EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1508

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1508 tat-28 ta' Awwissu 2017 dwar id-dokument ta' referenza dwar l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali, l-indikaturi ta' prestazzjoni ambjentali settorjali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza għas-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/5762

OJ L 223, 30.8.2017, p. 1–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1508/oj

30.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1508

tat-28 ta' Awwissu 2017

dwar id-dokument ta' referenza dwar l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali, l-indikaturi ta' prestazzjoni ambjentali settorjali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza għas-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjonii 2001/681/KE u 2006/193/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 46(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dokumenti ta' referenza settorjali żviluppati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 huma meħtieġa biex jgħinu lill-organizzazzjonijiet f'setturi partikolari, jiffukaw aħjar fuq l-aktar aspetti importanti tal-ġestjoni ambjentali tagħhom, u biex jiffaċilitaw l-evalwazzjoni, ir-rappurtar u t-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet. Dawn jinkludu l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali, l-indikaturi ta' prestazzjoni ambjentali, u fejn xieraq, il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza u s-sistemi ta' klassifikazzjoni li jippermettu l-identifikazzjoni tal-livelli ta' prestazzjoni ambjentali f'dawk is-setturi.

(2)

L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali ppreżentati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jindirizzaw kwistjonijiet ambjentali ewlenin identifikati fis-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb. Għandhom ukoll irawmu ekonomija aktar ċirkolari billi jidentifikaw azzjonijiet konkreti biex tittejjeb il-ġestjoni tal-iskart, jistimolaw l-użu ta' prodotti sekondarji u tiġi evitata l-ħela tal-ikel.

(3)

L-issodisfar tal-punti ta' riferiment ta' eċċellenza identifikati fid-dokument ta' referenza settorjali mhuwiex obbligatorji għall-organizzazzjonijiet irreġistrati mal-EMAS billi l-EMAS tħalli l-valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-punti ta' riferiment, f'termini ta' spejjeż u benefiċċji, f'idejn l-organizzazzjonijiet infushom.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jeħtieġ li organizzazzjoni rreġistratata mal-EMAS tqis id-dokumenti ta' referenza settorjali meta jiżviluppaw is-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħhom u meta jivvalutaw il-prestazzjoni ambjentali tagħhom fid-dikjarazzjoni ambjentali mħejjija skont l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

(5)

Is-settur tal-manifattura tal-ikel u tax-xorb indirizzat fl-Anness ta' din id-deċiżjoni kien identifikat bħala settur ta' prijorità għall-adozzjoni ta' dokumenti ta' referenza settorjali u transsettorjali fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — It-twaqqif ta' pjan ta' ħidma li jistabbilixxi lista indikattiva ta' setturi għall-adozzjoni ta' dokumenti ta' referenza settorjali u transsettorjali, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (2)

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dokument ta' referenza settorjali dwar l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali, l-indikaturi ta' prestazzjoni ambjentali settorjali, u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza għas-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb, huwa stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

L-organizzazzjonijiet irreġistrati mal-EMAS fis-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb għandhom iqisu d-dokument ta' referenza settorjali msemmi fl-Artikolu 1, u għalhekk għandhom:

Jużaw elementi rilevanti tad-dokument ta' referenza settorjali meta jiżviluppaw u jimplimentaw is-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħhom fid-dawl tar-Reviżjonijiet Ambjentali.

Jużaw l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali rilevanti speċifiċi għas-settur, deskritti fid-dokument ta' referenza settorjali biex jirrapportaw dwar il-prestazzjoni relatata mal-aspetti ambjentali aktar speċifiċi identifikati minn organizzazzjoni fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħha.

Fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħhom, għandhom isemmu kif l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali rilevanti u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza ġew ikkunsidrati għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni u tal-fatturi relatati ma' dik il-prestazzjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-disgħin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU C 358, 8.12.2011, p. 2.


ANNESS

WERREJ

1.

INTRODUZZJONI 4

2.

KAMP TA' APPLIKAZZJONI 6

3.

L-AQWA PRASSI TA' ĠESTJONI AMBJENTALI, L-INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI U L-PUNTI TA' RIFERIMENT TA' EĊĊELLENZA GĦAS-SETTUR TAL-MANIFATTURA TAL-IKEL U X-XORB 9

3.1.

L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali għas-settur kollu tal-manifattura tal-ikel u x-xorb 9

3.1.1.

Twettiq ta' valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali ta' prodotti u/jew operazzjonijiet 9

3.1.2.

Ġestjoni tal-katina tal-provvista sostenibbli 9

3.1.3.

It-titjib jew l-għażla ta' imballaġġ biex jiġi minimizzat l-impatt ambjentali 10

3.1.4.

Operazzjonijiet ta' tindif favur l-ambjent 11

3.1.5.

Titjib fl-operazzjonijiet ta' trasport u distribuzzjoni 12

3.1.6.

Titjib tal-iffriżar u r-refriġerazzjoni 13

3.1.7.

Applikazzjoni ta' ġestjoni tal-enerġija u ta' titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fl-operazzjonijiet kollha 14

3.1.8.

L-integrazzjoni ta' enerġija rinnovabbli fil-proċessi tal-manifattura 15

3.1.9.

L-evitar ta' skart alimentari f'operazzjonijiet ta' manifattura 15

3.1.10.

Kunsiderazzjoni tad-Dokument ta' Referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli fl-Industriji tal-Ikel, tax-Xorb u tal-Ħalib (FDM BREF) 16

3.2.

L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fl-ipproċessar tal-kafè 17

3.2.1.

Tnaqqis fl-użu tal-enerġija permezz tal-adozzjoni ta' tisħin minn qabel tal-kafè aħdar fl-inkaljar tal-kafè f'lottijiet 17

3.3.

L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura taż-żejt taż-żebbuġa 17

3.3.1.

Minimizzar tal-konsum tal-ilma fis-separazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa 17

3.3.2.

Tnaqqis fil-ħasil taż-żebbuġ mal-wasla 18

3.4.

L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura tas-soft drinks 18

3.4.1.

L-użu ta' blowers fl-istadju tat-tnixxif tal-fliexken/l-imballaġġ 18

3.5.

L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura tal-birra 19

3.5.1.

It-tnaqqis tal-użu tal-enerġija fit-togħlija tal-most tal-birra 19

3.5.2.

Bidla minn sistemi ta' fermentazzjoni bil-lott għal dik kontinwa 19

3.5.3.

Irkupru ta' CO2 fil-produzzjoni tal-birra 20

3.6.

L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam u tal-laħam tat-tjur 20

3.6.1.

Ipproċessar taħt pressjoni għolja għad-dekontaminazzjoni tal-laħam 20

3.7.

L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura tal-meraq tal-frott 21

3.7.1.

Użu b'valur miżjud ta' residwi tal-frott 21

3.8.

L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali f'operazzjonijiet biex isir il-ġobon 21

3.8.1.

Irkupru ta' xorrox 22

3.9.

L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura tal-ħobż, tal-gallettini u tal-kejkiet 22

3.9.1.

Skemi għat-tnaqqis tal-iskart ta' ħobż mhux mibjugħ 22

3.9.2.

Minimizzar tal-konsum tal-enerġija għall-ħami 23

3.10.

L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura tal-inbid 23

3.10.1.

Tnaqqis tal-użu tal-ilma, ġenerazzjoni ta' skart organiku u użu tal-enerġija f'fabbriki tal-inbid 23

4.

INDIKATURI EWLENIN TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI SPEĊIFIĊI GĦAS-SETTUR IRRAKKOMANDATI 24

1.   INTRODUZZJONI

Dan id-dokument ta' referenza settorjali (SRD) huwa bbażat fuq rapport xjentifiku u ta' politika ddettaljat (1) (“Rapport dwar l-Aħjar Prassi”) żviluppat mill-Istitut tal-Istudju tal-Prospettivi Teknoloġiċi (IPTS), wieħed mis-seba' istituti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea.

Sfond ġuridiku rilevanti

L-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS) ġiet introdotta fl-1993, għall-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 (2). Sussegwentement, l-EMAS għaddiet minn żewġ reviżjonijiet kbar:

Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

Element importanti ġdid fl-aktar reviżjoni reċenti, li daħlet fis-seħħ fil-11 ta' Jannar 2010, huwa l-Artikolu 46 dwar l-iżvilupp ta' SRDs. L-SRDs iridu jinkludu l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali (BEMPs), l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali għas-setturi speċifiċi u, fejn xieraq, il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza u s-sistemi ta' klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli ta' prestazzjoni.

Kif tifhem u tuża dan id-dokument

L-iskema ta' mmaniġġjar u awditjar ekoloġiċi (EMAS) hija skema għall-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet impenjati lejn titjib ambjentali kontinwu. F'dan il-qafas, dan l-SRD jipprovdi gwida speċifika għas-settur f'dak li jirrigwarda s-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb u jindika għadd ta' alternattivi għat-titjib kif ukoll l-aqwa prassi.

Id-dokument inkiteb mill-Kummissjoni Ewropea bl-użu ta' kontribut mill-partijiet ikkonċernati. Grupp ta' Ħidma Tekniku, li jinkludi esperti u partijiet ikkonċernati tas-settur, immexxi mill-JRC, iddiskuta u fl-aħħar nett qabel dwar l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali, l-indikaturi ta' prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza deskritti f'dan id-dokument; b'mod partikolari dawn il-punti ta' riferiment kienu meqjusa bħala rappreżentattivi tal-livelli ta' prestazzjoni ambjentali li jinkisbu mill-organizzazzjonijiet bl-aqwa prestazzjoni fis-settur.

L-SRD għandu l-għan li jgħin u jappoġġa lill-organizzazzjonijiet kollha li beħsiebhom itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom billi jipprovdi ideat u ispirazzjoni kif ukoll gwida prattika u teknika.

L-SRD huwa primarjament indirizzat lill-organizzazzjonijiet li diġà huma rreġistrati mal-EMAS; it-tieni lill-organizzazzjonijiet li qed jikkunsidraw li fil-futur jirreġistraw mal-EMAS; u t-tielet lill-organizzazzjonijiet kollha li jixtiequ jitgħallmu aktar dwar l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali sabiex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Konsegwentement, l-għan ta' dan id-dokument huwa li jappoġġa lill-organizzazzjonijiet kollha fis-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb biex jiffokaw fuq aspetti ambjentali rilevanti, kemm diretti kif ukoll indiretti, u biex isibu informazzjoni dwar l-aqwa prassi, kif ukoll indikaturi adatti ta' prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur biex ikejlu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom, u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza.

Il-mod kif l-SRDs għandhom jitqiesu mill-organizzazzjonijiet irreġistrati mal-EMAS

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, l-organizzazzjonijiet irreġistrati mal-EMAS iridu jqisu l-SRDs f'żewġ livelli differenti:

 

Meta jkunu qed jiżviluppaw u jimplimentaw is-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħhom fid-dawl tar-reviżjonijiet ambjentali (l-Artikolu 4(1)(b));

L-organizzazzjonijiet għandhom jużaw elementi rilevanti tal-SRD meta jiddefinixxu u jirrevedu l-miri u l-objettivi ambjentali tagħhom skont l-aspetti ambjentali rilevanti identifikati fir-reviżjoni u fil-politika ambjentali, kif ukoll meta jkunu qed jiddeċiedu dwar liema azzjonijiet għandhom jimplimentaw biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

 

Meta jkunu qed iħejju d-dikjarazzjoni ambjentali (l-Artikolu 4(1)(d) u l-Artikolu 4(4)).

(a)

Meta jkunu qed jagħżlu l-indikaturi (4) li ser jużaw għar-rappurtar tagħhom tal-prestazzjoni ambjentali, l-organizzazzjonijiet għandhom iqisu l-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur fl-SRD.

Meta jkunu qed jagħżlu s-sett ta' indikaturi għar-rappurtar, għandhom iqisu l-indikaturi proposti fl-SRD korrispondenti u r-rilevanza tagħhom fir-rigward tal-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati mill-organizzazzjoni fir-reviżjoni ambjentali tagħha. L-indikaturi għandhom jitqiesu biss meta jkunu rilevanti għal dawk l-aspetti ambjentali li huma meqjusa bħala l-aktar sinifikanti fir-reviżjoni ambjentali.

(b)

Meta jkunu qed jirrapportaw dwar il-prestazzjoni ambjentali u dwar il-fatturi l-oħra relatati mal-prestazzjoni ambjentali, fid-dikjarazzjoni ambjentali l-organizzazzjonijiet għandhom isemmu kif ikunu qiesu l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali rilevanti u, jekk disponibbli, il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza.

Huma għandhom jiddeskrivu kif intużaw l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali rilevanti u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza (li jagħtu indikazzjoni tal-livell ta' prestazzjoni ambjentali miksub minn dawk bl-aħjar prestazzjoni) sabiex jidentifikaw il-miżuri u l-azzjonijiet, u possibbilment biex jistabbilixxu l-prijoritajiet, bil-għan li (jkomplu) jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali jew l-issodisfar tal-parametri referenzjarji ta' eċċellenza identifikati mhumiex obbligatorji, minħabba li l-karattru volontarju tal-EMAS iħalli l-valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-parametri referenzjarji u l-implimentazzjoni tal-aqwa prattiki, f'termini ta' kostijiet u benefiċċji, f'idejn l-organizzazzjonijiet infushom.

Bl-istess mod bħall-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali, l-organizzazzjonijiet għandhom jivvalutaw ir-rilevanza u l-applikabbiltà tal-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali u tal-punti ta' riferiment ta' eċċellenza skont l-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati mill-organizzazzjoni fir-reviżjoni ambjentali tagħha, kif ukoll skont aspetti tekniċi u finanzjarji.

L-elementi tal-SRDs (indikaturi, BEMPs jew punti ta' riferiment ta' eċċellenza) li ma jitqisux rilevanti b'rabta mal-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati mill-organizzazzjoni fir-reviżjoni ambjentali tagħha ma għandhomx jiġu rrapportati jew deskritti fid-dikjarazzjoni ambjentali.

Il-parteċipazzjoni fl-EMAS hija proċess kontinwu. Kull darba li organizzazzjoni tippjana li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha (u tirrevedi l-prestazzjoni ambjentali tagħha) għandha tikkonsulta l-SRD dwar temi speċifiċi biex issib ispirazzjoni dwar liema kwistjonijiet imisshom jiġu indirizzati f'approċċ ta' pass pass.

Il-verifikaturi ambjentali tal-EMAS għandhom jiċċekkjaw jekk u kif l-SRD ġie meqjus mill-organizzazzjoni waqt it-tħejjija tad-dikjarazzjoni ambjentali tagħha (l-Artikolu 18(5)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009).

Meta jkunu qed iwettqu awditu, il-verifikaturi ambjentali akkreditati ser ikollhom bżonn evidenza mill-organizzazzjoni dwar kif ikunu ntgħażlu u tqiesu l-elementi rilevanti tal-SRD fid-dawl tar-reviżjoni ambjentali. Ma għandhomx jikkontrollaw il-konformità mal-punti ta' riferiment ta' eċċellenza deskritti, iżda għandhom jivverifikaw l-evidenza dwar kif l-SRD intuża bħala gwida biex jiġu identifikati l-indikaturi u l-miżuri volontarji xierqa li l-organizzazzjoni tista' timplimenta biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha.

Minħabba n-natura volontarja tal-EMAS u tal-SRD, l-organizzazzjonijiet ma għandhomx jitgħabbew b'piżijiet sproporzjonati sabiex jipprovdu din l-evidenza. B'mod partikolari, il-verifikaturi ma għandhomx jeħtieġu ġustifikazzjoni individwali għal kull waħda mill-aqwa prassi, l-indikaturi ta' prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza msemmija fl-SRD u li l-organizzazzjoni ma tqisx li huma rilevanti fid-dawl tar-reviżjoni ambjentali tagħha. Madankollu, jistgħu jissuġġerixxu elementi addizzjonali rilevanti li l-organizzazzjoni tista' tqis fil-futur bħala evidenza ulterjuri tal-impenn tagħha lejn titjib kontinwu tal-prestazzjoni tagħha.

Struttura tad-dokument ta' referenza settorjali

Dan id-dokument jikkonsisti f'erba' taqsimiet. It-Taqsima 1 tintroduċi l-isfond ġuridiku tal-EMAS u tiddeskrivi kif għandu jintuża dan id-dokument, filwaqt li t-Taqsima 2 tiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-SRD. It-Taqsima 3 tiddeskrivi fil-qosor l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali (BEMPs) differenti (5) flimkien ma' informazzjoni dwar l-applikabbiltà tagħhom, b'mod ġenerali kif ukoll fil-livell tal-SME. Qed jingħataw ukoll indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u punti ta' riferiment ta' eċċellenza speċifiċi meta dawn ikunu jistgħu jiġu fformulati għal BEMP partikolari. Uħud mill-indikaturi u mill-punti ta' riferiment huma rilevanti għal aktar minn BEMP waħda u għalhekk meta jkun xieraq huma ripetuti. Fl-aħħar nett, it-Taqsima 4 tippreżenta tabella komprensiva b'għażla tal-aktar indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali rilevanti, spjegazzjonijiet assoċjati u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza relatati.

2.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dan l-SRD jindirizza l-prestazzjoni ambjentali tal-attivitajiet tas-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb. F'dan id-dokument, is-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb jinkludi kumpaniji li jappartjenu għad-diviżjonijiet tal-kodiċijiet tan-NACE li ġejjin (skont il-klassifikazzjoni statistika ta' attivitajiet ekonomiċi stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6)):

Kodiċi 10 tan-NACE: manifattura ta' prodotti tal-ikel;

Kodiċi 11 tan-NACE: manifattura ta' xorb.

L-aqwa prassi ppreżentati għas-settur globali tal-manifattura tal-ikel u x-xorb (Taqsima 3.1) huma indirizzati lill-kumpaniji kollha li jappartjenu għall-kodijiet 10 u 11 tan-NACE.

Iż-żewġ tabelli li ġejjin jippreżentaw l-aktar aspetti ambjentali diretti u indiretti sinifikanti (7) għal dawk li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb, il-pressjonijiet ambjentali prinċipali relatati u kif dawn huma indirizzati f'dan id-dokument. Dawn huma indirizzati jew permezz ta' BEMPs deskritti fit-Taqsima 3.1 jew billi ssir referenza għal dokumenti ta' referenza disponibbli oħra bħad-Dokument ta' Referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) għall-Industriji tal-Ikel, ix-Xorb u l-Ħalib (FDM BREF) (8).

Tabella 2.1

L-aktar aspetti ambjentali diretti sinifikanti għal dawk li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb u kif dawn huma indirizzati fl-SRD

L-aktar aspetti ambjentali diretti sinifikanti

Pressjonijiet ambjentali ewlenin relatati

BEMPs

Proċessi industrijali u operazzjonijiet relatati

Emissjonijiet fl-ilma

Referenza għal BAT fl-FDM BREF

Emissjonijiet fl-arja (NOx, SOx, VOCs, materja partikolata)

Referenza għal BAT fl-FDM BREF

Ġenerazzjoni ta' skart solidu

Referenza għal BAT fl-FDM BREF

BEMP dwar l-evitar ta' skart alimentari fil-manifattura tal-ikel u x-xorb (Taqsima 3.1.9)

Konsum tal-ilma

Referenza għal BAT fl-FDM BREF

Konsum tal-enerġija, emissjonijiet ta' GHG (CO2)

BEMP dwar l-użu ta' ġestjoni tal-enerġija u effiċjenza fl-użu tal-enerġija mal-operazzjonijiet kollha (Taqsima 3.1.7)

BEMP dwar l-integrazzjoni ta' enerġija rinnovabbli fil-proċessi tal-manifattura (Taqsima 3.1.8)

Refriġerazzjoni

Konsum tal-enerġija, emissjonijiet ta' GHG (refriġeranti)

BEMP dwar it-titjib tal-iffriżar u r-refriġerazzjoni (Taqsima 3.1.6)

Operazzjonijiet ta' tindif

Konsum tal-ilma, użu ta' sustanzi kimiċi, ġenerazzjoni ta' ilma mormi

Referenza għal BAT fl-FDM BREF

BEMP dwar operazzjonijiet ta' tindif favorevoli għall-ambjent (Taqsima 3.1.4)

Trasport u loġistika

Konsum tal-enerġija, emissjonijiet ta' GHG, emissjonijiet fl-arja (CO2, CO, SO2, NOx, materja partikolata, eċċ.)

BEMP dwar it-trasport u l-loġistika (Taqsima 3.1.5)

Imballaġġ

Emissjonijiet ta' GHG, konsum tal-enerġija, tnaqqis tar-riżorsi (użu ta' materjal)

Referenza għal BAT fl-FDM BREF

BEMP dwar it-titjib jew l-għażla ta' imballaġġ biex jiġi minimizzat l-impatt ambjentali (Taqsima 3.1.3)


Tabella 2.2

L-aktar aspetti ambjentali indiretti sinifikanti għal dawk li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb u kif dawn huma indirizzati fl-SRD

L-aktar aspetti ambjentali indiretti sinifikanti

Pressjonijiet ambjentali ewlenin relatati

BEMPs

Ġestjoni tal-katina tal-provvista

Emissjonijiet ta' GHG, konsum ta' enerġija, konsum ta' ilma, emissjonijiet fl-arja, eċċ.

BEMP dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-katina tal-provvista (Taqsima 3.1.2)

Agrikoltura

Emissjonijiet ta' GHG (CO2,CH4), telfien tal-bijodiversità, emissjonijiet fl-arja, ewtrofikazzjoni, konsum tal-ilma

BEMP dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-katina tal-provvista (Taqsima 3.1.2)

Referenza għall-Agrikoltura — SRD dwar il-produzzjoni tal-għelejjel u tal-annimali (9)

Imballaġġ

Emissjonijiet ta' GHG, konsum tal-enerġija, tnaqqis tar-riżorsi (użu ta' materjal)

BEMP dwar it-titjib jew l-għażla ta' imballaġġ biex jiġi minimizzat l-impatt ambjentali (Taqsima 3.1.3)

Trasport u loġistika

Konsum tal-enerġija, emissjonijiet ta' GHG, emissjonijiet fl-arja (CO2, CO, SO2, NOx, materja partikolata, eċċ.)

BEMP dwar it-trasport u l-loġistika (Taqsima 3.1.5)

Bejgħ bl-imnut

Konsum tal-enerġija, ġenerazzjoni ta' skart alimentari

Referenza għall-SRD dwar il-Bejgħ bl-Imnut (10)

Tħejjija tal-ikel mill-konsumaturi

Konsum tal-enerġija, ġenerazzjoni ta' skart alimentari

BEMP dwar it-titjib jew l-għażla ta' imballaġġ biex jiġi minimizzat l-impatt ambjentali (Taqsima 3.1.3)

L-aspetti ambjentali elenkati fit-Tabelli 2.1 u 2.2 kienu magħżula bħala l-aktar sinifikanti għall-maġġoranza ta' dawk li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb. Madankollu, l-aspetti ambjentali li għandhom jiġu ġestiti minn kumpaniji speċifiċi, u jekk kull aspett hux dirett jew indirett għal kumpanija speċifika, għandhom jiġu valutati fuq bażi ta' każ b'każ. Aspetti ambjentali, bħall-iskart perikoluż, il-bijodiversità jew il-materjal użat għal oqsma oħra minbarra dawk elenkati hawn fuq jistgħu jkunu rilevanti wkoll.

Flimkien mal-BEMPs elenkati fit-Tabelli 2.1 u 2.2, BEMP globali dwar “it-twettiq ta' valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali ta' prodotti u/jew operazzjonijiet” tista' tgħin biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali għall-aspetti ambjentali kollha u l-pressjonijiet relatati ppreżentati fit-tabelli.

Barra minn hekk, dan l-SRD, minbarra li jiddeskrivi l-aqwa prassi għas-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb inġenerali (il-kumpaniji kollha li jappartjenu għall-kodiċijiet 10 u 11 tan-NACE) elenkati hawn fuq, jinkludi wkoll firxa tal-aqwa prassi speċifiċi għal bosta subsetturi, jiġifieri:

proċessar ta' kafè (kodiċi 10.83 tan-NACE) fit-Taqsima 3.2,

manifattura ta' żejt taż-żebbuġa (kodiċi 10.41 tan-NACE) fit-Taqsima 3.3,

manifattura ta' soft drinks (kodiċi 11.07 tan-NACE) fit-Taqsima 3.4,

manifattura ta' birra (kodiċi 11.05 tan-NACE) fit-Taqsima 3.5,

produzzjoni ta' prodotti tal-laħam u tal-laħam tat-tjur (kodiċi 10.13 tan-NACE) fit-Taqsima 3.6,

manifattura ta' meraq tal-frott (kodiċi 10.32 tan-NACE) fit-Taqsima 3.7,

operazzjonijiet biex isir il-ġobon (kodiċi 10.51 tan-NACE) fit-Taqsima 3.8,

manifattura ta' ħobż, gallettini u kejkijiet (kodiċijiet 10.71 u 10.72 tan-NACE) fit-Taqsima 3.9,

manifattura ta' nbid (kodiċi 11.02 tan-NACE) fit-Taqsima 3.10.

3.   L-AQWA PRASSI TA' ĠESTJONI AMBJENTALI, L-INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI U L-PUNTI TA' RIFERIMENT TA' EĊĊELLENZA GĦAS-SETTUR TAL-MANIFATTURA TAL-IKEL U X-XORB

3.1.   L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali għas-settur kollu tal-manifattura tal-ikel u x-xorb

Din it-taqsima hija mmirata lejn dawk kollha li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb (kodiċijiet 10 u 11 tan-NACE).

3.1.1.   Twettiq ta' valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali ta' prodotti u/jew operazzjonijiet

Il-BEMP għandha tivvaluta l-impatt ambjentali ta' prodotti u operazzjonijiet bl-użu ta' għodod ta' valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja (LCA) (11) biex jiġu identifikati oqsma ta' prijorità għall-azzjoni, jew “hotspots”, u tiġi definita strateġija għat-tnaqqis tal-impatti ambjentali.

Applikabbiltà

Meta jkunu qed iwettqu valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali, dawk li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb jistgħu jiltaqgħu ma' numru ta' sfidi li jinkludu l-kumplessità tal-prodott u l-aċċessibilità ta' informazzjoni; it-twettiq ta' LCAs jista' jkun għali u jieħu ħafna ħin, u ċerti impatti ambjentali jistgħu jkunu wkoll lil hinn mill-kontroll tal-manifattur u għalhekk ikun diffiċli ħafna biex jaġixxi dwarhom, anki jekk ikunu jistgħu jiġu kkwantifikati.

Din il-BEMP hija applikabbli għall-SMEs fis-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb, ladarba dawn ikunu jistgħu jużaw għodod issimplifikati meta l-kapaċitajiet jew ir-riżorsi tagħhom ma jippermettux LCAs sħaħ.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(i1)

Perċentwal ta' siti jew prodotti (12) vvalutati bl-użu ta' protokoll ta' valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali rikonoxxut (%).

(i2)

Numru ta' siti jew prodotti vvalutati bl-użu ta' protokoll ta' valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali rikonoxxut.

(b1)

Valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali mifruxa mal-kumpanija kollha li tkopri l-operazzjonijiet kollha hija implimentata.

(b2)

Titwettaq valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali għall-prodotti ġodda kollha li qed jiġu żviluppati.

3.1.2.   Ġestjoni tal-katina tal-provvista sostenibbli

Il-BEMP għandha tiġġestixxi l-katina tal-provvista, b'mod partikolari ingredjenti jew materja prima, billi jingħażel wieħed, jew aktar, mit-tliet approċċi li ġejjin:

akkwist ekoloġiku, jiġifieri l-għażla ta' fornituri li jissodisfaw kriterji ta' prestazzjoni ambjentali identifikati (13);

adattament ta' riċetti biex jitneħħew ingredjenti mhux sostenibbli;

appoġġ lil fornituri eżistenti fit-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

Barra minn hekk, għal dawk li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb li jużaw ammonti sostanzjali ta' ilma bħala ingredjent (eż. dawk li jimmanifatturaw ix-xorb), hija l-BEMP li l-ewwel tivvaluta r-riskji li s-sit tal-produzzjoni jippreżenta għar-riżorsi tal-ilma lokali. Wara, jista' jiġi stabbilit programm ta' sostenibbiltà tar-riżorsi tal-ilma, li jagħti fid-dettall azzjonijiet speċifiċi li jistgħu jittieħdu b'appoġġ għall-preżervazzjoni tar-riżorsi tal-ilma lokali.

Applikabbiltà

Il-ġestjoni sostenibbli tal-katina ta' provvista jista' jkollha xi limitazzjonijiet: (i) l-approċċ ta' akkwist ekoloġiku jassumi li għażliet “ekoloġiċi” huma disponibbli, (ii) ir-riċetti jistgħu jiġu adattati jekk l-ingredjenti mhux sostenibbli jkunu jistgħu jitneħħew b'alternattivi ekwivalenti u aktar sostenibbli, u (iii) jista' mhux dejjem ikun possibbli li l-prestazzjoni ta'fornituri eżistenti tiġi influwenzata, eż. minħabba volumi żgħar ta' prodotti mixtrija minn SME. Madankollu, it-tliet approċċi ppreżentati fil-biċċa l-kbira huma applikabbli b'mod wiesa'.

Din il-BEMP, bil-limitazzjonijiet imsemmija qabel, hija kompletament applikabbli għall-SMEs fis-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(i3)

Perċentwal ta' ingredjenti jew prodotti (eż. imballaġġ) li jissodisfaw il-kriterji ta' sostenibbiltà speċifiċi tal-kumpanija jew li jikkonformaw ma' standards ta' sostenibbiltà eżistenti (% bin-numru jew valur f'EUR)

(i4)

Perċentwal ta' ingredjenti jew prodotti (eż. imballaġġ) miksuba permezz ta' akkwist pubbliku (% bin-numru jew valur f'EUR)

(i5)

Perċentwal ta' fornituri involuti fi programmi ta' titjib sostenibbli (% b'numru ta' fornituri jew valur f'EUR ta' prodotti li jfornu)

(i6)

Perċentwal ta' fornituri li għandhom fis-seħħ sistemi ta' ġestjoni ambjentali (% b'numru ta' fornituri jew valur f'EUR ta' prodotti li jfornu)

3.1.3.   It-titjib jew l-għażla ta' imballaġġ biex jiġi minimizzat l-impatt ambjentali

Il-BEMP hija li jiġi minimizzat l-impatt ambjentali tal-imballaġġ (jiġifieri, l-imballaġġ primarju, sekondarju u terzjarju), tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott kollu, pereżempju bl-użu ta':

għodod ta' ekodisinn biex tiġi stimulata l-prestazzjoni ambjentali tal-imballaġġ waqt id-disinn;

tħaffif, jiġifieri imballaġġ b'piż imnaqqas iżda bl-istess prestazzjoni protettiva;

imballaġġ bl-ingrossa ta' ingredjenti mibgħuta mill-fornituri lill-kumpanija;

mili mill-ġdid, eż. imballaġġ li jista' jerġa' jimtela li għandu jiġi mibgħut lura lill-manifattur tal-ikel u x-xorb;

imballaġġ sekondarju u terzjarju li jista' jiġi mibgħut lura;

imballaġġ li jkun fih materjal irriċiklat;

imballaġġ li jkun fih bijoplastik diment li l-benefiċċji ambjentali ta' din l-għażla jistgħu jiġu murija.

Barra minn hekk, il-BEMP hija li dawk li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb jgħinu lill-konsumaturi jnaqqsu l-iskart alimentari li jiġġeneraw, billi:

jużaw imballaġġ atmosferiku modifikat biex iżidu l-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa;

jidentifikaw id-daqs tal-porzjon ideali tal-imballaġġ bil-ħsieb li jkunu moqdija aħjar l-istili ta' ħajja u d-daqs tal-familja differenti biex ikun hemm inqas ikel żejjed;

jinkludu messaġġi fuq l-imballaġġ fejn jirrakkomandaw l-aħjar mod kif jinħażen il-prodott tal-ikel biex jiġi evitat li l-ikel ma jibqax tajjeb.

Applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb inklużi l-SMEs.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(i7)

Emissjonijiet ta' CO2 relatati mal-imballaġġ għal kull unità ta' piż/volum ta' prodott immanifatturat (imballaġġ g CO2eq/g jew mL ta' prodott)

(i8)

Piż tal-imballaġġ għal kull unità ta' piż/volum ta' prodott immanufatturat (g ta' imballaġġ/g jew mL ta' prodott)

(i9)

Perċentwal ta' imballaġġ li huwa riċiklabbli (%)

(i10)

Perċentwal ta' kontenut ta' materjal irriċiklat fl-imballaġġ (%)

(i11)

Densità medja tal-kategorija ta' prodott nett għall-volum ta' prodott imballaġġat (kg ta' prodott/L ta' prodott imballaġġat)

(b3)

Fl-iddisinjar tal-imballaġġ tintuża għodda tal-ekodisinn biex jiġu identifikati opzjonijiet b'impatt ambjentali baxx.

3.1.4.   Operazzjonijiet ta' tindif favur l-ambjent

Il-BEMP hi li jitnaqqas l-ammont ta' ilma, enerġija u sustanzi kimiċi li jintużaw waqt operazzjoni ta' tindif permezz ta':

implimentazzjoni u ottimizzazzjoni ta' sistemi ta' Tindif fuq il-Post (CIP, Cleaning In Place) (eż. ice pigging), disinn u konfigurazzjoni preċiżi, kejl u kontroll tat-temperatura u l-konċentrazzjoni ta' deterġenti, użu tajjeb ta' azzjoni mekkanika, użu mill-ġdid tal-ilma tat-tlaħliħ finali għat-tlaħliħ ta' qabel, riċiklaġġ ta' deterġenti, u l-użu ta' verifika tat-tindif f'ħin reali;

ottimizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' tindif manwali permezz ta' aktar sensibilizzazzjoni, monitoraġġ tal-enerġija, l-ilma u s-sustanzi kimiċi użati, tindif fin-niexef u tindif ta' tagħmir kemm jista' jkun malajr wara l-użu;

minimizzar jew evitar tal-użu ta' sustanzi kimiċi li jagħmlu ħsara billi l-aġenti tad-tindif jinġabru u jiġu użati mill-ġdid u jintużaw sustanzi kimiċi bijoloġiċi u li jagħmlu inqas ħsara;

ippjanar aħjar tal-produzzjoni biex jiġi evitat tibdil fil-proċess tal-produzzjoni li jirrikjedi li jiġi mnaddaf it-tagħmir;

tfassil aħjar tal-impjant billi jittejjeb id-disinn ta' reċipjenti, pajpijiet, eċċ, biex jiġu eliminati żoni fejn id-deterġenti ma jaslux jew fejn jakkumula l-fluwidu.

Applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb inklużi l-SMEs. Madankollu, jistgħu jirriżultaw xi limitazzjonijiet meta jkun meħtieġ investiment ekonomiku sostanzjali biex jiġu adottati sistemi ta' tindif aktar sofistikati.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(i12)

Użu ta' enerġija relatat mat-tindif għal kull unità ta' produzzjoni (kWh/piż, volum jew numru ta' prodotti)

(i13)

Użu ta' ilma relatat mat-tindif għal kull unità ta' produzzjoni (m3/piż, volum jew numru ta' prodotti)

(i14)

Użu ta' ilma relatat mat-tindif (m3) kull jum

(i15)

Ġenerazzjoni ta' ilma mormi relatata mat-tindif għal kull unità ta' produzzjoni (m3/piż, volum jew numru ta' prodotti)

(i16)

Ġenerazzjoni ta' ilma mormi relatata mat-tindif (m3) għal kull tindifa

(i17)

Massa (kg) jew volum (m3) ta' prodott tat-tindif użat għal kull unità ta' produzzjoni (piż, volum jew numru ta' prodotti)

(i18)

Sehem tal-aġenti tat-tindif (%) b'ekotikketta ISO Tip I (14) (eż Ekotikketta tal-UE)

3.1.5.   Titjib fl-operazzjonijiet ta' trasport u distribuzzjoni

Il-BEMP hija li jittejjeb l-impatt ambjentali tal-operazzjonijiet tat-trasport u dawk loġistiċi, minn livell aktar strateġiku/ġenerali sa kunsiderazzjonijiet operattivi, permezz ta':

akkwist ekoloġiku u rekwiżiti ambjentali għall-fornituri tat-trasport;

monitoraġġ u rappurtar dwar l-effiċjenza għall-operazzjonijiet kollha tat-trasport u dawk loġistiċi;

integrazzjoni tal-effiċjenza fit-trasport f'deċiżjonijiet dwar xiri u d-disinn tal-imballaġġ;

ċaqliqa lejn modi ta' trasport aktar effiċjenti (eż. bil-ferrovija, marittimu);

ottimizzazzjoni tal-imħażen (jiġifieri iżolament termiku, post, ġestjoni);

ottimizzazzjoni tar-rotta (għat-trasport bit-triq): ottimizzazzjoni tan-netwerk tar-rotot, ippjanar tar-rotot, użu ta' telematika u taħriġ tas-sewwieqa;

minimizzar tal-impatt ambjentali tal-vetturi tat-toroq permezz ta' deċiżjonijiet ta' xiri u modifiki b'installazzjoni suċċessiva (eż. xiri ta' vetturi li jaħdmu bl-elettriku għal konsenji lokali jew konverżjoni ta' magni għal gass naturali u bijogass għal trakkijiet ikbar).

Applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb, inklużi l-SMEs. Madankollu, xi wħud mill-miżuri speċifiċi elenkati hawn fuq jistgħu ma jkunux rilevanti jekk il-kumpanija ma tiġġestix jew ma għandha l-ebda influwenza fuq l-attivitajiet speċifiċi relatati fil-qasam tat-trasport u l-loġistika.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(i19)

Emissjonijiet ta' GHG tat-trasport speċifiċi għal kull kwantità ta' prodott. kg CO2eq emessi waqt it-trasport għal kull: tunnellata, m3, pallet, jew kaxxa (skont ir-rilevanza) jew kg CO2eq għal kull ammont nett (tunnellata, m3) ta' prodott konsenjat

(i20)

Emissjonijiet ta' GHG tat-trasport speċifiċi għal kull kwantità ta' prodott u distanza CO2eq emess waqt it-trasport għal kull tunnellata ta' prodott u kilometru ttrasportat (kg CO2eq/tunnellata/km)

(i21)

Konsum ta' fjuwil minn vetturi għat-trasport bit-triq (L/100 km)

(i22)

Użu ta' enerġija totali tal-imħażen (kWh/m2) fuq tul ta' żmien speċifiku (eż. annwali) normalizzat bl-unità rilevanti ta' throughput (eż. kg ta' prodott nett)

(i23)

Perċentwal ta' trasport permezz ta' modi differenti (%)

(i24)

Fattur ta' tagħbija għal trasport ta' merkanzija (eż. fattur ta' tagħbija ta' trakk) (% ta' piż jew kapaċità ta' volum)

(i25)

Perċentwal ta' vjaġġi vojta għall-vetturi tat-triq (%)

(i26)

Perċentwal ta' konsenji mwettqa permezz ta' vjaġġi lura (%)

(b4)

Għal 100 % tal-operazzjonijiet ta' trasport u loġistika (inklużi fornituri ta' parti terza), l-indikaturi li ġejjin huma rrapurtati: % ta' trasport permezz ta' modi differenti; kg CO2eq għal kull m3/pallet eċċ. ikkonsenjati.

(b5)

Għal operazzjonijiet ta' trasport u loġistika in-house, l-indikaturi li ġejjin huma rrapurtati: fattur tat-tagħbija għat-trasport ta' merkanzija (% ta' piż jew kapaċità ta' volum); kg CO2eq għal kull t·km.

(b6)

L-iżolament ta' mħażen b'temperatura kkontrollata huwa ottimizzat.

(b7)

Il-konsum medju ta' fjuwil ta' vetturi tqal ta' merkanzija huwa 30 L/100 km inqas.

3.1.6.   Titjib tal-iffriżar u r-refriġerazzjoni

Il-BEMP hija li jittejjeb it-tagħmir u l-proċeduri eżistenti tar-refriġerazzjoni u l-iffriżar permezz ta':

l-għażla ta' temperatura adatta bbażata fuq il-ħtiġijiet tal-prodotti li huma rrefriġerati jew iffriżati;

it-tkessiħ minn qabel ta' prodotti jaħarqu/sħan qabel jitqiegħdu fit-tagħmir tat-tkessiħ;

l-imminimizzar tal-volum ta' prodotti jew ingredjenti miżmuma f'konservazzjoni mkessħa;

l-evitar ta' tnixxija tat-temperatura eż. permezz ta' siġilli tal-bibien, bis-saħħa tal-użu ta' bibien b'veloċità għolja u ta' purtieri tal-arja, u billi jingħataw informazzjoni u taħriġ lill-persunal;

il-ġbir sistematiku ta' data dwar it-tkessiħ ta' tagħbijiet, użu tal-enerġija u rati ta' tnixxija u l-istabbiliment ta' pjan ta' spezzjoni u manutenzjoni regolari għat-tagħmir tat-tkessiħ.

Meta t-tagħmir ta' ffriżar u refriġerazzjoni jitejjeb jew meta jitfasslu u jinbnew faċilitajiet ġodda hija l-BEMP li:

tibdel minn idrofluworokarburi (HFCs) għal refriġeranti b'potenzjal ta' tisħin globali aktar baxx (eż. refriġeranti naturali);

tiftiehem dwar “garanzija tal-ebda tnixxija” pluriennali mal-fornitur tat-tagħmir;

tirkupra u tuża mill-ġdid is-sħana mormija ġġenerata mill-unità ta' refriġerazzjoni jew minn proċessi oħra li jiġġeneraw sħana mormija (eż. proċessi ta' produzzjoni);

tagħżel tagħmir, sistemi ta' kontroll u tqassim tal-impjant (jiġifieri l-post u l-arranġament taż-żoni b'temperaturi differenti) li jippermettu konsum tal-enerġija minimu u jevitaw telf ta' temperatura u tnixxijiet refriġeranti.

Applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb, inklużi l-SMEs. Xi limitazzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' kull waħda mill-miżuri elenkati hawn fuq jistgħu jirriżultaw minn rekwiżiti tal-proċess jew tal-prodott speċifiċi.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(i27)

Użu perċentwali ta' sistemi ta' refriġerazzjoni li jaħdmu fuq refriġeranti naturali meta mqabbel man-numru totali ta' sistemi ta' refrigerazzjoni (%).

(i28)

Koeffiċjent ta' prestazzjoni (COP, coefficient of performance) għal kull sistema ta' refriġerazzjoni unika jew għall-faċilità kollha.

(i29)

Koeffiċjent ta' prestazzjoni tas-sistema (COSP, coefficient of system performance) għal kull sistema ta' refriġerazzjoni unika jew għall-faċilità kollha

(i30)

Proporzjon ta' effiċjenza tal-enerġija (EER, energy efficiency ratio) għal kull sistema ta' refriġerazzjoni unika jew għall-faċilità kollha.

(i31)

Enerġija użata għar-refriġerazzjoni għal kull unità ta' prodott għaż-żona mkessħa (kWh/m2/piż, volum jew numru ta' prodotti)

(B8)

Użu sħiħ (100 %) ta' sistemi ta' refriġerazzjoni li jaħdmu fuq refriġeranti naturali fis-siti kollha.

3.1.7.   Applikazzjoni ta' ġestjoni tal-enerġija u ta' titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fl-operazzjonijiet kollha

Il-BEMP hija li l-użu tal-enerġija jkun ġestit fl-operazzjonijiet kollha tal-kumpanija permezz ta':

l-istabbiliment ta' sistema ta' ġestjoni tal-enerġija (EnMS) komprensiva bħall-ISO 50001 (15), bħala parti minn sistema ta' ġestjoni ambjentali bħall-EMAS;

l-installazzjoni ta' arloġġi (jew arloġġi intelliġenti) fil-livell ta' proċess individwali biex jiġi żgurat monitoraġġ preċiż tal-enerġija;

it-twettiq ta' awditjar u monitoraġġ regolari tal-enerġija biex jiġu identifikati l-ixprunaturi ewlenin tal-użu tal-enerġija (fil-livell tal-proċess);

l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija adatti għall-proċessi kollha f'faċilità, b'mod partikolari billi jiġu meqjusa sinerġiji potenzjali fid-domanda għas-sħana, il-kesħa u l-fwar;

l-investigazzjoni u, jekk possibbli, l-isfruttar ta' sinerġiji għall-produzzjoni u l-użu tal-elettriku, is-sħana, il-kesħa u l-fwar ma' faċilitajiet fil-viċin (jiġifieri simbjożi industrijali).

Applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb, inklużi l-SMEs.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(i32)

Użu ta' enerġija globali għal kull unità ta' prodott (kWh/piż, volum, valur jew numru ta' prodotti)

(i33)

Użu ta' enerġija globali għall-erja tas-superfiċje tal-faċilità (kWh/m2)

(i34)

Użu ta' enerġija globali (kWh) għal proċessi speċifiċi

(i35)

Użu ta' enerġija nett (jiġifieri, l-użu ta' enerġija globali u tneħħi minnu l-enerġija rkuprata u rinnovabbli) għal kull unità ta' prodott (kWh/piż, volum, valur jew numru ta' prodotti)

(i36)

Użu ta' skambjaturi tas-sħana biex jiġu rkuprati flussi sħan/kesħin (y/n)

(i37)

Iżolament tal-pajpijiet tal-fwar kollha (y/n)

(b9)

Teżisti sistema ta' ġestjoni tal-enerġija (EnMS) komprensiva (eż. ISO 50001 (16)).

(b10)

Jintużaw awditjar u monitoraġġ regolari tal-enerġija biex jiġu identifikati l-ixprunaturi ewlenin tal-użu tal-enerġija.

(b11)

Soluzzjonijiet ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija adatti huma implimentati għall-proċessi kollha f'faċilità.

(b12)

Sinerġiji fid-domanda għal sħana/kesħa/fwar huma sfruttati mal-firxa tal-proċessi kollha, fil-faċilità u f'dawk fil-viċin.

3.1.8.   L-integrazzjoni ta' enerġija rinnovabbli fil-proċessi tal-manifattura

Il-BEMP hija li l-użu ta' enerġija rinnovabbli jiġi integrat fil-produzzjoni ta' ikel u xorb. B'mod speċifiku, il-BEMP hija li tmur lil hinn mill-użu tal-elettriku rinnovabbli u li d-domanda għas-sħana ta' proċessi tal-produzzjoni tiġi ssodisfata (wara l-implimentazzjoni ta' miżuri biex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u terġa' tintuża sħana mormija, kif imsemmi fit-Taqsima 3.1.7) bi sħana rinnovabbli (jiġifieri minn sistemi ta' tisħin solari, bijomassa u bijogass) minflok sħana mhux rinnovabbli. L-għażla tas-sors ta' sħana rinnovabbli tiddependi fuq il-kundizzjonijiet lokali, eż. jekk humiex disponibbli bijomassa prodotta lokalment u materja prima adatta għall-produzzjoni tal-bijogass u/jew jekk ir-radjazzjoni solari annwali hix konsiderabbli.

Applikabbiltà

Il-prinċipju ta' din il-BEMP huwa applikabbli għal dawk kollha li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb, inklużi l-SMEs. Madankollu, is-sistemi tas-sħana rinnovabbli jserrħu fuq id-disponibbiltà ta' sors ta' enerġija rinnovabbli lokali adatt u r-rekwiżiti ta' sħana u ta' temperatura tal-proċessi ta' produzzjoni. Barra minn hekk, il-modifika b'installazzjoni suċċessiva ta' faċilità tal-produzzjoni diġà eżistenti bi sħana rinnovabbli tirrikjedi analiżi tal-fattibbiltà teknika ddettaljata b'kunsiderazzjoni tat-tqassim attwali u l-limitazzjonijiet tal-proċessi ta' produzzjoni attwali.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(i38)

Perċentwal tal-użu ta' enerġija ta' faċilitajiet tal-produzzjoni (sħana u elettriku separatament) issodisfat b'sorsi ta' enerġija rinnovabbli (%)

(i39)

Perċentwal tal-użu ta' enerġija ta' faċilitajiet tal-produzzjoni (sħana u elettriku separatament) issodisfat b'sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq il-post jew fil-viċin (%)

(b13)

Hija implimentata ġenerazzjoni ta' enerġija mis-sħana rinnovabbli fuq il-post jew fil-viċin għal proċessi ta' manifattura adatti.

(b14)

It-teknoloġiji tal-proċess huma adattati biex jaqblu aħjar mal-provvista ta' sħana minn sorsi rinnovabbli.

3.1.9.   L-evitar ta' skart alimentari f'operazzjonijiet ta' manifattura

Il-BEMP hija li titnaqqas il-ġenerazzjoni ta' skart alimentari fil-faċilità ta' produzzjoni billi jiġi identifikat ir-rimi kollu li jista' jiġi evitat b'approċċi bħal:

Manutenzjoni Produttiva Totali: involviment tal-persunal fil-livelli u l-funzjonijiet kollha biex tiġi massimizzata l-effettività globali tat-tagħmir ta' produzzjoni;

Kaizen: fokus fuq titjib kontinwu fit-tnaqqis ta' skart alimentari fejn jiġi identifikat u realizzat l-iffrankar li huwa faċli li jinkiseb (jiġifieri, rebħ faċli, frott fil-baxx);

Value Stream Mapping: titjib fil-viżibbiltà ta' proċessi li jżidu fil-valur u li ma jżidux fil-valur sabiex jiġu enfasizzati sorsi ta' skart.

Bl-użu ta' dawn l-approċċi, l-iskart alimentari jista' jitnaqqas billi jiġu implimentati dawn li ġejjin:

kampanji ta' sensibilizzazzjoni/involviment tal-persunal;

analiżi tal-għażliet ta' prodotti u konsegwentement tnaqqis ta' telf fl-inventarju;

imballaġġ lest għall-produzzjoni biex jitnaqqas it-telf ta' ingredjenti mhux misjura;

akkwist u konsenja eżatt fil-ħin ta' materja prima;

viżibbiltà aħjar tal-kwantitajiet mormija ġġenerati permezz ta' awditi tal-iskart;

ottimizzazzjoni tar-riżultati tal-produzzjoni;

spostament lil hinn mill-approċċ tradizzjonali tal-fornitur li “jimbotta” għal sistema tal-konsumatur li “jiġbed” biex tiġi żgurata produzzjoni li tirrifletti d-domanda;

inkoraġġiment ta' ekonomija domestika aktar nadifa u ta' standards ta' ndafa.

Barra minn hekk, hija BEMP li jkun hemm rappurtar pubbliku dwar il-ġenerazzjoni ta' skart alimentari u dwar l-attivitajiet li jeżistu u dawk ippjanati għall-futur fir-rigward tal-prevenzjoni tal-iskart, kif ukoll li jiġu identifikati miri f'dan il-qasam u jiġu ppjanati attivitajiet adatti biex jinkisbu dawn il-miri.

Applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb, inklużi l-SMEs.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(i40)

Effettività Globali tat-Tagħmir (OEE, Overall Equipment Effectiveness) (17) (%)

(i41)

Proporzjon bejn l-ammont ta' skart alimentari ġġenerat (mibgħut għal riċiklaġġ, rkupru u rimi, inkluż skart alimentari użat bħala sors ta' enerġija jew fertilizzanti) u l-kwantità ta' prodotti finali (tunnellati ta' skart alimentari/tunnellata ta' prodotti finali)

3.1.10.   Kunsiderazzjoni tad-Dokument ta' Referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli fl-Industriji tal-Ikel, tax-Xorb u tal-Ħalib (FDM BREF)

Hija BEMP għal dawk kollha li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb (kodiċijiet 10 u 11 tan-NACE) li jimplimentaw l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) jew tekniki oħra li jistgħu jiksbu livell ta' prestazzjoni ambjentali ekwivalenti jew ogħla, u li jikkunsidraw it-tekniki emerġenti rilevanti ppreżentati fid-“Dokument ta' Referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli fl-Industriji tal-Ikel, tax-Xorb u tal-Ħalib (FDM BREF)” (18).

Il-BEMP għandha timmira għall-aktar għan impenjattiv tal-Livelli ta' Emissjoni (jew Prestazzjoni Ambjentali) Assoċjati mal-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT-AE(P)Ls).

Applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb, inklużi l-SMEs, diment li l-Aqwa Tekniki Disponibbli u t-tekniki emerġenti jkunu rilevanti għall-attivitajiet u l-proċessi tal-kumpanija. Għalkemm il-BAT u l-BAT-AE(P)Ls relatati deskritti fl-FDM BREF ġew identifikati għal installazzjonijiet industrijali kbar, b'mod wiesa' dawn huma rilevanti u ta' spiss applikabbli anki għal siti ta' produzzjoni industrijali iżgħar. Madankollu, l-applikabbiltà u r-rilevanza ta' kwalunkwe teknika speċifika għal kumpanija speċifika għandhom jiġu vvalutati fuq bażi ta' każ b'każ. Pereżempju, il-biċċa l-kbira tat-tekniki ma jkunux applikabbli għal kumpaniji li jkunu qed jipproduċu fuq skala żgħira ħafna f'faċilità mhux industrijali.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(i42)

L-Aqwa Tekniki Disponibbli rilevanti identifikati fl-FDM BREF jew tekniki oħra li jistgħu jiksbu livell ekwivalenti jew ogħla ta' prestazzjoni ambjentali huma implimentati (iva/le).

(i43)

Tekniki emerġenti rilevanti identifikati fl-FDM BREF huma kkunsidrati (iva/le)

(b15)

Livell ta' prestazzjoni ambjentali li huwa fi ħdan l-aqwa 10 % (19) ta' kull waħda mill-firxiet ta' BAT-AE(P)L definiti fl-FDM BREF huwa miskub.

3.2.   L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fl-ipproċessar tal-kafè

Din it-taqsima hija mmirata lejn il-kumpaniji li jipproċessaw il-kafè (kodiċi 10.83 tan-NACE).

3.2.1.   Tnaqqis fl-użu tal-enerġija permezz tal-adozzjoni ta' tisħin minn qabel tal-kafè aħdar fl-inkaljar tal-kafè f'lottijiet

Il-BEMP hija li l-kafeni jissaħħnu minn qabel immedjatament qabel l-operazzjoni tal-inkaljar billi jiġu rriċirkolati l-gassijiet tal-eġżost mill-inkaljar tal-lott preċedenti. Din it-teknika biex tiġi ffrankata l-enerġija tista' tiġi kkombinata ma' tekniki oħra għall-iffrankar tal-enerġija, bħall-użu mill-ġdid parzjali tal-gassijiet tal-inkaljar fl-istess sistema ta' inkaljar direttament (inkaljaturi b'riċirkolazzjoni) jew permezz ta' skambjatur tas-sħana, jew billi l-gassijiet tal-inkaljar jintużaw biex jiġi prodott ilma sħun jew għat-tisħin tal-post.

Applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli meta tkun qed tiġi ppjanata l-installazzjoni ta' kwalunkwe inkaljatur tal-kafè ġdid f'lottijiet iżda tista' tirrikjedi spazju konsiderevoli u/jew rinforz tal-istruttura tal-bini. Huwa wkoll possibbli li inkaljatur eżistenti jiġi modifikat u mgħammar bi preheater; madankollu, dan huwa aktar kumpless mill-installazzjoni ta' preheater tal-kafè f'inkaljatur tal-kafè ġdid minħabba kostijiet, ħtiġijiet ta' spazju, xogħol ta' kostruzzjoni, eċċ. L-applikabbiltà ta' din il-BEMP għall-SMEs tista' tkun limitata minħabba l-investiment ekonomiku sostanzjali meħtieġ.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(i44)

It-tnaqqis tal-użu tal-enerġija termali fl-inkaljar tal-kafè minħabba l-introduzzjoni ta' tisħin minn qabel tal-kafè aħdar (%)

(i45)

L-użu ta' enerġija termali f'operazzjonijiet ta' inkaljar (kWh/tunnellata ta' kafè aħdar).

(i46)

Emissjonijiet ta' CO2 speċifiċi (kg CO2eq/tunnellata ta' kafè inkaljat) kkalkulati b'kunsiderazzjoni tal-konsum tal-elettriku u l-fjuwil (eż. propan, metan) f'operazzjonijiet ta' inkaljar.

(b16)

Teżisti sistema ta' tisħin minn qabel tal-kafè aħdar.

3.3.   L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura taż-żejt taż-żebbuġa

Din it-taqsima hija mmirata lejn il-kumpaniji li jimmanifatturaw iż-żejt taż-żebbuġa (kodiċi 10.41 tan-NACE).

3.3.1.   Minimizzar tal-konsum tal-ilma fis-separazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa

Waqt is-separazzjoni (magħrufa wkoll bħala kjarifikazzjoni jew illostrar) taż-żejt taż-żebbuġa mill-partikoli fini u l-ilma li jkun baqa', il-BEMP hija li tintuża magna ċentrifuga vertikali li timminimizza l-użu tal-ilma. Il-kwantità ta' ilma użat għandha tinżamm għall-ammont minimu meħtieġ biex tinkiseb il-kompożizzjoni finali mixtieqa taż-żejt taż-żebbuġa.

Applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jimmanifatturaw iż-żejt taż-żebbuġa, inklużi l-SMEs. L-ammont ta' ilma meħtieġ fil-fażi tas-separazzjoni jiddependi ħafna fuq il-kwalità taż-żejt li jkun ġej mid-dikanter.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(i47)

Użu ta' ilma fis-separazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa (L) skont il-piż (tunnellati) ta' żebbuġ ipproċessat jew għal kull unità ta' volum (L) ta' żejt taż-żebbuġa mmanifatturata.

(b17)

L-ilma użat fis-separazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa huwa inqas minn 50 L (5 %) għal kull 1 000 L ta' żejt taż-żebbuġa mmanifatturat

3.3.2.   Tnaqqis fil-ħasil taż-żebbuġ mal-wasla

Il-BEMP hija li titnaqqas il-ħtieġa li ż-żebbuġ jinħasel qabel ma jiġi pproċessat f'żejt taż-żebbuġa. Dan jista' jkun possibbli, pereżempju, jekk iż-żebbuġ jinqata' mis-siġar. Għal dan il-għan, dawk li jimmanifatturaw iż-żejt taż-żebbuġa jistgħu jistabbilixxu kooperazzjoni adatta mal-bdiewa li jipprovdu ż-żebbuġ.

L-adozzjoni ta' miżuri adatti għar-riċiklaġġ tal-ilma li xorta huwa meħtieġ biex jinħasel iż-żebbuġ tista' twassal għal aktar iffrankar tal-ilma.

Applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għal firxa wiesgħa ta' mtieħen taż-żejt taż-żebbuġa:

imtieħen taż-żejt żgħar (li jipproċessaw żebbuġ imkabbar fuq is-siġar taż-żebbuġ tagħhom stess): dawn il-kumpaniji jikkontrollaw il-proċess kollu tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa (mill-produzzjoni taż-żebbuġ sal-bejgħ lill-konsumatur) u għalhekk jistgħu jimplimentaw direttament il-miżuri biex ifornu żebbuġ nadif lill-mitħna;

produtturi industrijali taż-żejt taż-żebbuġa (li jipproċessaw żebbuġ fornut permezz ta' kuntratt adatt mal-bdiewa): jistgħu jiġu offruti prezzijiet differenti għaż-żebbuġ ikkonsenjat, skont (fost parametri oħra) il-livell ta' kemm ikun maħmuġ iż-żebbug;

kooperattivi (li jipproċessaw iż-żebbuġ tal-membri tagħhom): dawn l-organizzazzjonijiet jistabbilixxu ftehimiet differenti fost il-membri tagħhom u fil-parametri maqbula jista' jiġi inkluż livell baxx ta' kemm iż-żebbuġ ikun maħmuġ jew ċerti prassi għall-qtugħ.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(i48)

Il-proporzjon bejn il-kwantità ta' ilma użat biex jinħasel iż-żebbuġ meta jasal u l-kwantità ta' żebbuġ ipproċessat (L ta' ilma għal kull tunnellata ta' żebbuġ)

(b18)

Għal żebbuġ ikkonsenjat nadif, ma jintuża l-ebda ilma (0 L) biex jinħasel iż-żebbuġ meta jasal

3.4.   L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura tas-soft drinks

Din it-taqsima hija mmirata lejn il-kumpaniji li jimmanifatturaw is-soft drinks (kodiċi 11.07 tan-NACE).

3.4.1.   L-użu ta' blowers fl-istadju tat-tnixxif tal-fliexken/l-imballaġġ

Il-BEMP hija li jkunu installati blowers żgħar b'veloċità għolja u mfassla sew fil-punt tal-użu (fl-istadji tat-tnixxif tal-bottijiet/fliexken u f'sistemi ta' tlaħliħ li jonizzaw l-arja) li jistgħu jissostitwixxu dryers ibbażati fuq l-arja kkompressata.

Applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk li jimmanifatturaw is-soft drinks, li jlaħalħu jew inixxfu bl-ajra l-bottijiet jew il-fliexken qabel jimlewhom. Din il-BEMP hija applikabbli għall-SMEs.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(I49)

Użu ta' enerġija għal infiħ/tnixxif għal kull litru ta' prodott (kWh/L)

3.5.   L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura tal-birra

Din it-taqsima hija mmirata lejn il-kumpaniji li jimmanifatturaw il-birra (kodiċi 11.05 tan-NACE).

3.5.1.   It-tnaqqis tal-użu tal-enerġija fit-togħlija tal-most tal-birra

Dawk li jimmanifatturaw il-birra jistgħu jnaqqsu l-użu ta' enerġija waqt it-togħlija tal-most tal-birra billi:

jimplimentaw tisħin minn qabel tal-most tal-birra bi sħana rkuprata mill-ikkondensar tal-fwar tal-most tal-birra bis-saħħa tal-użu ta' sistema ta' ħażna ta' enerġija;

inaqqsu r-rati ta' evaporazzjoni waqt it-togħlija (eż. permezz ta' sistemi tat-togħlija b'żewġ fażijiet, togħlija dinamika bi pressjoni baxxa) sakemm it-togħma tal-birra tippermetti l-adozzjoni ta' din is-soluzzjoni.

Applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli b'mod wiesa' għal dawk kollha li jimmanifatturaw il-birra, inklużi l-SMEs.

L-adozzjoni ta' tisħin minn qabel tal-most tal-birra hija applikabbli għal birreriji ġodda, diment li ma jkun hemm l-ebda restrizzjoni ta' spazju biex jiġi installat it-tagħmir meħtieġ. Fil-każ ta' impjanti eżistenti għandu jsir studju ekonomiku biex tiġi vvalutata l-opportunità li tinbidel l-installazzjoni għat-togħlija tal-most tal-birra.

It-tnaqqis tar-rati ta' evaporazzjoni mhix adattata għat-tipi kollha ta' birra billi tinfluwenza l-karatteristiċi organolettiċi tal-birra. Meta jiġi implimentat, jeħtieġ li jkun ikkunsidrat fid-dawl tal-proċess sħiħ tal-produzzjoni tal-birra u applikat b'mod li jkun adatt għall-prodott speċifiku.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(i50)

Rata ta' evaporazzjoni (%) waqt it-togħlija tal-most tal-birra

(i51)

Użu ġenerali ta' enerġija fil-proċess tal-produzzjoni għal kull ettolitru ta' birra prodott (MJ/hL)

(i52)

Użu ta' enerġija fit-tisħin minn qabel tal-most tal-birra għal kull ettolitru ta' birra prodott (MJ/hL)

(i53)

Numru ta' fabbrikazzjonijiet ta' birra bejn żewġ tindifiet tal-kitla

(b19)

Sistema ta' tisħin minn qabel tal-most tal-birra bi sħana rkuprata mill-ikkondensar tal-fwar tal-most tal-birra hija installata.

(b20)

Ir-rata ta' evaporazzjoni waqt it-togħlija tal-most tal-birra hija inqas minn 4 %

3.5.2.   Bidla minn sistemi ta' fermentazzjoni bil-lott għal dik kontinwa

Il-BEMP hija li jkun hemm bidla minn sistemi ta' fermentazzjoni bil-lott għal waħda kontinwa għall-iffrankar tal-enerġija u l-ilma. Possibbiltà waħda hija li tintuża sistema kontinwa b'erba' tankijiet li tkun tikkonsisti fi tliet tankijiet aġitati u r-raba' wieħed mhux aġitat, fejn il-birra tkun separata mill-ħmira. Mill-aħħar tank, il-birra ċċarata tgħaddi għal tank ta' maturazzjoni bis-sħana fejn l-aroma hija rfinata b'azzjoni tal-ħmira.

Applikabbiltà

Hemm xi limitazzjonijiet fuq l-applikabbiltà ta' din il-BEMP. It-teknika hija l-iktar fattibbli għal operazzjonijiet ta' fabbrikazzjoni tal-birra fuq skala kbira. Barra minn hekk, il-bidla għal fabbrikazzjoni tal-birra kontinwa jista' jkollha effetti fuq il-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott finali u tista' ma tkunx adatta għat-tipi ta' birra kollha.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(i51)

Użu ġenerali ta' enerġija fil-proċess tal-produzzjoni għal kull ettolitru ta' birra prodott (MJ/hL)

(i54)

Konsum tal-ilma fil-proċess tal-produzzjoni għal kull ettolitru ta' birra prodott (hL ta' ilma/hL ta' birra)

3.5.3.   Irkupru ta' CO2 fil-produzzjoni tal-birra

Il-BEMP hija li s-CO2 ġġenerat waqt il-produzzjoni tal-birra jiġi rkuprat mill-uċuħ tat-tankijiet/ir-reċipjenti tal-fermentazzjoni, ir-reċipjenti tal-maturazzjoni u t-tankijiet tal-birra ffiltrata. Is-CO2 jista' mbagħad jiġi mnaddaf, purifikat u kkompressat għal ħażna. Aktar tard jista' jintuża internament f'numru ta' operazzjonijiet ta' fabbrikazzjoni tal-birra, eż. karbonizzazzjoni u bbottiljar, kif ukoll mibjugħ jew ipprovdut għal applikazzjonijiet oħra, fil-qafas ta' simbjożi industrijali.

Applikabbiltà

Din il-BEMP tista' tiġi adattata għall-iskali kollha ta' produzzjoni tal-birra. Madankollu, il-mikrobirreriji u l-birreriji żgħar (20) jistgħu ma jarawhiex attraenti minħabba l-kostijiet tal-investimenti u l-kumplessità tas-sistema biex jiġi rkuprat is-CO2 ġġenerat.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(i55)

Perċentwal ta' CO2 rkuprat mill-fermentazzjoni (%)

(i56)

Ammont ta' CO2 rkuprat għal kull ettolitru ta' birra prodott (g CO2/hL)

(i57)

Kapaċità ta' kull siegħa tas-sistema ta' rkupru ta' CO2 tal-birrerija (g CO2/h)

(b21)

Sistema li tirkupra mill-inqas 50 % tas-CO2 ġġenerat waqt il-fermentazzjoni hija implimentata.

3.6.   L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam u tal-laħam tat-tjur

Din it-taqsima hija mmirata lejn il-kumpaniji li jipproduċu prodotti tal-laħam u tal-laħam tat-tjur (kodiċi 10.13 tan-NACE).

3.6.1.   Ipproċessar taħt pressjoni għolja għad-dekontaminazzjoni tal-laħam

Il-BEMP hija li jintuża pproċessar taħt pressjoni għolja għall-proċessi ta' pasturizzazzjoni u tisjir fil-produzzjoni ta' prodotti tal-laħam u tal-laħam tat-tjur, biex jitnaqqas l-użu tal-enerġija. Pressjonijiet għolja jistgħu jintużaw b'mod differenti għal:

sostituzzjoni tal-pasturizzazzjoni termali;

tnaqqis tal-istadju tat-tisjir: bl-użu ta' pressjonijiet għolja, l-istadju tat-tisjir jista' jitnaqqas peress li l-pasturizzazzjoni kompleta ssir waqt l-istadju tal-pasturizzazzjoni tal-ipproċessar taħt pressjoni għolja.

Applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-produtturi kollha tal-prodotti tal-laħam u tal-laħam tat-tjur, inklużi SMEs. Madankollu, il-kostijiet ta' investiment għax-xiri tat-tagħmir huma għolja u jistgħu jiskoraġġixxu lill-SMEs. Meta dan ikun il-każ, u jekk ikun disponibbli, l-SMEs jistgħu jużaw servizz ta' kera għall-ipproċessar taħt pressjoni għolja.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(i58)

Użu totali ta' enerġija għall-ammont ta' laħam u laħam tat-tjur ipproċesssat (kWh/kg ta' prodott)

(i59)

Użu ta' enerġija fi pproċessar taħt pressjoni għolja (kWh/ċiklu ta' prodott ipproċessat jew kWh/kg ta' prodott)

(b22)

Ipproċessar taħt pressjoni għolja (proprju jew esternalizzat) huwa użat għat-trattament ta' prodotti tal-laħam adatti (eż. prodotti msajra, prodotti mnixxfa u msajra, imnixxfa nejjin).

3.7.   L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura tal-meraq tal-frott

Din it-taqsima hija mmirata lejn kumpaniji li jimmanifatturaw il-meraq tal-frott (kodiċi 10.32 tan-NACE).

3.7.1.   Użu b'valur miżjud ta' residwi tal-frott

Hija l-BEMP li r-residwi tal-frott tal-proċess tal-produzzjoni jintremew billi tiġi segwita l-kaskata ta' prijorità:

l-irkupru ta' prodotti prezzjużi, kull meta jkun fattibbli: eż. pektin (minn residwi taċ-ċitru u tal-ħawħ), sustanzi kimiċi fini (beta-karotenojdi minn residwi tal-karrotti) u ingredjenti alimentari multifunzjonali (minn residwi ta' karrotti, larinġ u tuffieħ) li jistgħu jintużaw fi prodotti moħmija.

l-użu tar-residwi tal-frott bħala għalf għall-annimali, jekk ikun hemm xi produtturi ta' bhejjem ħajjin jew produtturi tal-għalf tal-annimali lokali interessati f'dan il-prodott sekondarju.

l-użu tar-residwi tal-frott bħala ko-sottostrat tad-diġestjoni anaerobika f'impjant tad-diġestjoni anaerobika diġà eżistenti fil-viċin jew il-pjan tal-kostruzzjoni ta' sistema ta' diġestjoni anaerobika ġdida flimkien ma' organizzazzjonijiet fil-viċin li jipproduċu skart organiku li jista' jiġi pproċessat f'impjant ta' diġestjoni anaerobika (eż. bdiewa li jrabbu l-bhejjem).

Applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jimmanifatturaw il-meraq tal-frott, inklużi l-SMEs, diment li l-kundizzjonijiet lokali (eż. disponibbiltà ta' bhejjem ħajjin lokali biex jingħalfu, preżenza ta' impjanti ta' diġestjoni anaerobika) jippermettu l-implimentazzjoni tal-opzjonijiet elenkati hawn fuq.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(i60)

Rata ta' sfruttament tar-residwu tal-frott (%): ammont totali ta' residwi tal-frott użati għall-irkupru ta' prodotti prezzjużi (eż. pektin, żjut essenzjali), bħala għalf tal-annimali jew bħala ko-sottostrat f'impjant ta' diġestjoni anaerobika.

(b23)

Jintuża 100 % tar-residwi tal-frott għall-irkupru ta' prodotti prezzjużi (eż. pektin, żjut essenzjali), bħala għalf tal-annimali jew bħala ko-sottostrat għal diġestjoni anaerobika.

3.8.   L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali f'operazzjonijiet biex isir il-ġobon

Din it-taqsima hija mmirata lejn il-kumpaniji li jipproduċu l-ġobon (kodiċi 10.51 tan-NACE).

3.8.1.   Irkupru ta' xorrox

Il-BEMP hija li jiġi rkuprat ix-xorrox kollu mill-produzzjoni tal-ġobon u li jintuża f'applikazzjonijiet ġodda, skont il-lista ta' prijorità li ġejja:

ikkonċentra, iffiltra u/jew evapora x-xorrox biex jiġi prodott trab tax-xorrox, konċentrat tal-proteina tax-xorrox (WPC, whey protein concentrate), lattożju u prodotti sekondarji oħra;

immanifattura prodotti tax-xorrox maħsuba għall-konsum mill-bniedem bħal ġobnijiet tax-xorrox jew xorb tax-xorrox;

għalef ix-xorrox lill-annimali, użah bħala fertilizzant jew ipproċessah f'impjant ta' diġestjoni anaerobika.

Applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-produtturi tal-ġobon kollha inklużi l-SMEs, diment li l-kundizzjonijiet lokali (eż. ġenerazzjoni suffiċjenti ta' xorrox għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' konċentrazzjoni tax-xorrox, domanda mis-suq għal prodotti bbażati fuq ix-xorrox, disponibbiltà ta' bhejjem ħajjin biex jiġu magħlufa) jippermettu l-implimentazzjoni tal-opzjonijiet elenkati hawn fuq.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(i61)

Perċentwal (% ta' piż) tal-piż totali tal-materja niexfa ta' xorrox iġġenerat irkuprat għall-użu fi prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, fl-għalf tal-annimali u bħala għalf għal diġestjoni anaerobika.

(i62)

Perċentwal (% ta' piż) tal-piż totali tal-materja niexfa ta' xorrox iġġenerat irkuprat għall-użu fi prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem

(B24)

Ix-xorrox huwa rkuprat u ttrattat ulterjorment sabiex jinkisbu prodotti oħra għall-konsum mill-bniedem abbażi tad-domanda mis-suq. Ix-xorrox żejjed minflok jintuża għall-għalf tal-annimali jew għal diġestjoni anaerobika.

3.9.   L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura tal-ħobż, tal-gallettini u tal-kejkiet

Din it-taqsima hija mmirata lejn il-kumpaniji li jipproduċu ħobż, gallettini u kejkijiet (kodiċijiet 10.71 u 10.72 tan-NACE).

3.9.1.   Skemi għat-tnaqqis tal-iskart ta' ħobż mhux mibjugħ

Il-BEMP hija li jiġu stabbiliti skemi adatti ta' “teħid lura” tal-ħobż fejn il-ħobż li ma jinbiegħx fil-punti tal-bejgħ jittieħed lura lejn il-forn fejn kien prodott. Il-ħobż miġbur jinħażen fil-forn u jista' jiġi pproċessat fi frak tal-ħobż u dumplings jew jista' jinġabar minn kumpaniji liċenzjati (eż. organizzazzjonijiet tal-karità jew soċjali jekk il-ħobż ikun għadu tajjeb għal konsum mill-bniedem hekk kif inhu), jew jista' jintuża għal finijiet oħra (eż. għalf tal-annimali). Il-ġbir ta' ħobż minn kumpaniji liċenzjati jista' jseħħ ukoll direttament fil-punti tal-bejgħ.

Applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jimmanifatturaw il-ħobż, inklużi l-SMEs. Il-fran li ma jikkonsenjawx ħobż f'punti tal-bejgħ 'il bogħod jistgħu direttament jimplimentaw il-miżuri elenkati hawn fuq, mingħajr ma jkollhom għalfejn jistabbilixxu skema ta' teħid lura ta' ħobż. Skont l-użu li huwa ppjanat għalih il-ħobż ritornat, għandhom jiġu żgurati t-trattament, it-trasport u l-ħażna adatti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' iġjene.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(i63)

Rata ta' ritorn (%) ta' ħobż mhux mibjugħ minn punti tal-bejgħ li jkunu qed jieħdu sehem fl-iskema ta' “teħid lura”

(i64)

Parteċipazzjoni (%) ta' punti tal-bejgħ fi skemi ta' ritorn eżistenti għal żona partikolari

(i65)

Perċentwal ta' ħobż mhux mibjugħ ikkonvertit f'użi oħra biex tiġi evitata l-ġenerazzjoni ta' skart alimentari (%)

(b25)

Għall-fran: 100 % tal-punti tal-bejgħ li jbigħu l-ħobż prodott jieħdu sehem fi skema ta' teħid lura adatta għall-ħobż mhux mibjugħ.

3.9.2.   Minimizzar tal-konsum tal-enerġija għall-ħami

Il-BEMP hija li jiġi minimizzat il-konsum tal-enerġija għall-ħami jew billi l-fran eżistenti jiġu mħaddma bl-aktar mod effiċjenti fl-użu tal-enerġija jew billi jintgħażel l-aktar forn effiċjenti biex jaqdi l-bżonnijiet ta' ħami speċifiċi abbażi ta': rekwiżiti ta' produzzjoni, sorsi ta' enerġija, limitazzjonijiet ta' spazju, rekwiżiti ta' temperatura, mod ta' ħidma u mod ta' trasferiment tas-sħana.

Applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jimmanifatturaw il-ħobż, gallettini u kejkijiet, inklużi l-SMEs.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(i66)

Użu ta' enerġija fil-proċess tal-ħami, jiġifieri kWh għal kull:

t ta' prodott moħmi, jew

t ta' dqiq użat, jew

m2 tal-erja tal-ħami (superfiċje tal-forn)

3.10.   L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura tal-inbid

Din it-taqsima hija mmirata lejn il-kumpaniji li jipproduċu l-inbid (kodiċi 11.02 tan-NACE).

3.10.1.   Tnaqqis tal-użu tal-ilma, ġenerazzjoni ta' skart organiku u użu tal-enerġija f'fabbriki tal-inbid

Il-BEMP hija li:

jitnaqqas il-konsum tal-ilma fil-fabbrika tal-inbid billi jittejbu l-operazzjonijiet ta' tindif (Taqsima 3.1.4) u jiġi installat tagħmir effiċjenti ħafna fl-użu tal-ilma;

jiġi implimentat approċċ strateġiku ta' effiċjenza fl-użu tar-riżorsi għar-residwi organiċi ġġenerati fil-fabbrika tal-inbid, inklużi azzjonijiet, imfassla għall-każ speċifiku, bħal: it-trasformazzjoni ta' prodotti sekondarji fi prodotti għall-konsum mill-bniedem (eż. distillazzjoni għall-alkoħol mir-residwi tal-għeneb); spostament ta' fertilizzanti sintetiċi bis-saħħa ta' kkompostar; rkupru ta' enerġija f'impjanti ta' tisħin, tkessiħ u enerġija kkombinati (Taqsima 3.1.8);

tnaqqis fil-konsum tal-enerġija billi:

jingħażel tagħmir effiċjenti fl-użu tal-enerġija kull meta jkun hemm bżonn ta' sostituzzjoni jew espansjoni, filwaqt li jiġi żgurat id-daqs adatt tat-tagħmir magħżul (skont il-ħtiġijiet tal-proċess);

titjib fl-iżolament tal-pajpijiet, linji ta' tkessiħ, eċċ.;

spezzjonar regolari tal-pajpijiet tat-tisħin/tat-tkessiħ fit-tankijiet biex jiġu prevenuti u/jew imsewwija tnixxijiet jew ħsara fl-iżolament tagħhom;

tfassil ta' kantini effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija (jiġifieri jingħażlu orjentazzjoni u post adatti biex titnaqqas l-espożizzjoni għax-xemx, jingħażlu materjali tal-kostruzzjoni b'valuri U għolja, u jintużaw bjut ekoloġiċi u żebgħa u materjali riflettivi).

Applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jimmanifatturaw il-inbid, inklużi l-SMEs. Madankollu, hemm xi limitazzjonijiet għal numru mill-miżuri deskritti hawn fuq għal fabbriki tal-inbid eżistenti, fejn l-applikabbiltà tiddependi fuq il-proċessi tal-produzzjoni speċifiċi diġà fis-seħħ.

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

(i67)

Total ta' ilma użat fil-fabbrika tal-inbid (L) għal kull litru ta' nbid prodott. L-ilma użat jista' jitkejjel ukoll fil-livell tal-proċess.

(i68)

Ġenerazzjoni ta' skart organiku fil-fabbrika tal-inbid (kg) għal kull litru ta' nbid prodott kull xahar/sena.

(i69)

Użu ta' enerġija termali (kWh/L ta' nbid prodott): jista' jiġi kkalkulat annwalment jew waqt l-istaġun tal-ħsad

(i70)

Użu ta' elettriku (kWh/L ta' nbid prodott): jista' jiġi kkalkulat annwalment jew waqt l-istaġun tal-ħsad

4.   INDIKATURI EWLENIN TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI SPEĊIFIĊI GĦAS-SETTUR IRRAKKOMANDATI

It-tabella li ġejja telenka għażla ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ambjentali għas-settur tal-ikel u x-xorb. Dawn huma subsett tal-indikaturi kollha msemmija fil-Taqsima 3. It-tabella hija maqsuma skont il-grupp taħt mira, skont l-istruttura ta' dan id-dokument:

indikaturi ewlenin għal dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb;

indikaturi ewlenin addizzjonali għal diversi sottosetturi fi ħdan is-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb, jiġifieri:

proċessar ta' kafè;

manifattura ta' żejt taż-żebbuġa;

manifattura ta' soft drinks;

manifattura ta' birra;

produzzjoni ta' prodotti tal-laħam u tal-laħam tat-tjur;

manifattura ta' meraq tal-frott;

operazzjonijiet biex isir il-ġobon;

manifattura ta' ħobż, gallettini u kejkijiet;

manifattura ta' nbid.

Indikatur

Unità komuni

Grupp prinċipali taħt mira

Deskrizzjoni qasira

Livell minimu ta' monitoraġġ irrakkomandat

Indikatur ewlieni relatat

skont l-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 (Taqsima C.2.)

Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza

L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali relatata

DAWK KOLLHA LI JIMMANIFATTURAW L-IKEL U X-XORB (KODIĊIJIET 10 U 11 TAN-NACE)

Il-perċentwal ta' siti jew prodotti totali vvalutati bl-użu ta' protokoll ta' valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali rikonoxxut.

%

Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb

Siti tal-produzzjoni (jiġifieri proċessi tal-produzzjoni) u prodotti li huma vvalutati bl-użu ta' valutazzjonijiet tal-immarkar tal-karbonju u/jew taċ-ċiklu tal-ħajja (LCAs) diviżi bin-numru totali ta' siti tal-produzzjoni u prodotti.

Livell tal-kumpanija

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Effiċjenza fl-użu tal-materjal

Ilma

Skart

Bijodiversità

Emissjonijiet

Valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali mifruxa mal-kumpanija kollha li tkopri l-operazzjonijiet kollha hija implimentata.

Valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali għall-prodotti ġodda kollha li qed jiġu żviluppati hija mwettqa.

BEMP 3.1.1

Perċentwal ta' ingredjenti jew prodotti li jissodisfaw il-kriterji ta' sostenibbiltà speċifiċi tal-kumpanija jew li jikkonformaw ma' standards ta' sostenibbiltà eżistenti

%

Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb

Numru jew valur f'euro ta' ingredjenti jew prodotti mixtrija li jissodisfaw il-kriterji ta' sostenibbiltà speċifiċi tal-kumpanija jew li jikkonformaw ma' standards ta' sostenibbiltà eżistenti diviżi bin-numru jew il-valur totali ta' ingredjenti jew prodotti mixtrija

Livell tal-kumpanija

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Effiċjenza fl-użu tal-materjal

Ilma

Skart

Bijodiversità

Emissjonijiet

BEMP 3.1.2

Perċentwal ta' fornituri involuti fi programmi ta' titjib sostenibbli

%

Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb

Numru ta' fornituri involuti fi programmi ta' sostenibbiltà (biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom) min-numru totali ta' fornituri. Dan l-indikatur jista' jiġi kkalkulat ukoll abbażi tal-valur f'euro tal-prodotti fornuti mill-fornituri involuti fi programmi ta' sostenibbiltà (biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom) mill-valur totali ta' prodotti fornuti

Livell tal-kumpanija

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Effiċjenza fl-użu tal-materjal

Ilma

Skart

Bijodiversità

Emissjonijiet

BEMP 3.1.2

Emissjonijiet ta' CO2 relatati mal-imballaġġ għal kull unità ta' piż/volum ta' prodott immanifatturat

Imballaġġ gCO2eq/g ta' prodott

Imballaġġ gCO2eq/mL ta' prodott

Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb

CO2eq relatat mal-imballaġġ għal kull unità ta' piż jew volum ta' prodott immanifatturat ikkalkulat bis-saħħa tal-użu ta' għodda tal-ekodisinn għad-disinn tal-imballaġġ

Ammonti għal kull prodott

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Fl-iddisinjar tal-imballaġġ tintuża għodda tal-ekodisinn biex jiġu identifikati opzjonijiet b'impatt ambjentali baxx.

BEMP 3.1.3

Enerġija relatata mat-tindif għal kull unità ta' produzzjoni

kWh/kg

kWh/L

kWh/numru ta' prodotti

Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb

L-enerġija (sħana u elettriku) użata għal operazzjonijiet ta' tindif diviża bl-ammont ta' output tal-prodott espress f'piż, volum jew numru ta' prodotti

Għal kull sit ta' produzzjoni

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

BEMP 3.1.4

Użu ta' ilma relatat mat-tindif għal kull unità ta' produzzjoni

m3/kg

m3/L

m3/numru ta' prodotti

Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb

L-ilma użat għal operazzjonijiet ta' tindif diviż bl-ammont ta' output tal-prodott espress f'piż, volum jew numru ta' prodotti

Għal kull sit ta' produzzjoni

Ilma

BEMP 3.1.4

Ammont ta' prodott tat-tindif użat għal kull unità ta' produzzjoni

kg/kg

kg/L

kg/numru ta' prodotti

m3/kg

m3/L

m3/numru ta' prodotti

Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb

Massa jew volum ta' prodotti tat-tindif (eż. soda kawstika) diviżi bl-ammont ta' output tal-prodott espress f'piż, volum jew numru ta' prodotti

Għal kull sit ta' produzzjoni

Effiċjenza fl-użu tal-materjal

Emissjonijiet

BEMP 3.1.4

Emissjonijiet ta' GHG tat-trasport speċifiċi għal kull kwantità tal-prodott

kg CO2eq/m3

kg CO2eq/tunnellata

kg CO2eq/pallet

kg CO2eq/kaxxa

Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb

It-total ta' CO2eq emess waqt it-trasport diviż bil-piż jew il-volum jew in-numru ta' pallets/kaxxi (skont ir-rilevanza) ttrasportati

Livell tal-kumpanija

Effiċjenza fl-użu tal-materjal

Emissjonijiet

Għal 100 % tal-operazzjonijiet ta' trasport u loġistika (inklużi fornituri ta' parti terza), l-indikaturi li ġejjin huma rrapurtati: % ta' trasport permezz ta' modi differenti; kg CO2eq għal kull m3/pallet eċċ. ikkonsenjati.

BEMP 3.1.5

Emissjonijiet ta' GHG tat-trasport speċifiċi għal kull kwantità ta' prodott u distanza

kg CO2eq/tunnellata/km

Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb

CO2eq totali emess waqt it-trasport diviż bil-piż tal-prodott ittrasportat u d-distanza vvjaġġata.

Livell tal-kumpanija

Effiċjenza fl-użu tal-materjal

Emissjonijiet

Għal operazzjonijiet ta' trasport u loġistika interni, l-indikaturi li ġejjin huma rrapurtati: il-fattur tat-tagħbija tat-trakk (% ta' piż jew kapaċità tal-volum); kg CO2eq għal kull t·km.

BEMP 3.1.5

Perċentwal ta' trasport permezz ta' modi differenti

%

Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb

Perċentwal ta' modi ta' trasport differenti (eż. bit-triq, bil-ferrovija, marittimu, bl-ajru) fit-total tal-attivitajiet ta' trasport.

Il-perċentwal tat-trasport skont il-mod jista' jiġi kkalkulat abbażi tat-tunnellata għal kull km jew il-valur tal-bejgħ.

Livell tal-kumpanija

Effiċjenza fl-użu tal-materjal

Emissjonijiet

Għal 100 % tal-operazzjonijiet ta' trasport u loġistika (inklużi fornituri ta' parti terza), l-indikaturi li ġejjin huma rrapurtati: % ta' trasport permezz ta' modi differenti; kg CO2eq għal kull m3/pallet eċċ. ikkonsenjati.

BEMP 3.1.5

Fattur tat-tagħbija għat-trasport ta' merkanzija

% ta' kapaċità ta' piż (kg)

% ta' kapaċità ta' volum (m3)

Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb

Tagħbija totali użata (piż jew volum) diviża bit-tagħbija disponibbli totali (piż jew volum) għall-mezz ta' trasport użat għat-trasport tal-prodotti

Livell tal-kumpanija

Effiċjenza fl-użu tal-materjal

Emissjonijiet

Għal operazzjonijiet ta' trasport u loġistika interni, l-indikaturi li ġejjin huma rrapurtati: fattur tat-tagħbija għat-trasport ta' merkanzija (% ta' piż jew kapaċità ta' volum); kg CO2eq għal kull t·km.

BEMP 3.1.5

Konsum ta' fjuwil minn vetturi għat-trasport bit-triq

L/100 km

Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb

Ekonomija fil-fjuwil reali fuq it-triq ta' vetturi bit-triq użati għat-trasport ta' prodotti

Livell tal-kumpanija

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Emissjonijiet

Il-konsum medju tal-fjuwil ta' vetturi tqal tal-merkanzija huwa inqas minn jew daqs 30 L/100 km.

BEMP 3.1.5

Użu ta' enerġija totali speċifiku tal-imħażen

kWh/m2/kg ta' prodott nett

Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb

Użu ta' enerġija totali tal-imħażen (f'termini ta' enerġija finali) matul tul ta' żmien speċifiku (eż. fix-xahar, fis-sena) diviż bl-ammont rilevanti ta' throughput (eż. kg ta' prodott nett)

Għal kull sit ta' produzzjoni

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

L-iżolament tal-maħżen b'temperatura kkontrollata huwa ottimizzat.

BEMP 3.1.5

Użu perċentwali ta' sistemi ta' refriġerazzjoni li jaħdmu fuq refriġeranti naturali

%

Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb

In-numru ta' sistemi ta' refriġerazzjoni/tkessiħ li jużaw refriġeranti naturali diviż bin-numru totali ta' sistemi ta' refriġerazzjoni/tkessiħ.

Għal kull sit ta' produzzjoni

Emissjonijiet

Użu ta' 100 % sistemi ta' refriġerazzjoni li jaħdmu fuq refriġeranti naturali fis-siti kollha.

BEMP 3.1.6

Proporzjon tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (EER, Energy efficiency ratio)

kW (kapaċità ta' tkessiħ)/kW (input ta' elettriku)

Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb

Proporzjon bejn il-kapaċità ta' tkessiħ u l-input ta' elettriku f'sistema ta' tkessiħ/refriġerazzjoni. Il-proporzjon jista' jiġi kkalkulat għal kull sistema ta' refriġerazzjoni unika jew għall-faċilità ta' produzzjoni/refriġerazzjoni/iffriżar fl-intier tagħha

Għal kull sit ta' produzzjoni

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

BEMP 3.1.6

Użu ta' enerġija globali għal kull unità ta' prodott

kWh/tunnellata

kWh/EUR

kWh/m3

kWh/numru ta' prodotti

Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb

L-enerġija (sħana, kesħa u elettriku) użata fis-sit tal-produzzjoni diviża bl-ammont ta' output tal-prodott espress f'piż, valur, volum jew numru ta' prodott

Għal kull sit ta' produzzjoni

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Teżisti sistema ta' ġestjoni tal-enerġija (EnMS) komprensiva (eż. ISO 50001).

Jintużaw awditjar u monitoraġġ regolari tal-enerġija biex jiġu identifikati l-ixprunaturi ewlenin tal-konsum tal-enerġija.

Soluzzjonijiet ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija adatti huma implimentati għall-proċessi kollha f'faċilità.

Is-sinerġiji fid-domanda għal sħana/kesħa/fwar huma sfruttati mal-firxa tal-proċessi kollha, fil-faċilità u f'dawk fil-viċin.

BEMP 3.1.7

Użu ta' enerġija globali għall-erja tal-wiċċ ta' faċilità

kWh/m2 ta' faċilità tal-produzzjoni

Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb

Enerġija (sħana, kesħa u elettriku) użata fis-sit tal-produzzjoni fuq tul ta' żmien speċifiku (eż. fis-sena, fix-xahar) diviża bl-erja tal-art tal-faċilità

Għal kull sit ta' produzzjoni

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Teżisti sistema ta' ġestjoni tal-enerġija (EnMS) komprensiva (eż. ISO 50001).

Jintużaw awditjar u monitoraġġ regolari tal-enerġija biex jiġu identifikati l-ixprunaturi ewlenin tal-konsum tal-enerġija.

Soluzzjonijiet ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija adatti huma implimentati għall-proċessi kollha f'faċilità.

Is-sinerġiji fid-domanda għal sħana/kesħa/fwar huma sfruttati mal-firxa tal-proċessi kollha, fil-faċilità u f'dawk fil-viċin.

BEMP 3.1.7

Użu ta' enerġija globali għal proċessi speċifiċi

kWh

Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb

Enerġija (sħana, kesħa u elettriku) użata fuq tul ta' żmien speċifiku (eż. annwalment, fix-xahar) għal proċess speċifiku (eż. tindif, tisjir, refriġerazzjoni)

Għal kull proċess

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Teżisti sistema ta' ġestjoni tal-enerġija (EnMS) komprensiva, bħall-ISO 50001, li tista' tkun parti minn sistema ta' ġestjoni ambjentali bħall-EMAS.

Jintużaw awditjar u monitoraġġ regolari tal-enerġija biex jiġu identifikati l-ixprunaturi ewlenin tal-konsum tal-enerġija.

Soluzzjonijiet ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija adatti huma implimentati għall-proċessi kollha f'faċilità.

Is-sinerġiji fid-domanda għal sħana/kesħa/fwar huma sfruttati mal-firxa tal-proċessi kollha, fil-faċilità u f'dawk fil-viċin.

BEMP 3.1.7

Perċentwal tal-użu ta' enerġija ta' faċilitajiet tal-produzzjoni ssodisfat b'sorsi ta' enerġija rinnovabbli.

%

Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb

Enerġija rinnovabbli (sħana u elettriku separatament) prodotta fuq is-sit/fil-viċin jew mixtrija bħala enerġija rinnovabbli ċċertifikata (eż. elettriku rinnovabbli) diviża bl-użu ta' enerġija tal-faċilitajiet ta' produzzjoni (sħana u elettriku separatament).

Iċ-ċertifikazzjoni għandha tiżgura li l-enerġija rinnovabbli mixtrija mhijiex diġà mniżżla taħt organizzazzjoni oħra jew fit-taħlita medja tal-ġenerazzjoni tal-elettriku nazzjonali.

Għal kull sit ta' produzzjoni

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Emissjonijiet

Għandha tiġi implimentata ġenerazzjoni ta' enerġija mis-sħana rinnovabbli fuq il-post jew fil-viċin għal proċessi ta' manifattura adatti.

It-teknoloġiji tal-proċess huma adattati biex jaqblu aħjar mal-provvista ta' sħana minn sorsi rinnovabbli.

BEMP 3.1.8

Proporzjon bejn l-iskart alimentari ġġenerat u l-prodotti finali mmanifatturati

tunnellati ta' skart alimentari/tunnellati ta' prodott finali

Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb

Tunnellati ta' skart alimentari (mibgħuta għar-riċiklaġġ, għall-irkupru u għar-rimi, inkluż skart alimentari użat bħala sors ta' enerġija jew għall-produzzjoni ta' fertilizzanti) diviżi bit-tunnellati ta' prodott finali

Għal kull sit ta' produzzjoni

Skart

BEMP 3.1.9

Il-BAT rilevanti huma implimentati

iva/le

Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb

Dan l-indikatur jesprimi jekk l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) rilevanti humiex implimentati mill-manifattur tal-ikel u x-xorb. Ir-rilevanza għandha tkun ivvalutata mill-manifattur tal-ikel u x-xorb skont l-analiżi ambjentali tal-attivitajiet tiegħu u l-aspetti u l-pressjonijiet ambjentali rilevanti identifikati. Il-valutazzjoni għandha tqis id-daqs/il-kundizzjonijiet speċifiku/speċifiċi tal-operazzjonijiet u l-proċessi tal-kumpanija.

Għal kull sit ta' produzzjoni

Emissjonijiet

Livell ta' prestazzjoni ambjentali li huwa fi ħdan l-aqwa 10 % ta' kull waħda mill-firxiet ta' BAT-AE(P)L definiti fl-FDM BREF huwa miskub.

BEMP 3.1.10

KUMPANIJI LI JIPPROĊESSAW IL-KAFÈ (KODIĊI 10.83 TAN-NACE)

Użu ta' enerġija termali f'operazzjonijiet ta' inkaljar

kWh/tunnellata ta' kafè aħdar inkaljat

Kumpaniji li jipproċessaw il-kafè

Enerġija tat-tisħin użata (eż. gass naturali, propan) għall-inkaljar diviża bin-numru ta' tunnellati ta' kafè aħdar inkaljat. Dan jista' jiġi kkalkulat għal kull lott ta' kafè inkaljat jew fuq perjodu (eż. jum, ġimgħa, xahar)

Għal kull sit ta' produzzjoni

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Emissjonijiet

Teżisti sistema ta' tisħin minn qabel tal-kafè aħdar.

BEMP 3.2.1

KUMPANIJI LI JIMMANIFATTURAW IŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA (KODIĊI 10.41 TAN-NACE)

Użu ta' ilma fis-separazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa

L ta' ilma/tunnellata ta' żebbuġ ipproċessat

L ta' ilma/L ta' żejt taż-żebbuġa mmanifatturat

Kumpaniji li jimmanifatturaw iż-żejt taż-żebbuġa

Kwantità ta' ilma użat fis-separazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa (L) diviża bil-piż ta' żebbuġ ipproċessat jew bil-volum ta' żejt taż-żebbuġa mmanifatturat.

Għal kull sit ta' produzzjoni

Ilma

Inqas minn 50 L (5 %) ta' ilma użat fis-separazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa għal kull 1 000 L ta' żejt taż-żebbuġa mmanifatturat.

BEMP 3.3.1

Ilma użat biex jinħasel iż-żebbuġ meta jasal

L ta' ilma/tunnellata ta' żebbuġ ipproċessat

Kumpaniji li jimmanifatturaw iż-żejt taż-żebbuġa

Kwantità ta' ilma użat biex jinħasel iż-żebbuġ meta jasal (L) diviża bil-piż ta' żebbuġ ipproċessat (tunnellati)

Għal kull sit ta' produzzjoni

Ilma

Għal żebbuġ ikkonsenjat nadif, ma jintuża l-ebda ilma (0 L) biex jinħasel iż-żebbuġ meta jasal.

BEMP 3.3.2

KUMPANIJI LI JIMMANIFATTURAW IS-SOFT DRINKS (KODIĊI 11.07 TAN-NACE)

Użu ta' enerġija għal infiħ/tnixxif

kWh/L

Kumpaniji li jimmanifatturaw is-soft drinks

Enerġija użata (kWh) għal infiħ/tnixxif diviża bl-ammont (L) ta' prodott immanifatturat

Għal kull sit ta' produzzjoni

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

BEMP 3.4.1

KUMPANIJI LI JIMMANIFATTURAW IL-BIRRA (KODIĊI 11.05 TAN-NACE)

Użu ta' enerġija globali waqt il-fabbrikazzjoni tal-birra

MJ/hL

Kumpaniji li jimmanifatturaw il-birra

Enerġija użata (sħana u elettriku) diviża bil-kwantità ta' birra prodotta (hL) waqt tul ta' żmien speċifiku.

Din tista' tiġi kkalkulata separatament għall-elettriku u s-sħana.

Għal kull sit ta' produzzjoni

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Għandha tiġi installata sistema ta' tisħin minn qabel tal-most tal-birra bi sħana rkuprata mill-ikkondensar tal-fwar tal-most tal-birra.

BEMPs 3.5.1, 3.5.2

Rata ta' evaporazzjoni waqt it-togħlija tal-most tal-birra

%

Kumpaniji li jimmanifatturaw il-birra

Rata ta' evaporazzjoni (%) fit-togħlija tal-most tal-birra hija kkalkulata bħala: 100 — (volum ta' wara t-togħlija × 100/volum ta' qabel it-togħlija)

Għal kull sit ta' produzzjoni

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Ir-rata ta' evaporazzjoni waqt it-togħlija tal-most tal-birra hija inqas minn 4 %/

BEMP 3.5.1

Konsum tal-ilma fil-proċess tal-produzzjoni tal-birra

hL ilma/hL birra

Kumpaniji li jimmanifatturaw il-birra

Konsum ta' ilma (hL) fil-proċess tal-produzzjoni diviż bl-ammont ta' birra prodotta (hL) waqt tul ta' żmien speċifiku

Għal kull sit ta' produzzjoni

Ilma

BEMP 3.5.2

Perċentwal ta' CO2 rkuprat mill-fermentazzjoni

%

Kumpaniji li jimmanifatturaw il-birra

Ammont ta' CO2 li huwa rkuprat waqt il-produzzjoni tal-birra fit-tankijiet/reċipjenti tal-fermentazzjoni, ir-reċipjenti tal-maturazzjoni u t-tankijiet tal-birra ffiltrata

Għal kull sit ta' produzzjoni

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Emissjonijiet

Sistema li tirkupra mill-inqas 50 % tas-CO2 ġġenerat waqt il-fermentazzjoni hija implimentata

BEMP 3.5.3

KUMPANIJI LI JIPPRODUĊU PRODOTTI TAL-LAĦAM U TAL-LAĦAM TAT-TJUR (KODIĊI 10.13 TAN-NACE)

Użu ta' enerġija totali għall-ipproċessar tal-laħam

kWh/kg ta' prodott

Kumpaniji li jipproduċu prodotti tal-laħam u tal-laħam tat-tjur

Użu ta' enerġija fl-ipproċessar tal-laħam u tal-laħam tat-tjur bħala kWh diviż bl-ammont (kg) ta' laħam ipproċessat

Għal kull proċess

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

BEMP 3.6.1

Użu ta' enerġija fi pproċessar taħt pressjoni għolja

kWh/ċiklu ta' prodott ipproċessat

kWh/kg ta' prodott

Kumpaniji li jipproduċu prodotti tal-laħam u tal-laħam tat-tjur

Użu ta' enerġija fi pproċessar taħt pressjoni għolja għall-proċessi ta' pasturizzazzjoni u tisjir

Għal kull proċess

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Ipproċessar taħt pressjoni għolja (proprju jew esternalizzat) huwa użat għat-trattament ta' prodotti tal-laħam adatti (prodotti msajra, prodotti mnixxfa u msajra u mnixxfa nejjin, eċċ.).

BEMP 3.6.1

KUMPANIJI LI JIMMANIFATTURAW IL-MERAQ TAL-FROTT (KODIĊI 10.32 TAN-NACE)

Rata ta' sfruttament tar-residwu tal-frott

%

Kumpaniji li jimmanifatturaw il-meraq tal-frott

Ammont totali (piż) ta' residwi tal-frott użati għall-irkupru ta' prodotti prezzjużi (eż. pektin, żjut essenzjali), bħala għalf tal-annimali jew bħala ko-sottostrat f'impjanti ta' diġestjoni anaerobika diviż bl-ammont totali ta' residwi tal-frott

Għal kull sit ta' produzzjoni

Skart

Jintuża 100 % tar-residwi tal-frott għall-irkupru ta' prodotti prezzjużi (eż. pektin, żjut essenzjali), bħala għalf tal-annimali jew bħala ko-sottostrat għal diġestjoni anaerobika.

BEMP 3.7.1

KUMPANIJI LI JIPPRODUĊU L-ĠOBON (KODIĊI 10.51 TAN-NACE)

Perċentwal tal-piż totali tal-materja niexfa ta' xorrox iġġenerat irkuprat għall-użu fi prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem

%

Kumpaniji li jipproduċu l-ġobon

Ammont (piż) ta' materja niexfa rkuprata mix-xorrox iġġenerata waqt il-produzzjoni tal-ġobon li hija użata fi prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem diviż bl-ammont totali ta' materja niexfa rkuprata mix-xorrox

Għal kull sit ta' produzzjoni

Skart

Emissjonijiet

Ix-xorrox huwa rkuprat u ttrattat ulterjorment sabiex jinkisbu prodotti oħra għall-konsum mill-bniedem abbażi tad-domanda mis-suq. Ix-xorrox żejjed minflok jintuża għall-għalf tal-annimali jew għal diġestjoni anaerobika.

BEMP 3.8.1

KUMPANIJI LI JIPPRODUĊU L-ĦOBŻ, IL-GALLETTINI U L-KEJKIJIET (KODIĊIJIET 10.71 U 10.72 TAN-NACE)

Parteċipazzjoni ta' punti tal-bejgħ fi skemi ta' ritorn eżistenti

%

Kumpaniji li jipproduċu l-ħobż

Numru ta' punti tal-bejgħ (ħwienet li jbigħu l-ħobż prodott mill-forn) li jkunu qed jieħdu sehem fl-iskema ta' teħid lura tal-ħobż diviż bin-numru totali ta' punti tal-bejgħ li jbigħu l-ħobż prodott mill-forn.

Kumpanija

Skart

100 % tal-punti tal-bejgħ li jbigħu l-ħobż prodott mill-forn jieħdu sehem fi skema ta' teħid lura adatta għall-ħobż mhux mibjugħ.

BEMP 3.9.1

Użu ta' enerġija fil-proċess tal-ħami

kWh/t ta' prodott moħmi

kWh/t ta' dqiq użat

kWh/m2 ta' erja tal-ħami (superfiċje tal-forn)

Kumpaniji li jipproduċu ħobż, gallettini u kejkijiet

Enerġija użata (eż. elettriku) waqt il-ħami diviża bl-ammont ta' output tal-prodott, inputs tal-ingredjenti jew erja tal-ħami

Għal kull sit ta' produzzjoni

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

BEMP 3.9.2

KUMPANIJI LI JIPPRODUĊU L-INBID (KODIĊI 11.02 TAN-NACE)

Ilma totali użat fil-fabbrika tal-inbid

L ta' ilma/L ta' nbid prodott

Kumpaniji li jipproduċu l-inbid

Ilma totali użat waqt tul ta' żmien speċifiku (eż. kull sena, kull xahar, staġun tal-ħsad) fil-fabbrika tal-inbid imkejjel f'litri diviż bl-ammont ta' nbid prodott (L). L-ilma użat jista' jitkejjel ukoll fil-livell tal-proċess.

Għal kull sit ta' produzzjoni

Ilma

BEMP 3.10.1

Ġenerazzjoni ta' skart organiku fil-fabbrika tal-inbid

kg/L ta' nbid prodott

Kumpaniji li jipproduċu l-inbid

Skart organiku ġġenerat fil-fabbrika tal-inbid waqt tul ta' żmien speċifiku (eż. kull sena, kull xahar, staġun tal-ħsad) mkejjel f'kg diviż bl-ammont ta' nbid prodott (L).

Għal kull sit ta' produzzjoni

Skart

BEMP 3.10.1

Enerġija użata fil-fabbrika tal-inbid

kWh (sħana)/L ta' nbid prodott

kWh (elettriku)/L ta' nbid prodott

Kumpaniji li jipproduċu l-inbid

Enerġija (sħana u elettriku) f'kWh użata fil-fabbrika tal-inbid waqt tul ta' żmien speċifiku (eż. kull sena, kull xahar, staġun tal-ħsad) diviża bl-ammont ta' nbid prodott (L)

Għal kull sit ta' produzzjoni

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

BEMP 3.10.1


(1)  Ir-rapport xjentifiku u ta' politika huwa disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-JRC-IPTS fl-indirizz li ġej: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/documents/FoodBeverageBEMP.pdf. Il-konklużjonijiet dwar l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali u l-applikabbiltà tagħhom kif ukoll l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali speċifiċi identifikati u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza li jinsabu f'dan id-Dokument ta' Referenza Settorjali huma bbażati fuq is-sejbiet ddokumentati fir-rapport xjentifiku u ta' politika. L-informazzjoni ta' sfond u d-dettalji tekniċi kollha jistgħu jinstabu hemmhekk.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 tad-29 ta' Ġunju 1993 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja mill-kumpaniji fis-settur industrijali fi skema ta' mmaniġġjar u awditjar ekoloġiċi (ĠU L 168, 10.7.1993, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS) (ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1).

(4)  Skont l-Anness IV(B.e.) tar-Regolament EMAS, id-dikjarazzjoni ambjentali għandu jkun fiha “sommarju tad-data disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni f'taqbil mal-objettivi u l-miri ambjentali tagħha fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikattivi. Għandu jsir rappurtar dwar l-indikaturi ċentrali u dwar l-indikaturi ta' prestazzjoni ambjentali eżistenti rilevanti oħra kif imniżżlin fit-Taqsima C”. Anness IV — It-Taqsima C tgħid li “kull organizzazzjoni għandha tirrapporta wkoll fuq bażi annwali dwar il-prestazzjoni tagħha rigward aspetti ambjentali aktar speċifiċi kif identifikati fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħha u, fejn disponibbli, tieħu kont tad-dokumenti ta' referenza settorjali kif imsemmi fl-Artikolu 46.”

(5)  Deskrizzjoni ddettaljata ta' kull waħda mill-aqwa prassi, bi gwida prattika dwar l-implimentazzjoni tagħhom, hija disponibbli fir-“Rapport dwar l-Aqwa Prassi” ippubblikat mill-JRC u disponibbli onlajn fuq http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/documents/FoodBeverageBEMP.pdf. L-organizzazzjonijiet huma mistiedna jikkonsultawh jekk ikunu interessati li jitgħallmu aktar dwar uħud mill-aqwa prassi deskritti f'dan l-SRD.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(7)  Skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 “aspett ambjentali dirett” tirreferi għal aspett ambjentali assoċjat ma' attivitajiet, prodotti u servizzi tal-organizzazzjoni nnifisha, li fuqhom għandha kontroll dirett tal-ġestjoni. Minflok, “aspett ambjentali indirett” tfisser aspett ambjentali li jirriżulta mill-interazzjoni tal-organizzazzjoni ma' partijiet terzi u li jista' jiġi influwenzat sa livell raġonevoli mill-organizzazzjoni.

(8)  Għal aktar informazzjoni dwar il-kontenut tad-Dokumenti ta' Referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli u spjegazzjoni sħiħa ta' termini u akronimi, irreferi għas-sit web tal-Uffiċċju Ewropew ta' Prevenzjoni u Kontroll Integrati tat-Tniġġis: http://eippcb.jrc.ec.europa.eu/

(9)  Id-Dokument ta' Referenza Settorjali għall-agrikoltura — is-settur tal-produzzjoni tal-għelejjel u l-annimali u r-“Rapport dwar l-Aqwa Prassi” relatat ippubblikat mill-JRC huma disponibbli onlajn fuq: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/agri.html

(10)  Id-Dokument ta' Referenza Settorjali għas-settur tal-bejgħ bl-imnut u r-“Rapport dwar l-Aqwa Prassi” relatat ippubblikati mill-JRC huma disponibbli onlajn fuq: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/retail.html

(11)  Bil-għan li tistabbilixxi metodu komuni għall-kejl tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja, il-Kummissjoni Ewropea żviluppat il-metodi tal-Impronta Ambjentali tal-Prodott (PEF) u tal-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjoni (OEF). L-użu ta' dawn il-metodi kien is-suġġett ta' Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni fl-2013 (http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32013H0179). L-iżvilupp ta' regoli speċifiċi għall-prodott u għas-settur qed jiġi ttestjat (bejn l-2013 u l-2016) minn aktar minn 280 kumpanija u organizzazzjonijiet li vvolontarjaw u nġabbru f'26 każ pilota (ara l-lista fuq http://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/ef_pilots.htm).

(12)  Il-perċentwal ta' prodotti jista' jiġi kkalkulat (hawn u f'indikaturi simili li ġejjin) billi jiġi kkunsidrat it-total ta' tipi differenti ta' prodotti mmanifatturati u kemm-il tip ta' prodott huma vvalutati bl-użu ta' protokoll ta' valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali rikonoxxut jew billi pereżempju kull tip ta' prodott immanifatturat jiġi ppeżat mal-volum tal-bejgħ.

(13)  Il-kriterji ta' prestazzjoni ambjentali użati fl-akkwist ekoloġiku jistgħu jkunu bbażati fuq ċertifikazzjonijiet, standards, ekotikketti, inizjattivi privati jew kooperazzjoni jew ir-riżultati ta' valutazzjonijiet tas-sostenibbiltà (ara l-BEMP 3.1.1) żviluppati internament jew esternament.

(14)  Bħala parti mis-serje ta' standards ambjentali tal-ISO 14000, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) fasslet subserje (ISO 14020) speċifika għat-tikkettar ambjentali, li tkopri tliet tipi ta' skemi ta' tikkettar. F'dan il-kuntest, ekotikketta tat-“Tip I” hija tikketta b'ħafna kriterji żviluppata minn parti terza. Fil-livell tal-UE, l-eżempji huma l- “Ekotikketta tal-UE” jew, f'livell nazzjonali jew multilaterali, il- “Blaue Engel”, l-“Ekotikketta Awstrijaka” u ċ-“Ċinju Nordiku”.

(15)  Aktar informazzjoni dwar l-istandard ISO 50001 — Ġestjoni tal-enerġija hija disponibbli fuq: http://www.iso.org/iso/home/standards/management-standards/iso50001.htm

(16)  Sistema ta' ġestjoni tal-enerġija komprensiva tista' wkoll tkun parti minn sistema ta' ġestjoni ambjentali aktar komprensiva bħall-EMAS

(17)  L-effettività globali tat-tagħmir (OEE) hija kkalkulata bil-multiplikazzjoni ta' tliet elementi: (i) disponibbiltà (perċentwal ta' ħin ippjanat li t-tagħmir ikun qed jaħdem), (ii) prestazzjoni (throughput reali versus throughput ta' mira, bħala perċentwal) u (iii) rata ta' kwalità tal-prodott (perċentwal tal-prodotti globali li mhumiex difetti jew difettużi).

(18)  Għal aktar informazzjoni dwar il-kontenut tad-Dokumenti ta' Referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli u spjegazzjoni sħiħa ta' termini u akronimi, irreferi għas-sit web tal-Uffiċċju Ewropew ta' Prevenzjoni u Kontroll Integrati tat-Tniġġis: http://eippcb.jrc.ec.europa.eu/

(19)  L-aqwa 10 % jistgħu jikkorrispondu mal-ogħla jew l-iktar 10 % baxxi ta' kull waħda mill-firxiet ta' BAT-AE(P)L, skont liema waħda tkun l-aktar ambjentalment impenjattiva.

(20)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21) tiddefinixxi “birrerija żgħira indipendenti” bħala birrerija li l-produzzjoni annwali tagħha ma taqbiżx il-200 000 hL.


Top