EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0252
Commission Implementing Decision (EU) 2017/252 of 9 February 2017 amending Annex II to Decision 93/52/EEC as regards the recognition of the Autonomous Community of Extremadura as officially brucellosis-free (B. Melitensis) and amending the Annexes to Decision 2003/467/EC as regards the declaration of certain regions of Spain as officially tuberculosis-free and officially brucellosis-free in relation to bovine herds and of Jersey as officially enzootic-bovine-leucosis-free (notified under document C(2017) 691) (Text with EEA relevance. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/252 tad-9 ta' Frar 2017 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent tal-Komunità Awtonoma ta' Extremadura bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) u li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tal-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi u mill-bruċellożi ta' ċerti reġjuni fi Spanja fir-rigward tal-merħliet bovini u tal-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina ta' Jersey (notifikata bid-dokument C(2017) 691) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/252 tad-9 ta' Frar 2017 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent tal-Komunità Awtonoma ta' Extremadura bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) u li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tal-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi u mill-bruċellożi ta' ċerti reġjuni fi Spanja fir-rigward tal-merħliet bovini u tal-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina ta' Jersey (notifikata bid-dokument C(2017) 691) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/0691
OJ L 37, 14.2.2017, p. 19–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620
14.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 37/19 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/252
tad-9 ta' Frar 2017
li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent tal-Komunità Awtonoma ta' Extremadura bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) u li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tal-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi u mill-bruċellożi ta' ċerti reġjuni fi Spanja fir-rigward tal-merħliet bovini u tal-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina ta' Jersey
(notifikata bid-dokument C(2017) 691)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari il-paragrafu 4 tal-Anness A.I, il-paragrafu 7 tal-Anness A.II u l-paragrafu E tal-Anness D.I tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (2), u b'mod partikolari t-Taqsima II tal-Kapitolu 1 tal-Anness A tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 91/68/KEE tiddefinixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tal-annimali ovini u kaprini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom jistgħu jitqiesu bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis). |
(2) |
Id- Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE (3) telenka, fl-Anness II tagħha, ir-reġjuni tal-Istati Membri li huma meqjusa bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) skont id-Direttiva 91/68/KEE. |
(3) |
Spanja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tal-Komunità Awtonoma ta' Extremadura mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE għall-kwalifika ta' uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi (B. Melitensis)- fir-rigward tal-merħliet ovini u kaprini. |
(4) |
Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa minn Spanja, il-Komunità Awtonoma ta' Extremadura għandha titqies bħala ħielsa uffiċjalment mill-bruċellożi (B. Melitensis) fir-rigward tal-merħliet ovini u kaprini. |
(5) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE jelenka fl-entrata għal Spanja kemm il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji kif ukoll iż-żewġ Provinċji tagħha: Santa Cruz de Tenerife u Las Palmas. Peress li fil-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji hemm biss dawn iż-żewġ Provinċji, ir-referenza għall-Provinċji ta' Santa Cruz de Tenerife u Las Palmas m'hemmx bżonnha iżjed u għandha titħassar. |
(6) |
L-entrata għal Spanja fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ tal-annimali bovini u suwini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom reġjun ta' Stat Membru jista' jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi, uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi jew uffiċjalment ħieles mill-lewkożi enzootika bovina fir-rigward tal-merħliet bovini. |
(8) |
Il-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE (4) jelenka r-reġjuni tal-Istati Membri li huma ddikjarati bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini. |
(9) |
Spanja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tal-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE għall-kwalifika ta' uffiċjalment ħieles mill-tuberkulożi fir-rigward tal-merħliet bovini. Għadaqstant, dak ir-reġjun għandu jiġi elenkat fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE bħala reġjun uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi fir-rigward tal-merħliet bovini. |
(10) |
Il-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jelenka r-reġjuni tal-Istati Membri li huma ddikjarati bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-annimali bovini. |
(11) |
Spanja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tal-Komunità Awtonoma tal-Asturias u l-provinċji ta' Burgos, Soria u Valladolid tal-Komunità Awtonoma ta' Kastilja u León mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE għall-kwalifika ta' uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini. Għadaqstant, dawk ir-reġjuni għandhom jiġu elenkati fil-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini. |
(12) |
Il-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jelenka fl-entrata għal Spanja kemm il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji kif ukoll iż-żewġ Provinċji tiegħu: Santa Cruz de Tenerife u Las Palmas. Peress li fil-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji hemm biss dawn iż-żewġ Provinċji, ir-referenza għall-Provinċji ta' Santa Cruz de Tenerife u Las Palmas m'hemmx bżonnha iżjed u għandha titħassar. |
(13) |
Il-Kapitolu 2 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jelenka r-reġjuni tal-Istati Membri li huma ddikjarati bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina fir-rigward tal-merħliet bovini. |
(14) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 706/73 tal-Kunsill (5) jistipula li għall-għan tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-leġiżlazzjoni tas-saħħa tal-annimali, ir-Renju Unit u l-Gżejjer Kanarji inkluża l-Gżira ta' Jersey għandhom jiġu ttrattati bħala Stat Membru uniku. |
(15) |
Ir-Renju Unit ressaq dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità ta' Jersey mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE għall-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina fir-rigward tal-merħliet bovini. Għadaqstant, Jersey għandu jiġi elenkat fil-Kapitolu 2 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE bħala reġjun uffiċjalment ħieles mil-lewkożi enzootika bovina fir-rigward tal-merħliet bovini. |
(16) |
Għalhekk l-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE għandhom jiġu emendati skont dan. |
(17) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE huwa emendat skont l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977.
(2) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta' Diċembru 1992 li tieħu nota tal-konformità ta' ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellożi (B. melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta' Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda (ĠU L 13, 21.1.1993, p. 14).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, bruċellożi u lewkożi bovina enzootika ta' xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).
(5) Ir-Regolament (KEE) Nru 706/73 tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 1973 li jikkonċerna l-arranġamenti tal-Komunità applikabbli għall-Channel Islands u l-Isle of Man għal kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 68, 15.3.1973, p. 1).
ANNESS I
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE, l-entrata għal Spanja tinbidel b'dan li ġej:
“Fi Spanja:
— |
Il-Komunità Awtonoma tal-Asturji, |
— |
Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi, |
— |
Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji, |
— |
Il-Komunità Awtonoma tal-Kantabrija, |
— |
Il-Komunità Awtonoma ta' Kastilja u León, |
— |
Il-Komunità Awtonoma ta' Extremadura, |
— |
Il-Komunità Awtonoma tal-Galizja, |
— |
Il-Komunità Awtonoma ta' Navarra, |
— |
Il-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask.”. |
ANNESS II
L-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness I, il-Kapitolu 2, l-entrata li ġejja għal Spanja tiddaħħal qabel l-entrata għar-Renju Unit: “Fi Spanja:
|
(2) |
Fl-Anness II, il-Kapitolu 2, l-entrata għal Spanja tinbidel b'dan li ġej: “Fi Spanja:
|
(3) |
Fl-Anness III, il-Kapitolu 2, l-entrata għar-Renju Unit tinbidel b'dan li ġej: “Fir-Renju Unit:
|