EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0785

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/785 tal-5 ta' Mejju 2017 dwar l-approvazzjoni ta' ġeneraturi bil-mutur 12V effiċjenti għall-użu fil-karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu b'magni ta' kombustjoni konvenzjonali bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/2839

OJ L 118, 6.5.2017, p. 20–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020D1806

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/785/oj

6.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 118/20


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/785

tal-5 ta' Mejju 2017

dwar l-approvazzjoni ta' ġeneraturi bil-mutur 12V effiċjenti għall-użu fil-karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu b'magni ta' kombustjoni konvenzjonali bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO 2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni mressqa mill-fornitur Valeo Electrical Systems fil-21 ta' Lulju 2016 għall-approvazzjoni tal-funzjoni ta' ġeneratur effiċjenti tal-alternatur-startjatur biċ-ċinga i-StARS 12V bħala ekoinnovazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u l-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 u r-Regolament (UE) Nru 510/2011 (3).

(2)

L-informazzjoni li nbagħtet fl-applikazzjoni turi li l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 ġew issodisfati. Barra minn hekk, l-applikazzjoni għandha l-appoġġ ta' rapport ta' verifika stabbilit minn korp iċċertifikat u indipendenti skont l-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament. Għaldaqstant, il-funzjoni ta' ġeneratur effiċjenti tal-alternatur-startjatur biċ-ċinga i-StARS 12V proposta mill-applikant għandha tiġi approvata bħala ekoinnovazzjoni.

(3)

Abbażi tal-informazzjoni li ntbagħtet flimkien mal-applikazzjoni attwali u skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/265 (4), fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet dwar it-teknoloġiji li jikkontribwixxu għat-titjib tal-effiċjenza tal-alternaturi fil-qafas tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/UE (5), 2014/465/UE (6), 2015/158/UE (7), (UE) 2015/295 (8), (UE) 2015/2280 (9), u (UE) 2016/588 (10), intwera b'mod sodisfaċenti u konklużiv li ġeneratur bil-mutur 12V li għandu massa massima ta' 7 kg u effiċjenza minima tal-funzjoni ta' ġeneratur jissodisfa l-kriterji msemmija fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u jipprovdi tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 ta' mill-inqas 1 g CO2/km skont l-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011. Għal ġeneratur bil-mutur 12V li għandu massa ta' aktar minn 7 kg, jenħtieġ li jiġi applikat koeffiċjent ta' korrezzjoni tal-massa meta jiġi kkalkulat jekk ntlaħaqx il-limitu minimu ta' tnaqqis ta' 1 g CO2/km.

(4)

Għaldaqstant, huwa xieraq li l-kapaċità ta' din it-teknoloġija innovattiva li tnaqqas l-emissjonijiet ta' CO2 tiġi rikonoxxuta u kkonfermata b'mod ġenerali, b'konformità mal-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, u li tiġi pprovduta metodoloġija ġenerika tal-ittestjar għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 mill-użu tal-funzjoni ta' ġeneratur ta' ġeneraturi bil-mutur 12V effiċjenti.

(5)

Sabiex jiġi ċċertifikat l-iffrankar ta' CO2 minn ġeneraturi bil-mutur 12V effiċjenti, il-manifattur għandu jipprovdi rapport ta' verifika minn korp ta' verifika indipendenti u ċċertifikat li jikkonferma l-konformità tal-ġeneratur bil-mutur mal-kundizzjonijiet stipulati f'din id-Deċiżjoni flimkien mal-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip.

(6)

Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tqis li l-ġeneratur bil-mutur imressaq mill-manifattur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni kif speċifikat f'din id-Deċiżjoni, l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar għandha tiġi miċħuda.

(7)

Huwa xieraq li jiġi ddeterminat it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn ġeneraturi bil-mutur 12V effiċjenti bl-użu tal-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita fl-Anness.

(8)

Sabiex jiġi stabbilit l-iffrankar ta' CO2 jenħtieġ li tiġi ddefinita t-teknoloġija ta' referenza li magħha għandha titqabbel l-effiċjenza tal-ġeneratur bil-mutur 12V effiċjenti kif previst fl-Artikoli 5 u 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011. Abbażi tal-esperjenza miksuba, huwa xieraq li jitqies bħala t-teknoloġija ta' referenza alternatur 12V b'effiċjenza ta' 67 %.

(9)

L-iffrankar mill-ġeneratur bil-mutur 12V effiċjenti jista' jintwera parzjalment permezz tat-test imsemmi fl-Anness XII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (11). L-iffrankar totali finali għall-għanijiet taċ-ċertifikazzjoni ta' vettura mgħammra bit-teknoloġija innovattiva skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 għandu għalhekk jiġi stabbilit skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

(10)

Sabiex ikun iffaċilitat użu usa' ta' ġeneraturi bil-mutur 12V effiċjenti f'vetturi ġodda, manifattur għandu jkollu wkoll il-possibbiltà li japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn diversi ġeneraturi bil-mutur 12V permezz ta' applikazzjoni waħda għal ċertifikazzjoni. Madankollu huwa xieraq li jiġi żgurat li meta tintuża din il-possibbiltà jiġi applikat mekkaniżmu li jinċentiva biss l-użu ta' dawk il-ġeneraturi bil-mutur 12V li joffru l-ogħla effiċjenza.

(11)

Bil-għan li jiġi stabbilit il-kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni li għandu jintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), għandu jiġi speċifikat il-kodiċi individwali li għandu jintuża għat-teknoloġija innovattiva,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni

Il-funzjoni ta' ġeneratur effiċjenti tal-ġeneratur bil-mutur 12V, jiġifieri tal-alternatur-startjatur biċ-ċinga i-StARS, kif deskritt fl-applikazzjoni minn Valeo Electrical Systems, hija approvata bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni ġeneratur bil-mutur 12V effiċjenti tfisser il-funzjoni ta' ġeneratur effiċjenti ta' ġeneratur bil-mutur 12V.

Artikolu 3

Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2

1.   Il-manifattur jista' japplika għal ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn ġeneratur bil-mutur 12V effiċjenti wieħed jew aktar għall-użu f'vetturi M1 mħaddma b'magna ta' kombustjoni konvenzjonali, bil-kundizzjoni li kull ġeneratur bil-mutur ikun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

fejn il-massa tal-ġeneratur bil-mutur 12V effiċjenti ma taqbiżx il-massa tal-alternatur ta' referenza ta' 7 kg u l-effiċjenza tal-funzjoni ta' ġeneratur, determinata skont l-Anness, hija tal-inqas:

(i)

73,8 % għall-vetturi li jaħdmu bil-petrol;

(ii)

73,4 % għall-vetturi li jaħdmu bil-petrol bit-turbo;

(iii)

74,2 % għall-vetturi li jaħdmu bid-diżil;

jew,

(b)

fejn il-massa tal-ġeneratur bil-mutur 12V taqbeż il-massa tal-alternatur ta' referenza kif speċifikat fil-punt (a), il-massa żejda titqies skont il-Formola 10 stabbilita fl-Anness u tissodisfa l-limitu minimu ta' tnaqqis ta' 1 g CO2/km, speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

Il-massa żejda għandha tiġi vverifikata u kkonfermata fir-rapport ta' verifika li jrid jintbagħat lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip mal-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjonijiet.

2.   Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar minn ġeneratur/i bil-mutur 12V effiċjenti għandha tkun akkumpanjata minn rapport ta' verifika minn korp indipendenti u ċċertifikat li jiċċertifika li l-ġeneratur/i bil-mutur 12V effiċjenti jikkonforma/jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, u li jivverifika u jikkonferma l-massa tal-ġeneraturi bil-mutur 12V.

3.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċħad l-applikazzjoni għal ċertifikazzjoni f'każ li jidhrilha li l-ġeneratur/i bil-mutur 12V effiċjenti ma jikkonformax/jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 4

Ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2

1.   It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 mill-użu ta' ġeneraturi bil-mutur 12V effiċjenti msemmija fl-Artikolu 2(1) għandu jiġi ddeterminat bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness.

2.   Meta manifattur jippreżenta applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn aktar minn ġeneratur bil-mutur 12V effiċjenti wieħed fir-rigward ta' verżjoni waħda ta' vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddetermina liema mill-ġeneraturi bil-mutur li jkunu ġew ittestjati jrendi l-inqas iffrankar ta' CO2, u għandha tirreġistra l-aktar valur baxx fid-dokumentazzjoni rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip. Dak il-valur għandu jkun indikat fiċ-ċertifikat ta' konformità skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

Artikolu 5

Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni

Il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni Nru 22 għandu jiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip meta ssir referenza għal din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Miguel ARIAS CAÑETE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19.

(3)  https://circabc.europa.eu/w/browse/f3927eae-29f8-4950-b3b3-d2e700598b52

(4)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/265 tal-25 ta' Frar 2016 dwar l-approvazzjoni tal-ġeneratur MELCO bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 50, 26.2.2016, p. 30).

(5)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/UE tas-27 ta' Ġunju 2013 dwar l-approvazzjoni tal-Alternatur ta' Ġenerazzjoni Effiċjenti Valeo bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 98).

(6)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/465/UE tas-16 ta' Lulju 2014 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti DENSO bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/UE (ĠU L 210, 17.7.2014, p. 17).

(7)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/158 tat-30 ta' Jannar 2015 dwar l-approvazzjoni ta' żewġ alternaturi ta' effiċjenza għolja Robert Bosch GmbH bħala t-teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 26, 31.1.2015, p. 31). ((UE) 2015/158 tkopri żewġ applikazzjonijiet).

(8)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/295 tal-24 ta' Frar 2015 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti MELCO GXi bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 53, 25.2.2015, p. 11).

(9)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2280 tas-7 ta' Diċembru 2015 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti DENSO bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 64).

(10)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/588 tal-14 ta' April 2016 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fl-alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 Volts bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 101, 16.4.2016, p. 25).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

(12)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).


ANNESS

METODOLOĠIJA BIEX JIĠI KKALKULAT L-IFFRANKAR TA' CO2 TA' ĠENERATURI BIL-MUTUR 12V EFFIĊJENTI GĦAL VETTURI M1 LI JAĦDMU BIL-MAGNA TA' KOMBUSTJONI KONVENZJONALI

1.   Introduzzjoni

Sabiex jiġi ddeterminat it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 li jista' jiġi attribwit għall-funzjoni ta' ġeneratur ta' ġeneratur bil-mutur 12V, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ġeneratur bil-mutur 12V effiċjenti jew ġeneratur bil-mutur, biex jintuża f'vettura tat-tip M1 li taħdem b'magna ta' kombustjoni, jenħtieġ li jiġi stabbilit dan li ġej:

(1)

il-kundizzjonijiet tal-ittestjar;

(2)

it-tagħmir tat-testijiet;

(3)

id-determinazzjoni tal-output ta' potenza massima;

(4)

il-kalkolu tal-iffrankar ta' CO2;

(5)

il-kalkolu tal-marġni statistika tal-iffrankar ta' CO2.

2.   Simboli, parametri u unitajiet

Simboli bil-Latin

Formula

Iffrankar ta' CO2 [g CO2/km]

CO2

Diossidu tal-karbonju

CF

Il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) – (g CO2/km) [g CO2/l] kif iddefinit fi Table 3

h

Il-frekwenza kif iddefinita fit-Tabella 1

I

L-intensità tal-kurrent li bih għandu jitwettaq il-kejl [A]

m

Numru ta' titkiliet tal-kampjun

M

It-torque [Nm]

n

Il-frekwenza tar-rotazzjoni [f'minn – 1] kif iddefinita fit-Tabella 1

P

Il-potenza [W]

Formula

Id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-ġeneratur bil-mutur [%]

Formula

Id-devjazzjoni standard tal-medja tal-effiċjenza tal-ġeneratur bil-mutur [%]

Formula

Id-devjazzjoni standard tal-iffrankar totali ta' CO2 [g CO2/km]

U

Il-vultaġġ tat-test li fih għandu jitwettaq il-kejl [V]

v

Il-veloċità medja tas-sewqan taċ-Ċiklu tas-Sewqan Ewropew il-Ġdid (NEDC) [km/h]

VPe

Il-konsum tal-enerġija effettiva [l/kWh] kif iddefinit fit- Table 2

Formula

Is-sensittività tal-iffrankar ta' CO2 ikkalkulat b'rabta mal-effiċjenza tal-ġeneratur bil-mutur

Simboli bil-Grieg

Δ

Id-differenza

ηB

L-effiċjenza tal-alternatur ta' referenza [%]

ηMG

L-effiċjenza tal-ġeneratur bil-mutur [%]

Formula

L-effiċjenza medja tal-ġeneratur bil-mutur fil-punt tat-tħaddim i [%]

Indikazzjonijiet taħt il-vers

L-indiċi (i) jirreferi għall-punt tat-tħaddim

L-indiċi (j) jirreferi għall-kejl tal-kampjun

MG

Il-ġeneratur bil-mutur

m

Mekkaniku

RW

Il-kundizzjonijiet tal-ħajja reali

TA

Il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip

B

Ix-xenarju ta' referenza

3.   Titkiliet u determinazzjoni tal-effiċjenza

L-effiċjenza tal-ġeneratur bil-mutur 12V għandha tiġi stabbilita skont l-istandard tal-ISO 8854:2012, ħlief għall-elementi speċifikati f'dan il-punt.

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tingħata evidenza li l-firxiet tal-veloċità tal-ġeneratur bil-mutur 12V huma konsistenti ma' dawk deskritti fit-Tabella 1. Il-titkiliet għandhom isiru f'diversi punti tat-tħaddim, kif iddefinit fit- Table 1. L-intensità tal-kurrent tal-ġeneratur bil-mutur 12V għandha tiġi ddefinita bħala nofs il-kurrent nominali għall-punti kollha tat-tħaddim. Għal kull veloċità, il-vultaġġ u l-kurrent tal-output tal-alternatur għandhom jinżammu kostanti fuq 14,3V.

Tabella 1

Punti ta' tħaddim

Il-punt ta' tħaddim

i

Il-ħin ta' żamma

[s]

Il-frekwenza tar-rotazzjoni

ni[min– 1]

Il-frekwenza

hi

1

1 200

1 800

0,25

2

1 200

3 000

0,40

3

600

6 000

0,25

4

300

10 000

0,10

L-effiċjenza f'kull punt tat-tħaddim għandha tiġi kkalkulata skont dan li ġejFormula 1:

Formula 1

Formula

It-titkiliet kollha tal-effiċjenza jridu jsiru b'mod konsekuttiv għal mill-inqas ħames (5) darbiet. Il-medja tat-titkiliet f'kull punt tat-tħaddim (Formula) għandha tiġi kkalkulata.

L-effiċjenza tal-ġeneratur bil-mutur (ηMG) għandha tiġi kkalkulata skont il-Formula 2 li ġejja:

Formula 2

Formula

Il-ġeneratur bil-mutur iwassal biex tiġi ffrankata l-potenza mekkanika fil-kundizzjonijiet tal-ħajja reali (ΔPmRW) u fil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip (ΔPmTA) kif iddefinit fil-Formula 3.

Formula 3

Formula

Fejn il-potenza mekkanika ffrankata bil-kundizzjonijiet tal-ħajja reali (ΔPmRW) tiġi kkalkulata skont il-Formula 4 u l-potenza mekkanika ffrankata bil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip (ΔPmTA) skont il-Formula 5 li ġejja:

Formula 4

Formula

Formula 5

Formula

fejn

PRW

:

Il-ħtieġa ta' potenza bil-kundizzjonijiet “tal-ħajja reali” [W], li hija 750 W

PTA

:

Il-ħtieġa ta' potenza bil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip [W], li hija 350 W

ηB

:

L-effiċjenza tal-alternatur ta' referenza [%], li hija 67 %

4.   Kalkolu tal-iffrankar TACO2

L-iffrankar ta' CO2 tal-ġeneratur bil-mutur 12V effiċjenti għandu jiġi kkalkulat skont il-Formola 6 li ġejja:

Formula 6

Formula

fejn

v

:

Il-veloċità medja tas-sewqan tal-NEDC [km/h], li hija 33,58 km/h

VPe

:

Il-konsum ta' potenza effettiva kif speċifikat fit- Table 2

Tabella 2

Konsum ta' potenza effettiva

It-tip ta' magna

Il-konsum ta' potenza effettiva (VPe)

[l/kWh]

Petrol

0,264

Petrol bit-Turbo

0,280

Diżil

0,220

CF

:

Il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) – (g CO2/km) [g CO2/l] kif iddefinit fi Table 3

Tabella 3

Fattur ta' konverżjoni tal-fjuwil

It-tip ta' fjuwil

Il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) – (g CO2/km) (CF)

[g CO2/l]

Petrol

2 330

Diżil

2 640

5.   Kalkolu tal-iżball statistiku

L-iżbalji statistiċi fir-riżultati tal-metodoloġija tal-ittestjar ikkawżati mit-titkiliet għandhom jiġu kkwantifikati. Id-devjazzjoni standard għandha tiġi kkalkulata għal kull punt tat-tħaddim skont il-Formula 7 li ġejja:

Formula 7

Formula

Id-devjazzjoni standard tal-valur ta' effiċjenza tal-ġeneratur bil-mutur 12V effiċjenti (Formula) għandha tiġi kkalkulata skont il-Formola 8 li ġejja:

Formula 8

Formula

Id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-ġeneratur bil-mutur (Formula) twassal għal żball fl-iffrankar ta' CO2 (Formula). Dak l-iżball jiġi kkalkulat skont il-Formola 9 li ġejja:

Formula 9

Formula

6.   Sinifikat statistiku

Għal kull tip, varjant u verżjoni ta' vettura installata bil-ġeneratur bil-mutur 12V effiċjenti jrid jintwera li l-iżball fl-iffrankar ta' CO2 ikkalkulat skont il-Formula 9 mhuwiex ikbar mid-differenza bejn it-total ta' CO2 iffrankat u l-limitu minimu ta' ffrankar speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 (ara l-Formula 10).

Formula 10

Formula

Fejn:

MT

:

il-limitu minimu [g CO2/km]

Formula

:

it-total ta' CO2 iffrankat [g CO2/km]

Formula

:

id-devjazzjoni standard tat-total ta' CO2 iffrankat [g CO2/km]

Formula

:

il-koeffiċjent ta' korrezzjoni ta' CO2 minħabba d-differenza tal-massa pożittiva bejn il-ġeneratur bil-mutur 12V u l-alternatur ta' referenza. Għall-Formula għandha tintuża d-dejta mogħtija fit-Tabella 4.

Tabella 4

Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni ta' CO2 minħabba l-massa żejda

It-tip ta' fjuwil

Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni ta' CO2 minħabba l-massa żejda pożittiva (Formula)

[g CO2/km]

Petrol

0,0277 · Δm

Diżil

0,0383 · Δm

ΔM (fit-Tabella 4) hija l-massa ż-żejda minħabba l-installazzjoni tal-ġeneratur bil-mutur. Din hija d-differenza pożittiva bejn il-massa tal-ġeneratur bil-mutur 12V effiċjenti u l-massa tal-alternatur ta' referenza. Il-massa tal-alternatur ta' referenza hija ta' 7 kg. Il-massa żejda trid tiġi vverifikata u kkonfermata fir-rapport ta' verifika li għandu jintbagħat lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip mal-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjonijiet.

7.   Il-ġeneratur bil-mutur 12V effiċjenti li jrid jiġi installat fil-vetturi

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip trid tiċċertifika l-iffrankar ta' CO2 abbażi tat-titkiliet tal-ġeneratur bil-mutur 12V u l-alternatur ta' referenza billi tuża l-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita f'dan l-Anness. Meta l-iffrankar fl-emissjonijiet ta' CO2 ikun taħt il-livell limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, għandu japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) ta' dak ir-Regolament.


Top