EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1196

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1196 tat-3 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2017) 4432) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/4432

OJ L 172, 5.7.2017, p. 16–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/04/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/1196/oj

5.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/16


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1196

tat-3 ta' Lulju 2017

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2017) 4432)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. Dawk il-miżuri jinkludu projbizzjonijiet fuq it-tqassim ta' ħnieżer ħajjin, ta' laħam tal-majjal, ta' preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, ta' prodotti tal-laħam tal-majjal u ta' kull prodott ieħor li jkun fih jew li jkun jikkonsisti minn laħam tal-majjal minn ċerti żoni tal-Istati Membri kkonċernati.

(2)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (5) jirrikonoxxi l-eżistenza ta' azjendi li jikkonsistu f'unitajiet differenti tal-produzzjoni u tippermetti l-applikazzjoni ta' derogi marbuta ma' livelli differenti ta' riskji li jistgħu jiġu rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti. Dan jenħtieġ li jiġi rifless fid-derogi previsti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(3)

Il-moviment ta' ħnieżer ħajjin għat-tbiċċir immedjat joħloq anqas riskju minn tipi oħra ta' movimenti ta' ħnieżer ħajjin, dejjem jekk ikun hemm fis-seħħ miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju. Fil-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju jista' jiġi inkluż il-qtil tal-ħnieżer minn żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE fi tmiem jum tal-qatla li fih, wara, ma jinqatel ebda ħanżir ieħor. Dan jenħtieġ li jiġi rifless fid-derogi mill-projbizzjoni fuq it-tqassim ta' kunsinni ta' ħnieżer ħajjin għall-qatla immedjata kif previst fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni.

(4)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/99/KE jistipula li prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom jittieħdu minn annimali li ma joriġinawx minn azjenda, stabbiliment, territorju jew parti minn territorju soġġett għal restrizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness I ta' dik id-Direttiva, inklużi miżuri ta' kontroll għad-deni Afrikan tal-ħnieżer kif stipulat fid-Direttiva 2002/60/KE. Bħala konsegwenza, il-biċċeriji, l-impjanti tat-tqattigħ u l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam li jinsabu f'żoni ta' protezzjoni u sorveljanza ddefiniti skont id-Direttiva 2002/60/KE huma ristretti fil-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta' laħam tal-majjal, preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, prodotti tal-laħam tal-majjal u kull prodott ieħor li fih jew jikkonsisti mil-laħam tal-majjal. Minħabba r-riskju negliġibbli li tirrappreżenta, jenħtieġ li tiġi prevista deroga għal biċċeriji, impjanti tat-tqattigħ u stabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam li jinsabu f'żoni ta' protezzjoni u sorveljanza, bil-kundizzjoni li l-prodotti jkunu ġew prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Partijiet I, II jew III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE taħt kundizzjonijiet speċifiċi.

(5)

Il-miżuri fis-seħħ għat-tqassim, lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, ta' ħnieżer ħajjin miż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jeħtieġ li jiġu riveduti sabiex titqies l-assenza tal-marda f'żoni elenkati fil-Parti I ta' dak l-Anness. Sabiex tiġi żgurata s-sostenibilità tal-miżuri, il-laxkar proporzjonat jenħtieġ li jkun previst biss fil-każ ta' ħnieżer soġġetti għal moviment minn żona fil-Parti I ta' dak l-Anness lejn azjendi oħra li jinsabu f'żona fil-Parti I tiegħu bil-kundizzjoni li jibqgħu fis-seħħ il-miżuri l-oħra ta' mitigazzjoni tar-riskju.

(6)

Il-bżonn li jiġu mitigati r-riskji li jirriżultaw mit-trasport ta' ħnieżer selvaġġi ħajjin mill-Istati Membri elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jeħtieġ li jiġi indirizzat. Din il-prattika tinvolvi kommodità ta' riskju partikolarment għoli u jenħtieġ li titrażżan billi jissaħħu jew jiġu estiżi l-miżuri diġà fis-seħħ għal ħnieżer selvaġġi.

(7)

Biex jiġi żgurat li t-tagħrif dwar ir-rekwiżiti rigward ir-restrizzjonijiet fis-seħħ skont id-Deċiżjoni 2014/709/UE għal prodotti li joriġinaw mill-ħnieżer, inklużi prodotti minn ħnieżer selvaġġi, jingħata b'mod effettiv lil min jivvjaġġa, l-operaturi tat-trasport tal-passiġġieri u s-servizzi postali jenħtieġ li jgħarrfu lill-vjaġġaturi li sejrin lejn iż-żoni elenkati fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni b'dawn ir-rekwiżiti.

(8)

F'Mejju 2017, ġew osservati ftit każi ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali, fit-Tukuma novads u f'ċerti żoni tal-Ventspils novads fil-Latvja, f'żona attwalment elenkata fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE u viċin iż-żoni attwalment elenkati fil-Pari I ta' dak l-Anness. L-okkorrenza ta' dawn il-każi tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li jitqies. Għaldaqstant, jenħtieġ li ż-żoni rilevanti fil-Latvja issa jiġu elenkati fil-Parti II, minflok fil-Parti I ta' dak l-Anness.

(9)

Ir-riskju li d-deni Afrikan tal-ħnieżer jinxtered fl-annimali selvaġġi huwa marbut mat-tixtrid naturali bil-mod fil-popolazzjonijiet tal-ħnieżer selvaġġi kif ukoll mal-azzjonijiet tal-bniedem kif iddokumentat permezz ta' rapporti xjentifiċi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (6). Sabiex jitqiesu l-avvenimenti epidemjoloġiċi li seħħew fl-Unjoni mill-2014 'l hawn f'rabta ma' din il-marda, u sabiex jiġu indirizzati r-riskji li jirriżultaw mid-deni Afrikan tal-ħnieżer kif ukoll il-ħtieġa li tittieħed azzjoni proattiva meta jiġu definiti ż-żoni li għandhom jiġu inklużi fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE, żoni ta' riskju ogħla li jkunu kbar biżżejjed u li jiċċirkondaw iż-żoni elenkati fil-Partijiet II u III ta' dak l-Anness jenħtieġ li jkunu inklużi fil-Parti I tiegħu għall-entrati tal-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja. Dawn iż-żoni ġodda inklużi jridu jqisu l-istaġjonalità tal-marda fir-reġjun u dan jenħtieġ li jiġi rivedut mill-Kummissjoni f'Ottubru 2017 meta r-riskju tat-tixrid jiġi vvalutat mill-ġdid skont l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika.

(10)

L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Unjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju rrappreżentat mis-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' dik il-marda fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja. Sabiex il-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali jiġu ffokati u biex jiġi evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, kif ukoll biex jiġi evitat xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, il-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-Parti tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jenħtieġ li tiġi emendata biex titqies is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali rigward dik il-marda f'dawk it-tliet Stati Membri.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE tiġi emendata skont dan,

(12)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.

il-ħnieżer ikun ilhom mill-anqas 30 ġurnata jew minn twelidhom jitrabbew f'dik l-azjenda u sakemm ma jkun iddaħħal l-ebda ħanżir ħaj miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet II, III u IV tal-Anness għal mill-inqas 30 jum qabel id-data taċ-ċaqliq minn post għall-ieħor lejn;

(a)

dik l-azjenda; jew

(b)

(b) l-unità ta' produzzjoni fejn jinżammu l-ħnieżer li jkunu se jintbagħtu skont dan l-Artikolu; l-unità tal-produzzjoni tista' tiġi ddefinita biss mill-awtorità kompetenti bil-kundizzjoni li l-veterinarju uffiċjali jikkonferma li l-istruttura, id-daqs u d-distanza bejn dawn l-unitajiet tal-produzzjoni u l-ħidmiet imwettqa fihom ikunu tali li l-unitajiet ta' produzzjoni jipprovdu faċilitajiet separati għal kollox għas-sistemazzjoni, iż-żamma u l-għalf, sabiex il-virus ma jkunx jista' jinfirex minn unità tal-produzzjoni waħda għal oħra, u”;

(2)

Fl-Artikolu 4, il-punt (5) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.

hekk kif jaslu l-biċċerija, dawn il-ħnieżer jinżammu u jinqatlu separatament mill-ħnieżer l-oħra u jinqatlu f'jum speċifiku li fih huma biss dawn il-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness li jinqatlu jew fi tmiem jum tal-qatla li fih ma jinqatel ebda ħanżir ieħor wara;”;

(3)

Fl-Artikolu 8, il-punt (a) tal-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

qabel id-data tat-tqassim, il-ħnieżer ikun ilhom mill-anqas 30 ġurnata mingħajr interruzzjoni jitrabbew f'dik l-azjenda jew ikun ilhom minn twelidhom jitrabbew fih, u f'dik l-azjenda ma jkun iddaħħal l-ebda ħanżir ħaj miż-żoni elenkati fil-Partijiet II, III u IV tal-Anness għal mill-inqas 30 jum qabel id-data tat-tqassim;”;

(4)

jiddaħħal l-Artikolu 12 a li ġej:

“Artikolu 12a

Deroga għal biċċeriji, impjanti tat-tqattigħ u stabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam li jinsabu fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4, 5 u 6 u l-Artikoli 11, 12 u 13 ta' din id-Deċiżjoni, u permezz ta' deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 2002/99/KE, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim ta' laħam tal-majjal, preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, prodotti tal-laħam tal-majjal u kull prodott ieħor li fih jew jikkonsisti mil-laħam tal-majjal minn biċċeriji, impjanti tat-tqattigħ u stabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam li jinsabu f'żoni ta' protezzjoni u sorveljanza, kif stabbilit mid-Direttiva 2002/60/KE, jekk prodotti bħal dawn:

(a)

ikunu ġew prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Partijiet I, II jew III tal-Anness, u li huma approvati skont l-Artikolu 12; kif ukoll

(b)

jinkisbu minn ħnieżer li joriġinaw u li ġejjin minn azjendi li ma jkunux jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Partijiet II, III jew IV tal-Anness, jew minn ħnieżer li joriġinaw u li ġejjin minn azjendi li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness, sakemm dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1 tal-Artikolu 3 u fil-punt 2 jew fil-punt 3 tal-Artikolu 3; kif ukoll

(c)

ikunu mmarkati skont l-Artikolu 16.”;

(5)

L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

l-ebda ħnieżer selvaġġi ħajjin ma jintbagħtu mill-Istati Membri elenkati fl-Anness, ħlief fil-każ ta' żoni ħielsa mid-deni tal-ħnieżer Afrikan separati b'ostakoli ġeografiċi effettivi miż-żoni inklużi fl-Anness, lejn Stati Membri oħra jew miż-żoni elenkati fl-Anness lejn kwalunkwe żoni oħra, sew jekk elenkati fl-Anness inkella le, li jinsabu fit-territorju tal-istess Stat Membru;”;

(b)

jiżdiedu dawn il-paragrafi 3 u 4:

“3.   B'deroga mill-paragrafu 1(a), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim ta' ħnieżer selvaġġi ħajjin miż-żoni mhux elenkati fl-Anness lejn żoni oħra fit-territorju tal-istess Stat Membru mhux imniżżla fl-Anness u lejn Stati Membri oħra, bil-kundizzjoni li:

(a)

il-ħnieżer li qabel kienu selvaġġi jkunu ilhom residenti għal perjodu ta' mill-anqas 30 jum fl-azjenda u li f'dik l-azjenda ma jkun iddaħħal ebda ħanżir ħaj matul perjodu ta' mill-inqas 30 jum qabel id-data taċ-ċaqliq;

(b)

l-ażjenda timplimenta miżuri ta' biosigurtà;

(c)

il-ħnieżer li qabel kienu selvaġġi jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3 jew fil-paragrafu 3 tiegħu;

4.   Fil-każ tal-kunsinni ta' ħnieżer selvaġġi ħajjin li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet tad-deroga previsti fil-paragrafu 3, għandu jiżdied il-kliem addizzjonali li ġej fid-dokumenti veterinarji korrispondenti u/jew fiċ-ċertifikati tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 64/432/KEE u fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 93/444/KEE: “Ħnieżer li huma konformi mal-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE.””

(6)

jiddaħħal l-Artikolu 15a li ġej:

“Artikolu 15a

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn operaturi tat-trasport tal-passiġġieri u s-servizzi postali

L-operaturi tat-trasport tal-passiġġieri, inklużi l-operaturi tal-ajruporti u l-portijiet, l-aġenziji tal-ivvjaġġar u servizzi postali għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-klijenti tagħhom għar-regoli stipulati f'din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari billi jipprovdu informazzjoni dwar ir-regoli stipulati fl-Artikoli 2 u 15 lil vjaġġaturi li sejrin mit-territorju ta' xi wieħed mill-Istati Membri kkonċernati u lill-klijenti tas-servizzi postali b'mod xieraq.”;

(7)

l-Anness jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).

(5)  Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda id-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).

(6)  EFSA Journal 2015;13(7):4163 [92 pp.]; u EFSA Journal 2017;15(3):4732 [73 pp.].


ANNESS

ANNESS

PARTI I

1.   L-Estonja

Iż-żoni fl-Estonja li ġejjin:

Hiiu maakond.

2.   Il-Latvja

Iż-żoni fil-Latvja li ġejjin:

Aizputes novads,

Alsungas novads,

Auces novads,

Bauskas novada Īslīces, Gailīšu, Brunavas un Ceraukstes pagasts,

Bauskas pilsēta,

Brocēnu novads,

Dobeles novada Zebrenes, Naudītes, Penkules, Auru, Krimūnu un Bērzes pagasti, Jaunbērzes pagasta daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa P98, un Dobeles pilsēta,

Jelgavas novada Glūdas, Svētes, Platones, Vircavas, Jaunsvirlaukas, Zaļenieku, Vilces, Lielplatones, Elejas un Sesavas pagasts,

Kandavas novada Vānes un Matkules pagast,

Kuldīgas novads,

Pāvilostas novada Sakas pagasts un Pāvilostas pilsēta,

republikas pilsēta Jelgava,

Rundāles novads,

Saldus novada Ezeres, Jaunauces, Jaunlutriņu, Kursīšu, Lutriņu, Novadnieku, Pampāļu, Rubas, Saldus, Vadakstes, Zaņas, Zirņu, Zvārdes un Šķēdes pagastis, Saldus pilsēta.,

Skrundas novads,

Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes,

Talsu novada Ģibuļu pagasts,

Talsu pilsēta,

Tērvetes novads,

Ventspils novada Jūrkalnes, Ziru, Ugāles, Usmas un Zlēku pagasts.

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni fil-Litwanja li ġejjin:

Joniškio rajono savivaldybė,

Jurbarko rajono savivaldybė,

Kalvarijos savivaldybė,

Kazlų Rūdos savivaldybė,

Kelmės rajono savivaldybė,

Marijampolės savivaldybė,

Pakruojo rajono savivaldybė,

Panevėžio rajono savivaldybė: Krekenavos seniūnijos dalis į vakarus nuo Nevėžio upės,

Pasvalio rajono savivaldybė: Joniškelio apylinkių, Joniškelio miesto, Namišių, Pasvalio apylinkių, Pumpėnų, Pušaloto, Saločių ir Vaškų seniūnijos,

Radviliškio rajono savivaldybė,

Raseinių rajono savivaldybė,

Šakių rajono savivaldybė,

Šiaulių miesto savivaldybė,

Šiaulių rajono savivaldybė,

Vilkaviškio rajono savivaldybė.

4.   Poland

Iż-żoni fil-Polonja li ġejjin:

 

w województwie warmińsko-mazurskim:

gminy Kalinowo, i Prostki, Stare Juchy i gmina wiejska Ełk w powiecie ełckim,

gmina gminy Biała Piska, Orzysz, Pisz i Ruciane Nida w powiecie piskim,

gminy Miłki i Wydminy w powiecie giżyckim,

gminy Olecko, Świętajno i Wieliczki w powiecie oleckim.

 

w województwie podlaskim:

gmina Brańsk z miastem Brańsk, gminy Boćki, Rudka, Wyszki, część gminy Bielsk Podlaski położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 19 (w kierunku północnym od miasta Bielsk Podlaski) i przedłużonej przez wschodnią granicę miasta Bielsk Podlaski i drogę nr 66 (w kierunku południowym od miasta Bielsk Podlaski), miasto Bielsk Podlaski, część gminy Orla położona na zachód od drogi nr 66 w powiecie bielskim,

gminy Dąbrowa Białostocka, Kuźnica, Janów, Nowy Dwór, Sidra, Sokółka, Suchowola i Korycin w powiecie sokólskim,

gminy Drohiczyn, Dziadkowice, Grodzisk i Perlejewo w powiecie siemiatyckim,

powiat kolneński,

gminy Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Łapy i Poświętne w powiecie białostockim,

powiat zambrowski,

gminy Bakałarzewo, Raczki, Rutka-Tartak, Suwałki i Szypliszki w powiecie suwalskim,

gminy Sokoły, Kulesze Kościelne, Nowe Piekuty, Szepietowo, Klukowo, Ciechanowiec, Wysokie Mazowieckie z miastem Wysokie Mazowieckie, Czyżew w powiecie wysokomazowieckim,

powiat augustowski,

powiat łomżyński,

powiat miejski Białystok,

powiat miejski Łomża,

powiat miejski Suwałki,

powiat sejneński.

 

w województwie mazowieckim:

gminy Bielany, Ceranów, Jabłonna Lacka, Sabnie, Sterdyń, Repki i gmina wiejska Sokołów Podlaski w powiecie sokołowskim,

gminy Domanice, Korczew, Kotuń, Mokobody, Przesmyki, Paprotnia, Skórzec, Suchożebry, Mordy, Siedlce, Wiśniew i Zbuczyn w powiecie siedleckim,

powiat miejski Siedlce,

gminy Rzekuń, Troszyn, Czerwin i Goworowo w powiecie ostrołęckim,

gminy Olszanka i Łosice w powiecie łosickim,

powiat ostrowski,

 

w województwie lubelskim:

gminy Hanna, Wyryki i gmina wiejska Włodawa w powiecie włodawskim,

gminy Kąkolewnica Wschodnia, Komarówka Podlaska, Radzyń Podlaski, Ulat-Majorat i Wohyń w powiecie radzyńskim,

gmina Międzyrzec Podlaski z miastem Międzyrzec Podlaski, gminy Drelów, Rossosz, Sławatycze, Wisznica, Sosnówka, Łomazy i Tuczna w powiecie bialskim,

gmina Trzebieszów i gmina wiejska Łuków w powiecie łukowskim,

gminy Dębowa Kłoda, Jabłoń, Milanów, Parczew, Podedwórze i Siemień w powiecie parczewskim.

PARTI II

1.   L-Estonja

Iż-żoni fl-Estonja li ġejjin:

Abja vald,

Alatskivi vald,

Elva linn,

Haaslava vald,

Haljala vald,

Halliste vald,

Harju maakond (välja arvatud osa Kuusalu vallast, mis asub lõuna pool maanteest nr 1 (E20), Aegviidu vald ja Anija vald),

Ida-Viru maakond,

Kambja vald,

Karksi vald,

Kihelkonna vald,

Konguta vald,

Kõpu vald,

Kuressaare linn,

Lääne maakond,

Lääne-Saare vald,

Laekvere vald,

Leisi vald,

Luunja vald,

Mäksa vald,

Meeksi vald,

Muhu vald,

Mustjala vald,

Nõo vald,

Orissaare vald,

osa Tamsalu vallast, mis asub kirde pool Tallinna-Tartu raudteest,

Pärnu maakond,

Peipsiääre vald,

Piirissaare vald,

Pöide vald,

Põlva maakond,

Puhja vald,

Rägavere vald,

Rakvere linn,

Rakvere vald,

Rannu vald,

Rapla maakond,

Rõngu vald,

Ruhnu vald,

Salme vald,

Sõmeru vald,

Suure-Jaani vald,

Tähtvere vald,

Tartu linn,

Tartu vald,

Tarvastu vald,

Torgu vald,

Ülenurme vald,

Valga maakond,

Vara vald,

Vihula vald,

Viljandi linn,

Viljandi vald,

Vinni vald,

Viru-Nigula vald,

Võhma linn,

Võnnu vald,

Võru maakond.

2.   Il-Latvja

Iż-żoni fil-Latvja li ġejjin:

Ādažu novads,

Aglonas novads,

Aizkraukles novads,

Aknīstes novads,

Alojas novads,

Alūksnes novads,

Amatas novads,

Apes novada Trapenes, Gaujienas un Apes pagasts, Apes pilsēta,

Babītes novads,

Baldones novads,

Baltinavas novads,

Balvu novada Vīksnas, Bērzkalnes, Vectilžas, Lazdulejas, Briežuciema, Tilžas, Bērzpils un Krišjāņu pagasts,

Bauskas novada Mežotnes, Codes, Dāviņu un Vecsaules pagasts,

Beverīnas novads,

Burtnieku novads,

Carnikavas novads,

Cēsu novads,

Cesvaines novads,

Ciblas novads,

Dagdas novads,

Daugavpils novada Vaboles, Līksnas, Sventes, Medumu, Demenas, Kalkūnes, Laucesas, Tabores, Maļinovas, Ambeļu, Biķernieku, Naujenes, Vecsalienas, Salienas un Skrudalienas pagasts,

Dobeles novada Dobeles, Annenieku, Bikstu pagasti un Jaunbērzes pagasta daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa P98,

Dundagas novads,

Engures novads,

Ērgļu novads,

Garkalnes novada daļa, kas atrodas uz ziemeļrietumiem no autoceļa A2,

Gulbenes novada Līgo pagasts,

Iecavas novads,

Ikšķiles novada Tīnūžu pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidaustrumiem no autoceļa P10, Ikšķiles pilsēta,

Ilūkstes novads,

Jaunjelgavas novads,

Jaunpils novads,

Jēkabpils novads,

Jelgavas novada Kalnciema, Līvbērzes un Valgundes pagasts,

Kandavas novada Cēres, Kandavas, Zemītes un Zantes pagasts, Kandavas pilsēta,

Kārsavas novads,

Ķeguma novads,

Ķekavas novads,

Kocēnu novads,

Kokneses novads,

Krāslavas novads,

Krimuldas novada Krimuldas pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļaustrumiem no autoceļa V89 un V81, un Lēdurgas pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļaustrumiem no autoceļa V81 un V128,

Krustpils novads,

Lielvārdes novads,

Līgatnes novads,

Limbažu novada Skultes, Limbažu, Umurgas, Katvaru, Pāles un Viļķenes pagasts, Limbažu pilsēta,

Līvānu novads,

Lubānas novads,

Ludzas novads,

Madonas novads,

Mālpils novads,

Mārupes novads,

Mazsalacas novads,

Mērsraga novads,

Naukšēnu novads,

Neretas novads,

Ogres novads,

Olaines novads,

Ozolnieku novads,

Pārgaujas novads,

Pļaviņu novads,

Preiļu novada Saunas pagasts,

Priekuļu novads,

Raunas novada Raunas pagasts,

republikas pilsēta Daugavpils,

republikas pilsēta Jēkabpils,

republikas pilsēta Jūrmala,

republikas pilsēta Rēzekne,

republikas pilsēta Valmiera,

Rēzeknes novads,

Riebiņu novada Sīļukalna, Stabulnieku, Galēnu un Silajāņu pagasts,

Rojas novads,

Ropažu novada daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa P10,

Rugāju novada Lazdukalna pagasts,

Rūjienas novads,

Salacgrīvas novads,

Salas novads,

Saulkrastu novads,

Siguldas novada Mores pagasts un Allažu pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidiem no autoceļa P3,

Skrīveru novads,

Smiltenes novada Brantu, Blomes, Smiltenes, Bilskas un Grundzāles pagasts un Smiltenes pilsēta,

Strenču novads,

Talsu novada Ķūļciema, Balgales, Vandzenes, Laucienes, Virbu, Strazdes, Lubes, Īves, Valdgales, Laidzes, Ārlavas, Lībagu un Abavas pagasts, Sabiles, Stendes un Valdemārpils pilsēta,

Tukuma novads,

Valkas novads,

Varakļānu novads,

Vecpiebalgas novads,

Vecumnieku novads,

Ventspils novada Ances, Tārgales, Popes, Vārves, Užavas, Piltenes un Puzes pagastis, Piltenes pilsēta,

Viesītes novads,

Viļakas novads,

Viļānu novads,

Zilupes novads.

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni fil-Litwanja li ġejjin:

Alytaus miesto savivaldybė,

Alytaus rajono savivaldybė,

Anykščių rajono savivaldybė,

Birštono savivaldybė,

Biržų miesto savivaldybė,

Biržų rajono savivaldybė: Nemunėlio Radviliškio, Pabiržės, Pačeriaukštės ir Parovėjos seniūnijos,

Druskininkų savivaldybė,

Elektrėnų savivaldybė,

Ignalinos rajono savivaldybė,

Jonavos miesto savivaldybė,

Jonavos rajono savivaldybė,

Kaišiadorių miesto savivaldybė,

Kaišiadorių rajono savivaldybė,

Kauno miesto savivaldybė,

Kauno rajono savivaldybė,

Kėdainių rajono savivaldybė,

Kupiškio rajono savivaldybė: Noriūnų, Skapiškio, Subačiaus ir Šimonių seniūnijos,

Lazdijų rajono savivaldybė,

Molėtų rajono savivaldybė,

Prienų miesto savivaldybė,

Prienų rajono savivaldybė,

Rokiškio rajono savivaldybė,

Šalčininkų rajono savivaldybė,

Širvintų rajono savivaldybė,

Švenčionių rajono savivaldybė,

Trakų rajono savivaldybė,

Ukmergės rajono savivaldybė,

Utenos rajono savivaldybė,

Varėnos rajono savivaldybė,

Vilniaus miesto savivaldybė,

Vilniaus rajono savivaldybė,

Visagino savivaldybė,

Zarasų rajono savivaldybė.

4.   Il-Polonja

Iż-żoni fil-Polonja li ġejjin:

 

w województwie podlaskim:

gmina Dubicze Cerkiewne, części gmin Kleszczele i Czeremcha położone na wschód od drogi nr 66 w powiecie hajnowskim,

gmina Kobylin-Borzymy w powiecie wysokomazowieckim,

gminy Czarna Białostocka, Dobrzyniewo Duże, Gródek, Michałowo, Supraśl, Tykocin, Wasilków, Zabłudów, Zawady i Choroszcz w powiecie białostockim,

część gminy Bielsk Podlaski położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 19 (w kierunku północnym od miasta Bielsk Podlaski) i przedłużonej przez wschodnią granicę miasta Bielsk Podlaski i drogę nr 66 (w kierunku południowym od miasta Bielsk Podlaski), część gminy Orla położona na wschód od drogi nr 66 w powiecie bielskim,

gminy Szudziałowo i Krynki w powiecie sokólskim,

 

w województwie mazowieckim:

gmina Platerów w powiecie łosickim,

 

w województwie lubelskim:

gminy Piszczac i Kodeń w powiecie bialskim.

PARTI III

1.   L-Estonja

Iż-żoni fl-Estonja li ġejjin:

Aegviidu vald,

Anija vald,

Järva maakond,

Jõgeva maakond,

Kadrina vald,

Kolga-Jaani vald,

Kõo vald,

Laeva vald,

Laimjala vald,

osa Kuusalu vallast, mis asub lõuna pool maanteest nr 1 (E20),

osa Tamsalu vallast, mis asub edela pool Tallinna-Tartu raudteest,

Pihtla vald,

Rakke vald,

Tapa vald,

Väike-Maarja vald,

Valjala vald.

2.   Il-Latvja

Iż-żoni fil-Latvja li ġejjin:

Apes novada Virešu pagasts,

Balvu novada Kubuļu un Balvu pagasts un Balvu pilsēta,

Daugavpils novada Nīcgales, Kalupes, Dubnas un Višķu pagasts,

Garkalnes novada daļa, kas atrodas uz dienvidaustrumiem no autoceļa A2,

Gulbenes novada Beļavas, Galgauskas, Jaungulbenes, Daukstu, Stradu, Litenes, Stāmerienas, Tirzas, Druvienas, Rankas, Lizuma un Lejasciema pagasts un Gulbenes pilsēta,

Ikšķiles novada Tīnūžu pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļrietumiem no autoceļa P10,

Inčukalna novads,

Jaunpiebalgas novads,

Krimuldas novada Krimuldas pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidrietumiem no autoceļa V89 un V81, un Lēdurgas pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidrietumiem no autoceļa V81 un V128,

Limbažu novada Vidrižu pagasts,

Preiļu novada Preiļu, Aizkalnes un Pelēču pagasts un Preiļu pilsēta,

Raunas novada Drustu pagasts,

Riebiņu novada Riebiņu un Rušonas pagasts,

Ropažu novada daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa P10,

Rugāju novada Rugāju pagasts,

Salaspils novads,

Sējas novads,

Siguldas novada Siguldas pagasts un Allažu pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļiem no autoceļa P3, un Siguldas pilsēta,

Smiltenes novada Launkalnes, Variņu un Palsmanes pagasts,

Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes,

Vārkavas novads.

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni fil-Litwanja li ġejjin:

Biržų rajono savivaldybė: Vabalninko, Papilio ir Širvenos seniūnijos,

Kupiškio rajono savivaldybė: Alizavos ir Kupiškio seniūnijos,

Panevėžio miesto savivaldybė,

Panevėžio rajono savivaldybė: Karsakiškio, Miežiškių, Naujamiesčio, Paįstrio, Raguvos, Ramygalos, Smilgių, Upytės, Vadoklių, Velžio seniūnijos ir Krekenavos seniūnijos dalis į rytus nuo Nevėžio upės,

Pasvalio rajono savivaldybė: Daujėnų ir Krinčino seniūnijos.

4.   Il-Polonja

Iż-żoni fil-Polonja li ġejjin:

 

w województwie podlaskim:

powiat grajewski,

powiat moniecki,

gminy Czyże, Białowieża, Hajnówka z miastem Hajnówka, Narew, Narewka i części gminy Czeremcha i Kleszczele położone na zachód od drogi nr 66 w powiecie hajnowskim,

gminy Mielnik, Milejczyce, Nurzec-Stacja, Siemiatycze z miastem Siemiatycze w powiecie siemiatyckim,

 

w województwie mazowieckim:

gminy Sarnaki, Stara Kornica i Huszlew w powiecie łosickim,

 

w województwie lubelskim:

gminy Konstantynów, Janów Podlaski, Leśna Podlaska, Rokitno, Biała Podlaska, Zalesie i Terespol z miastem Terespol w powiecie bialskim,

powiat miejski Biała Podlaska.

PARTI IV

L-Italja

Iż-żoni fl-Italja li ġejjin:

tutto il territorio della Sardegna.


Top