tad-dimolizzjoni, apparati "pirotekniċi", kartriġis u simulaturi (jiġifieri, tagħmir li jimita l-karatteristiċi ta' kwalunkwe wieħed minn dawn l-oġġetti), iddisinjat apposta għal użu militari;

Nota

ML4.a. jinkludi:

a.

Grenadi tad-duħħan, bombi tan-nar, bombi inċendjarji u apparati splussivi;

b.

Nozzles tar-rokits tal-missili u nosetips ta' vettura ta' dħul mill-ġdid.

b.

Tagħmir li għandu dan kollu li ġej:

1.

Iddisinjat apposta għall-użu militari; u

2.

Iddisinjat apposta għal 'attivitajiet' relatati ma' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

a.

Oġġetti speċifikati minn ML4.a; jew

b.

Strumenti Splussivi Improvizzati (IEDs).

Nota Teknika:

Għall-fini ta' ML4.b.2. 'attivitajiet' japplikaw għall-ġestjoni, it-tnedija, il-pożizzjonament, il-kontroll, id-diżinneskament, id-detonazzjoni, l-attivazzjoni, il-motorizzazzjoni b'output operattiv ta' darba waħda, l-ingann, l-imblukkar, il-ġbid, is-sejbien, it-tfixkil jew l-użu.

Nota 1

ML4.b jinkludi:

a.

Tagħmir ta' likwifikazzjoni tal-gass mobbli li kapaċi jipproduċi 1 000 kg jew aktar ta' gass kuljum f'forma likwida;

b.

Kejbil ta' konduzzjoni elettriku li jżomm fil-wiċċ adatt għall-ġbid ta' mini manjetiċi.

Nota 2

ML4.b. ma japplikax għal apparati li jinżammu fl-idejn, illimitati mid-disinn unikament għad-detezzjoni ta' oġġetti tal-metall u li mhumiex kapaċi jiddisingwu bejn mini u oġġetti tal-metall oħrajn.

c.

Sistemi ta' Protezzjoni tal-Missili tal-Inġenji tal-Ajru (AMPS).

Nota

ML4.c. ma japplikax għal AMPS li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Kwalunkwe wieħed mis-sensuri tal-avviż tal-missili:

1.

Sensuri passivi li jkollhom bl-ogħla rispons bejn 100-400 nm; jew

2.

Sensuri tal-avviż tal-missili Doppler bl-impuls attivi;

b.

Sistemi li joħorġu l-kontromiżuri;

c.

Flares, li juru kemm firma viżibbli kif ukoll firma infrared, biex jiddisturbaw missili mill-wiċċ għas-sema; u

d.

Installat fuq "inġenju tal-ajru ċivili" u li għandu dan kollu li ġej:

1.

L-AMPS huma operabbli biss f'"inġenju tal-ajru ċivili" speċifiku li fih ikunu installati l-AMPS speċifiċi u li għalih inħareġ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

a.

Ċertifikat tat-Tip ċivili maħruġ mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta' Wassenaar; jew

b.

Dokument ekwivalenti rikonoxxut mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO);

2.

L-AMPS jużaw protezzjoni biex jipprevjenu aċċess mhux awtorizzat għal "software"; u

3.

L-AMPS jinkorporaw mekkaniżmu attiv li jġiegħel lis-sistema ma tiffunzjonax meta hu jitneħħa mill-"inġenju tal-ajru ċivili" li fih ikun ġie installat.

ML5
Il-kontroll tan-nar, u tagħmir ta' allert u avviż relatat, u sistemi relatati, tagħmir ta' ttestjar u allinjament u kontramiżura, kif ġej, iddisinjat apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalihom:

a.

Apparat ta' mira, kompjuters għall-ibbumbardjar, tagħmir ta' puntament u sistemi għall-kontroll tal-armi;

b.

Sistemi ta' akkwist, desinjazzjoni, telemetrija, sorveljanza jew insegwiment tal-bersall; tagħmir ta' kxif, ta' fużjoni tad-data, ta' rikonoxximent jew ta' identifikazzjoni; u tagħmir għall-integrazzjoni tas-sensur;

c.

Tagħmir ta' kontramiżura għall-oġġetti speċifikati minn ML5.a. jew ML5.b.;

Nota

Għall-finijiet ta' ML5.c., it-tagħmir ta' kontromiżura jinkludi t-tagħmir għall-iżvelar.

d.

Tagħmir ta' test fuq il-post jew ta' allinjament, iddisinjat apposta għall-oġġetti speċifikati minn ML5.a., ML5.b. jew ML5.c.

ML6
Vetturi tal-art u komponenti, kif ġej:

N.B.

Għal tagħmir ta' gwida u ta' nagivazzjoni, ara ML11.

a.

Vetturi terrestri u komponenti għalihom, iddisinjati jew modifikati apposta għal użu militari;

Nota Teknika

Għall-finijiet ta' ML6.a. it-terminu vetturi tal-art jinkludi t-trejlers.

b.

Vetturi oħra tal-art u komponenti, kif ġej:

1.

Vetturi li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Manifatturati jew mgħammra b'materjali jew komponenti li jipprovdu protezzjoni ballistika sal-livell III (NIJ 0108.01, Settembru 1985, jew standard nazzjonali komparabbli) jew aħjar;

b.

Trażmissjoni biex tiġi pprovduta enerġija kemm għar-roti ta' quddiem kif ukoll ta' wara fl-istess ħin, inklużi dawk il-vetturi li jkollhom roti addizzjonali għal skopijiet ta' ġarr ta' tagħbija kemm jekk misjuqa kif ukoll jekk mhux misjuqa;

c.

Klassi tal-Piż Gross tal-Vettura (Gross Vehicle Weight Rating — GVWR) ta' aktar minn 4 500 kg; u

d.

Iddisinjati jew modifikati għal użu off-road;

2.

Komponenti li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Iddisinjati apposta għal vetturi speċifikati fi ML6.b.1.; u

b.

Li jipprovdu protezzjoni ballistika sal-livell III (NIJ 0108.01, Settembru 1985, jew standard nazzjonali komparabbli) jew aħjar.

N.B.

Ara wkoll ML13.a.

Nota 1

ML6.a. jinkludi:

a.

Tankijiet u vetturi armati militari oħra u vetturi militari mgħammra b'muntaturi għall-armamenti jew it-tagħmir għat-tqegħid ta' mini jew it-tnedija ta' munizzjon speċifikati minn ML4;

b.

Vetturi blindati;

c.

Vetturi amfibi u vetturi tajbin għal ġol-ilma;

d.

Vetturi tal-irkupru jew vetturi għall-irmunkar jew għat-trasportazzjoni ta' munizzjon jew sistemi ta' armi u tagħmir assoċjat ta' maniġġar tat-tagħbija.

Nota 2

Modifika ta' vettura tal-art għall-użu militari speċifikat minn ML6.a. teħtieġ bidla strutturali, elettrika jew mekkanika li tkun tinvolvi komponent wieħed jew aktar iddisinjati apposta għal użu militari. Tali komponenti jinkludu:

a.

Koperturi ta' tajers pnewmatiċi ta' għamla ddisinjati apposta biex ikunu tajbin kontra l-bullits;

b.

Protezzjoni blindata ta' partijiet vitali (pereżempju, it-tankijiet tal-karburant jew il-kabini tal-vetturi);

c.

Rinforzi jew muntaturi speċjali għall-armi;

d.

Dawl tal-black-out.

Nota 3

ML6 ma japplikax għal vetturi ċivili mfassla jew modifikati biex jiġu trasportati flus jew oġġetti ta' valur.

Nota 4

ML6. ma japplikax għal vetturi li jissodisfaw dan kollu li ġej;

a.

Ġew immanifatturati qabel l-1946;

b.

Ma għandhomx l-oġġetti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE u manifatturati wara l-1945, minbarra riproduzzjonijiet ta' komponenti oriġinali jew aċċessorji għall-vettura; u

c.

Ma jinkorporawx armi speċifikati f'ML1., ML2. jew ML4. sakemm ma jkunux inoperabbli u ma jkunux jistgħu jisparaw xi projettili.

ML7
Aġenti tossiċi kimiċi jew bijoloġiċi, "aġenti ta' kontroll ta' rvellijiet", materjali radjuattivi, tagħmir, komponenti u materjali relatati, kif ġej:

a.

Aġenti bijoloġiċi jew materjali radjuattivi, "adattati għall-użu fil-gwerra" sabiex jipproduċu feriti/mewt fi bnedmin jew annimali, jiddegradaw it-tagħmir jew jagħmlu ħsara lill-uċuh tar-raba' jew l-ambjent;

b.

Aġenti kimiċi tal-gwerra (CW) inklużi:

1.

Aġenti li jattakkaw is-sistema nervuża:

a.

O-Alkil (daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) alkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) — fosfonofluworidati, bħal:

 

Sarin (GB):O-Isopropil metilfosfonofluworidat (CAS 107-44-8); u

 

Soman (GD):O-Pinasolil metilfosfonofloworidat (CAS 96-64-0);

b.

O-Alkil (daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) N,N-dijalkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) fosforamidosanidati, bħal:

Tabun (GA):O-Etil N,N-dimetilfosforamidosanidat (CAS 77-81-6);

c.

O-Alkil (H jew daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) S-2-dijalkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil)-amminuetil alkil (Metil, Etil, n-Propil or Isopropil) fosfonotiolati u mluħa alkilati u protonati korrispondenti, bħal:

VX: O-Etil S-2-diisopropilamminuetil metil fosfonotiolat (CAS 50782-69-9);

2.

Aġenti viżikanti għal gwerra kimika:

a.

Mustardi tas-sulfat, bħal:

1.

2-Kloroetilklorometilsulfid (CAS 2625-76-5);

2.

Bis(2-kloroetil) sulfid (CAS 505-60-2);

3.

Bis(2-kloroetiltjo) metan (CAS 63869-13-6);

4.

1,2-bis (2-kloroetiltjo) etan (CAS 3563-36-8);

5.

1,3-bis (2-kloroetiltjo) -n-propan (CAS 63905-10-2);

6.

1,4-bis (2-kloroetiltjo) -n-butan (CAS 142868-93-7);

7.

1,5-bis (2-kloroetiltjo) -n-pentan (CAS 142868-94-8);

8.

Bis (2-kloroetiltjometil) eter (CAS 63918-90-1);

9.

Bis (2-kloroetiltjoetil) eter (CAS 63918-89-8);

b.

Lewisiti, bħalma huma:

1.

2-klorovinildikloroarsin (CAS 541-25-3);

2.

2. Tris (2-klorovinil) arsin (CAS 40334-70-1);

3.

Bis (2-klorovinil) kloroarsin (CAS 40334-69-8);

c.

Ipriti (nitroġenu tal-mustarda), bħalma huma:

1.

HN1: Bis(2-kloroetil) etilammina (CAS 538-07-8);

2.

HN2: Bis(2-kloroetil) metilammina (CAS 51-75-2);

3.

HN3: tris (2-kloroetil) ammina (CAS 555-77-1);

3.

Aġenti inkapaċitanti għal gwerra kimika, bħalma huma:

a.

3-Quinuclidinyl benzilat (BZ) (CAS 6581-06-2);

4.

Aġenti defoljanti għal gwerra kimika, bħalma huma:

a.

Butil 2-kloro-4-fluworofenoksijaċetat (LNF);

b.

2,4,5-aċidu triklorofenoksijaċetiku (CAS 93-76-5) imħallat mat-2,4-aċidu diklorofenoksijaċetiku (CAS 94-75-7) (Aġent Oranġjo (CAS 39277-47-9));

c.

Prekursuri binarji u perkursuri ewlenin għal gwerra kimika, kif ġej:

1.

Alkyl (Methyl, Ethyl, n-Propyl jew Isopropyl) Phosphonyl Difluorides, bħalma huma:

DF: Fosfonildifluworid tal-Metil (CAS 676-99-3);

2.

O-Alkil (H jew daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) O-2-dijalkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) amminuetil alkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) fosfoniti u mlieħ alkilati u protonati korrispondenti, bħal:

QL: O-Etil O-2-di-isopropilamminuetil metilfosfonit (CAS 57856-11-8);

3.

Klorosarin: O-Isopropil metilfosfonokloridat (CAS 1445-76-7);

4.

Klorosoman: O-Pinasolil metilfosfonokloridat (CAS 7040-57-5);

d.

"Aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet", kimiki kostitwenti attivi u taħlitiet tagħhom, inklużi:

1.

α-Bromobenzeneaċetonitril, (Bromobenzil cyanide) (CA) (CAS 5798-79-8);

2.

[(2-klorofenil) metilin] propanedinitril, (o-Klorobenzilidenemalononitril (CS) (CAS 2698-41-1);

3.

2-Kloro-1-feniletanon, Fenilaċil klorid (ω-kloroaċetofenon) (CN) (CAS 532-27-4);

4.

Dibenz-(b,f)-1,4-oxazefin, (CR) (CAS 257-07-8);

5.

10-Kloro-5,10-diħidrofenarsazin, (Fenarsazin klorid), (Adamsit), (DM) (CAS 578-94-9);

6.

N-Nonanoilmorfolin, (MPA) (CAS 5299-64-9);

Nota 1

ML7.d ma japplikax għal "aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet" ippakkjati b'mod individwali għal finijiet ta' difiża personali.

Nota 2

ML7.d. ma japplikax għal kimiki kostitwenti attivi, u taħlitiet tagħhom, identifikati u ppakkjati għall-produzzjoni tal-ikel jew finijiet mediċi. e.

e.

Tagħmir iddisinjat jew modifikat apposta għall-użu militari, iddisinjat jew modifikat għad-disseminazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

1.

Materjali jew aġenti speċifikati minn ML7.a., ML7.b. jew ML7d.; jew

2.

Aġenti CW magħmula minn prekursuri speċifikati minn ML7.c.;

f.

Tagħmir protettiv u ta' dekontaminazzjoni, iddisnjati jew modifikati apposta għal użu militari, komponenti u taħlitiet ta' kimiki kif ġej:

1.

Tagħmir, iddisinjat jew modifikat għad-difiża kontra materjali speċifikati minn ML7.a., ML7.b. jew ML7.d., u komponenti ddisinjati apposta għal dan;

2.

Tagħmir, iddisinjat jew modifikat għad-dekontaminazzjoni ta' oġġetti kkontaminati b'materjali speċifikati minn ML7.a. jew ML7.b., u komponenti ddisinjati apposta għal dan;

3.

Taħlitiet kimiċi żviluppati jew ifformulati apposta għad-dekontaminazzjoni ta' oġġetti kontaminati minn materjali speċifikati minn ML7.a. jew ML7.b.;

Nota

ML7.f.1. jinkludi:

a.

Unitajiet ta' kondizzjonament tal-arja ddisinjati jew modifikati għal filtrazzjoni nukleari, bijoloġika jew kimika;

b.

Ilbies ta' protezzjoni.

N.B.

Għal maskli tal-gass ċivili, tagħmir protettiv u ta' dekontaminazzjoni, ara wkoll l-entrata 1A004 fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.

g.

Tagħmir iddisinjat jew modifikat apposta għall-użu militari, iddisinjat jew modifikat għall-kxif jew l-identifikazzjoni ta' materjali speċifikati minn ML7.a., ML7.b. jew ML7.d., u komponenti ddisinjati apposta għal dan;

Nota

ML7.g. ma japplikax għal dożimetri personali għall-monitoraġġ ta' radjazzjoni.

N.B.

Ara wkoll l-entrata 1A004 fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.

h.

"Bijopolimers" iddisinjati jew ipproċessati apposta għall-kxif jew l-identifikazzjoni ta' aġenti tas-CW speċifikati minn ML7.b., u l-kulturi ta' ċelluli speċifiċi użati biex dawn jiġu prodotti;

i.

"Biokatalisti" għad-dekontaminazzjoni jew id-degradazzjoni ta' aġenti tas-CW, u s-sistemi bijoloġiċi tagħhom, kif ġej:

1.

"Bijokatalisti" ddisinjati apposta għad-dekontaminazzjoni jew id-degradazzjoni ta' aġenti tas-CW speċifikati minn ML7.b., u li jirriżultaw mis-selezzjoni laboratorja diretta jew il-manipulazzjoni ġenetika ta' sistemi bijoloġiċi;

2.

Sistemi bijoloġiċi li fihom l-informazzjoni ġenetika speċifika għall-produzzjoni ta' "bijokatalisti" speċifikati minn ML7.i.1., kif ġej:

a.

"Vektors ta' espressjoni";

b.

Virusijiet;

c.

Kulturi ta' ċelloli.

Nota 1

ML7.b. u ML7.d. ma japplikawx għal dan li ġej:

a.

Klorur ċjanoġenu (CAS 506-77-4). Ara l-entrata 1C450.a.5. fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE;

b.

Aċidu Idroċijaniku (CAS 74-90-8);

c.

Klorin (CAS 7782-50-5);

d.

Klorur karbonil (fosġenu) (CAS 75-44-5). Ara l-entrata 1C450.a.4. fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE;

e.

Diposġin (triklorometil-kloroformat) (CAS 503-38-8);

f.

Ma jintużax mill-2004;

g.

Bromur xilil, orto: (CAS 89-92-9), meta: (CAS 620-13-3), para: (CAS 104-81-4);

h.

Benżil bromur (CAS 100-39-0);

i.

Benżil jodur (CAS 620-05-3);

j.

Aċetun bromo (CAS 598-31-2);

k.

Bromur ċjanoġenu (CAS 506-68-3);

l.

Metiletilketon bromo (CAS 816-40-0);

m.

Aċetun kloro (CAS 78-95-5);

n.

Jodoaċetat etil (CAS 623-48-3);

o.

Aċetun jodo (CAS 3019-04-3);

p.

Kloropiċrin (CAS 76-06-2). Ara l-entrata 1C450.a.7. fuq il-Lista ta' Użu-Doppju tal-UE.

Nota 2

Il-kulturi taċ-ċelluli u s-sistemi bijoloġiċi speċifikati minn ML7.h. u ML7.i.2. huma esklussivi u dawn is-sub-punti ma japplikawx għal ċelluli jew sistemi bijoloġiċi għal finijiet ċivili, bħal dawk agrikoli, farmaċewtiċi,mediċinali,veterinarji, ambjentali, ġestjoni tal-iskart, jew fl-industrija tal-ikel.

ML8
"Materjali enerġetiċi", u sustanzi relatati, kif ġej:

N.B.1.

Ara wkoll l-entrata 1C011 fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.

N.B.2.

Għal ċarġis u tagħmir, ara ML4 u l-entrata 1A008 fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.

Noti Tekniċi

1.

Għall-finijiet ta' ML8, eskluż ML8.c.11. jew ML8.c.12., 'taħlita' tirreferi għal kompożizzjoni ta' żewġ sustanzi jew aktar b'minn tal-inqas sustanza waħda elenkata fis-sub-punti ML8.

2.

Kwalunkwe sustanza elenkata fis-sub-punti ta' ML8 hija soġġetta għal din il-lista, anki meta użata f'applikazzjoni minbarra dik indikata. (pereżempju, TAGN hija fil-biċċa l-kbira użata bħala splussiv iżda tista' tintuża wkoll bħala karburant jew bħala ossidizzant.)

3.

Għall-finijiet ta' ML8., id-daqs tal-partiċella huwa d-dijametru medju tal-partiċella fuq bażi ta' piż jew volum. Standards internazzjonali jew nazzjonali ekwivalenti ser jintużaw fit-teħid ta' kampjuni u fid-determinazzjoni tad-daqs tal-partiċella.

a.

"Splussivi" kif ġej, u 'taħlitiet' tagħhom:

1.

ADNBF (amminudinitrubenżofuroksan jew 7-amminu-4,6-dinitrubenżofurażan-1-ossidu) (CAS 97096-78-1);

2.

BNCP (cis-bis (5-nitrotetrażolatu) tetra ammina-kobalt (III) perklorat) (CAS 117412-28-9);

3.

CL-14 (dijamminu dinitrubenżofuroksan jew 5,7-dijamminu-4,6-dinitrubenżofurażan-1-ossidu) (CAS 117907-74-1);

4.

CL-20 (HNIW jew Eżanitrueżaażajsowurtżitan) (CAS 135285-90-4); klatrati ta' CL-20 (ara wkoll ML8.g.3. u g.4. għall-"prekursuri" tiegħu);

5.

CP (2-(5-ċjanotetrażolatu) penta ammina-kobalt (III) perklorat) (CAS 70247-32-4);

6.

DADE (1,1-dijamminu-2,2-dinitroetilin, FOX7) (CAS 145250-81-3);

7.

DATB (dijamminutrinitrubenżin) (CAS 1630-08-6);

8.

DDFP (1,4-dinitrudifurażanopiperażin);

9.

DDPO (2,6-dijamminu-3,5-dinitrupirażin-1-ossidu, PZO) (CAS 194486-77-6);

10.

DIPAM (3,3′-dijamminu-2,2′,4,4′,6,6′-eżanitrubifenil jew dipikrammida) (CAS 17215-44-0);

11.

DNGU (DINGU jew dinitruglikoluril) (CAS 55510-04-8);

12.

Furażani kif ġej:

a.

DAAOF (DAAF, DAAFox, jew dijamminuażoksifurażan);

b.

DAAzF (dijamminuażofurażan) (CAS 78644-90-3);

13.

HMX u derivativi (ara wkoll ML8.g.5. għall-"prekursuri" tiegħu), kif ġej:

a.

HMX (Ċiklotetrametilintetranitrammina, oktaidru-1,3,5,7-tetranitru-1,3,5,7-tetrazin, 1,3,5,7-tetranitru-1,3,5,7-tetraża-ċiklooktan, oktoġin jew oktoġen) (CAS 2691-41-0);

b.

analoġi difluworoamminati ta' HMX;

c.

K-55 (2,4,6,8-tetranitru-2,4,6,8-tetraażabiċiklu [3,3,0]-oktanon-3, tetranitrusemiglikuril jew keto-biċikliku HMX) (CAS 130256-72-3);

14.

HNAD (eżanitruadamantan) (CAS 143850-71-9);

15.

HNS (eżanitrustilbin) (CAS 20062-22-0);

16.

Imidażoli kif ġej:

a.

BNNII (Oktaidru-2,5-bis(nitruimminu)imidażo [4,5-d]imidażol);

b.

DNI (2,4-dinitruimidażol) (CAS 5213-49-0);

c.

FDIA (1-fluworo-2,4-dinitruimidażol);

d.

NTDNIA (N-(2-nitrutrijażolu)-2,4-dinitruimidażol);

e.

PTIA (1-pikril-2,4,5-trinitruimidażol);

17.

NTNMH (1-(2-nitrutrijażolu)-2-dinitrumetilin idrażin);

18.

NTO (ONTA jew 3-nitru-1,2,4-trijażol-5-wieħed) (CAS 932-64-9);

19.

Polinitruikubani b'aktar minn erba' gruppi ta' nitru;

20.

PYX (2,6-Bis(pikrilamminu)-3,5-dinitrupiridin) (CAS 38082-89-2);

21.

RDX u derivativi, kif ġej:

a.

RDX (ċiklotrimetilinetrinitrammina, ċiklonit, T4, eżaidru-1,3,5-trinitru-1,3,5-trijazin, 1,3,5-trinitru-1,3,5-trijaża-ċikloeżasan, eżoġenu or eżoġin) (CAS 121-82-4);

b.

Keto-RDX (K-6 jew 2,4,6-trinitru-2,4,6-trijażaċikloeżanon) (CAS 115029-35-1);

22.

TAGN (trijamminugwanidinenitrat) (CAS 4000-16-2);

23.

TATB (trijamminutrinitrubenżin) (CAS 3058-38-6) (ara wkoll ML8.g.7 għall-"prekursuri" tiegħu);

24.

TEDDZ (3,3,7,7-tetrabis(difluworoammina) oktaidru-1,5-dinitru-1,5-dijażoċin);

25.

Tetrażoli kif ġej:

a.

NTAT (nitrutrijażol amminutetrażol);

b.

NTNT (1-N-(2-nitrutrijażolu)-4-nitrutetrażol);

26.

Tetril (trinitrufenilmetilnitrammina) (CAS 479-45-8);

27.

TNAD (1,4,5,8-tetranitru-1,4,5,8-tetraażadekalin) (CAS 135877-16-6) (ara wkoll ML8.g.6. għall-"prekursuri" tiegħu);

28.

TNAZ (1,3,3-trinitruażetidin) (CAS 97645-24-4) (ara wkoll ML8.g.2. għall-"prekursuri" tiegħu);

29.

TNGU (SORGUYL jew tetranitruglikoluril) (CAS 55510-03-7);

30.

TNP (1,4,5,8-tetranitru-piridazinu[4,5-d]piridażin) (CAS 229176-04-9);

31.

Trijażini kif ġej:

a.

DNAM (2-oxi-4,6-dinitruamminu-s-trijażin) (CAS 19899-80-0);

b.

NNHT (2-nitruimminu-5-nitru-eżaidru-1,3,5-trijażin) (CAS 130400-13-4);

32.

Triazoles kif ġej:

a.

5-ażido-2-nitrutrijażol;

b.

ADHTDN (4-amminu-3,5-diħidrażinu-1,2,4-trijażol dinitrammida) (CAS 1614-08-0);

c.

ADNT (1-amminu-3,5-dinitru-1,2,4-trijażol);

d.

BDNTA ([bis-dinitrotrijażol]ammina);

e.

DBT (3,3′-dinitru-5,5-bi-1,2,4-trijażol) (CAS 30003-46-4);

f.

DNBT (dinitrubistrijażol) (CAS 70890-46-9);

g.

Ilu ma jintuża mill-2010;

h.

NTDNT (1-N-(2-nitrutrijażolu) 3,5-dinitrutrijażol);

i.

PDNT (1-pikril-3,5-dinitrutrijażol);

j.

TACOT (tetranitrubenżotrijażolobenżotrijażol) (CAS 25243-36-1);

33.

Splussivi mhux elenkati x'imkien ieħor f'ML8.a. u li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Veloċità ta' detonazzjoni li taqbeż it-8 700 m/s, b'densità massima, jew

b.

Pressjoni ta' detonazzjoni li taqbeż 34 GPa (340 kbar);

34.

Ma ntużax mill-2013;

35.

DNAN (2,4-dinitrujanisol) (CAS 119-27-7);

36.

TEX (4,10-Dinitru-2,6,8,12-tetraossa-4,10-diażajsowurtżitan)

37.

GUDN (Gwanilureja dinitrammid) FOX-12 (CAS 217464-38-5)

38.

Tetrażoli, kif ġej:

a.

BTAT (Bis(2,2,2-trinitroetil)-3,6-diamminutetrażinu);

b

LAX-112 (3,6-diamminu-1,2,4,5-tetrażinu-1,4-diossidu);

39.

Materjali joniċi enerġetiċi bejn 343 K (70 °C) u 373 K (100 °C) u b'veloċità ta' detonazzjoni li taqbeż is-6 800 m/s jew pressjoni ta' detonazzjoni li taqbeż it-18 GPa (180 kbar);

40.

BTNEN (Bis(2,2,2-trinitroetil)-nitrammina) (CAS 19836-28-3);

Nota

ML8.a. jinkludi 'kokristalli esplożivi'.

Nota Teknika

'Kokristall esplożiv' huwa materjal solidu li huwa magħmul minn arranġament tridimensjonali f'ordni ta' żewġ molekuli esplożivi jew aktar, fejn tal-anqas wieħed minnhom ikun speċifikat fi ML8.a.

b.

"Propellanti", kif ġej:

1.

Kwalunkwe "propellant" solidu b'impuls speċifiku teoretiku (taħt kondizzjonijiet standard) ta' aktar minn:

a.

240 sekonda għal "propellant" mhux metallizzat, mhux alloġenizzat;

b.

250 sekonda għal "propellant" mhux metallizzat, alloġenizzat; jew

c.

260 sekonda għal "propellant" metallizzat;

2.

Ma ntużax mill-2013;

3.

"Propellanti" b'forza kostanti ta' aktar minn 1 200 kJ/kg;

4.

"Propellanti" li kapaċi jżommu rata ta' ħruq lineari bi stat stabbli ta' aktar minn 38 mm/s taħt kondizzjonijiet standard (kif imkejjel fil-forma ta' strand singola inibita) ta' pressjoni ta' 68,9 MPa (68.9 bar) u 294 K (21 °C);

5.

"Propellanti" bbażati fuq Elastomer Modifikat fuq Fużjoni Doppja (EMCDB) b'estensibbiltà bi stress massimu ta' aktar minn 5 % b'233 K (– 40 °C);

6.

Kwalunkwe "propellant" li fih sustanzi speċifikati minn ML8.a.;

7.

"Propellanti", mhux speċifikati x'imkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE, iddisinjati apposta għall-użu militari;

c.

"Pirotekniċi", fjuwils u sustanzi relatati, kif ġej, u 'taħlitiet' tagħhom:

1.

Fjuwils tal-"inġenji tal-ajru" fformulati apposta għal finijiet militari;

Nota

Karburanti tal-"inġenji tal-ajru" speċifikati minn ML8.c.1. huma prodotti mitmuma, mhux il-kostitwenti tagħhom.

2.

Alane (idrur tal-aluminju) (CAS 7784-21-6);

3.

Karborani; dekarborani (CAS 17702-41-9); pentaborani (CAS 19624-22-7 u 18433-84-6) u derivativi tagħhom;

4.

Idrażin u derivativi, kif ġej (ara wkoll ML8.d.8. u d.9. għal derivativi tal-idrażin ossidizzanti):

a.

Idrażin (CAS 302-01-2) f'konċentrazzjonijiet ta' 70 % jew aktar;

b.

Idrażin monometil (CAS 60-34-4);

c.

Idrażin dimetil simmetriku (CAS 540-73-8);

d.

Idrażin dimetil mhux simmetriku (CAS 57-14-7);

Nota

ML8.c.4.a. ma japplikax għal 'taħlitiet' idrażini fformulati apposta għall-kontroll tal-korrużjoni.

5.

Karburanti tal-metall, 'taħlitiet' tal-karburanti jew 'taħlitiet' "pirotekniċi", b'forma ta' partiċelli kemm jekk sferiċi, atomizzati, sferojdali, ifflejkjati jew mitħuna, immanifatturati minn materjal li jikkonsisti f'99 % jew aktar minn kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Metalli, kif ġej, u 'taħlitiet' tagħhom:

1.

Berillju (CAS 7440-41-7) f'daqsijiet ta' partiċelli ta' anqas minn 60 μm;

2.

Trab tal-ħadid (CAS 7439-89-6) b'daqs ta' partiċelli ta' 3 μm jew anqas prodott bit-tnaqqis ta' ossidu tal-ħadid mal-idroġenu;

b.

'Taħlitiet' li fihom kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Zirkonjum (CAS 7440-67-7), manjesju (CAS 7439-95-4) jew ligi ta' dawn f'daqsijiet ta' partiċelli ta' anqas minn 60 μm; jew

2.

Karburanti minn boron (CAS 7440-42-8) jew karbur tal-boron (CAS 12069-32-8) ta' purezza ta' 85 % jew ogħla u daqsijiet ta' partiċelli ta' anqas minn 60 μm;

Nota 1

ML8.c.5. japplika għal "splussivi" u karburanti, kemm jekk il-metalli jew il-ligi huma maqbuda f'kapsula tal-aluminju, tal-manjesju, taż-żirkonju, jew tal-berillju, kif ukoll jekk le.

Nota 2

ML8.c.5.b. japplika biss għall-karburanti tal-metall f'forma ta' partiċelli meta jkunu mħallta ma' sustanzi oħra biex jifformaw 'taħlita' fformolata għall-iskopijiet militari bħal sospensjoni magħquda ta' "propellant" likwidu, "propellanti" solidi, jew 'taħlitiet' "pirotekniċi".

Nota 3

ML8.c.5.b.2. ma japplikax għal boron u karbur boron magħmul aktar sinjur b'boron-10 (20 % jew aktar ta' kontenut totali ta' boron-10.)

6.

Materjali militari, li fihom ħaxxiena għal karburanti idrokarburi, ifformulati apposta għall-użu f'teffieħa tal-fjamma jew munizzjonijiet inċendjarji, bħal stearates (pereżempju, oktal (CAS 637-12-7)) jew palmitates tal-metall;

7.

Perklorati, klorati u kromati, kkompositati b'metall fi trabb jew komponenti oħra għolja fil-karburant tal-enerġija;

8.

Trab tal-aluminju sferiku jew sferojdali (CAS 7429-90-5) b'daqs ta' partiċelli ta' 60 μm jew anqas u manifatturat minn materjal b'kontenut ta' aluminju ta' 99 % jew aktar;

9.

Subidridu tat-titanju (TiHn) ta' stojkjometrija ekwivalenti għal n= 0,65-1,68;

10.

Karburanti likwidi b'densità ta' enerġija għolja mhux speċifikati f'ML8.c.1., kif ġej:

a.

Karburanti mħallta, li jinkludu karburanti kemm solidi kif ukoll likwidi, (pereżempju suspensjoni tal-boron), b'densità ta' enerġija bbażata fuq il-massa ta' 40 MJ/kg jew iktar;

b.

Karburanti u addittivi ta' karburanti oħrajn b'densità ta' enerġija għolja (pereżempju, kuban, soluzzjonijiet joniċi, JP-7, JP-10) li għandhom densità ta' enerġija bbażata fuq il-volum ta' 37,5 GJ kull metru kubu jew iktar, b'temperatura ta' 293 K (20 °C) u pressjoni tal-atmosfera (101.325 kPa);

Nota

ML8.c.10.b. ma japplikax għal JP-4, JP-8, karburanti fossili raffinati jew bijokarburanti, jew karburanti għal magni ċċertifikati għall-użu fl-avjazzjoni ċivili.

11.

Materjali "pirotekniċi" u piroforiċi, kif ġej:

a.

Materjali "pirotekniċi" jew piroforiċi fformolati speċifikament sabiex itejbu jew jikkontrollaw il-produzzjoni ta' enerġija radjata fi kwalunkwe parti tal-ispettru IR;

b.

Taħlitiet tal-manjeżju, politetrafluworoetilen (PTFE) u kopolimer viniliden difluworidu-eżafluworopropilen (pereżempju, MTV);

12.

Taħlitiet tal-karburanti, taħlitiet "pirotekniċi" jew "materjali enerġetiċi", mhux speċifikati mkien ieħor f'ML8, li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Li fihom aktar minn 0,5 % ta' partiċelli ta' kwalunkwe minn dan li ġej:

1.

Aluminju;

2.

Berillju;

3.

Boron;

4.

Żirkonju;

5.

Manjesju; jew

6.

Titanju;

b.

Partiċelli speċifikati minn ML8.c.12.a. b'daqs anqas minn 200 nm fi kwalunkwe direzzjoni; u

c.

Partiċelli speċifikati minn ML8.c.12.a. b'kontenut tal-metall ta' 60 % jew aktar;

d.

Ossidanti, kif ġej, u 'taħlitiet' tagħhom:

1.

ADN (ammonju dinitrummida jew SR 12) (CAS 140456-78-6);

2.

AP (ammonju perklorat) (CAS 7790-98-9);

3.

Komposti magħmula minn fluworin u kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Halogens oħrajn;

b.

Ossiġnu; jew

c.

Nitroġenu;

Nota 1

ML8.d.3 ma japplikax għal klorin trifluworid (CAS 7790-91-2).

Nota 2

ML8.d.3 ma japplikax għal nitroġenu trifluworid (CAS 7783-54-2) fl-istat gassuż tiegħu.

4.

DNAD (1,3-dinitro-1,3-diażetidin) (CAS 78246-06-7);

5.

HAN (idroksilammonju nitrat) (CAS 13465-08-2);

6.

HAP (idroksilammonju perklorat) (CAS 15588-62-2);

7.

HNF (idrażinjum nitruformat) (CAS 20773-28-8);

8.

Idrażin nitrat (CAS 37836-27-4);

9.

Idrażin perklorat (CAS 27978-54-7);

10.

Ossidizzaturi likwidi magħmula minn jew li fihom aċidu nitriku fumanti aħmar inibit (IRFNA) (CAS 8007-58-7);

Nota

ML8.d.10 ma japplikax għal aċidu nitriku fumanti mhux inibit.

e.

Bajnders, plastikizzaturi, monomers u polimers, kif ġej:

1.

AMMO (ażidometilmetiloksetan u l-polimers tiegħu) (CAS 90683-29-7) (ara wkoll ML8.g.1. għall-"prekursuri" tiegħu);

2.

BAMO (3,3-bis(ażidometil)oksetan u l-polimers tiegħu) (CAS 17607-20-4) (ara wkoll ML8.g.1. għall-"prekursuri" tiegħu);

3.

BDNPA (bis (2,2-dinitrupropil)aċetal) (CAS 5108-69-0);

4.

BDNPF (bis (2,2-dinitrupropil)formali) (CAS 5917-61-3);

5.

BTTN (butanetrjoltrinitrat) (CAS 6659-60-5) (ara wkoll ML8.g.8. għall-"prekursuri" tiegħu);

6.

Monomers enerġetiċi, plastikizzaturi jew polimers, ifformultai b'mod speċjali għall-użu militari u li fihom kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin;

a.

Gruppi ta' nitro;

b.

Gruppi ta' azido;

c.

Gruppi ta' nitrat;

d.

Gruppi ta' nitraza; jew

e.

Gruppi ta' difluworoamin;

7.

FAMAO (3-difluworoamminumetil-3-ażidometil oksetan) u l-polimers tiegħu;

8.

FEFO (bis-(2-fluworo-2,2-dinitruetil) formali) (CAS 17003-79-1);

9.

FPF-1 (poli-2,2,3,3,4,4-eżafluworopentan-1,5-diol formali) (CAS 376-90-9);

10.

FPF-3 (poli-2,4,4,5,5,6,6-ettafluworu-2-tri-fluworometil-3-oksaeptan-1,7-dijol formali);

11.

GAP (gliċidilażid polimer) (CAS 143178-24-9) u d-derivativi tiegħu;

12.

HTPB (hydroxyl terminated polybutadiene) b'funzjonalità ta' hydroxyl li hija ugwali jew aktar minn 2,2 u ugwali jew inqas minn 2,4, valur tal-hydroxyl ta' inqas minn 0,77 meq/g, u b'viskożità f'30 °C ta' inqas minn 47 poise (CAS 69102-90-5);

13.

Alkoħol funzjonalizzat, poly(epikloroidrin) b'piż molekolari ta' anqas minn 10 000, kif ġej:

a.

Poli(epikloroidrindjol);

b.

Poli(epikloroidrintrijol)

14.

NENAs (komposti nitratoetilnitrammina) (CAS 17096-47-8, 85068-73-1, 82486-83-7, 82486-82-6 u 85954-06-9);

15.

PGN (poli-GLYN, poligliċidilnitrat jew poli(nitratometil oksiran) (CAS 27814-48-8);

16.

Poli-NIMMO (poli nitratometilmetiloksetan), poli-NMMO jew poli(3-Nitratometil-3-metiloksetan) (CAS 84051-81-0);

17.

Polinitruortokarbonati;

18.

TVOPA (1,2,3-tris[1,2-bis(difluworoamminu)etoksi] propan jew tris vinoss propanu addott) (CAS 53159-39-0);

19.

4,5 diażidometil-2-metil-1,2,3-triażol (iso- DAMTR);

20.

PNO (Poli(3-nitrato oksetan));

f.

"Addittivi", kif ġej:

1.

Ram saliċilat bażiku (CAS 62320-94-9);

2.

BHEGA (bis-(2-idrossietil) glikolammid) (CAS 17409-41-5);

3.

BNO (butadijenenitrilossidu);

4.

Derivativi tal-ferroċen kif ġej:

a.

Butaċen (CAS 125856-62-4);

b.

Katoċen (2,2-bis-etilferroċenil propan) (CAS 37206-42-1);

c.

Aċidi karbossiliċi tal-ferroċen u esteri tal-aċidi karbossiliċi tal-ferroċen;

d.

n-butil tal-ferroċen (CAS 31904-29-7);

e.

Derivativi tal-polimer tal-ferroċen addotti oħra mhux speċifikati mkien ieħor f'ML8.f.4.;

f.

Etil ferroċen (CAS 1273-89-8);

g.

Propil ferroċen;

h.

Pentil ferroċen (CAS 1274-00-6);

i.

Diċiklopentil ferroċen;

j.

Diċikloessil ferroċen;

k.

Dietil ferroċen (CAS 1273-97-8);

l.

Dipropil ferroċen;

m.

Dibutil ferroċen (CAS 1274-08-4);

n.

Diessil ferroċen (CAS 93894-59-8);

o.

Aċetil ferroċen (CAS 1271-55-2)/1,1′-diaċetil ferroċen (CAS 1273-94-5);

5.

Beta-resorsilat taċ-ċomb (CAS 20936-32-7);

6.

Ċitrat taċ-ċomb (CAS 14450-60-3);

7.

Ċelati taċ-ċomb-ram ta' beta-risorċilat jew saliċilati (CAS 68411-07-4);

8.

Maleat taċ-ċomb (CAS 19136-34-6);

9.

Saliċilat taċ-ċomb (CAS 15748-73-9);

10.

Stannat taċ-ċomb (CAS 12036-31-6);

11.

MAPO (tris-1-(2-metil)ażiridinil fosfin ossidu) (CAS 57-39-6); BOBBA 8 (bis(2-metil ażiridinil) 2-(2-idrossipropanossi) propilammin fosfin ossidu); u derivativi MAPO oħra;

12.

Metil BAPO (bis(2-metil ażiridinil) metilammin fosfin ossidu) (CAS 85068-72-0);

13.

N-metil-p-nitroanilin (CAS 100-15-2);

14.

3-Nitraża-1,5-pentan diisoċjanat (CAS 7406-61-9);

15.

Aġenti ta' gganċjar organo-metalliċi kif ġej:

a.

Neopentil[diallil]oxi, tri[dioctil]fosfat-titanate (CAS 103850-22-2); magħruf ukoll bħala titanju IV, 2,2[bis 2-propenolato-metil, butanolato, tris (dioctil) fosfato] (CAS 110438-25-0); jew LICA 12 (CAS 103850-22-2);

b.

Titanju IV, [(2-propenolato-1) metil, n-propanolatometil] butanolato-1, tris[dijoktil] pirofosfat jew KR3538;

c.

Titanju IV, [(2-propenolato-1) metil, n-propanolatometil] butanolato-1, tris(dijoktil) fosfat;

16.

Poliċijanodifluworoamminuetileneossidu;

17.

Aġenti li jgħaqqdu kif ġej:

a.

1,1R,1S-trimesol-tris(2-etilażiridin) (HX-868, BITA) (CAS 7722-73-8);

b.

Ammidi ażirdini polifunzjonali bi strutturi ta' rinforz isoftaliċi, trimesiċi, isoċjanuriċi jew trimetiladipiċi u li għandhom ukoll grupp ażiridiniku ta' 2-metil jew 2-etil;

Nota

Il-punt ML.8.f.17.b. jinkludi:

a.

1,1H-Isoftaloliku-bis(2-metilażiridin) (HX-752) (CAS 7652-64-4);

b.

2,4,6-tris(2-etil-1-ażiridinil)-1,3,5-triażin (HX-874) (CAS 18924-91-9);

c.

1,1′-trimetiladipol-bis(2-etilażiridin) (HX-877)(CAS 71463-62-2).

18.

Propilenejmin (2-metilażiridin) (CAS 75-55-8);

19.

Ossidu tal-ħadid fin ħafna (Fe2O3) (CAS 1317-60-8) b'żona tal-wiċċ speċifika aktar minn 250 m2/g u daqs medju tal-partikula ta' 3,0 nm jew anqas;

20.

TEPAN (tetraetilinpentaamminakrilonitril) (CAS 68412-45-3); poliammini ċianoetilati u l-imluħa tagħhom;

21.

TEPANOL (tetraetilenepentaamminaakrilonitrilegliċidol) (CAS 68412-46-4); poliammini ċianoetilati addotti bi gliċidol u l-imluħa tagħhom;

22.

TPB (trifenil bismut) (CAS 603-33-8);

23.

TEPB (Tris (etossifenil) bismut) (CAS 90591-48-3);

g.

"Prekursuri" kif ġej:

N.B.

F'ML8.g. ir-referenzi huma għal 'Materjali Enerġetiċi' speċifikati manifatturati minn dawn is-sustanzi.

1.

BCMO (3,3-bis(klorometil)oksetan) (CAS 78-71-7) (ara wkoll ML8.e.1. u e.2.);

2.

Melħ dinitruażetidin-t-butil (CAS 125735-38-8) (ara wkoll ML8.a.28.);

3.

Derivati tal-eżaażajsowurtżitan inkluż HBIW (eżabenżileżaażajsowurtżitan) (CAS 124782-15-6) (ara wkoll ML8.a.4.) u TAIW (tetraaċetildibenżileżaażajsowurtżitan) (CAS 182763-60-6) (ara wkoll ML8.a.4.);

4.

Ma ntużax mill-2013;

5.

TAT (1,3,5,7 tetraaċetil-1,3,5,7,-tetraaża ċiklo-oktan) (CAS 41378-98-7) (ara wkoll ML8.a.13.);

6.

1,4,5,8-tetraażadekalin (CAS 5409-42-7) (ara wkoll ML8.a.27.);

7.

1,3,5-triklorobenżin (CAS 108-70-3) (ara wkoll ML8.a.23.);

8.

1,2,4-triħidroksibutan (1,2,4-butanetrijol) (CAS 3068-00-6) (ara wkoll ML8.e.5.);

9.

DADN (1,5-diaċetil-3,7-dinitro-1, 3, 5, 7-tetraaża-ċiklooktan) (ara wkoll ML8.a.13.).

Nota 1

ML8 ma japplikax għal sustanzi li ġejjin dment li mhumiex magħquda jew imħallta mal-"materjal enerġetiku" speċifikat f'ML8.a. jew metalli fi trab f'ML8.c.:

a.

Pikrat tal-ammonja (CAS 131-74-8);

b.

Trab iswed;

c.

Eżanitrudifenilammina (CAS 131-73-7);

d.

Difluworoammina (CAS 10405-27-3);

e.

Nitrustarċ (CAS9056-38-6);

f.

Nitrat tal-potassju (CAS 7757-79-1);

g.

Tetranitrunaftalina;

h.

Trinitruaniżol;

i.

Trinitrunaftalina;

j.

Trinitruksilin;

k.

N-pirrolidinon; 1-metil-2-pirrolidinon (CAS 872-50-4);

l.

Dioktilmaleat (CAS 142-16-5);

m.

Etileżilakrilat (CAS 103-11-7);

n.

Trijetilaluminju (TEA) (CAS 97-93-8), trimetilaluminju (TMA) (CAS 75-24-1), u alkili tal-metall piroforiċi oħra u arili tal-litju, sodju, manjesju, żink jew boron;

o.

Nitroċellulożju (CAS 9004-70-0);

p.

Nitrugliċerina (jew gliċeroltrinitrat, trinitrugliċerina) (NG) (CAS 55-63-0);

q.

2,4,6-trinitrutolwin (TNT) (CAS 118-96-7);

r.

Etilindiamminadinitrat (EDDN) (CAS 20829-66-7);

s.

Pentaeritritoltetranitrat (PETN) (CAS 78-11-5);

t.

Ażid taċ-ċomb (CAS 13424-46-9), stifnat taċ-ċomb normali (CAS 15245-44-0) u stifnat taċ-ċomb bażiku (CAS 12403-82-6) u splussivi primarji jew komposizzjonijiet ta' innesk li fihom ażidi jew kumplessi ta' ażid;

u.

Trietilinglikoldinitrat (TEGDN) (CAS 111-22-8);

v.

2,4,6-trinitruresorċinol (aċidu stifniku) (CAS 82-71-3);

w.

Dietildifenilureja (CAS 85-98-3); dimetildifenilureja (CAS 611-92-7); metiletildifenil urea [Ċentraliti];

x.

N,N-difenilureja (difenilurea mhux simettrika) (CAS 603-54-3);

y.

Metil-N,N-difenilureja (metil difenilurea mhux simettrika) (CAS 13114-72-2);

z.

Etil-N,N-difenilureja (etil difenilurea mhux simettrika) (CAS 64544-71-4);

aa.

2-Nitrudifenilammina (2-NDPA)(CAS 119-75-5);

bb.

4-Nitrudifenilammina (4-NDPA)(CAS 836-30-6);

cc.

2,2-dinitropropanol (CAS 918-52-5);

dd.

Nitrugwanidin (CAS 556-88-7)(ara l-entrata 1C011.d. fuq il-lista ta' Użu Doppju tal-UE).

Nota 2

ML8. ma japplikax għall-perklorat tal-ammonju (ML8.d.2.), NTO (ML8.a.18.) jew katoċen (ML8.f.4.b.), u li jissodisfaw dan kollu li ġej:

a.

Magħmulin u fformulati b'mod speċjali għal apparat li jiġġenera l-gass għal użu ċivili;

b.

Komposti jew imħalltin, permezz ta' bajnders jew plastifikanti ffurmati bis-sħana u mhux attivi, u li għandhom massa ta' anqas minn 250 g;

c.

B'mhux aktar minn 80 % ta' ammonju perklorat (ML8.d.2.) f'massa ta' materjal attiv;

d.

B'4 g jew anqas ta' NTO (ML8.a.18.); u

e.

B'1 g jew anqas ta' katoċen (ML8.f.4.b.).

ML9
Bastimenti tal-gwerra (fil-wiċċ jew ta' taħt l-ilma) tagħmir navali speċjali, aċċessorji, komponenti u bastimenti tal-wiċċ oħra, kif ġej:

N.B.

Għal tagħmir ta' gwida u ta' nagivazzjoni, ara ML11.

a.

Bastimenti u komponenti, kif ġej:

1.

Bastimenti (tal-wiċċ jew ta' taħt l-ilma) iddisinjati jew modifikati apposta għal użu militari, irrispettivament mill-istat attwali ta' tiswija jew kondizzjoni ta' ħidma, u kemm jekk fihom sistemi jew armaturi ta' fornitura ta' armi kif ukoll jekk le, u bwieq jew partijiet mill-bwieq għal tali bastimenti, u komponenti ddisinjati apposta għalihom għal użu militari;

2.

Bastimenti tal-wiċċ, għajr dawk speċifikati f'ML9.a.1., li għandhom kwalunkwe element minn dawn, installati jew integrati fil-bastiment:

a.

Armi awtomatiċi — speċifikati f'ML1., jew armi speċifikati f'ML2., ML4., ML12. jew ML19., jew 'muntaturi' jew punti ta' konnessjoni (hard points) għal armi b'kalibru ta' 12,7 mm jew aktar;

Nota Teknika

'Muntaturi' tirreferi għal muntaturi tal-armi jew tisħiħ strutturali għall-fini li jiġu installati l-armi.

b.

Sistemi għall-kontroll tan-nar speċifikati f'ML5.;

c.

Għandhom dan kollu li ġej:

1.

'Protezzjoni Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (CBRN)'; u

2.

'Sistema pre-wet jew wash down' iddisinjati għal finijiet ta' dekontaminazzjoni; jew

Noti Tekniċi

1.

'Protezzjoni CBRN' hija spazju intern imqalfat li fih karatteristiċi bħal pressjoni eċċessiva, iżolament tas-sistemi ta' ventilazzjoni, numru limitat ta' fetħiet għall-ventilazzjoni li jkunu mgħammra b'filtri CBRN u punti ta' aċċess għall-persunal limitati li jkunu mgħammra b'air-locks.

2.

'Sistema pre-wet jew wash down' hija sistema li tisprejja l-ilma baħar li tista' xxarrab fl-istess waqt is-superstruttura esterna u l-gverti ta' bastiment.

d.

Sistemi attivi ta' kontramiżuri għal armi speċifikati f'ML4.b., ML5.c. jew ML11.a. u li għandhom kwalunkwe element minn dawn li ġejjin:

1.

'Protezzjoni CBRN';

2.

Buq u superstruttura ddisinjati apposta biex inaqqsu l-kejl tal-wiċċ ekwivalenti bir-radar;

3.

Tagħmir għat-tnaqqis tal-marka termali, (pereżempju sistema għat-tkessiħ tal-gassijiet tal-egżost), għajr dak iddisinjat apposta biex ikabbar l-effiċjenza ġenerali tal-impjant tal-enerġija jew biex jitnaqqas l-impatt ambjentali; jew

4.

Sistema ta' degaussing iddisinjati biex tnaqqas il-marka manjetika tal-bastiment kollu;

b.

Magni u sistemi ta' propulsjoni, kif ġej, iddisinjati apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji tagħhom iddisinjati apposta għall-użu militari:

1.

Magni diżil iddisinjati apposta għas-sottomarini u li għandhom l-elementi kollha li ġejjin:

a.

Output ta' enerġija ta' 1,12 MW (1 500 hp) jew aktar; u

b.

Veloċità rotarja ta' 700 rpm jew aktar;

2.

Magni jaħdmu bl-elettriku ddisinjati apposta għas-sottomarini u li għandhom l-elementi kollha li ġejjin:

a.

Output ta' enerġija ta' aktar minn 0,75 MW (1 000 hp);

b.

Irriversjar rapidu;

c.

Imkessħa bil-likwidu; u

d.

Kompletament magħluqa;

3.

Magni diżil mhux manjetiċi li għandhom l-elementi kollha li ġejjin:

a.

Output ta' enerġija ta' 37,3 kW (50 hp) jew aktar; u

b.

Kontenut mhux manjetiku li jaqbeż il-75 % tal-massa totali;

4.

Sistemi ta' 'Propulsjoni Indipendenti mill-Arja' (AIP) iddisinjati apposta għas-sottomarini;

Nota Teknika

'Propulsjoni Indipendenti mill-Arja' (AIP) tippermetti lil sottomarin taħt l-ilma jopera s-sistema ta' propulsjoni tiegħu, mingħajr aċċess għal ossiġenu atmosferiku, għal żmien itwal minn dak li kien ikun possibbli mill-batteriji. Għall-finijiet ta' ML9.b.4, AIP ma jinkludix enerġija nukleari.

c.

Apparat ta' kxif ta' taħt l-ilma, iddisinjat apposta għall-użu militari, u l-kontrolli u l-komponenti tiegħu iddisinjati apposta għall-użu militari;

d.

Xbieki kontra s-sottomarini u xbieki kontra t-torpedos, iddisinjati apposta għall-użu militari;

e.

Ma ntużax mill-2003;

f.

Penetraturi u konnetturi tal-buq, iddisinjati apposta għall-użu militari, li jippermettu l-interazzjoni ma' tagħmir estern għal bastiment, u l-komponenti tagħhom iddisinjati apposta għall-użu militari;

Nota

ML9.f. jinkludi konnetturi għal bastimenti li huma tat-tip tal-konduttur uniku, ta' diversi kondutturi, koassjali jew waveguide, u penetraturi tal-buq għall-bastimenti, li t-tnejn li huma kapaċi jibqgħu jirreżistu d-dħul tal-ilma minn barra u li jżommu l-karatteristiċi meħtieġa fi profonditajiet marini li jaqbżu l-100 m; u konnetturi tal-fibre-optic u penetraturi ottiċi tal-buq, iddisinjati apposta għat-trasmissjoni ta' raġġi "laser", irrispettivament mill-profondità. ML9.f. ma japplikax għal penetraturi tal-buq control-rod bix-xaft propulsiv u idrodinamiċi.

g.

Bearings silenzjużi li għandhom kwalunkwe wieħed mill-komponenti tagħhom li ġejjin, iddisinjati apposta għall-użu militari:

1.

Sospensjoni bil-gass jew manjetika;

2.

Kontrolli tal-marka attiva; jew

3.

Kontrolli għas-soppressjoni tal-vibrazzjonijiet.

ML10
"Inġenji tal-ajru", "vetturi eħfef mill-arja", "vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ" ("UAVs"), aeromagni u tagħmir għall-"inġenji tal-ajru", tagħmir u komponenti relatati, kif ġej, iddisinjati jew modifikati apposta għall-użu militari:

N.B.

Għal tagħmir ta' gwida u ta' nagivazzjoni, ara ML11.

a.

"Inġenju tal-ajru" u "vetturi eħfef mill-arja" b'ekwipaġġ, u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

b.

Li ma ntużawx mill-2011 'il hawn;

c.

"Inġenju tal-ajru" mingħajr ekwipaġġ u "vetturi eħfef mill-arja", u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

1.

"UAVs", Vetturi tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod (RPVs), vetturi programmabbli awtonomi u "vetturi eħfef mill-arja" mingħajr ekwipaġġ;

2.

Lanċaturi, tagħmir ta' rkupru u tagħmir għall-appoġġ fuq l-art;

3.

Tagħmir iddisinjat għall-kmand jew il-kontroll;

d.

Magni aeronawtiċi bi propulsjoni u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

e.

Tagħmir għall-għoti tal-karburant fl-ajru ddisinjat jew modifikat apposta għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalih:

1.

"Inġenji tal-ajru" speċifikati minn ML10.a.; jew

2.

"Inġenji tal-ajru" mingħajr ekwipaġġ speċifikati minn ML10.c.;

f.

'Tagħmir tal-art' iddisinjat apposta għall-"inġenji tal-ajru" speċifikati minn ML10.a. jew għall-magni tal-ajru speċifikati minn ML10.d.;

Nota Teknika

It-'tagħmir tal-art' jinkludi tagħmir għall-għoti tal-karburant bi pressjoni u tagħmir iddisinjat biex jiffaċilita operazzjonijiet f'żoni ristretti.

g.

Tagħmir għas-salvataġġ tal-ekwipaġġ tal-ajru, tagħmir għas-sikurezza tal-ekwipaġġ tal-ajru u apparat ieħor għat-tluq ta' emerġenza, mhux speċifikati f'ML10.a., iddisinjati għall-"inġenji tal-ajru" speċifikati minn ML10.a.;

Nota

ML10.g. ma jikkontrollax elmi tal-ekwipaġġ tal-ajru li ma jinkorporawx it-tagħmir speċifikat fil-Lista Militari Komuni tal-UE, jew li m'għandhomx muntaturi jew armar għalih.

N.B.

Għall-elmi ara wkoll ML13.c.

h.

Paraxutijiet, paragliders u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

1.

Paraxutijiet li mhumiex speċifikati x'imkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE;

2.

Paragliders;

3.

Tagħmir maħsub apposta għal paraxutisti ta' altitudni għolja (pereżempju, ilbies, elmi speċjali, sistemi għat-teħid tan-nifs, tagħmir tan-navigazzjoni);

i.

Tagħmir bi ftuħ ikkontrollat jew sistemi ta' pilotaġġ awtomatiku, iddisinjati għal tagħbijiet mitfugħa bil-paraxut.

Nota 1

ML10.a. ma japplikax għal 'inġenji tal-ajru' u 'vetturi eħfef mill-arja' jew varjanti ta' dawk 'l-inġenji tal-ajru' ddisinjati apposta għall-użu militari, u li jkunu dan kollu li ġej:

a.

Li ma jkunux "inġenji tal-ajru" tal-ġlied;

b.

Li ma jkunux ikkonfigurati għall-użu militari u mhumiex mgħammra b'tagħmir jew aċċessorji ddisinjati jew modifikati apposta għall-użu militari; u

c.

Ċertifikat għal użu ċivili mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta' Wassenaar.

Nota 2

ML10.d. ma japplikax għal:

a.

Aeromagni maħsuba jew modifikati għall-użu militari li ġew iċċertifikati mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta' Stat Membru wieħed jew aktar tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta' Wassenaar għall-użu fl-'inġenji tal-ajru ċivili', jew komponenti ddisinjati apposta għalihom;

b.

Magni reċiprokanti jew komponenti ddisinjati apposta għalihom, ħlief dawk iddisinjati apposta għal "UAVs".

Nota 3

Għall-finijiet ta' ML10.a. u ML10.d., komponenti ddisinjati apposta u tagħmir relatat għal "inġenji tal-ajru" mhux militari jew aeromagni mmodifikati għall-użu militari, japplika biss għal dawk il-komponenti militari u għal tagħmir militari relatat meħtieġ għall-modifika għal użu militari.

Nota 4

Għall-finijiet ta' ML10.a., l-użu militari jinkludi: ġlied, tkixxif militari, attakk, taħriġ militari, appoġġ loġistiku, u trasport u tfigħ mill-ajru ta' truppi jew tagħmir militari.

Nota 5

ML10.a. ma japplikax għal "inġenji tal-ajru" li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Ġew immanifatturati għall-ewwel darba qabel l-1946;

b.

Ma jinkludux oġġetti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE, dment li l-oġġetti ma jkunux meħtieġa biex jiġu sodisfatti standards ta' sikurezza u ajrunavigabbiltà ta' awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta' Stat Membru wieħed jew aktar tal-UE jew ta' Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta' Wassenaar; u

c.

Ma jinkorporawx armi speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE, ħlief jekk dawn ma jistgħux jitħaddmu jew jitreġġgħu lura għall-operazzjoni.

ML11
Tagħmir elettroniku, "inġenji spazjali" u komponenti, mhux speċifikati x'imkien ieħor fuq il-Lista Militari Komuni tal-UE, kif ġej:

a.

Tagħmir elettroniku ddisinjat apposta għall-użu militari u komponenti ddisinjati apposta għalih;

Nota

ML11.a. jinkludi:

a.

Tagħmir ta' kontramiżura elettroniku u tagħmir ta' kontra-kontramiżura elettroniku (jiġifieri, tagħmir iddisinjat sabiex jintroduċi sinjali estranji jew erronji f'riċevituri tal-komunikazzjoni bir-radar jew bir-radju jew inkella jfixkel ir-riċeviment, l-operat jew l-effettività ta' riċevituri elettroniċi avversarji inkluż it-tagħmir ta' kontramiżura tagħhom), inkluż tagħmir ta' bblukkar jew kontra-ibblukkar;

b.

Tubi b'aġilità ta' frekwenza;

c.

Sistemi jew tagħmir elettroniċi, iddisinjati għas-sorveljanza jew għall-monitoraġġ tal-ispettru elettro-manjetiku għal finijiet ta' tagħrif sigriet militari jew ta' sigurtà jew b'kontra-azzjoni għal tali sorveljanza u monitoraġġ;

d.

Tagħmir ta' kontramiżuri ta' taħt l-ilma, inklużi ingannaturi u disturbaturi akustiċi u manjetiċi, iddisinjati biex jintroduċu sinjali estranji jew erronji f'riċevituri sonarji;

e.

Tagħmir ta' sigurtà għall-ipproċessar tad-data, tagħmir għas-sigurtà tad-data u tagħmir ta' sigurtà għal linji ta' trasmissjoni u ta' senjalazzjoni, bl-użu ta' proċessi ta' ċifraġġ;

f.

Tagħmir għall-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni u t-tagħbija ta' ċwievet krittografiċi u tagħmir għall-ġestjoni, il-manifatturazzjoni u d-distribuzzjoni ta' ċwievet krittografiċi;

g.

Tagħmir ta' gwida u navigazzjoni;

h.

Tagħmir ta' trasmissjoni ta' komunikazzjonijiet bir-radju troposcatter diġitiali;

i.

Demodulaturi diġitali ddisinjati apposta għal intelligence ta' sinjali;

j.

"Sistemi awtomatizzati ta' kmand u kontroll".

N.B.

Għal "software" assoċjat mar-Radju militari Definit permezz ta' 'Software' (SDR), ara ML21.

b.

Tagħmir ta' bblukkar ta' Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) u komponenti ddisinjati apposta għalih;

c.

"Inġenji spazjali" ddisinjati jew modifikati apposta għall-użu militari, u komponenti tal-"inġenji spazjali" ddisinjati apposta għall-użu militari.

ML12
Sistemi ta' armi b'enerġija kinetika b'veloċità għolja u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

a.

Sistemi ta' armi b'enerġija kinetika ddisinjati apposta għall-qerda jew l-abbort ta' xi bersall;

b.

Faċilitajiet ta' ttestjar u evalwazzjoni u mudelli ta' ttestjar iddisinjati apposta, inklużi strumentazzjoni u miri dijagnostiċi, għall-ittestjar dinamiku ta' projettili u sistemi tal-enerġija kinetika.

N.B.

Għal sistemi tal-armi li jużaw munizzjon sub-kalibru jew li jagħmlu użu biss minn propulsjoni kimika u munizzjoni għalihom, ara ML1 sa ML4.

Nota 1

ML12 jinkludi li ġej meta ddisinjati apposta għal sistemi ta' armi b'enerġija kinetika:

a.

Sistemi ta' propulsjoni għat-tnedija kapaċi jaċċeleraw masses akbar minn 0,1 g għal veloċitajiet li jaqbżu l-1,6 km/s, f'modi ta' tluq uniċi jew rapidi;

b.

Tagħmir ta' ġenerazzjoni ta' enerġija prima, ta' armatura elettrika, ta' ħażna tal-enerġija (pereżempju kapasiters li jaħżnu kwantità kbira ta' enerġija), ta' ġestjoni termali, ta' kondizzjonament, ta' swiċċjar jew ta' ġestjoni tal-fjuwil; u interfaces elettriċi bejn il-provvista tal-enerġija, il-kanun u l-funzjonijiet l-oħra ta' kmand elettriku tat-turretta;

N.B.

Ara wkoll 3A001.e.2. fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE għall-kapasiters li jaħżnu kwantità kbira ta' enerġija.

c.

Sistemi ta' akkwist tal-bersall, ittrekkjar, kontroll tan-nar jew valutazzjoni tad-dannu;

d.

Sistemi awtogwidati ta' riċerka, ta' gwida jew ta' propulsjoni devjata (aċċelerazzjoni laterali) għall-projettili.

Nota 2

ML12 japplika għal sistemi ta' armi bl-użu ta' kwalunkwe wieħed mill-metodi li ġejjin ta' propulsjoni:

a.

Elettromanjetika;

b.

Elettrotermali;

c.

Plasma;

d.

Gass ħafif; jew

e.

Kimika (meta użata flimkien ma' kwalunkwe wieħed minn dawn ta' hawn fuq).

ML13
Tagħmir blindat jew protettiv, kostruzzjonijiet u komponenti, kif ġej:

a.

Pjanċa metallika jew mhux metallika blindata, li għandha xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Manifatturata sabiex tikkonforma ma' standard jew speċifikazzjoni militari; jew

2.

Adatta għall-użu militari;

N.B.

Għall-korazzi tal-ġisem, ara ML13.d.2.

b.

Kostruzzjonijiet ta' materjali metalliċi jew non-metalliċi, jew taħlitiet tagħhom, iddisinjati apposta sabiex jipprovdu protezzjoni ballistika għal sistemi militari, u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

c.

Elmi manifatturati skont standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew standards nazzjonali komparabbli, u struttura esterna, inforra, jew kuxxinett għal konfort iddisinjati apposta għalihom;

N.B.

Għal komponenti jew aċċessorji oħra ta' elmi militari, ara l-entrata ML rilevanti.

d.

Korazzi tal-ġisem jew ilbies protettiv, u komponenti għalihom, kif ġej:

1.

Korazza tal-ġisem u indumenti protettivi, manifatturati f'konformità ma' standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew l-ekwivalenti, u komponenti maħsuba apposta għalihom;

Nota

Għall-finijiet ta' ML13.d.1., l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet militari jinkludu, bħala minimu, speċifikazzjonijiet għal protezzjoni minn frammentazzjoni.

2.

Korazza iebsa tal-ġisem li tipprovdi protezzjoni ballistika sal-livell III jew aktar (NIJ 0101.06, Lulju 2008) jew l-ekwivalenti nazzjonali.

Nota 1

ML13.b. jinkludi materjali ddisinjati apposta sabiex jiffurmaw armatura reattiva għall-isplussivi jew sabiex jiġu mibnija xelters militari.

Nota 2

ML13.c. ma japplikax għal elmi tal-azzar konvenzjonali, la mmodifikati u lanqas iddisinjati biex jaċċettaw, u lanqas mgħammra bi kwalunkwe tip ta' apparat aċċessorju.

Nota 3

ML13.c. u d. ma japplikawx għal elmi, korazzatura tal-ġisem jew ilbies protettiv meta jkunu qed jakkumpanjaw l-utent tagħhom għall-protezzjoni personali tal-utent stess.

Nota 4

L-uniċi elmi ddisinjati apposta għal persunal responsabbli għar-rimi tal-bombi li huma speċifikati mill-ML13. huma dawk iddisinjati apposta għall-użu militari.

N.B. 1

Ara wkoll l-entrata 1A005 fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.

N.B. 2

Għal "materjali fibrużi jew filamentari" użati fil-manifattura ta' korazza tal-ġisem u elmi, ara l-entrata 1C010 fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.

ML14
'Tagħmir speċjalizzat għal taħriġ militari', jew għas-simulazzjoni ta' xenarji militari, simulaturi ddisinjati apposta għal taħriġ fl-użu ta' kwalunkwe arma tan-nar jew arma kkontrollata minn ML1 jew ML2, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalihom.

Nota Teknika

It-terminu 'tagħmir speċjalizzat għat-taħriġ militari' jinkludi tipi militari ta' trejners ta' attakk, ta' trejners ta' titjir operattiv, ta' trejners għall-bersall radar, ta' ġeneraturi ta' bersall radar, ta' apparati ta' taħriġ fl-isparar, ta' trejners għall-gwerra anti-sottomarini, ta' simulaturi tat-titjir (inklużi ċ-ċentrifuġi previsti għall-bniedem, iddestinati għat-taħriġ ta' piloti/astronawti), ta' trejners radar, ta' simulaturi ta' titjir strumentali, ta' simulaturi ta' navigazzjoni, ta' simulaturi ta' tfiegħ ta' missili, ta' tagħmir għall-bersall, ta' 'inġenji tal-ajru' telegwidati, ta' trejners tal-armamenti, ta' trejners għall-gwida ta' 'inġenji tal-ajru' mingħajr pilota, ta' unitajiet ta' taħriġ mobbli u ta' tagħmir tat-taħriġ għal operazzjonijiet militari tal-art.

Nota 1

ML14 jinkludi sistemi ta' ġenerazzjoni tal-immaġni u ta' ambjent interattiv għal simulaturi, meta ddisinjati jew modifikati apposta għall-użu militari.

Nota 2

ML14 ma japplikax għal tagħmir iddisinjat apposta għal taħriġ fl-użu ta' armi tal-kaċċa jew għall-isports.

ML15
Tagħmir ta' immaġni jew kontramiżura, kif ġej, iddisinjat apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalihom:

a.

Rekorders u tagħmir ta' pproċessar tal-immaġni;

b.

Kameras, tagħmir fotografiku u tagħmir għall-ipproċessar tal-pellikoli;

c.

Tagħmir għall-intensifikazzjoni tal-immaġni;

d.

Tagħmir għal viżjoni bl-infra-aħmar jew għal viżjoni termali;

e.

Tagħmir għall-elaborazzjoni tal-immaġni radar;

f.

Tagħmir ta' kontramiżura jew ta' kontra-kontramiżura, għat-tagħmir speċifikat minn ML15.a. sa ML15.e.

Nota

ML15.f. jinkludi tagħmir iddisinjat sabiex jiddegrada l-operat jew l-effettività tas-sistemi militari ta' viżjoni jew sabiex inaqqas l-effetti ta' tali degradazzjoni.

Nota 1

F'ML15, it-terminu komponenti ddisinjati apposta jinkludi dan li ġej meta ddisinjati apposta għall-użu militari:

a.

Tubi konvertituri tal-immaġni bid-dawl infra-aħmar;

b.

Tubi intensifikaturi tal-immaġni (minbarra l-ewwel ġenerazzjoni);

c.

Pjanċi mikrokanal;

d.

Tubi ta' kamera tat-televixin b'livell baxx ta' dawl;

e.

Detector arrays (inklużi sistemi ta' interkonnessjoni elettronika jew read out);

f.

Tubi tal-kameras tat-televixin piroelettriċi;

g.

Sistemi tat-tkessiħ għal sistemi ta' viżjoni;

h.

Xatters imħarrka elettrikament tat-tip fotokromiku jew elektro-ottiku b'veloċità tax-xatter ta' anqas minn 100 μs, ħlief fil-każ ta' xatters li huma parti essenzjali ta' kamera b'veloċità għolja;

i.

Invertituri tal-immaġni b'fibra ottika;

j.

Fotokatodi b'semikondutturi komposti.

Nota 2

ML15 ma japplikax għal "tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni" jew tagħmir iddisinjat apposta sabiex jinkorpora "tubu intensifikatur tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni".

N.B.

Għall-klassifikazzjoni ta' weapon sights li jinkorporaw "tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni" ara ML1., ML2. u ML5.a.

N.B.

Ara wkoll l-entrati 6A002.a.2. u 6A002.b. fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.

ML16
Foroġ, forom u prodotti oħra mhux kompluti, iddisinjati apposta għal oġġetti speċifikat minn ML1 sa ML4, ML6, ML9, ML10, ML12 jew ML19.

Nota

ML16. japplika għal prodotti mhux kompluti meta jkunu identifikabbli mill-kompożizzjoni tal-materjal, il-ġeometrija jew il-funzjoni.

ML17
Tagħmir, materjal u "libreriji" mixxellanji, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

a.

Apparat għall-għadis u għall-għawm taħt l-ilma, maħsuba jew modifikati apposta għall-użu militari, kif ġej:

1.

Awtorespiraturi għall-għadis, b'ċirkwit magħluq jew nofsu magħluq;

2.

Apparat għall-għawm taħt l-ilma ddisinjat apposta għall-użu mal-apparat tal-għadis speċifikat f'ML 17.a.1.;

N.B.

Ara wkoll 8A002.q. fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.

b.

Tagħmir tal-kostruzzjoni ddisinjat apposta għall-użu militari;

c.

Aċċessorji, passati u trattamenti, għas-soppressjoni tal-senjatura, iddisinjati apposta għall-użu militari;

d.

Tagħmir għall-assistenza teknika fuq il-post iddisinjat apposta għall-użu f'żona ta' ġlied;

e.

"Robots", kontrulluri tar-"robot" u "effetturi tat-tarf" ("end-effectors") tar-"robot", li jkollhom kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Iddisinjat apposta għall-użu militari;

2.

Jinkorporaw mezzi għall-protezzjoni ta' linji idrawliċi kontra panċers ikkawżati minn frammenti ballistiċi (pereżempju, li jinkorporaw linji awto-siġillanti) u ddisinjati sabiex jużaw fluwidi idrawliċi b'punti ta' flaxx ogħla minn 839 K (566 °C); jew

3.

Imfassla jew predisposti apposta biex joperaw f'ambjent sottopost għal impulsi elettromanjetiċi (EMP);

Nota Teknika

Impuls elettromanjetiku ma jirreferix għall-interferenza mhux intenzjonata kkawżata mir-radjazzjoni elettromanjetika minn tagħmir (pereżempju makkinarju, elettrodomestiċi jew tagħmir ta' elettronika) jew minn sajjetti li jinsabu fil-viċinanza.

f.

"Libreriji" ddisinjati apposta jew modifikati għall-użu militari b'sistemi, tagħmir jew komponenti, speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE;

g.

Enerġija nukleari li tiġġenera tagħmir jew tagħmir ta' propulsjoni, inklużi "reatturi nukleari", iddisinjati apposta għall-użu militari u komponenti għalihom iddisinjati jew 'modifikati' apposta għall-użu militari;

h.

Tagħmir jew materjal, mogħti passata jew ittrattat għas-soppressjoni tas-senjatura, iddisinjat apposta għall-użu militari, minbarra dawk speċifikati x'imkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE;

i.

Simulaturi ddisinjati apposta għal "reatturi nukleari" militari;

j.

Ħwienet tat-tiswija mobbli ddisinjati jew 'modifikati' apposta għall-manutenzjoni ta' tagħmir militari;

k.

Ġeneraturi ta' fuq il-post iddisinjati jew 'modifikati' apposta għall-użu militari;

l.

Containers iddisinjati jew 'modifikati' apposta għall-użu militari;

m.

Laneċ, minbarra dawk speċifikati x'imkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE, pontijiet u puntuni, iddisinjati apposta għall-użu militari;

n.

Mudelli ta' ttestjar iddisinjati apposta għall-"iżvilupp" ta' oġġetti speċifikati minn ML4, ML6, ML9 jew ML10;

o.

Tagħmir ta' protezzjoni mil-"laser" (pereżempju, protezzjoni tal-għajnejn u protezzjoni sensorjali) iddisinjat apposta għall-użu militari;

p.

"Ċelloli tal-karburant" minbarra dawk speċifikati x'imkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE ddisinjati apposta jew 'immodifikati' għall-użu militari.

Noti Tekniċi

1.

Ma jintużax mill-2014.

2.

Għall-fini ta' ML17, 'immodifikat' tfisser kwalunkwe bidla strutturali, elettrika, mekkanika jew ta' tip ieħor li tipprovdi oġġett mhux militari b'kapaċitajiet ekwivalenti għal oġġett li huwa ddisinjat apposta għall-użu militari.

ML18
Tagħmir u komponenti ta' 'produzzjoni', kif ġej:

a.

Tagħmir ta' 'produzzjoni' ddisinjat jew modifikat apposta għall-'produzzjoni' ta' prodotti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE, u komponenti ddisinjati apposta għalih;

b.

Faċilitajiet ta' ttestjar ambjentali ddisinjati apposta jew tagħmir iddisinjat apposta għalihom, għaċ-ċertifikazzjoni, il-kwalifikazzjoni jew l-ittestjar ta' prodotti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

Nota Teknika

Għall-finijiet ta' ML18, it-terminu 'produzzjoni' jinkludi tfassil, eżaminazzjoni, manifattura, ittestjar u verifika.

Nota

Nota ML18.a. u ML18.b. jinkludu t-tagħmir li ġej:

a.

Nitraturi kontinwi;

b.

Apparat jew tagħmir tal-ittestjar ċentrifugali li għandu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

1.

Misjuq b'mutur jew muturi li għandu/hom potenza nominali totali ta' aktar minn 298 kW (400 hp);

2.

Kapaċi jġorr payload ta' 113 kg jew aktar; jew

3.

Kapaċi jeżerċita aċċelerazzjoni ċentrifugali ta' 8 g jew aktar fuq payload ta' 91 kg jew aktar;

c.

Pressaturi għad-deidratazzjoni;

d.

Ekstruders tal-viti ddisinjati jew immodifikati apposta għal estrużjoni militari splussiva;

e.

Magni li jaqtgħu għad-daqs ta' propellanti estrużi;

f.

Sweetie barrels (tumblers) ta' dijametru ta' 1,85 m jew aktar u li għandhom kapaċità tal-prodott 'il fuq minn 227 kg;

g.

Miksers kontinwi għal propellanti solidi;

h.

Imtieħen idrawliċi għat-tfarrik jew it-tħin tal-ingridjenti ta' splussivi militari;

i.

Tagħmir biex jinkisbu kemm l-isferiċità kif ukoll l-uniformità tal-partiċelli tat-trab metalliku elenkat f'ML8.c.8.;

j.

Konvertituri tal-kurrent ta' konvezzjoni għall-konverżjoni tal-materjali elenkati f'ML8.c.3.

ML19
Sistemi ta' armi b'enerġija diretta (DEW), tagħmir relatat jew ta' kontromiżura u mudelli ta' ttestjar, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:

a.

Sistemi "laser" iddisinjati apposta għall-qerda jew biex jeffettwaw l-missjoni-abort ta' mira;

b.

Sistemi b'raġġi tal-partiċelli kapaċi li jeqirdu jew li jeffettwaw l-missjoni-abort ta' mira;

c.

Sistemi b'qawwa għolja ta' Frekwenza-Radju (RF) kapaċi li jeqirdu jew li jeffettwaw l-missjoni-abort ta' mira;

d.

Tagħmir iddisinjat apposta biex isib jew jidentifika lil, jew biex jiddefendi minn, sistemi speċifikati minn ML19.a. sa ML19.c.;

e.

Mudelli għal test fiżiku għas-sistemi, tagħmir u komponenti speċifikati minn ML19.;

f.

Sistemi "laser" iddisinjati apposta biex jikkawżaw agħma permanenti għal viżjoni mhux megħjuna, jiġifieri lill-għajn mikxufa jew lill-għajn b'tagħmir li jikkoreġi l-viżta.

Nota 1

Sistemi DEW speċifikati minn ML19 jinkludu sistemi li l-kapaċità tagħhom ġejja mill-applikazzjoni kontrollata ta':

a.

"Lasers" ta' qawwa suffiċjenti biex teffetwa distruzzjoni simili għall-mod ta' munizzjon konvenzjonali;

b.

Aċċelleraturi ta' partiċelli li jipproġettaw raġġ ta' partiċelli ċċarġjati jew newtrali b'qawwa distruttiva;

c.

Trasmettituri ta' raġġ ta' frekwenza radju b'qawwa ta' pulsazzjoni għolja jew qawwa ta' medja għolja li jipproduċu għelieqi suffiċjentament intensili jwaqqfu l-ħidma ta' ċirkwiti elettroniċi f'mira distanti.

Nota 2

Ml19 jinkludi li ġej meta mfassal apposta għal sistemi DEW:

a.

Tagħmir ta' ġenerazzjoni ta' enerġija prima, ta' ħażna tal-enerġija, ta' swiċċjar, ta' kondizzjonament tal-enerġija jew ta' ġestjoni tal-fjuwil;

b.

Akkwiżizzjoni tal-mira jew sistemi ta' ttrekkjar;

c.

Sistemi li kapaċi jeżaminaw ħsara, distruzzjoni jew l-missjoni-abort lill-mira;

d.

Tagħmir għal maniġġar tar-raġġi, propogazzjoni jew ippuntar;

e.

Tagħmir b'kapaċità ta' tidwir malajr tar-raġġ għal operazzjonijiet b'miri multipli rapidi;

f.

Ottiċi adattivi u konjugaturi tal-fażi;

g.

Injetturi tal-kurrent għal raġġi tal-jioni negattivi tal-idroġenu;

h.

Komponenti ta' aċċeleratur "kwalifikat għall-ispazju";

i.

Tagħmir biex jillenbuta raġġ negattiv ta' joni;

j.

Tagħmir biex jikkontrolla u jdawwar malajr raġġ ta' joni ta' enerġija għolja;

k.

Fuljetti "kwalifikati għall-ispazju" biex jinnewtralizzaw raġġi ta' isotopi tal-idroġenu negattivi.

ML20
Tagħmir krijoġeniku u "superkonduttiv", kif ġej, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalih:

a.

Tagħmir iddisinjat apposta jew konfigurat biex ikun installat f'vettura għal applikazzjonijiet militari fuq l-art, fuq il-baħar, fl-ajru jew fl-ispazju, kapaċi li joperaw waqt li jkunu f'ċaqliq jew li jipproduċu jew iżommu temperaturi taħt il-103 K (–170 °C);

Nota

ML20.a. jinkludi sistemi mobbli li jinkorporaw jew jużaw aċċessorji jew komponenti manifatturati minn materjali konduttivi non-metalliċi jew non-elettriċi, bħal plastiks jew materjali mimlijin bl-eposside.

b.

Tagħmir elettriku "superkonduttiv" (makkinarju rotanti u trasformaturi) iddisinjat apposta jew konfigurat biex ikun installat f'vettura għal applikazzjonijiet militari fuq l-art, fuq il-baħar, fl-ajru jew fl-ispazju, u kapaċi li jopera waqt li jkunu f'ċaqliq.

Nota

ML20.b. ma japplikax għal ġeneraturi omopolari ibridi ta' kurrent dirett li għandhom armaturi tal-metall normali b'lasta waħda li jirrotaw f'għalqa manjetika prodotta b'tidwiriet superkonduttivi, jekk dawk it-tidwiriet huma l-uniċi komponenti superkonduttivi fil-ġeneratur.

ML21
"Software" kif ġej:

a.

"Software" ddisinjat apposta jew modifikat għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

"Żvilupp", "produzzjoni", operazzjoni jew manutenzjoni ta' tagħmir speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE;

2.

"Żvilupp" jew "produzzjoni" ta' materjal speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE; jew

3.

"Żvilupp", "produzzjoni", operazzjoni jew manutenzjoni ta' "software" speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

b.

"Software" speċifiku, minbarra dak speċifikat minn ML21.a., kif ġej:

1.

"Software" ddisinjat apposta għal użu militari u maħsub apposta għall-immudellar, l-istimulazzjoni u l-evalwazzjoni tas-sistemi tal-armi militari;

2.

"Software" ddisinjat apposta għal użu militari u ddisinjat apposta għall-immudellar jew l-istimulazzjoni tax-xenarji operazzjonali militari;

3.

"Software" għad-determinazzjoni tal-effetti ta' armi konvenzjonali, nukleari, kimiċi jew bijoloġiċi;

4.

"Software" ddisinjat apposta għall-użu militari u ddisinjat apposta għal Kmand, Komunikazzjonijiet, Kontroll u Intelligence (C3I) jew applikazzjonijiet ta' Kmand, Komunikazzjonijiet, Kontroll, Kompjuter u Intelligence (C4I);

c.

"Software", mhux speċifikat minn ML21.a. jew ML21.b., iddisinjat apposta jew modifikat biex jippermetti li tagħmir mhux speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE biex jaqdi l-funzjonijiet militari ta' tagħmir speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

ML22
"Teknoloġija", kif ġej:

a.

"Teknoloġija" barra minn dik speċifikata f'ML22.b., li hija "meħtieġa" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni", l-operazzjoni, l-installazzjoni, il-manutenzjoni (verifika), it-tiswija, it-tiġdid maġġuri jew l-arranġament mill-ġdid ta' oġġetti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE;

b.

"Teknoloġija", kif ġej:

1.

"Teknoloġija" "meħtieġa" għad-disinn ta', l-għaqda ta' komponenti fi, u l-operazzjoni, żamma fl-ordni u tiswija ta' installazzjonijiet ta' produzzjoni kompluti għal oġġetti speċifikati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea, anke jekk il-komponenti ta' dawn l-installazzjonijiet ta' produzzjoni ma jkunux speċifikati;

2.

"Teknoloġija" "meħtieġa" għall-"iżvilupp" u l-"produzzjoni" ta' armamenti żgħar anke jekk użati biex jipproduċu riproduzzjonijiet ta' armamenti żgħar ta' antikità;

3.

Ma ntużax mill-2013;

N.B.

Ara ML22.a. għal "teknoloġija" preċedentement speċifikata minn ML22.b.3.

4.

Ma ntużax mill-2013;

N.B.

Ara ML22.a. għal "teknoloġija" preċedentement speċifikata minn ML22.b.4.

5.

"Teknoloġija" "meħtieġa" esklussivament għall-inkorporazzjoni ta' "bijokatalisti", speċifikata minn ML7.i.1., f'sustanzi ta' ġarr militari jew materjal militari.

Nota 1

"Teknoloġija" "meħtieġa" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-operazzjoni, l-installazzjoni, il-manutenzjoni (verifika), it-tiswija, it-tiġdid maġġuri jew l-arranġament mill-ġdid ta' oġġetti speċifikati fil-Lista Militari Komuni tal-UE tibqa' taħt kontroll anke meta applikabbli għal kwalunkwe oġġett mhux speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

Nota 2

ML22 ma japplikax għal:

a.

"Teknoloġija" li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, operazzjoni, żamma fl-ordni (iċċekkjar) jew tiswija ta' dawk l-oġġetti li ma humiex ikkontrollati jew li l-esportazzjoni tagħhom kienet awtorizzata;

b.

"Teknoloġija" li hija "fl-isfera pubblika", "riċerka xjentifika bażika" jew l-informazzjoni minima meħtieġa għal applikazzjonijiet ta' brevett;

c.

"Teknoloġija" għal induzzjoni manjetika għal propulsjoni kontinwa ta' tagħmir ta' trasport ċivili.

DEFINIZZJONIJIET TA' TERMINI UŻATI F'DIN IL-LISTA

Dawn li ġejjin huma definizzjonijiet ta' termini użati f'din il-Lista, f'ordni alfabetiku.

Nota 1

Id-definizzjonijiet japplikaw fil-Lista kollha. Ir-referenzi huma biss konsultattivi u ma għandhom l-ebda effett fuq l-applikazzjoni universali ta' termini definiti fil-Lista kollha.

Nota 2

Il-kliem u t-termini li jinsabu f'din il-Lista ta' Definizzjonijiet jieħdu biss it-tifsira definita fejn din hija indikata billi jkunu "bejn virgoletti doppji". Definizzjonijiet ta' termini bejn 'virgoletti uniċi' huma mogħtija f'nota Teknika għall-punt rilevanti. F'istanzi oħrajn, il-kliem u t-termini jieħdu t-tifsiriet aċċettati komunement (dizzjunarju).

ML7
"Adattat għal użu fi gwerra"

Kull modifika jew selezzjoni (bħal alterazzjoni fil-purità, ħajja fuq l-ixkaffa, virulenza, karatteristiċi disseminattivi, jew reżistenza għal radjazzjoni UV) iddisinjati biex iżidu l-effettività fil-produzzjoni ta' bnedmin jew annimali mweġġgħin jew maqtulin, tagħmir degradanti jew li jagħmel ħsara lil għelejjel jew lill-ambjent.

ML8
"Addittivi"

Sustanzi użati f'formulazzjonijiet esplussivi biex itejbu l-proprjetajiet tagħhom.

ML8, 10, 14
"Inġenji tal-ajru"

Ġewnaħ fiss, ġewnaħ b'ġometrija varjabbli, ġewnaħ rotanti (ħelikopter), rotor li jista' jinklina jew vettura għat-tajran b'ġewnaħ li jista' jinklina.

ML 10
"Ajruplani"

Vettura li ttir bil-magni u li żżomm fl-arja permezz ta' gass (ġeneralment l-elju, preċedentement l-idroġenu) li huwa eħfef mill-arja.

ML11
"Sistemi awtomatizzati ta' kmand u kontroll"

Sistemi elettroniċi, li permezz tagħhom informazzjoni li hija essenzjali għall-operat effettiv tar-raggruppament, il-formazzjoni maġġuri, il-formazzjoni tattika, l-unità, il-bastiment, is-sotto-unità jew l-armi kkmandati tiddaħħal, tiġi pproċessata jew tiġi trasmessa. Dan jinkiseb permezz tal-użu ta' hardware tal-kompjuter u hardware ieħor iddisinjat biex jappoġġa l-funzjonijiet ta' organizzazzjoni militari ta' kmand u kontroll. Il-funzjonijiet ewlenin ta' sistema awtomatizzata ta' kmand u kontroll huma: il-ġbir awtomatizzat, il-kumulazzjoni, il-ħażna u l-ipproċessar effiċjenti ta' informazzjoni; il-preżentazzjoni tas-sitwazzjoni u ċ-ċirkostanzi li jaffettwaw it-tħejjija u t-twettiq tal-operazzjonijiet ta' ġlied; kalkoli operazzjonali u tattiċi għall-allokazzjoni ta' riżorsi fost ir-raggruppamenti tal-forza jew l-elementi tal-ordni operazzjonali tal-battalja jew l-iskjerament fil-battalja skont il-missjoni jew il-fażi tal-operazzjoni; it-tħejjija ta' data għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet fi kwalunkwe stadju matul l-operazzjoni jew il-battalja; is-simulazzjoni ta' operazzjonijiet permezz tal-kompjuter.

ML22
"Riċerka xjentifika bażika"

Xogħol sperimentali jew teoriku magħmul prinċipalment biex jintlaħaq tagħrif ġdid tal-prinċipji fundamentali ta' fenomeni jew fatti osservabbli, mhux primarjament dirett lejn skop prattiku jew objettiv speċifiku.

ML7, 22
"Bijokatalisti"

'Enżimi' għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi jew komposti bijoloġiċi oħrajn li jingħaqdu ma' u jaċċelleraw id-degradazzjoni ta' aġenti CW.

Nota Teknika

'Enżimi' tfisser "bijokatalisti" għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi.

ML7, 22
"Bijopolimeri"

Makromolekuli bijoloġiċi kif ġej:

a.

Enżimi għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi;

b.

'Antikorpi' 'anti-idjotipiċi', 'monoklonali' jew 'poliklonali';

c.

'Riċetturi' ddisinjati apposta jew speċjalment ipproċessati.

Noti Tekniċi

1.

'Antikorpi anti-idjotipiċi' tfisser antikorpi li jingħaqdu mas-siti ta' għaqda ta' antiġen speċifiku ta' antikorpi oħrajn;

2.

'Antikorpi monoklonali' tfisser proteini li jingħaqdu ma' sit antiġeniku wieħed u huma prodotti minn klonu singolu ta' ċelloli;

3.

'Antikorpi poliklonali' tfisser taħlita ta' proteini li jingħaqdu ma' sit antiġeniku speċifiku u huma prodotti minn aktar minn klonu wieħed ta' ċelloli;

4.

'Riċetturi' tfisser strutturi makromolekulari bijoloġiċi kapaċi li jgħaqqdu l-ligands, u din l-għaqda taffetwa funzjonijiet fiżjoloġiċi.

ML4, 10
"Inġenju tal-Ajru Ċivili"

Dawk l-"inġenji tal-ajru" elenkati skont id-disinjazzjoni f'listi ta' ċertifikazzjoni ta' ajrunavigabbiltà ppubblikati mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta' Wassenaar biex itiru fuq rotot ċivili kummerċjali interni u esterni jew għal użu leġittimu ċivili, privat jew kummerċjali.

ML 1
"Arma tan-nar diżattivata"

Arma tan-nar li għamluha inkapaċi li tispara kwalunkwe projettili permezz ta' proċessi definiti mill-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru tal-UE jew ta' Stat Parteċipanti fil-Ftehim ta' Wassenaar. Dawn il-proċessi jimmodifikaw b'mod permanenti l-elementi essenzjali tal-arma tan-nar. Skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, id-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar tista' tiġi attestata b'ċertifikat maħruġ minn awtorità kompetenti u tista' tiġi mmarkata permezz ta' timbru fuq parti essenzjali tal-arma tan-nar.

ML21, 22
"Żvilupp"

Huwa relatat mal-istadji kollha qabel il-produzzjoni serjali, bħal: disinn, riċerka dwar disinn, analiżi tad-disinn, kunċetti tad-disinn, l-immontar u l-ittestjar ta' prototipi, skemi ta' produzzjoni ta' piloti, data tad-disinn, il-proċess tat-trasformazzjoni ta' data tad-disinn fi prodott, disinn ta' konfigurazzjoni, disinn ta' integrazzjoni, l-arranġamenti skont pjan.

ML17
"Effetturi tat-tarf" ("end-effectors")

Ħattafa, unitajiet attivi ta' għodda' u kull għodda oħra li hija magħquda ma' baseplate fit-tarf ta' driegħ manipulatur "robot".

Nota Teknika

Unitajiet attivi ta' għodda' huma apparat biex tkun applikata qawwa motiva, enerġija ta' proċess jew issensjar lil entità li qiegħed isir xogħol fuqha.

ML 8
"Materjali enerġetiċi"

Sustanzi jew taħlit li jirreaġixxu kimikament biex joħorġu enerġija rikjesta għall-applikazzjoni intenzjonata tagħhom. "Splussivi", "pirotekniċi" u "propellanti" huma subklassijiet ta' materjali enerġetiċi.

ML8, 18
"Splussivi"

Sustanzi solidi, likwidi jew bħala gass jew taħlit ta' sustanzi li, fl-applikazzjoni tagħhom primarjament bħala booster jew iċċarġjar ewlieni f'applikazzjoni ta' testata, f'applikazzjoni għat-twaqqigħ jew applikazzjonijiet oħrajn, huma rikjesti li jiddetonaw.

ML7
"Vektors ta' espressjoni"

Ġarriera (eż. plasmid jew virus) użati biex ikun introdott materjal ġenetiku f'ċelloli li jilqgħu.

ML13
"Materjali fibrużi jew bil-filamenti"

Jinkludu:

a.

Monofilamenti kontinwi;

b.

Nisġiet u rovings kontinwi;

c.

Tapes, tessuti, tapiti żgħar random u malji;

d.

Fibri mqattgħin, fibri staple u kutri koerenti tal-fibra;

e.

Whiskers, jew monokristallini jew polikristallini, ta' kwalunkwe tul;

f.

Polpa poliamide aromatika.

ML15
"Tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni"

Tubi ffokati elettrostatikament, li jużaw plates għad-dħul u l-ħruġ tal-fibre optic jew b'wiċċ tal-ħġieġ, fotokatodi multialkalini (S-20 jew S-25), imma mhux amplifikaturi ta' plate mikrokanal.

ML 17
"Ċellola tal-karburant"

Tagħmir elettrokimiku li jikkonverti l-enerġija kimika direttament f'Elettriku ta' Kurrent Dirett (DC), bil-konsum tal-karburant minn sors estern.

ML22
"Fl-isfera pubblika"

Din tfisser "teknoloġija" jew "software" li huma disponibbli mingħajr restrizzjonijiet għal aktar disseminazzjoni.

Nota:

Restrizzjonijiet tal-copyright ma jneħħux lit-"teknoloġija" jew "software" milli jibqgħu "fl-isfera pubblika".

ML9, 19
"Lejżer"

Oġġett li jipproduċi spazjalment u temporanjament dawl koerenti permezz ta' amplifikazzjoni b'emissjoni stimolata ta' radjazzjoni

ML 17
"Librerija" (database teknika parametrika)

Ġabra ta' informazzjoni teknika, li referenza għaliha tista' ttejjeb il-prestazzjoni ta' sistemi, tagħmir jew komponenti rilevanti.

ML10
"Veikoli-eħfef-mill-arja"

Bżieżaq volanti u "ajruplani" (airships) li jiddependu fuq arja sħuna jew gassijiet eħfef mill-arja bħal elju jew idroġenu biex jitilgħu.

ML 21
"Mikroprogramm"

Sekwenza ta' struzzjonijiet elementari li jinżammu f'ħażna speċjali, li l-eżekuzzjoni tagħhom tibda bl-introduzzjoni tal-istruzzjoni ta' referenza tagħha f'reġistru ta' struzzjonijiet.

ML17
"Reattur nukleari"

Jinkludi l-oġġetti fi jew imwaħħlin direttament ma' reċipjent reattur, it-tagħmir li jikkontrolla l-livell ta' qawwa fil-qalba, u l-komponenti li normalment fihom jew jiġu f'kuntatt dirett ma' jew jikkontrollaw il-likwidu għat-tkessiħ primarju tal-qalba tar-reattur.

ML8
"Prekursuri"

Kimiċi ta' speċjalità użati fil-manifattura ta' splussivi.

ML18, 21, 22
"Produzzjoni"

Tfisser l-istadji kollha tal-produzzjoni, bħal: l-inġinerija, il-manifattura, l-integrazzjoni, l-immuntar, l-ispezzjoni, l-ittestjar, l-iżgurar tal-kwalità ta' prodott.

ML 21
"Programm"

Sekwenza ta' struzzjonijiet sabiex jitwettaq jew jiġi kkonvertit proċess f'forma eżegwibbli minn kompjuter elettroniku.

ML8
"Propellanti"

Sustanzi jew taħlitiet li jirreaġixxu kimikament sabiex jipproduċu volumi kbar ta' gassijiet jaħarqu f'rati kontrollati biex iwettqu xogħol mekkaniku

ML4, 8
"Pirotekniku(iċi)"

Taħlit ta' karburanti solidi jew likwidi u ossidaturi li, meta jitqabbdu, jgħaddu minn reazzjoni enerġetika qawwija b'rata kontrollata intenzjonati biex jipproduċu dewmien speċifiċi fil-ħin, jew kwantitajiet ta' sħana, storbju, duħħan, dawl viżibbli jew radjazzjoni infra-ħamra. Il-piroforiċi huma subklassi tal-pirotekniċi, li ma jinkludux issidanti iżda jaqbdu spontanjament mal-kuntatt mal-arja.

ML22
"Meħtieġ"

Kif applikata għal "teknoloġija", tirreferi biss għal dak il-porzjon ta' "teknoloġija" li huwa partikolarment responsabbli biex jilħaq jew jeċċedi l-livelli kontrollati ta' eżekuzzjoni, karatteristiċi jew funzjonijiet. "Teknoloġija" "rikjesta" bħal din tista' tkun kondiviża bejn prodotti differenti.

ML7
"Aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet"

Sustanzi li, taħt il-kondizzjonijiet mistennijin tal-użu għal finijiet ta' kontroll tal-irvellijiet, jipproduċu rapidament fil-bnedmin irritazzjoni tas-sensi jew effetti fiżiċi li jiddiżabilitaw li jitilqu fi żmien qasir wara t-terminazzjoni tal-espożizzjoni. (Il-gassijiet tad-dmugħ huma subsett ta' "aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet".)

ML17
"Robot"

Mekkaniżmu għal manipulazzjoni, li jista' jkun tal-varjetà mogħdija kontinwa (continuous path) jew punt-għal-punt, jista' juża sensorijiet, u għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Huwa multifunzjonali;

b.

Huwa kapaċi li jippożizzjona jew jorjenta materjal, partijiet, għodod jew tagħmir speċjali permezz ta' movimenti varjabbli fi spazju tridimensjonali;

c.

Jinkorpora tliet apparati ta' servizz b'ċirkwit magħluq jew miftuħ, jew iktar, li jistgħu jinkludu stepping motors; u

d.

Għandu "programmabbiltà aċċessibbli għall-utent" permezz tal-metodu għallem/irrepeti jew permezz ta' kompjuter elettroniku li jista' jkun kontrollur tal-loġika programmabbli, jiġifieri mingħajr intervent mekkaniku.

Nota

Id-definizzjoni ta' hawn fuq ma tinkludix l-apparati li ġejjin:

1.

Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni li huma kontrollabbli biss manwalment jew permezz ta' teleoperatur;

2.

Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni b'sekwenza fissa li huma tagħmir li jiċċaqlaq awtomatizzat, li jaħdmu skont movimenti programmati ffissati mekkanikament. Il-programm huwa limitat mekkanikament b'waqfiet iffissati, bħal pinnijiet jew kammijiet. Is-sekwenza ta' ċaqliq u s-selezzjoni tal-mogħdijiet jew angoli mhumiex varjabbli u ma jistgħux jinbidlu b'mezzi mekkaniċi, elettroniċi jew elettriċi;

3.

Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni ta' sekwenza varjabbli mekkanikament ikkontrollata li huma tagħmir awtomatizzat li jiċċaqlaq, li joperaw skont movimenti programmati li huma ffissati mekkanikament. Il-programm huwa mekkanikament limitat b'waqfiet fissi iżda aġġustabbli, bħal pinnijiet jew kammijiet. Is-sekwenza tal-movimenti u l-għażla tal-mogħdijiet jew l-angoli huma varjabbli fil-limiti tad-disinn tal-programm fiss. Varjazzjonijiet jew modifiki tad-disinn tal-programm (eż., bidliet tal-pinnijiet jew skambji ta' kammijiet) f'waħda mill-assi taċ-ċaqliq jew aktar jitwettqu biss permezz ta' operazzjonijiet mekkaniċi;

4.

Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni ta' sekwenza varjabbli mhux servo-kontrollati li huma tagħmir awtomatizzat li jiċċaqlaq, li joperaw skont movimenti programmati ffissati mekkanikament. Il-programm huwa varjabbli iżda s-sekwenza tipproċedi biss bis-sinjal binarju minn tagħmir binarju elettriku ffissat mekkanikament jew b'waqfiet aġġustabbli;

5.

Krejnijiet stacker definiti bħala sistemi għall-manipulazzjoni tal-koordinati Kartesjani manifatturati bħala parti integrali ta' firxa vertikali ta' tankijiet għall-ħażna u ddisinjati biex jaċċessaw il-kontenuti ta' dawn it-tankijiet għal ħażna jew ġbir.

ML21
"Software"

Kollezzjoni ta' wieħed jew aktar "programmi" jew "mikroprogrammi" delimitati fi kwalunkwe medju tanġibbli ta' espressjoni.

ML11
"Inġenji spazjali"

Satelliti u inġenji spazjali fuq missjoni ta' tiftix attivi u passivi.

ML19
"Kwalifikat għall-ispazju"

Iddisinjat, manifatturat, jew kwalifikat permezz ta' testijiet b'suċċess, għall-operazzjoni f'għoli ta' aktar minn 100 km 'il fuq mill-wiċċ tad-dinja.

Nota

Deċiżjoni li oġġett speċifiku jkun "kwalifikat għall-ispazju" permezz ta' testijiet ma tfissirx li oġġetti oħra fl-istess linja ta' produzzjoni jew sensiela ta' mudelli jkunu "kwalifikati għall-ispazju" jekk ma jkunux ġew ittestjati individwalment.

ML20
"Superkonduttiv"

Jirreferi għal materjali (jiġifieri metalli, liġi jew komposti) li jistgħu jitilfu r-reżistenza elettrika kollha (jiġifieri li jistgħu jilħqu konduttività elettrika infinita u jġorru kurrenti elettriċi kbar ħafna mingħajr sħana Joule).

"Temperatura kritika"(xi kultant nirreferu għaliha bħala t-temperatura ta' transizzjoni) ta' materjal "superkonduttiv" speċifiku tfisser it-temperatura li fiha l-materjal jitlef ir-reżistenza kollha għall-fluss ta' kurrent elettriku dirett.

Nota Teknika

L-istat "superkonduttiv" ta' materjal huwa karatterizzat individwalment b'"temperatura kritika", għalqa manjetika kritika, li hija funzjoni ta' temperatura, u densità ta' kurrent kritika li hija, madankollu, funzjoni kemm ta' għalqa manjetika kif ukoll ta' temperatura.

ML22
"Teknoloġija"

Informazzjoni speċifika meħtieġa għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-operazzjoni, l-installazzjoni, il-manutenzjoni (verifika), it-tiswija, it-tiġdid maġġuri jew l-arranġament mill-ġdid ta' prodott. L-informazzjoni tieħu l-għamla ta' 'data teknika' jew 'assistenza teknika'. "Teknoloġija" speċifika għal-Lista Militari Komuni tal-UE hija definita f'ML22.

Noti Tekniċi

1.

'Data teknika' tista' tieħu forom bħal blueprints, pjanijiet, dijagrammi, mudelli, formoli, tabelli, disinni u speċifikazzjonijiet tal-inġinerija, manwali u struzzjonijiet bil-miktub jew irrekordjati fuq midja oħrajn jew tagħmir bħal diska, tejp, u memorji li jinqraw-biss.

2.

'Assistenza teknika' tista' tieħu l-forom bħal istruzzjoni, ħiliet, taħriġ, tagħrif tax-xogħol, servizzi ta' konsulenza. 'Assistenza teknika' tista' tinvolvi t-trasferiment ta' 'data teknika'.

ML10
"Vettura tal-ajru mingħajr ekwipaġġ" ("UAV")

Kwalunkwe "inġenju tal-ajru" li jista' jibda titjira u jsostni t-titjira u n-navigazzjoni taħt kontroll mingħajr l-ebda preżenza umana abbord.


Top