EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1438

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1438 tal-4 ta' Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta' użu tal-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband, b'mod armonizzat fil-Komunità (notifikata bid-dokument C(2017) 5456) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/5456

OJ L 205, 8.8.2017, p. 89–90 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/05/2019; Impliċitament imħassar minn 32019D0785

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/1438/oj

8.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/89


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1438

tal-4 ta' Awwissu 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta' użu tal-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband, b'mod armonizzat fil-Komunità

(notifikata bid-dokument C(2017) 5456)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE (2) tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għal apparat tar-radju li juża teknoloġija ultra-wideband (“UWB”) fl-Unjoni. Din tiżgura li l-ispettru tar-radju jkun disponibbli madwar l-Unjoni b'kundizzjonijiet armonizzati, telimina l-ostakli għall-użu tat-teknoloġija UWB u toħloq suq uniku effettiv għas-sistemi UWB b'ekonomiji ta' skala u benefiċċji sinifikanti għall-konsumatur.

(2)

Skont id-Deċiżjoni 676/2002/KE, il-Kummissjoni ħarġet mandat permanenti lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (“is-CEPT”) dwar apparat ta' medda qasira, biex taġġorna l-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE (3) bi tweġiba għal żviluppi teknoloġiċi u kummerċjali fil-qasam tal-apparat ta' medda qasira. Fit-2 ta' Lulju 2014, fis-sitt ittra ta' gwida (4) fil-kuntest ta' dan il-mandat, il-Kummissjoni sejħet lis-CEPT biex tirrevedi wkoll id-Deċiżjonijiet eżistenti l-oħra li jirrigwardaw l-apparat ta' medda qasira bħalma hi d-Deċiżjoni 2007/131/KE għal apparat ta' medda qasira abbażi tat-teknoloġija UWB.

(3)

Is-CEPT ikkonkludiet li fir-rigward ta' apparati ta' medda qasira bbażati fuq it-teknoloġija UWB, kellhom bżonn jiġu aġġornati wħud mir-referenzi għall-istandards armonizzati fid-Deċiżjoni 2007/131/KE.

(4)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2007/131/KE għandha tiġi emendata.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2007/131/KE il-punt 11 jinbidel b'dan li ġej:

“11.

‘densità spettrali tal-qawwa totali’ tfisser il-medja tal-valuri tad-densità spettrali tal-qawwa medja imkejla fuq sfera madwar ix-xenarju ta' kejl bi grad ta' mill-inqas 15-il grad. Is-setup tal-kejl dettaljat jinsab fl-ETSI EN 302 065-4;”;

L-Anness huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Mariya CABRIEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE tal-21 ta' Frar 2007 dwar il-permess ta' użu tal-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b'mod armonizzat fil-Komunità (ĠU L 55, 23.2.2007, p. 33).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE tad-9 ta' Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma' tagħmir għal meded qosra (ĠU L 312, 11.11.2006, p. 66).

(4)  RSCOM 13-78rev2


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/131/KE hu emendat kif ġej:

(1)

il-punt 5.1 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tieni inċiż tal-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“—

It-trażmettitur għandu jimplimenta TPC b'medda dinamika ta' 10 dB, kif deskritt fl-istandard armonizzat ETSI EN 302 065-4 għal apparat ta' detezzjoni ta' materjali;”;

(b)

it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“L-emissjonijiet li joħorġu minn apparat ta' detezzjoni ta' materjali skont din id-Deċiżjoni għandhom jinżammu sal-aktar livell baxx possibbli u fi kwalunkwe każ ma għandhomx jaqbżu l-limiti tad-densità tal-e.i.r.p. imsemmija fit-Tabella li ġejja. Għall-installazzjonijiet li mhumiex fissi (l-applikazzjoni B) għandha tiġi żgurata l-konformità mal-limiti tat-Tabella li ġejja, bl-apparat fuq struttura rappreżentattiva tal-materjal investigat (eż. ħajt rappreżentattiv kif definit fl-ETSI EN 302 065-4).”;

(c)

in-nota 1 f'qiegħ il-paġna fl-Anness tinbidel b'dan li ġej:

“(1)

l-apparati li jużaw mekkaniżmu Listen Before Talk (LBT), kif deskritt fl-istandard armonizzat ETSI EN 302 065-4, huma permessi biex joperaw fil-meded tal-frekwenzi 2,5 GHz sa 2,69 GHz u 2,9 GHz sa 3,4 GHz b'densità spettrali ta' qawwa medja massima ta' – 50 dBm/MHz,”.

(2)

il-punt 5.2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.

L-emissjonijiet li joħorġu mill-apparati BMA għandhom jinżammu sal-aktar livell baxx possibbli u fi kwalunkwe każ ma għandhomx jaqbżu l-limiti tal-qawwa massima msemmija fit-tabella hawn taħt, bl-apparat BMA ma' ħajt rappreżentattiv kif definit fl-ETSI EN 302 065-4.”;

(b)

in-nota 1 f'qiegħ il-paġna fl-Anness tinbidel b'dan li ġej:

“(1)

L-apparati li jużaw mekkaniżmu Listen Before Talk (LBT) deskritt fl-istandard armonizzat ETSI EN 302 065-4 huma permessi biex joperaw fil-meded tal-frekwenzi 1,215 sa 1,73 GHz b'densità spettrali ta' qawwa medja massima ta' – 70 dBm/MHz u fil-meded tal-frekwenzi 2,5 sa 2,69 u 2,7 sa 3,4 GHz b'densità spettrali ta' qawwa medja massima ta' – 50 dBm/MHz.”.


Top