Help Print this page 

Document 32017D0176

Title and reference
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/176 tal-25 ta' Jannar 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE, għall-kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù (notifikata bid-dokument C(2017) 303) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/0303
  • In force
OJ L 28, 2.2.2017, p. 44–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/176/oj
Languages, formats and link to OJ
BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
HTML html BG html ES html CS html DA html DE html ET html EL html EN html FR html HR html IT html LV html LT html HU html MT html NL html PL html PT html RO html SK html SL html FI html SV
PDF pdf BG pdf ES pdf CS pdf DA pdf DE pdf ET pdf EL pdf EN pdf FR pdf HR pdf IT pdf LV pdf LT pdf HU pdf MT pdf NL pdf PL pdf PT pdf RO pdf SK pdf SL pdf FI pdf SV
Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal
 To see if this document has been published in an e-OJ with legal value, click on the icon above (For OJs published before 1st July 2013, only the paper version has legal value).
Multilingual display
Text

2.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 28/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/176

tal-25 ta' Jannar 2017

li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE, għall-kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù

(notifikata bid-dokument C(2017) 303)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti b'impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 fih previst li għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għal kull grupp ta' prodotti.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE (2) stabbiliet il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati mal-kisi tal-injam tal-art, li huma validi sal-31 ta' Diċembru 2016.

(4)

Sabiex ikunu riflessi aħjar il-firxa fis-suq tal-kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù u l-livell l-aktar modern ta' dawn il-prodotti, u sabiex jittieħed kont tal-innovazzjoni li seħħet matul l-aħħar snin, huwa xieraq li l-isem u l-kamp ta' applikazzjoni tal-grupp ta' prodotti jiġu mmodifikati u li jiġi stabbilit sett rivedut ta' kriterji tal-Ekotikketta tal-UE.

(5)

L-għan tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE riveduti huwa li jintużaw materjali prodotti b'mod iktar sostenibbli abbażi ta' approċċ tal-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja, li jillimita l-konsum tal-enerġija u l-użu ta' komposti perikolużi, il-livelli ta' residwi perikolużi, l-effett kontributorju tal-kisi tal-art għat-tniġġis tal-arja ta' ġewwa u li jiġu promossi prodotti ta' kwalità għolja li jservu għal żmien twil. Il-kriterji riveduti, flimkien mar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati għandhom ikunu validi għal sitt snin mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni, filwaqt li jittieħed kont taċ-ċiklu tal-innovazzjoni għal dan il-grupp ta' prodotti.

(6)

Kodiċi li jikkorrispondi għall-grupp ta' prodotti jifforma parti integrali tan-numri ta' reġistrazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE. Sabiex il-korpi kompetenti jkunu jistgħu jassenjaw numru ta' reġistrazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE għall-kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù li jkunu konformi mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE, jeħtieġ li jiġi assenjat numru tal-kodiċi lil dan il-grupp ta' prodotti.

(7)

Id-Deċiżjoni 2010/18/KE għalhekk għandha tiġi mħassra.

(8)

Huwa xieraq li l-produtturi tal-prodotti li jkunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE għall-kisi tal-injam abbażi tal-kriterji ekoloġiċi stipulati fid-Deċiżjoni 2010/18/KE, jingħataw perjodu tranżitorju, sabiex ikollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-prodott tagħhom biex ikunu konformi mal-kriterji riveduti. Barra minn hekk il-produtturi għandhom jingħataw perjodu ta' żmien biżżejjed biex jippreżentaw applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/18/KE.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp ta' prodotti ta' “kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù” għandu jinkludi l-kisi tal-art ta' ġewwa, inklużi l-pavimenti tal-injam, pavimenti laminati, kisi tal-art tas-sufra u pavimenti tal-bambù li huma magħmula, għal aktar minn 80 % skont il-piż tal-prodott finali, minn materjali jew fibri tal-injam, u b'bażi ta' injam, tas-sufra, u b'bażi tas-sufra, tal-bambù, u b'bażi tal-bambù, li ma fihomx fibri sintetiċi fi kwalunkwe saff kompost.

Dan m'għandux jinkludi l-kisi tal-ħajt, il-kisi għall-użu estern, il-kisi b'funzjoni strutturali jew komposti ta' invellar.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Kisi tal-art tal-injam” tfisser assemblaġġ ta' elementi tal-injam, pannelli preassemblati jew panewijiet tal-parkè li jikkostitwixxu s-superfiċje tal-art li jitkagħbar bl-użu;

(2)

“kisi tal-art tas-sufra” tfisser kisi tal-art magħmula minn sufra mfarrka mħallta ma' legatura, u li wara jitħalla jibbies, jew diversi saffi tas-sufra, ta' agglomerat jew ta' folji tal-injam, li jiġu ppressati flimkien bil-kolla u li huma maħsuba biex jintużaw b'kisja;

(3)

“kisja” tfisser preparazzjoni ta' kisi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(8) tad-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

(4)

“Kisi tal-art tal-bambù” tfisser kisi tal-art magħmul mill-bambù f'biċċiet solidi jew f'agglomerati mħallta ma' legatura;

(5)

“pavimenti laminati” tfisser kisi tal-art riġidu b'saff tas-superfiċje li jikkonsisti minn saff irqiq wieħed jew aktar magħmul minn materjal fibruż (normalment karta), imxappap bir-reżina aminoplastika ssettjata bis-sħana (normalment melamina), ippressata jew inkollata fuq substrat, normalment komplut b'rinforz;

(6)

“kompost organiku semivolatili” (KOSV) tfisser il-komposti organiċi kollha li, f'kolonna kapillari miksija b'5 % fenilpolisilossan u 95 % metilpolisilossan, jgħaddu minn elużjoni b'firxa ta' retenzjoni bejn n-eżadekan (eskluż) u n-dokosan (inkluż);

(7)

“valur R” tfisser is-somma tal-valuri Ri kollha fejn il-valur Ri huwa l-proporzjon Ci/LCIi, fejn Ci huwa l-konċentrazzjoni bil-massa fil-kompartiment tal-kompost i, u LCIi huwa il-valur LCI (il-konċentrazzjoni l-aktar baxxa ta' interess) tal-kompost i definit skont il-European Collaborative Action on Urban Air, Indoor Environment and Human Exposure Reports (4);

(8)

“sustanza” tfisser sustanza skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(9)

“taħlita” tfisser taħlita skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(10)

“prodott bijoċidali” tfisser prodott bijoċidali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(11)

“preservattiv” tfisser kwalunkwe prodott tat-tip ta' prodott 8 (preservattivi tal-injam) kif speċifikat fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, inklużi prodotti użati għall-preservazzjoni tas-sufra jew tal-bambù;

(12)

“sustanza attiva” tfisser sustanza attiva skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012;

(13)

“materjal riċiklat” tfisser materjal li jkun ġie riproċessat minn materjal irkuprat jew riċiklat permezz ta' proċess ta' manifattura u li jiġi magħmul f'prodott finali jew f'komponent biex jiġi inkorporat fi prodott, eskluż l-iskart tal-injam, laqx u fibri minn operazzjonijiet tal-qtugħ tas-siġar u tas-serrar, kif definit f'ISO 14021;

(14)

“materjal b'bażi tal-injam” tfisser materjal iffabbrikat minn fibri tal-injam, minn laqx tal-injam jew l-injam minn wieħed mill-bosta proċessi differenti li jistgħu jinvolvu l-użu ta' temperaturi u pressjonijiet għoljin u reżini jew adeżivi tal-legatura. Materjali b'bażi tal-injam jinkludu: ħardbord, fajberbord, fajberbord b'densità medja u għolja, ċippbord, pannell b'filamenti orjentati (oriented strand board/OSB), plajwudd, u panewijiet tal-injam solidu. Il-materjal jista' jkun miksi b'finitura waqt il-produzzjoni tal-manifattura tal-kisi tal-art;

(15)

“materjal b'bażi tas-sufra” tfisser materjal iffabbrikat minn fibri tas-sufra, minn laqx tas-sufra jew is-sufra minn wieħed mill-bosta proċessi differenti li jistgħu jinvolvu l-użu ta' temperaturi u pressjonijiet għoljin u reżini jew adeżivi tal-legatura;

(16)

“materjal b'bażi tal-bambù” tfisser materjal iffabbrikat minn fibri tal-bambù, minn laqx tal-bambù jew il-bambù minn wieħed mill-bosta proċessi differenti li jistgħu jinvolvu l-użu ta' temperaturi u pressjonijiet għoljin u reżini jew adeżivi tal-legatura;

(17)

“fibri sintetiċi” tfisser il-fibri polimeri kollha;

(18)

“enerġija rinnovabbli” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2009/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

(19)

“garanzija tal-oriġini” tfisser garanzija tal-oriġini skont it-tifsira tal-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2009/28/KE.

Artikolu 3

Sabiex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, għandu jaqa' fi ħdan il-grupp ta' prodotti “kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù” kif definit fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE kif ukoll mar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta' prodotti “kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati, għandhom ikunu validi għal sitt snin mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Għal raġunijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti “kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù” għandu jkun “035”.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni 2010/18/KE hija mħassra.

Artikolu 7

B'deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta' prodotti “kisi tal-art tal-injam” li jiġu ppreżentati fi żmien xahrejn qabel id-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu sottomessi skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/18/KE jew skont il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/18/KE jistgħu jintużaw għal 12-il xahar mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE tas-26 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal kisi tal-injam tal-art (ĠU L 8, 13.1.2010, p. 32).

(3)  Id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta' emissjonijiet ta' kompożizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mil-ġdid ta' vetturi u li jemenda d-Direttiva 1999/13/KE (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87).

(4)  http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/bitstream/JRC83683/eca%20report%2029_final.pdf

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).


ANNESS

QAFAS

KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tal-kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù:

Kriterju 1.

Deskrizzjoni tal-prodott

Kriterju 2.

Materjali b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù

Kriterju 3.

Rekwiżiti ġenerali għas-sustanzi u t-taħlitiet perikolużi

Kriterju 4.

Rekwiżiti speċifiċi dwar is-sustanzi

Kriterju 5.

Konsum tal-enerġija fil-proċess tal-produzzjoni

Kriterju 6.

Emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili mill-kisi tal-art

Kriterju 7.

Emissjonijiet ta' formaldeid mill-kisi tal-art u mill-coreboard

Kriterju 8.

Adegwatezza għall-użu

Kriterju 9.

Reparabbiltà u garanzija estiża

Kriterju 10.

Informazzjoni għall-konsumaturi

Kriterju 11.

Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Appendiċi I.

Gwida dwar il-kalkolu tal-kwantità ta' kompost organiku volatili applikat

Appendiċi II.

Gwida dwar il-kalkolu tal-konsum tal-enerġija fil-proċess tal-produzzjoni

Appendiċi III.

Lista ta' standards

VALUTAZZJONI U VERIFIKA

Ir-rekwiżiti speċifiċi ta' valutazzjoni u ta' verifika huma indikati f'kull kriterju.

Fejn l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-test, jew evidenza oħra biex juri konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant jew mill-fornitur(i) tiegħu, eċċ., kif jixraq.

Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu b'mod preferenzjali l-attestazzjonijiet li jinħarġu mill-korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u tal-ikkalibrar, u l-verifiki li jinħarġu minn korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi. L-akkreditazzjoni għandha titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta' ttestjar oħra għajr dawk indikati għal kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Fejn ikun xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jirrikjedu dokumentazzjoni ta' appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti jew żjajar fil-post.

Bħala prerekwiżit, il-prodott għandu jissodisfa ir-rekwiżiti legali applikabbli kollha tal-pajjiż jew il-pajjiżi fejn il-prodott ikun intenzjonat li jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dan ir-rekwiżit.

Jekk il-fornitur jippreferi ma jiżvelax is-sustanzi li jissostitwixxu taħlita lill-applikant, dik l-informazzjoni tista' tintbagħat direttament lill-korp kompetenti mill-fornitur.

Kriterju 1.   Deskrizzjoni tal-prodott

Il-korp kompetenti għandu jipprovdi deskrizzjoni teknika tal-kisi tal-art li turi l-partijiet jew il-materjali li jiffurmaw il-prodott finali tal-kisi tal-art, id-dimensjonijiet tiegħu u deskrizzjoni tal-proċess ta' manifattura. Dik id-deskrizzjoni għandha tiġi akkumpanjata mil-lista ta' materjali għall-prodott li tiddikjara l-piż totali tal-prodott u kif dan jinqasam bejn il-materjali differenti użati.

Għandu jkun hemm konformità mal-kamp ta' applikazzjoni tal-grupp ta' prodotti kif definit fl-Artikolu 1.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità, sostnuta mill-informazzjoni li ġejja dwar il-kisi tal-art:

marka/isem kummerċjali (2);

deskrizzjoni tal-prodott, inklużi disinji tekniċi li juru l-partijiet jew il-materjali użati fil-prodott finali;

il-lista ta' materjali: il-perċentwal tal-kompożizzjoni tal-materja prima, is-sustanzi jew it-taħlitiet fil-prodott finali bil-massa, inkluż kwalunkwe addittiv u trattament tas-superfiċe, meta rilevanti;

lista tal-partijiet komponenti kollha (3) tal-prodott u l-piż rispettiv;

deskrizzjoni tal-proċess ta' manifattura. Il-fornituri tal-materja prima jew tas-sustanzi għandhom ikunu deskritti bl-isem legali, bis-sit tal-produzzjoni, bid-dettalji tal-kuntatt u b'deskrizzjoni tal-istadju(i) tal-produzzjoni li huma wettqu jew li jiffurmaw parti minnhom.

L-iskeda ta' dejta tal-prodotti, id-dikjarazzjoni ambjentali dwar il-prodotti jew dokument ekwivalenti jistgħu jiġu aċċettati bħala evidenza ta' konformità ma' dan il-kriterju sakemm ikun jinkludi l-informazzjoni elenkata.

Kriterju 2.   Materjali b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù

Dan ir-rekwiżit japplika għall-materjali tal-injam, b'bażi tal-injam, tas-sufra, b'bażi tas-sufra, tal-bambù u b'bażi tal-bambù li jiżnu aktar minn 1 % tal-prodott lest.

Il-materjali kollha tal-injam, b'bażi tal-injam, tas-sufra, b'bażi tas-sufra, tal-bambù u b'bażi tal-bambù m'għandhomx joriġinaw minn organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) u għandhom ikunu koperti minn ċertifikati tal-katina tal-kustodja maħruġa minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-Forest Stewardship Council (FSC), il-Programme for the Endorsement of Forest Certification (PEFC) jew minn skema ekwivalenti.

L-injam, is-sufra, u l-bambù verġni kollha għandhom ikunu koperti minn ċertifikati validi tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti maħruġa minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew minn skema ekwivalenti.

Meta skema ta' ċertifikazzjoni tippermetti t-taħlit ta' materjal mhux iċċertifikat ma' materjal iċċertifikat u/jew riċiklat fi prodott jew f'linja ta' produzzjoni, minimu ta' 70 % tal-materjal tal-injam, tas-sufra u/jew tal-bambù, għandu jkun materjal sostenibbli iċċertifikat bħala verġni u/jew materjal riċiklat.

Materjal mhux ċertifikat għandu jkun kopert minn sistema ta' verifika li tiżgura li jkun inkiseb b'mod legali u li jissodisfa kull rekwiżit ieħor tal-iskema ta' ċertifikazzjoni fir-rigward tal-materjal mhux iċċertifikat.

Il-korpi ta' ċertifikazzjoni li joħorġu ċ-ċertifikati tal-foresta u/jew tal-katina tal-kustodja għandhom ikunu akkreditati jew rikonoxxuti minn dik l-iskema ta' ċertifikazzjoni.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità sostnuta minn ċertifikat validu maħruġ minn katina tal-kustodja indipendenti tal-manifattur għall-materjali kollha tal-injam, b'bażi tal-injam, tas-sufra, b'bażi tas-sufra, tal-bambù u b'bażi tal-bambù użati fil-prodott jew fil-linja ta' produzzjoni u għandu juri li l-ebda materjal mhu ġej minn OMĠ. L-applikant għandu jipprovdi dokumenti ta' kontabbiltà awditjati li juru li mill-inqas 70 % tal-materjali oriġinaw minn foresti jew żoni ġestiti skont il-prinċipji tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija u/jew minn sorsi riċiklati li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati mill-katina indipendenti rileavnti tal-iskema ta' kustodja. Il-FSC, il-PEFC jew skemi ekwivalenti għandhom ikunu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti ta' parti terza.

Jekk il-prodott jew il-linja tal-produzzjoni jinkludu materjal mhux iċċertifikat, għandha tingħata prova li l-kontenut tal-materjal verġni mhux iċċertifikat ma jaqbiżx it-30 % u li jkun kopert minn sistema ta' verifika li tiżgura li jkun inkiseb legalment u li jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta' ċertifikazzjoni fir-rigward ta' materjal mhux iċċertifikat.

Kriterju 3.   Rekwiżiti ġenerali għas-sustanzi u t-taħlitiet perikolużi

Il-preżenza fil-prodott u fi kwalunkwe parti/materjal komponenti tiegħu, ta' sustanzi li huma identifikati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna jew sustanzi u taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għall-perikli elenkati fit-Tabella 3.1 ta' din id-Deċiżjoni, għandhom ikunu ristretti skont il-kriterji 3.a u 3.b. Għall-fini ta' dan il-kriterju, il-Lista ta' Kandidati ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna (SVHCs) u l-klassifikazzjonijiet ta' perikli CLP huma miġbura fit-Tabella 3.1 skont il-karatteristiċi perikolużi tagħhom.

Tabella 3.1

Raggruppament tal-perikli ristretti

Perikli tal-Grupp 1 — SVHCs u CLP

Perikli li jixħtu sustanza fil-Grupp 1:

sustanzi li jidhru fil-Lista ta' Kandidati għall-SVHCs

karċinoġeniċi, mutaġeniċi u/jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR) tal-kategorija 1 A jew 1B: H340, H350, H350i, H360, H360F, H360D, H360FD, H360Fd, H360Df

Perikli tal-Grupp 2 — CLP

Perikli li jixħtu sustanza fil-Grupp 2:

il-kategorija CMR 2: H341, H351, H361f, H361d, H361df, H362

tossiċità akkwatika tal-kategorija 1: H400, H410

tossiċità akuta tal-kategoriji 1 u 2: H300, H310, H330, H304

tossiċità mill-aspirazzjoni tal-kategorija 1: H304

tossiċità speċifika għall-organi fil-mira (STOT) tal-kategorija 1: H370, H372

sensitizzatur tal-ġilda tal-kategorija 1: H317

Perikli tal-Grupp 3 — CLP

Perikli li jixħtu sustanza fil-Grupp 3:

tossiċità akkwatika tal-kategoriji 2, 3 u 4: H411, H412, H413

tossiċità akuta tal-kategorija 3: H301, H311, H331, EUH070

STOT tal-kategorija 2: H371, H373

3.a.   Restrizzjoni ta' SVHCs

Il-prodott u kwalunkwe parti komponenti tiegħu, m'għandux ikun fih SVHCs, f'konċentrazzjonijiet ikbar minn 0,10 % (piż skont il-piż).

M'għandha tingħata l-ebda deroga minn dan ir-rekwiżit lil-Lista ta' SVHCs Kandidati li jinsabu fil-prodott jew fi kwalunkwe parti komponenti tiegħu f'konċentrazzjonijiet ikbar minn 0,10 % (piż skont il-piż).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jiġbor id-dikjarazzjonijiet dwar assenza ta' SVHCs ogħla mil-limitu speċifikat ta' konċentrazzjoni għall-prodott u għal kwalunkwe parti komponenti użat fil-prodott. Id-dikjarazzjonijiet għandu jkollhom referenza għall-aħħar verżjoni tal-Lista ta' Kandidati ippubblikata mill-ECHA (5).

3.b.   Restrizzjoni ta' sustanzi u taħlitiet klassifikati skont is-CLP użati fil-kisi tal-art

Sustanzi jew taħlitiet użati mill-manifattur tal-kisi tal-art jew mill-fornituri tiegħu matul it-tħejjija tal-materja prima, il-manifattura, l-assemblaġġ jew kwalunkwe trattament ieħor tal-kisi tal-art li m'għandux jiġi kklassifikat ma' kwalunkwe mill-perikli tas-CLP elenkati fit-Tabella 3.1. Sustanzi jew taħlitiet ristretti għandhom jinkludu adeżivi, żebgħa, primers, verniċ, ilwin, reżini, prodotti bijoċidali, materjal għall-mili, xemgħa, żjut, mili tal-ġonot, koloranti u siġillanti.

Madankollu, l-użu ta' dawn is-sustanzi ristretti għandu jkun permess jekk tkun tapplika tal-anqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

is-sustanza jew it-taħlita ristretta kienet użata fi kwantitajiet li jammontaw għal anqas minn 0,10 % tal-piż totali tal-kisi tal-art u ta' kwalunkwe parti komponenti tiegħu;

is-sustanza ristretta tibdel il-proprjetajiet tagħha meta tiġi pproċessata (eż. ma tibqax bijodisponibbli jew tgħaddi minn reazzjoni kimika) u għalhekk il-perikli ristretti tas-CLP ma jibqgħux japplikax u kwalunkwe kontenut residwu li ma rreaġixxix, tas-sustanza kimika huwa inqas minn 0,10 % tal-piż totali tal-kisi tal-art u kwalunkwe parti komponenti tiegħu.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant u/jew il-fornituri tiegħu għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju 3.b u jekk ikun xieraq, sostnuta minn lista ta' sustanzi jew taħlitiet rilevanti użati flimkien ma' dikjarazzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni jew in-nonklassifikazzjoni tal-periklu tagħhom, il-kwantitajiet miżjuda tagħhom u jekk xieraq, dikjarazzjonijiet jekk is-sustanzi jew taħlitiet jibdlux l-proprjetajiet tagħhom mal-ipproċessar b'tali mod li l-perikli ristretti tas-CLP ma jibqgħux japplikaw. F'dak il-każ, il-kwantitajiet tal-kontenut residwu mingħajr reazzjoni tas-sustanza ristretta għandha tiġi pprovduta.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta b'rabta mal-klassifikazzjoni jew in-nonklassifikazzjoni tal-periklu għal kull sustanza:

(i)

in-numru tas-Servizz Kimiku Astratt (CAS) tas-sustanza (6), tal-Komunità Ewropea (KE) (7) jew numru ieħor tal-lista (fejn disponibbli għat-taħlitiet);

(ii)

il-forma fiżika u l-istat li fih tintuża s-sustanza jew it-taħlita;

(iii)

il-klassifikazzjonijiet armonizzati tal-periklu tas-CLP;

(iv)

entrati ta' awtoklassifikazzjoni fil-bażi ta' dejta tas-sustanzi reġistrati tar-REACH ta' ECHA (8) (jekk ma tkunx disponibbli klassifikazzjoni armonizzata);

(v)

klassifikazzjonijiet ta' taħlitiet skont il-kriterji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

Meta jkunu qegħdin jitqiesu entrati ta' awtoklassifikazzjoni fil-bażi ta' dejta dwar sustanzi reġistrati ta' REACH, għandha tingħata prijorità lil entrati minn sottomissjonijiet konġunti.

Meta klassifikazzjoni tkun reġistrata bħala “b'dejta nieqsa” jew “inkonklużiva” skont il-bażi ta' dejta dwar is-sustanzi reġistrati ta' REACH, jew meta s-sustanza tkun għadha ma ġietx irreġistrata fis-sistema REACH, għandha tiġi pprovduta d-dejta tossikoloġika li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 b'tali mod li tkun biżżejjed biex issostni l-awtoklassifikazzjoni konklużiva skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u l-gwida ta' sostenn tal-ECHA. Fil-każ ta' entrati fil-bażi ta' dejta “b'dejta nieqsa” jew “inkonklużiva”, l-awtoklassifikazzjonijiet għandhom jiġu vverifikati.: Għal dak il-għan, is-sorsi ta' informazzjoni li ġejjin għandhom ikunu aċċettati:

(i)

l-istudji tossikoloġiċi u l-valutazzjonijiet tal-perikli mill-aġenziji regolatorji kollaborattivi tal-ECHA (9), mill-korpi regolatorji tal-Istati Membri jew mill-korpi intergovernattivi;

(ii)

Skeda ta' Dejta ta' Sigurtà (SDS) mimlija kollha skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(iii)

ġudizzju espert iddokumentat li jinħareġ minn tossikologu professjonali, li għandu jkun ibbażat fuq reviżjoni tad-dokumentazzjoni xjentifika u tad-dejta tal-ittestjar eżistenti, fejn meħtieġ sostnut minn riżultati ta' testijiet ġodda li jkunu saru minn laboratorji indipendenti bl-użu ta' metodi approvati mill-ECHA;

(iv)

ċertifikazzjoni, fejn xieraq, imsejsa fuq ġudizzju espert, maħruġa minn korp akkreditat tal-valutazzjoni tal-konformità li jagħmel valutazzjonijiet tal-perikli skont is-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni (GHS) jew is-sistemi tal-klassifikazzjoni ta' periklu tas-CLP.

Skont l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi perikolużi tas-sustanzi tista' tinkiseb b'mezzi differenti mit-testijiet, pereżempju bl-użu ta' metodi alternattivi bħall-metodi in vitro, b'mudelli kwantitattivi ta' struttura-attività jew bl-użu tar-ragruppar jew tar-read-across.

Kriterju 4.   Rekwiżiti speċifiċi dwar is-sustanzi

4. a.   Kontaminanti fl-injam, fis-sufra u fil-bambù riċiklati

Il-fibri riċiklati kollha jew il-laqx tal-injam użati fil-manifattura tal-prodott finali tal-kisi tal-art għandhom jiġu ttestjati skont l-istandard tal-European Panel Federation (EPF) għall-kundizzjonijiet dwar il-konsenja ta' injam riċiklat (10) jew ma' standard ekwivalenti ieħor li għandu limiti ugwali jew aktar stretti, u għandhom jikkonformaw mal-limiti għal kontaminanti kif elenkat fit-Tabella 4.1.

Tabella 4.1.

Limiti għall-kontaminanti fl-injam, fis-sufra, fil-bambù riċiklati u fil-fibri jew fil-laqx tagħhom (mg/kg ta' materjal riċiklat niexef)

Kontaminanti

Valuri ta' limitu

Kontaminanti

Valuri ta' limitu

Arseniku (As)

25

Merkurju (Hg)

25

Kadmju (Cd)

50

Fluworu (F)

100

Kromju (Cr)

25

Kloru (Cl)

1 000

Ram (Cu)

40

Pentaklorofenol (PCP)

5

Ċomb (Pb)

90

Żjut tal-qatran (benżo(a)piren)

0,5

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni lill-korp kompetenti li jkun fiha:

dikjarazzjoni mingħand il-manifattur jew mingħand il-fornitur tal-panewijiet, kif xieraq, li l-ebda injam, sufra, bambù riċiklat jew il-fibra jew il-laqx tagħhom ma ntuża fil-kisi tal-art, jew

dikjarazzjoni mingħand il-manifattur jew il-fornitur tal-panewijiet, kif xieraq, li kull injam, sufra, bambù riċiklat jew il-fibri jew il-laqx użati tagħhom ġew ittestjati b'mod rappreżentattiv skont l-istandard EPF għall-kundizzjonijiet tal-konsenja ta' injam riċiklat jew skont standard ekwivalenti ieħor li għandu limiti ugwali jew aktar stretti, sostnuti minn rapporti tat-testijiet li juru li l-kampjuni riċiklati jikkonformaw mal-limiti speċifikati fit-Tabella 4.1.

4.b.   Prodotti bijoċidali

It-trattament tal-injam, tas-sufra u/jew tal-bambù tal-kisi tal-art bi prodotti bijoċidali m'għandux ikun permess.

Is-sustanzi attivi li ġejjin m'għandhomx ikunu permessi għall-preservazzjoni fil-bott tat-taħlitiet b'bażi ta' ilma bħal adeżivi jew verniċ:

taħlita (3:1) ta' klorometilisotijażolinon u metilisotijażolinon (CMIT/MIT CAS No 55965-84-9) f'konċentrazzjoni ogħla minn 15 ppm;

metilisotijażolinon b'konċentrazzjoni ogħla minn 200 ppm;

isotijażolini oħra b'konċentrazzjoni ogħla minn 500 ppm.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni li ma ntużawx prodotti bijoċidali jew, jekk applikabbli, b'dikjarazzjoni sostnuta bi skeda ta' dejta ta' sigurtà (SDS) mill-fornituri tat-taħlitiet ibbażati fuq l-ilma li tiddikjara liema sustanzi attivi ġew użati bħala preżervattivi fil-bott għat-taħlitiet ibbażati fuq l-ilma.

4.c.   Metalli tqal fiż-żebgħat, fil-primers u fil-verniċi

Kull żebgħa, primer, jew verniċ li jintuża fuq materjali tal-injam, b'bażi tal-injam, tas-sufra, b'bażi tas-sufra, tal-bambù jew b'bażi tal-bambù m'għandux ikun fihom sustanzi bbażati fuq il-metalli li ġejjin: kadmju, ċomb, kromju VI, merkurju, arseniku jew selenju f'konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,010 % (piż skont il-piż) għal kull metall individwali u fil-każ ta' żebgħa fil-bott, formulazzjoni ta' primer jew verniċ.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant jew il-fornitur tiegħu, kif xieraq, għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju u jipprovdu l-SDS rispettivi mill-fornituri taż-żebgħa, primers u verniċ użati.

4. d.   Kontenut tal-kompost organiku volatili fit-trattament tas-superfiċe

Prodotti tat-trattament tas-superfiċe użati fuq materjali tal-injam, b'bażi tal-injam, tas-sufra, b'bażi tas-sufra, tal-bambù jew b'bażi tal-bambù għandu jkollhom wieħed minn dawn li ġejjin:

kontenut totali tal-kompost organiku volatili ta' inqas minn jew ugwali għal 5 % tal-piż skont il-piż (il-konċentrazzjoni tas-sustanza fil-bott);

kontenut totali tal-kompost organiku volatili akbar minn 5 % tal-piż skont il-piż sakemm dawn jidhru li jiġu applikati fi kwantitajiet li jammontaw għal anqas minn 10 g/m2 ta' erja tas-superfiċe trattat.

Il-kriterju jirrigwarda l-kontenut totali tal-kompost organiku volatili fi prodotti għat-trattament tas-superfiċe mal-kompożizzjoni kimika tagħhom fil-forma mxarrba. Jekk il-prodotti jeħtieġu dilwizzjoni qabel ma jintużaw, il-kalkolu għandu jiġi bbażat fuq il-kontenut tal-prodott dilwit.

Għall-fini ta' dan il-kriterju, Kompost Organiku Volatili tfisser kompost organiku volatili kif definit fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2004/42/KE.

Dan il-kriterju ma japplikax għal taħlitiet użati għat-tiswija (pereżempju għenieqed, kontrolli, daqqiet, eċċ.) waqt il-proċess tal-manifattura.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, sostnuta b'SDS ta' kwalunkwe sustanza jew taħlita tat-trattament tas-superfiċe użata fuq materjali tal-injam, b'bażi tal-injam, tas-sufra, b'bażi tas-sufra, tal-bambù u/jew b'bażi tal-bambù. Jekk l-SDS tiddikjara li l-kontenut tal-kompost organiku volatili tas-sustanzi jew talitiet tat-trattament tas-superfiċe użati huwa inqas minn jew daqs 5 % piż skont il-piż, ma tkunx neċessarja verifika ulterjuri.

Jekk l-informazzjoni dwar il-kontenut tal-kompost organiku volatili ma tiġix inkluża fl-SDS, il-kontenut tal-kompost organiku volatili għandu jiġi kkalkulat mil-lista tas-sustanzi f'taħlita tat-trattament tas-superfiċe. Il-konċentrazzjoni ta' kull ingredjent ta' kompost organiku volatili għandha tiġi ddikjarata bħala perċentwal skont il-piż.

Alternattivament, jekk il-kontenut tal-kompost organiku volatili huwa ogħla minn 5 % tal-piż skont il-piż, l-applikant għandu jipprovdi kalkolu li juri li l-kwantità effettiva ta' kompost organiku volatili effettiv applikata għal kull m2 ta' erja tas-superfiċe trattat tal-kisi ta' art hi inqas minn 10 g/m2, skont il-gwida pprovduta fl-Appendiċi I.

4.e.   Il-kontenut ta' kompost organiku volatili użat fis-sustanzi u fit-taħlitiet

Il-kontenut tal-kompost organiku volatili għandu jkun anqas minn:

3 % tal-piż skont il-piż kemm f'adeżivi kif ukoll f'reżini tal-bott użati fil-manifattura tal-kisi tal-art;

1 % tal-piż skont il-piż f'sustanzi oħra minbarra adeżivi, reżini u trattament tas-superfiċe tal-bott (il-kriterju 4.d) użati fil-manifattura tal-kisi tal-art.

Formaldeid liberu ta' reżini likwidi amminoplastiċi użati fil-manifattura tal-kisi tal-art għandu jkun inqas minn 0,2 % tal-piż skont il-piż.

Il-kriterju jirrigwarda l-kompost organiku volatili totali fis-sustanzi mal-kompożizzjoni kimika tagħhom fil-forma mxarrba. Jekk it-taħlitiet jeħtieġu dilwizzjoni mal-ilma qabel ma jintużaw, il-kalkolu għandu jiġi bbażat fuq il-kontenut tal-prodott dilwit.

Għall-fini ta' dan il-kriterju, KOV tfisser il-kompost organiku volatili kif definit fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2004/42/KE.

Dan il-kriterju ma japplikax għal taħlitiet użati għat-tiswija (pereżempju għenieqed, kontrolli, daqqiet, eċċ.) waqt il-proċess tal-manifattura.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, sostnuta bl-SDS tar-reżin, adeżivi jew sustanzi kollha oħra tal-bott użati jew b'dokumentazzjoni ekwivalenti li ssostni d-dikjarazzjoni ta' konformità, flimkien ma' riċetta kompluta bit-tqassim tal-kwantitajiet u n-numri CAS.

Jekk l-SDS tindika li l-kontenut tal-kompost organiku volatili huwa inqas minn 3 % tal-piż skont il-piż tal-adeżiva u tar-reżina tal-bott użata jew inqas minn 1 % tal-piż skont il-piż ta' sustanzi oħra użati, l-ebda verifika ulterjuri ma għandha tkun meħtieġa.

Jekk l-informazzjoni dwar il-kontenut tal-kompost organiku volatili ma tkunx inkluża fl-SDS, il-kontenut tal-kompost organiku volatili għandu jiġi kkalkulat mil-lista ta' sustanzi. Il-konċentrazzjoni ta' kull ingredjent ta' kompost organiku volatili għandha tiġi ddikjarata bħala perċentwal skont il-piż.

L-applikant għandu jipprovdi rapporti tat-test li juru li l-kontenut ta' formaldeid liberu fir-reżini likwidi amminoplastiċi huwa inqas minn 0,2 % tal-piż skont il-piż f'konformità mal-istandard EN 1243.

4.f.   Plastifikanti

Kwalunkwe adeżiv, reżina jew sustanza jew taħlita tat-trattament tas-superfiċe ma għandux ikun fiha plastifikanti tal-ftalat li jissemmew fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. L-assenza ta' dawn il-ftalati għandha titqies bħala s-somma totali tal-ftalati elenkati li jammontaw għal inqas minn 0,10 % tas-sustanza jew taħlita tal-piż tal-adeżiva, tar-reżina jew tat-trattament tas-superfiċe (1 000 mg/kg).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dokumentazzjoni li jkun fiha:

dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju mingħand il-fornitur jew il-manifattur tal-kisi tal-art li ma ntużawx plastifikanti tal-ftalat, jew

dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju mill-fornitur jew mill-manifattur tal-kisi tal-art li tiddikjara li l-plastifikanti tal-ftalat intużaw u li ma ntużaw ebda ftalati li jissodisfaw il-kriterju tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fl-adeżiv, ir-reżina jew is-sustanza jew it-taħlita tat-trattament tas-superfiċe. Fl-assenza ta' dikjarazzjoni xierqa, il-materjali tas-sustanza jew tat-taħlita tal-adeżiv, tar-reżina jew tat-trattament tas-superfiċe għandhom jiġu ttestjati għall-preżenza ta' dawn il-ftalati skont l-istandard ISO 8214-6.

4.g.   Komposti organiċi aloġenati

Komposti aloġenati organiċi m'għandhomx ikunu permessi fis-sustanzi użati fil-manifattura tal-kisi tal-art (eż. bħal binders, adeżivi, kisjiet, eċċ.).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità sostnuta minn dikjarazzjoni mingħand il-manifattur tas-sustanzi li ma ntużawx komposti organiċi aloġenati. Barra minn hekk, għandha tingħata l-SDS rispettiva tas-sustanzi.

4.h.   Ritardanti tal-fjammi

Ir-ritardanti tal-fjammi m'għandhomx ikunu permessi fis-sustanzi użati fil-manifattura tal-kisi tal-art.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità sostnuta minn dikjarazzjoni mingħand il-manifattur tas-sustanzi li ma ntużawx ritardanti tal-fjammi. Barra minn hekk, għandha tingħata l-SDS rispettiva tas-sustanzi.

4.i.   Ażiridina u poliażiridina

Ażiridina u poliażiridina m'għandhomx ikunu permessi fis-sustanzi użati fil-manifattura tal-kisi tal-art (eż. bħala trattament tas-superfiċe, kisjiet, eċċ.).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità sostnuta minn dikjarazzjoni mingħand il-manifattur tas-sustanzi li ma ntużawx l-ażiridina u l-poliażiridina. Barra minn hekk, għandha tingħata l-SDS rispettiva tas-sustanzi.

Kriterju 5.   Konsum tal-enerġija fil-proċess tal-produzzjoni

Il-medja annwali tal-enerġija kkonsmata matul il-produzzjoni tal-kisi tal-art għandha tkun ikkalkulata kif indikat fit-Tabella 5.1 u fl-Appendiċi II u għandha teċċedi l-limiti li ġejjin (E = punteġġ):

Prodott

Il-punteġġ E

Pavimenti tal-injam mastizz

> 11,0

Pavimenti tal-injam b'ħafna saffi

Kisi tal-art bil-folji tal-injam

Kisi tal-art tas-sufra u madum tal-art tas-sufra

Kisi tal-art tal-bambù

Pavimenti laminati

> 8,0


Tabella 5.1.

Kalkolu tal-punteġġ E

Formola

 

Parametru ambjentali

Rekwiżiti massimi

Formula

A

Proporzjon ta' enerġija rinnovabbli fil-konsum totali annwali tal-enerġija

%

B

L-elettriku annwali mixtri

kWh/m2

15 kWh/m2

C

Konsum annwali tal-fjuwil

kWh/m2

35 kWh/m2

 

Fejn A = proporzjon bejn l-enerġija ġejja minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u l-enerġija totali.

Fin-numeratur tal-proporzjon A għandu jinqara bħala fjuwils sorsi ta' enerġija rinnovabbli mixtrija (l-ammont ta' fjuwil × bil-valur standard), magħdud bis-sħana ġġenerata fuq il-post minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli mhux ġejjin mill-fjuwils, magħdud ma' 2,5 × bl-elettriku fuq il-post iġġenerat minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli mhux ġejjin mill-fjuwils u magħdud ma' 2,5 × bl-elettriku mixtri minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli.

Fid-denominatur tal-proporzjon A għandu jinqara bħala fjuwils sorsi ta' enerġija rinnovabbli mixtrija (l-ammont ta' fjuwil × bil-valur standard), magħdud bis-sħana ġġenerata fuq il-post minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli mhux ġejjin mill-fjuwils, magħdud ma' 2,5 × bl-elettriku fuq il-post iġġenerat minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli mhux ġejjin mill-fjuwils u magħdud ma' 2,5 × bl-elettriku mixtri minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli.

 

B = l-elettriku annwali mixtri tfisser is-somma tal-elettriku mixtri mingħand fornitur estern. Fil-każ li l-elettriku li jinxtara huwa elettriku ġej minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, għandu jiġi applikat fattur ta' 0,8.

 

C = il-konsum annwali tal-fjuwil tfisser is-somma tal-fjuwils kollha mixtrija jew mixtrija bħala prodotti sekondarji fil-manifattura tal-pavimenti u użati biex tiġi ġġenerata l-enerġija fuq il-post.

 

Il-punteġġ E għandu jiġi kkalkulat għal kull m2 ta' kisi tal-art prodott u għandu jqis l-enerġija diretta kkonsmata fil-produzzjoni tal-pavimenti. Il-konsum tal-enerġija indiretta ma titqiesx.

Li ġej hija lista indikattiva ta' attivitajiet li għandhom jiġu inklużi u li mhumiex inklużi fil-kalkoli tal-konsum ta' enerġija. L-attivitajiet għandhom jibdew mal-wasla tal-qatgħat mis-siġar (zkuk), tas-sufra u tal-bambù fil-faċilitajiet tal-manifattur jew tal-fornituri tiegħu sa tmiem il-proċess tal-manifattura.

Prodott

Kundizzjonijiet tal-elettriku u l-konsum tal-fjuwil (lista indikattiva)

Inkluż

Mhux inkluż

Pavimenti tal-injam mastizz

tnixxif, tħin u serrar

kejl tad-daqsijiet u tirqim

xkatlar

kisi

imballaġġ

u kwalunkwe attività oħra meħtieġa għall-manifattura

manifattura tal-verniċ jew ta' kwalunkwe preparazzjoni oħra tal-bott

enerġija kkunsmata f'attivitajiet ta' kontroll tal-kwalità

konsum tal-enerġija indiretta (eż. tisħin, tidwil, trasport intern, eċċ.).

Pavimenti tal-injam b'ħafna saffi

tnixxif, tħin u serrar

kejl tad-daqsijiet u tirqim

xkatlar

pressar

kisi

imballaġġ

u kwalunkwe attività oħra meħtieġa għall-manifattura

Kisi tal-art tas-sufra u madum tal-art tas-sufra

tnixxif, tħin u serrar

kejl tad-daqsijiet u tirqim

xkatlar

pressar

jew manifattura tal-coreboard jekk intuża fl-istruttura tiegħu

kisi

imballaġġ

u kwalunkwe attività oħra meħtieġa għall-manifattura

Kisi tal-art tal-bambù

Pavimenti laminati

manifattura tal-coreboard

proċess tat-tixpip tad-décor, ta' għata u tar-rinforz tal-karta

pressar

kejl tad-daqsijiet

imballaġġ

u kwalunkwe attività oħra meħtieġa għall-manifattura

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jiddikjara u juri:

it-tip u l-kwantità ta' elettriku li, bħala medja, inxtara mingħand fornitur estern kull sena. Fil-każ li jinxtara elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, għandhom jiġu pprovduti garanziji ta' oriġini skont id-Direttiva 2009/28/KE. Meta d-Direttiva 2009/28/KE ma tapplikax fil-pajjiż fejn il-kisi tal-art tkun manifatturata, għandhom jiġu pprovduti mezzi ekwivalenti ta' prova;

it-tip(i) u l-kwantitajiet ta' fjuwils li ntużaw fil-manifattura tal-kisi tal-art permezz tal-kuntratti, il-kontijiet jew ta' dokumentazzjoni ekwivalenti li tinkludi d-dati, il-kwantità mwassla/mixtrija u l-ispeċifikazzjonijiet tal-fjuwil (eż. proprjetajiet fiżikokimiċi, valur ta' tisħin baxx (LHV), eċċ.). Dikjarazzjoni dwar liema minn dawk il-fjuwils użati li huma ġejjin minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli skont id-Direttiva 2009/28/KE għandhom jiġu inklużi;

il-kwantità ta' enerġija li intużat fl-istadji tal-manifattura inklużi fil-kalkolu tal-punteġġ E flimkien mad-dokumenti ta' appoġġ (eż. kejl tal-enerġija fi stadji differenti tal-manifattura, konsum tal-enerġija tat-tagħmir kif rapportat fl-iskedi tal-prodott, eċċ.);

it-tip u l-kwantità ta' enerġija li nbiegħu. Il-kalkoli għandhom jinkludu t-tip u l-kwantità tal-fjuwils, jekk hemm, użati għall-ġenerazzjoni tal-enerġija mibjugħa, id-dati jew il-perjodi ta' ħin li fihom ikun ġie ġġenerat u d-dati tal-bejgħ;

dikjarazzjoni tal-kwantità medja ta' pavimenti li għaliha tirreferi l-applikazzjoni għall-Ekotikketta tal-UE (f'm2), prodotta kull sena.

Id-dokumenti użati biex jikkomunikaw il-konsum tal-enerġija, il-fjuwil mixtri u l-ġenerazzjoni tal-enerġija kif ukoll id-dokumenti li jikkomunikaw il-produzzjoni tal-pavimenti lill-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jintużaw biex juru konformità ma' dan il-kriterju.

Kriterju 6.   Emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili mill-kisi tal-art

Il-kisi tal-art m'għandux jaqbeż il-valuri tal-emissjonijiet elenkati fit-Tabella 6.1 imkejla f'kompartiment tal-ittestjar skont l-istandard tal-ittestjar CEN/TS16516. L-imballaġġ u l-konsenja ta' kampjuni li jintbagħtu għall-ittestjar, l-immaniġġar u l-kondizzjonament tagħhom għandhom isegwu l-proċeduri deskritti fl-standard CEN/TS16516.

Tabella 6.1.

Rekwiżiti tal-emissjonijiet

Prodotti

Rekwiżiti tal-emissjonijiet

Kompost

Valur ta' limitu wara ħżin għal 28 jum f'kompartiment tal-ittestjar ivventilat (ara CEN/TS16516) f'mg/m3 arja (d)

Pavimenti tal-injam mastizz

Pavimenti tal-injam b'ħafna saffi

Kisi tal-art bil-folji tal-injam

Kompost organiku volatili totali mingħajr aċidu aċetiku

(CAS 64-19-7)

< 0,3

Kisi tal-art tas-sufra

Kisi tal-art tal-bambù

Kompost organiku volatili totali

Pavimenti laminati

Kompost organiku volatili totali

< 0,16

Kisi tal-art kollha

Kompost organiku semivolatili totali

< 0,1

Pavimenti tal-injam mastizz

Pavimenti tal-injam b'ħafna saffi

Kisi tal-art bil-folji tal-injam

Valur-R għas-sustanzi tal-Inqas Konċentrazzjonijiet ta' Interess (LCI) mingħajr l-aċidu aċetiku (CAS 64-19-7)

≤ 1

Kisi tal-art tas-sufra

Kisi tal-art tal-bambù

Pavimenti laminati

Valur R għal sustanzi LCI

≤ 1

Kisi tal-art kollha

Sustanzi karċinoġeniċi

< 0,001

Għall-fini ta' dan il-kriterju, KOV tfisser il-komposti organiċi volatili kollha li jgħaddu minn elużjoni bejn n-eżan u n-eżadekan u li tinkludihom fuq kolonna kromatografika tal-gass u li għandhom punt ta' tgħollija fil-medda approssimattiva ta' bejn 68 °C u 287 °C, fejn l-kejl twettaq bl-użu ta' kolonna kapillari miksija b'5 % fenil/95 % metil-polisilossan.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità sostnuta mir-rapporti tat-testijiet li twettqu fil-kompartiment tal-ittestjar skont CEN/TS16516 jew skont metodu ekwivalenti li juri li l-limiti fit-Tabella 6.1 huma ssodisfati. Ir-rapporti tal-ittestjar għandhom jinkludu:

Il-metodu ta' ttestjar użat;

Ir-riżultati tal-ittestjar u l-kalkoli meħtieġa li juru l-limiti fit-Tabella 6.1.

Jekk il-limiti ta' konċentrazzjoni fil-kompartiment speċifikati fit-28 jum ikunu jistgħu jintlaħqu 3 ijiem wara t-tqegħid tal-kampjun fil-kompartiment, jew fi kwalunkwe perjodu ta' żmien ieħor bejn 3 u 27 jum wara t-tqegħid tal-kampjun fil-kompartiment, hemmhekk tista' tiġi ddikjarata konformità mar-rekwiżiti u t-test jista' jitwaqqaf qabel iż-żmien.

Id-dejta mit-testijiet sa 12-il xahar qabel l-applikazzjoni għall-Ekotikketta tal-UE għandha tkun valida għall-prodotti sakemm ma jkunx sar tibdil lill-proċess tal-manifattura jew lill-formulazzjonijiet kimiċi użati li jitqies li jżid l-emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili mill-prodott finali.

Ċertifikat validu minn tikketti rilevanti tal-klima ta' ġewwa jista' jintuża wkoll bħala prova ta' konformità jekk it-tikketta tal-klima ta' ġewwa tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan il-kriterju, u jekk dan jitqies mill-awtorità kompetenti bħala ekwivalenti.

Kriterju 7.   Emissjonijiet ta' formaldeid mill-kisi tal-art u mill-coreboard

Il-kisi tal-art immanifatturat bl-użu ta' coreboards, adeżivi, reżini jew aġenti għall-irfinar b'bażi ta' formaldeid, u jekk intużaw, il-coreboards mhux trattati manifatturati bl-użu ta' adeżivi jew reżini b'bażi tal-formaldeid għandu jkollhom wieħed minn dawn li ġejjin:

emissjonijiet ta' formaldeid li huma inqas minn 50 % tal-valur massimu li jippermettilhom jiġu kklassifikati bħala E1 kif definit fl-Anness B ta' EN 13986+A1 (li japplika għall-kisi tal-art kollha u għall-coreboards mhux MDF/mhux HDF);

emissjonijiet ta' formaldeid li huma inqas minn 65 % tal-E1 kif definit fl-Anness B ta' EN 13986+A1 tal-limitu massimu li japplika għall-coreboards li mhumiex trattati, mhux MDF/mhux HDF;

emissjonijiet ta' formaldeid li huma inqas mil-limiti stabbiliti fl-istandard tal-Fażi II tal-California Air Resources Board (CARB) jew fl-istandard Japanese F-3 star jew F-4 star.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju. Il-valutazzjoni u l-verifika tal-kisi tal-art u tal-coreboards b'emissjonijiet baxxi ta' formaldeid ivarjaw skont l-iskema ta' ċertifikazzjoni tagħhom. Id-dokumentazzjoni ta' verifika meħtieġa għal kull skema hija deskritta fit-Tabella 7.1.

Tabella 7.1.

Id-dokumentazzjoni ta' verifika tal-kisi tal-art b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' formaldeid

Skema ta' ċertifikazzjoni

Valutazzjoni u verifika

E1

(kif definit fl-Anness B ta' EN 13986+A1)

Dikjarazzjoni mill-manifattur u mill-fornitur tal-coreboard, jekk applikabbli, li tgħid li l-kisi tal-art u l-coreboards mhux trattati mhux MDF/mhux HDF huma konformi ma' 50 % ta' E1 kif definit fl-Anness B tal-limiti tal-emissjonijiet ta' EN 13986+A1 (11) jew, fil-każ tal-coreboards mhux trattati tal-MDF/HDF, ma' 65 % ta' E1 kif definit fl-Anness B tal-limiti tal-emissjonijiet ta' EN 13986+A1, sostnuta minn rapporti tat-testijiet li twettqu skont EN 120, EN 717-2 jew EN 717-1 jew b'metodu ekwivalenti.

CARB: Limiti tal-Fażi II

Dikjarazzjoni mill-manifattur u mill-fornitur tal-coreboard, jekk applikabbli, sostnuta minn riżultati ta' testijiet skont l-ASTM E1333 jew l-ASTM D6007, li juru li l-kisi tal-art huwa konformi mal-limiti tal-emissjonijiet ta' formaldeid tal-Fażi II definiti fil-California Composite Wood Products Regulation 93120 (12).

Il-kisi tal-art u l-coreboard jistgħu jingħatw tikketta skont is-Sezzjoni 93120.3(e), li jkun fiha dettalji dwar l-isem tal-manifattur, in-numru tal-lott tal-prodott jew il-lott manifatturat, u n-numru CARB assenjat liċ-ċertifikatur terz (din il-parti mhijiex obbligatorja jekk il-prodotti jinbiegħu barra mill-Kalifornja jew jekk dawn kienu magħmula mingħajr ebda formaldeid miżjud jew bl-użu ta' ċerti reżini abbażi ta' formaldeid b'emissjonijiet ultrabaxxi).

Limiti F-3 star jew F-4 star

Dikjarazzjoni mill-manifattur u mill-fornitur tal-coreboard, jekk applikabbli, tal-konformità mal-limiti tal-emissjonijiet ta' formaldeid skont JIS A 5905 (għall-fajberbord) jew skont JIS A 5908:2003 (għaċ-ċippbord u għall-plajwudd), sotnuta mir-rapporti tat-testijiet skont il-metodu dessikatur JIS A 1460.

Kriterju 8.   Adegwatezza għall-użu

Huma biss ir-rekwiżiti assoċjati mat-tip speċifiku ta' pavimenti li jridu jkunu ssodisfati.

Il-kisi tal-art għandu jiġi ttestjat u kklassifikat skont l-aktar verżjonijiet riċenti tal-istandards u l-indikazzjonijiet inklużi fit-Tabella 8.1.

Tabella 8.1.

Standards għall-ittestjar u l-klassifikazzjoni tal-kisi tal-art

Pavimenti

Metodu tal-ittestjar

Klassifikazzjoni

Folji tal-injam kisi tal-art (13)

EN 1534 għar-Reżistenza għall-indentazzjoni (Resistance to indentation)

EN 13329 għan-Nefħa tal-ħxuna (Thickness swelling)

Metodu ta' ttestjar adegwat għar-reżistenza għall-impatti (14)

Metodu ta' ttestjar adegwat għar-reżistenza għat-tkagħbir bl-użu (14)

ISO 24334 għall-qawwa tal-qbid (Locking strength)

EN ISO 10874 (1)

Pavimenti tal-injam solidu u b'ħafna saffi bil-verniċ tal-fabbrika

Ħxuna tas-saff ta' fuq

Ebusija tal-injam tas-saff tas-superfiċe (2)

EN 685 (2) CTBA

Pavimenti tal-injam u b'ħafna saffi mhux miksija u li ngħataw iż-żejt mill-fabbrika

Madum tal-art tas-sufra

EN 12104

EN ISO 10874

Kisi tal-art tas-sufra

EN 660-1 għall-grupp tat-tkagħbir bl-użu

EN 425 għas-siġġu li jdur

EN 425 għall-moviment simulat tas-saqajn tal-għamara

ISO 24343-1 għall-indentazzjoni residwa (residual indentation)

Kisi tal-art tal-bambù

EN 1534 għar-reżistenza għall-indentazzjoni (resistance to indentation)

EN 13696 għall-ħxuna tas-saff tal-wiċċ jew tas-saff tat-tkagħbir

Pavimenti laminati

EN 13329

EN 14978

EN 15468

EN ISO 10874

Il-kisi tal-art għandu jikseb tal-inqas:

Pavimenti

Limiti

Pavimenti bil-folji tal-injam

il-livell ta' użu tal-klassi 23 għall-pavimenti maħsuba għall-użu privat

il-livell ta' użu tal-klassi 32 għall-pavimenti maħsuba għall-użu kummerċjali.

Pavimenti tal-injam solidu bil-verniċ tal-fabbrika u pavimenti tal-injam b'ħafna saffi

il-livell ta' użu tal-klassi 23 għall-pavimenti maħsuba għall-użu privat u għall-użu kummerċjali

Pavimenti tal-injam u b'ħafna saffi mhux miksija u li ngħataw iż-żejt mill-fabbrika

Madum tal-art tas-sufra

il-livell ta' użu tal-klassi 23 għall-pavimenti maħsuba għall-użu privat

il-livell ta' użu tal-klassi 32 għall-pavimenti maħsuba għall-użu kummerċjali.

Kisi tal-art tas-sufra

Kisi tal-art tal-bambù

Kontenut ta' Ndewwa ta' Ekwilibriju (Equilibrium Moisture Content): 8 % f'20 °C u 50 % ta' umdità relattiva

Reżistenza għall-indentazzjoni (Resistance to Indentation):

≥ 4 kg/mm2 għall-kisi tal-art, plain pressed u side pressed

≥ 9,5 kg/mm2 ta' kisi tal-art b'densità għolja

Pavimenti laminati

il-livell ta' użu tal-klassi 23 għall-pavimenti maħsuba għall-użu privat

il-livell ta' użu tal-klassi 32 għall-pavimenti maħsuba għall-użu kummerċjali.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju. Id-dikjarazzjoni għandha tkun sostnuta minn rapporti tat-testijiet li għandhom jinkludu:

it-tip ta' pavimenti;

il-metodu/i ta' ttestjar magħżul/a;

ir-riżultati tal-ittestjar u l-klassifikazzjoni tal-pavimenti skont ir-riżultati u l-istandards xierqa, jekk applikabbli.

Jekk il-kisi tal-art li ġie ittestjat skont metodu ta' ttestjar ieħor barra minn dak li hu speċifikat hawn fuq, dan jista' jkun aċċettabbli jekk il-metodi ta' ttestjar huma komparabbli fl-opinjoni tal-korp kompetenti.

Kriterju 9.   Reparabbiltà u garanzija estiża

Huma biss ir-rekwiżiti assoċjati mat-tip speċifiku ta' pavimenti li jridu jkunu ssodisfati.

Għall-fini li jwettqu tiswija u sostituzzjoni ta' partijiet imkagħbra, il-kisi tal-art għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

Reparabbiltà: L-informazzjoni għandha tkun inkluża fl-istruzzjonijiet għall-konsumatur jew fuq is-sit web tal-manifattur li jkun aċċessibbli għall-utenti u għall-installaturi.

(a)

Disinn għat-tiswija u dokument tat-tiswija: Fil-każ ta' kisi tal-art li ma jitwaħħalx bil-kolla, il-paviment għandu jkun iddisinjat biex jiġi żarmat bil-għan li jkunu ffaċilitati t-tiswija, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ. Għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet sempliċi u b'illustrazzjonjiet dwar iż-żarmar u s-sostituzzjoni ta' komponenti bi ħsara. L-operazzjonijiet taż-żarmar u tas-sostituzzjoni għandhom ikunu jistgħu jitwettqu bl-użu ta' għodda manwali komuni u bażiċi. Għandhom jingħataw informazzjoni/rakkomandazzjoni dwar iż-żamma fl-istokk ta' komponenti tal-bdil tal-kisi tal-art għal xi tiswija possibbli fil-futur;

Garanzija estiża tal-prodott:

(b)

L-applikant għandu jipprovdi, mingħajr l-ebda spiża addizzjonali, garanzija ta' mill-inqas ħames snin li tkun effettiva mid-data tal-konsenja tal-prodott. Din il-garanzija trid tingħata mingħajr preġudizzju għall-obbligi legali tal-manifattur u tal-bejjiegħ skont il-liġi nazzjonali.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju sostnuta minn:

kopja tad-dokument ta' tiswija jew ta' kwalunkwe materjal ieħor fejn hija pprovduta l-informazzjoni dwar id-disinn għat-tiswija;

kopja tal-garanzija li tindika t-termini u l-kundizzjonijiet tal-garanzija estiża tal-prodott li huma pprovduti fid-dokumentazzjoni bl-informazzjoni għall-konsumatur u li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi stabbiliti f'dan il-kriterju.

Kriterju 10.   Informazzjoni għall-konsumaturi

Il-prodott għandu jinbiegħ b'informazzjoni rilevanti għall-konsumaturi fuq l-imballaġġ jew bi kwalunkwe dokument ieħor li jakkumpanja l-prodott. Huma biss ir-rekwiżiti assoċjati mat-tip speċifiku ta' pavimenti li jridu jkunu ssodisfati.

L-istruzzjonijiet marbuta mal-aspetti li ġejjin għandhom ikunu leġibbli u jiġu pprovduti fil-lingwa tal-pajjiż fejn il-prodott jitqiegħed fis-squ u/jew jinkludu rappreżentazzjoni grafika jew ikoni:

Informazzjoni dwar is-sottogrupp li għalih jappartjeni l-prodott (pavimenti solidi jew b'ħafna saffi, pavimenti tas-sufra, madum tal-art tas-sufra, pavimenti tal-bambù, pavimenti laminati, eċċ.), l-ammont ta' materjal tal-injam, tas-sufra u tal-bambù fil-prodott finali f'perċentwal tal-piż u jekk trattament tas-superfiċe għadu meħtieġ fil-post tal-utent.

Rakkomandazzjonijiet għall-installazzjoni: L-istruzzjonijiet rilevanti kollha b'referenza għall-aqwa prattiki ambjentali tal-installazzjoni għandhom jiġu inklużi:

fejn huwa possibbli hija rakkomandata installazzjoni li żżomm fil-wiċċ. Għandha ssir referenza għall-preparazzjoni meħtieġa tas-superfiċe sottostanti u l-materjali awżiljari meħtieġa;

jekk tkun irrakkomandata installazzjoni mwaħħla mal-art minħabba l-possibbiltà li ddum sservi iktar, qed jiġi rrakkomandat l-użu ta' adeżiv/kolla ċċertifikati b'Ekotikketta tat-Tip I jew għandu jiġi inkluż adeżiv ta' emissjoni baxxa b'EMICODE EC1 jew ekwivalenti;

struzzjonijiet ta' assemblaġġ u żarmar bl-istampi skont ir-rekwiżiti tal-kriterju 9(a). (jekk applikabbli).

Rakkomandazzjoni għat-trattament tas-superfiċe għall-kisi tal-art u għall-pavimenti li jeħtieġu d-dlik biż-żejt tas-superfiċe:

informazzjoni rilevanti dwar it-tip u l-kwantità ta' prodotti meħtieġa (eż. żejt jew verniċ) sabiex tinkiseb id-durabbiltà intenzjonata;

informazzjoni rilevanti dwar il-kisi ta' pavimenti, bi prodotti ta' kisi b'emissjonijiet baxxi skont id-Direttiva 2004/42/KE;

informazzjoni dwar kif il-ħajja operattiva tal-pavimenti tista' tiġi estiża permezz tar-rinnovazzjoni eż. xkatlar u trattamenti tas-superfiċe.

Rakkomandazzjonijiet dwar l-użu, it-tindif u l-manutenzjoni tal-prodott:

għandha tiġi inkluża informazzjoni rilevanti għat-tindif ta' rutina jekk tkun tapplika għat-tip ta' kisi tal-art, b'indikazzjoni tal-prodotti tat-tindif b'ekotikketta tat-Tip I;

struzzjonijiet ta' manutenzjoni, inkluż il-manutenzjoni tal-prodotti, u prodotti għar-rinnovazzjoni jew tat-tindif intensiv. Jekk possibbli, għandhom jiġu rrakkomandati prodotti ta' manutenzjoni b'ekotikketta tat-Tip I;

dikjarazzjoni ċara dwar l-erjas ta' użu tal-pavimenti u dikjarazzjoni ta' konformità mal-istandards EN rilevanti għall-prodott imsemmi fil-kriterju 8.

Informazzjoni dwar it-tiswija:

dikjarazzjoni ċara li tirrakkomanda l-provvista tal-parts tal-bdil skont ir-rekwiżiti tal-kriterju 9(a);

informazzjoni rilevanti dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-garanzija tal-prodott skont ir-rekwiżiti tal-kriterju 9(b).

Informazzjoni relatata mat-tmiem tal-ħajja tal-prodott:

Il-konsumatur għandu jingħata deskrizzjoni dettaljata dwar l-aħjar modi għar-rimi tal-prodott (jiġifieri l-użu mill-ġdid, ir-riċiklar, l-irkupru, eċċ.), u dawn għandhom jingħataw grad skont l-impatt tagħhom fuq l-ambjent.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju sostnut minn kopja tad-dokument ta' informazzjoni għall-konsumatur li jrid jiġi pprovdut mal-prodott. Il-kopja għandha turi l-konformità ma' kull punt imniżżel fil-kriterju, kif xieraq.

Kriterju 11.   Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Il-logo għandu jkun viżibbli u leġibbli. Ir-reġistrazzjoni/numru tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jidhru fuq il-prodott u għandhom ikunu leġibbli u viżibbli b'mod ċar.

It-tikketta fakultattiva b'kaxxa għall-kitba għandha tinkludi dan it-test:

Materjal tal-injam, tas-sufra, tal-bambù minn foresti ġestiti b'mod sostenibbli

Konsum aktar baxx tal-enerġija għall-manifattura

Prodott b'emissjonijiet baxxi.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju, sostnuta minn kopja tal-informazzjoni għall-konsumatur li tidher fuq l-ekotikketta tal-UE.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(2)  L-isem kummerċjali tfisser l-ismijiet kollha li bihom hija kummerċjalizzata s-sustanza fis-suq tal-Unjoni.

(3)  Parti komponenti tfisser kull saff li minnu jikkonsisti l-kisi tal-art, li l-materjal, il-forma u l-għamla tiegħu jipprovdu funzjoni speċifika. Din tinkludi, pereżempju, is-saff ta' protezzjoni kontra t-tkagħbir bl-użu jew il-grif, is-saff tad-disinn jew tal-folja tal-injam, is-saff tas-substrat jew ta' stabbiltà u s-saff ta' rinforz.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(5)  ECHA, Lista ta' Kandidati ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna għall-Awtorizzazzjoni, http://www.echa.europa.eu/candidate-list-table

(6)  Ir-reġistru CAS: https://www.cas.org/content/chemical-substances

(7)  L-inventarju tal-KE: http://echa.europa.eu/information-on-chemicals/ec-inventory

(8)  ECHA, bażi tad-dejta dwar sustanzi reġistrati ta' REACH: http://www.echa.europa.eu/information-on-chemicals/registered-substances

(9)  ECHA, Kooperazzjoni ma' aġenziji regolatorji pari, http://echa.europa.eu/mt/about-us/partners-and-networks/international-cooperation/cooperation-with-peer-regulatory-agencies

(10)  “EPF Standard for delivery conditions of recycled wood”, Ottubru 2002 fuq: http://www.europanels.org/upload/EPF-Standard-for-recycled-wood-use.pdf

(d)  It-test fil-kompartiment tal-ittestjar għandu jsir 28 jum wara t-tmiem tat-trattament tas-superfiċe. Sa dan il-punt il-prodott li għandu jiġi ttestjat jinħażen f'pakkett issiġillat fis-sit tal-produzzjoni u hekk jintbagħat lil-laboratorju tal-ittestjar.

(11)  Ir-rekwiżiti japplikaw ukoll għall-kisi tal-art b'kontenut ta' ndewwa ta' H = 6,5 %.

(12)  Regulation 93120 “Airborne toxic control measure to reduce formaldehyde emissions from composite wood products” California Code of Regulations.

(13)  Il-kisi tal-art bil-folji tal-injam tfisser kisi tal-art riġidu li jikkonsistu f'substrat magħmul minn panewijiet b'bażi tal-injam, bis-saff ta' fuq tal-folja tal-injam u possibbilment b'rinforz.

(14)  Għall-finijiet tal-konformità, il-qisien u l-kalkoli għandhom isiru bl-użu ta' metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli li jqisu l-metodi ġeneralment rikonoxxuti u l-aktar moderni ta' kejl u ta' ttestjar, inklużi l-istandards armonizzati li r-referenza tagħhom hija ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jissodisfaw id-definizzjonijiet, il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi kif deskritti fil-Criteria User Manual.

(1)  Fejn xieraq, il-metodu ta' ttestjar użat biex ikejjel ir-reżistenza għall-grif għandu jiġi ddikjarat kif ukoll il-ħxuna tas-saff tal-wiċċ.

(2)  Klassifikazzjoni ta' speċijiet ta' injam rigward l-ebusija tal-injam u l-korrelazzjonijiet bejn il-klassijiet tal-użu f'EN 685 u l-ħxuna tas-saff protettiv ta' fuq u l-ispeċi tal-injam jistgħu jinsabu f'CTBA Revetements interiors Parquet 71.01.

APPENDIĊI I

Gwida dwar il-kalkolu tal-kwantità ta' kompost organiku volatili applikat

Ir-rekwiżit tirrigwarda l-komposti organiċi volatili totali fi prodotti għat-trattament tas-superfiċe mal-kompożizzjoni kimika li għandhom f'forma mxarrba. Jekk il-prodotti jeħtieġu dilwizzjonijiet, il-kalkolu għandu jiġi bbażat fuq il-kontenut tal-prodott dilwittiv.

Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-metodu ta' applikazzjoni li jikkalkula l-kwantitajiet applikati għal kull m2 tal-erja tas-superfiċe. Dan jiddetermina l-kontenut ta' solventi organiċi bħala perċentwal tal-kwantità tat-trattament tas-superfiċe applikat.

Il-kwantità applikata ta' komposti organiċi volatili hija kkalkulata bil-formula li ġejja:

Formula

Il-formula tikkonsisti fi:

Il-kwantità ta' prodott għat-trattament tas-superfiċe: għal kull kisja applikata, l-ammont tat-trattament tas-superfiċe li jidħol fis-sitema għandu jiġi rrapportat f'g/m2;

Il-proporzjon ta' komposti organiku volatili fi prodotti għat-trattament tas-superfiċe: il-konċentrazzjoni għandha tiġi ddikjarata bħala perċentwal skont il-piż;

L-effiċjenza tat-trattament tas-superfiċe tiddependi fuq il-metodu ta' applikazzjoni. L-effiċjenza tinsab f'tabella skont l-ogħla livell ta' żvilupp tal-industrija tat-trattament tas-superfiċe kif muri fit-Tabella 4.2;

Is-somma tal-kisjiet kollha applikati.

Tabella 4.2.

Effiċjenza tat-trattamenti tas-superfiċe

Trattament tas-superfiċe:

Effiċjenza (%)

Trattament tas-superfiċe:

Effiċjenza (%)

Applikazzjoni awtomatika bl-isprej, l-ebda riċiklar

50

Kisi bir-romblu

95

Applikazzjoni awtomatika bl-isprej u bir-riċiklar

70

Curtain coating

95

Applikazzjoni bl-isprej, elettrostatika

65

Kisi bil-vakwu

95

Applikazzjoni tal-isprej, qampina/diska

80

 

 

APPENDIĊI II

Gwida dwar il-kalkolu tal-konsum tal-enerġija fil-proċess tal-produzzjoni

Il-konsum tal-enerġija għal kull m2 ta' pavimenti huwa kkalkolat bħala medja aritmetika annwali għall-aħħar tliet snin. Jekk il-kumpanija ma jkollhiex din id-dejta, il-korpi kompetenti se jivvalutaw l-aċċettazzjoni ta' dejta ekwivalenti.

jekk il-produttur għandu surplus tal-enerġija li tinbiegħ bħala elettriku, fwar jew sħana, il-kwantità li tinbiegħ tista' titnaqqas mill-konsum tal-fjuwil. Huwa biss il-fjuwil li fil-fatt huwa kkunsmat fil-produzzjoni tal-kisi tal-art li jrid jiġi inkluż fil-kalkolu.

Il-konsum tal-enerġija huwa rrappurtat f'kWh/m2, għalkemm il-kalkoli jistgħu wkoll isiru f'MJ/m2 (1 kWh = 3,6 MJ).

Fejn il-kontenut ta' enerġija tal-fjuwils huwa kkalkulat fuq il-bażi tat-Tabella 5.2. Jekk l-enerġija elettrika hija prodotta fuq il-post, wieħed mill-metodi li ġejjin jista' jintuża għall-kalkolu tal-konsum ta' fjuwil:

Il-konsum annwali reali ta' fjuwil;

Il-konsum ta' elettriku prodott fuq il-post, immultiplikat b'2,5, jekk l-oriġini hija sors rinnovabbli li ma jaqbadx.

Il-valuri tal-konsum tal-enerġija għandu jiġi kkalkulat permezz tal-valuri standard tal-fjuwil. Il-kontenuti tal-enerġija tad-diversi fjuwils huma mogħtia fit-Tabella 5.2.

Tabella 5.2.

Valuri standard tal-fjuwil  (1)

Fjuwil

MJ/kg

Fjuwil

MJ/kg

Petrol

44,0

Griebeb (7 % W)

16,8

Diżil

 

Pit

7,8-13,8

LPG

45,2

Tiben (15 % W)

 

Żejt Eo1

42,3

Bijogass

 

Żejt Eo5

44,0

Laqx tal-injam (25 % W)

13,8

Gass naturali

47,2

Skart tal-injam

 

Impjant tal-enerġija mill-faħam

28,5

GJ/tunnellata hija ekwivalenti għal MJ/kg

Il-formula għall-kalkolu tal-kontenut tal-enerġija tal-laqx tal-injam tiddependi fuq il-kontenut tal-ilma. L-enerġija hija meħtieġa biex jevapora l-ilma mill-injam. Din l-enerġija tnaqqas il-valur ta' sħana tal-laqx tal-injam. Il-kontenut ta' enerġija jista' jiġi kkalkolat bħala:

Formula

Il-fattur 21,442 huwa s-somma tas-sħana tal-ilma ta' evaporazzjoni (2,442MJ/kg) u l-kontenut ta' enerġija ta' injam niexef 19,0 MJ/kg. Jekk l-applikant ikollu l-analiżijiet tal-laboratorju tal-valur tas-sħana tal-fjuwil, il-korpi kompetenti jistgħu jqisu li jużaw dan il-valur tas-sħana għall-kalkolu tal-kontenut tal-enerġija.


(1)  Il-valuri huma stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(% W) huwa l-perċentwal skont il-piż tal-ilma fil-fjuwil u jingħata l-ittra f fil-formuli ta' hawn taħt. Jekk xejn aktar ma jkun indikat, f = 0 % W u l-kontenut ta' rmied huwa l-medja.

APPENDIĊI III

Lista ta' standards u speċifikazzjonijiet tekniċi oħra

Tabella III.1.

Lista ta' standards u speċifikazzjonijiet tekniċi oħra

Standard

Titlu

Definizzjonijiet ta' kisi tal-art

EN 12466

Kisi tal-art reżiljenti — Vokabolarju

EN 13329

Pavimenti laminati. Speċifikazzjonijiet, rekwiżiti u metodi ta' ttestjar

ISO 14021

Tikketti u dikjarazzjonijiet ambjentali — Tabliet ambjentali awtodikjarati (Tikkettar ambjentali tat-Tip II)

Emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili

CEN/TS 16516

Prodotti tal-kostruzzjoni — Valutazzjoni u rilaxx ta' sustanzi perikolużi — Determinazzjoni ta' emissjonijiet fl-arja ta' ġewwa

EN 717-1

Pannelli bbażati fuq l-injam — Determinazzjoni tar-Rilaxx tal-Formaldeid — Emissjoni tal-Formaldeid skont il-metodu tal-kamra

EN 717-2

Pannelli bbażati fuq l-injam — Determinazzjoni tar-Rilaxx tal-Formaldeid — Emissjoni tal-Formaldeid skont il-metodu tal-analiżi tal-gass

EN 120

Pannelli bbażati fuq l-injam — Determinazzjoni tal-kontenut tal-Formaldeid — Metodu ta' estrazzjoni magħruf bħala l-metodu perforatur

EMICODE

http://www.emicode.com/en/emicode-r/

Materja prima

EPF

“EPF Standard for delivery conditions of recycled wood”, Ottubru 2002. http://www.europanels.org/upload/EPF-Standard-for-recycled-wood-use.pdf

EN 1243

Adeżivi. Determinazzjoni tal-formaldeid liberu fil-kondensati tal-amino u l-amidoformaldeid

ISO 8214-6

Sikurezza tal-ġugarelli — parti 6: Ċerti esteri tal-ftalati fil-ġugarelli u l-prodotti tat-tfal

Adegwatezza għall-użu

EN 425

Pavimenti tal-art reżiljenti u laminati. Test tal-Castor chair

EN 660-1

Kisi tal-art reżiljenti. Determinazzjoni tar-reżistenza għat-tkagħbir. Test Stuttgart

EN 685

Pavimenti tal-art reżiljenti, tat-tessut u laminati. Klassifikazzjoni

EN 1534

Pavimentar tal-injam u tal-parket — determinazzjoni tar-reżistenza għall-għafis (Brinell) — metodu ta' ttestjar.

EN ISO 10874

Pavimenti tal-art reżiljenti, tat-tessut u laminati — Klassifikazzjoni

EN 12104

Kisi tal-art reżiljenti. Madum tal-art tas-sufra. Speċifikazzjoni

EN 13329

Pavimenti tal-art laminati. Speċifikazzjonijiet, rekwiżiti u metodi ta' ttestjar

EN 13696

Pavimentar tal-injam — Metodi ta' ttestjar għad-determinazzjoni tal-elastiċità u r-reżistenza għat-tkagħbir u r-reżistenza għall-impatt

EN 14978

Pavimenti tal-art laminati — Elementi b'saff tas-superfiċe bbażat fuq l-akriliku — Speċifikazzjonijiet, rekwiżiti u metodi ta' ttestjar

EN 15468

Pavimenti tal-art laminati — Elementi bi stampar applikat dirett u saff tas-superfiċe tar-reżina. Speċifikazzjonijiet, rekwiżiti u metodi ta' ttestjar

ISO 24343-1

Pavimenti tal-art reżiljenti u laminati — Determinazzjoni tal-indentazzjoni u t-tgħafis residwu — Parti 1: Indentazzjoni residwa


Top