EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0184

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/184 tal-11 ta' Frar 2016 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le

OJ L 37, 12.2.2016, p. 56–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/07/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/184/oj

12.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/56


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/184

tal-11 ta' Frar 2016

li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Il-miżuri eżistenti

(1)

Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 (2), (“ir-Regolament oriġinali”), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv ta' 11,5 % fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin jew pannelli u ċelloli tat-tip użat f'moduli jew f'pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ” jew “iċ-Ċina”) għall-kumpaniji l-oħrajn kollha ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 1(2) u fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. Dawn il-miżuri minn issa 'l quddiem se jissejħu “l-miżuri fis-seħħ” u l-investigazzjoni li wasslet biex jiġu imposti l-miżuri mir-Regolament oriġinali minn issa 'l quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”.

1.2.   Bidu wara talba

(2)

Fil-15 ta' April 2015, produttur tal-Unjoni ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin jew pannelli u ċelloli tat-tip użat f'moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin ippreżenta talba li tindika li l-miżuri antidumping u kompensatorji fuq l-importazzjonijiet ta' moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ċelloli tat-tip użat f'moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin mir-RPĊ qegħdin jiġu evitati permezz tal-Malasja u t-Tajwan.

(3)

It-talba pprovdiet evidenza prima facie li, wara l-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ, seħħet bidla sinifikanti fit-tendenza tal-kummerċ li kienet tinvolvi l-esportazzjonijiet mir-RPĊ, mill-Malasja u mit-Tajwan lejn l-Unjoni, u dan kien donnu riżultat tal-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ. Allegatament kien hemm użu insuffiċjenti mingħajr raġuni jew ġustifikazzjoni oħra għajr l-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ għal din il-bidla.

(4)

Barra minn hekk, l-evidenza enfasizzat il-fatt li l-effetti ta' rimedju tal-miżuri fis-seħħ kienu qed jiġu mhedda kemm f'termini ta' kwantità kif ukoll ta' prezz. L-evidenza wriet li ż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Malasja u mit-Tajwan saru bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz li ma jikkawżax dannu stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali.

(5)

Fl-aħħar nett, kien hemm evidenza prima facie li moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju u ċelloli tat-tip użat f'moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin li joriġinaw mir-RPĊ iżda konsenjati mill-Malasja u t-Tajwan għadhom qed ikunu sussidjati.

(6)

Hekk kif iddeterminat, wara li ġew infurmati l-Istati Membri, li hemm bizzejjed evidenza prima facie għall-bidu ta' investigazzjoni skont l-Artikolu 23 tar-Regolament baziku, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/832 (3) (“ir-Regolament ta' tnedija”). Skont l-Artikoli 23(4) u 24(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, skont ir-Regolament ta' tnedija ta' investigazzjoni, ordnat ukoll lill-awtoritajiet tad-dwana biex jiddokumentaw l-importazzjonijiet tal-moduli jew il-pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ċelloli tat-tip użat f'moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin konsenjati mill-Malasja u t-Tajwan. Talba biex tintemm ir-reġistrazzjoni taċ-ċelloli solari mit-Tajwan, li saret mill-applikant fit-13 ta' Lulju 2015, kienet diskussa f'seduta mal-Uffiċjal ta' Smigħ f'Proċedimenti Kummerċjali fl-1 ta' Ottubru 2015 u ġiet miċħuda.

1.3.   L-investigazzjoni

(7)

Il-Kummissjoni avżat bil-ftuħ tal-investigazzjoni lill-awtoritajiet tar-RPĊ, tal-Malasja u tat-Tajwan, lill-produtturi esportaturi u lin-negozjanti f'dawk il-pajjiżi, lill-importaturi fl-Unjoni magħrufin li huma kkonċernati u lill-industrija tal-Unjoni. Intbagħtu kwestjonarji lill-produtturi/esportaturi fir-RPĊ, fil-Malasja u fit-Tajwan li taf bihom il-Kummissjoni jew li preżentaw lilhom infushom qabel l-iskadenzi stabbiliti fil-premessa (15) tar-Regolament li jagħti bidu. Il-kwestjonarji ntbagħtu wkoll lill-importaturi fl-Unjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ skont iż-żmien stipulat fir-Regolament li jagħti bidu.

(8)

Erbatax-il kumpanija mill-Malasja; 28 grupp ta' kumpaniji jew kumpaniji mit-Tajwan; disa' kumpaniji mir-RPĊ; 25 kumpanija tal-Unjoni, inklużi l-industrija tal-Unjoni, l-importaturi mhux relatati u istallaturi u ħames assoċjazzjonijiet tal-industrija u tal-utenti ppreżentaw lilhom infushom.

(9)

Erbatax-il kumpanija ppreżentaw lilhom infushom, li minnhom disa' bagħtu tweġiba għall-kwestjonarju u talbu eżenzjoni possibbli mill-miżuri estiżi skont l-Artikolu 23(6) tar-Regolament bażiku. Malaysian Solar Resources bagħtet tweġiba li kienet wisq mhux kompluta biex il-Kummissjoni tkun tista' tinvestiga b'mod adegwat. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din it-talba. Ħames kumpaniji Malasjani W&K Solar (M) Sdn. Bhd., Solexel (M) Sdn. Bhd., Solartif Sdn Bhd, Jinko Solar Technology Sdn. Bhd. u PV Hi Tech Solar Sdn. Bhd. infurmaw lill-Kummissjoni li huma ma bigħux il-prodott investigat lejn l-Unjoni u ma kellhomx l-intenzjoni li jimlew il-kwestjonarju. Xi wħud minn dawn il-kumpaniji kienu fil-fażi tal-bidu.

(10)

Tmienja u għoxrin kumpanija fit-Tajwan ippreżentaw lilhom infushom. SunEdge Technology infurmaw lill-Kummissjoni li huma ma bigħux il-prodott investigat lejn l-Unjoni. Għalhekk, it-talba tagħhom saret mingħajr skop, u ġiet miċħuda. Mosel Vitelic Inc. infurmat lill-Kummissjoni li hija temmet il-produzzjoni f'Ġunju 2015; għalhekk hi ma baqgħetx titlob eżenzjoni. Is-26 kumpanija li għad baqa' bagħtu tweġiba għall-kwestjonarju u talbu eżenzjoni mill-possibbiltà li l-miżuri jiġu estiżi skont l-Artikolu 23(6) tar-Regolament bażiku. Tliet kumpaniji iSolar Energy Technology Co. Ltd, IST Energy Co. Ltd u DS Technology Co. Ltd irrappurtaw fit-tweġiba tagħhom għall-kwestjonarju li ma għandhomx produzzjoni tagħhom stess. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li dawn il-kumpaniji ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet biex ikunu eliġibbli għal eżenzjoni, u ċaħdet it-talbiet tagħhom. Ma sarux żjarat ta' verifika lill-kumpaniji li ġew meqjusa li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet biex ikunu eliġibbli għal eżenzjoni, jew li t-talba tagħha ġiet miċħuda. Għalhekk il-Kummissjoni għamlet żjarat ta' verifika fil-bini ta' 23 grupp ta' kumpaniji jew kumpaniji.

(11)

Ma ġiet sottomessal-ebda tweġiba għall-kwestjonarju minn importaturi mhux relatati fl-Unjoni. Tliet produtturi esportaturi Ċiniżi mhux relatati ma' produtturi Tajwaniżi jew Malasjani pprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju u tliet produtturi esportaturi Ċiniżi relatati pprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju wkoll. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet 14-il sottomissjoni mill-partijiet interessati.

(12)

Il-gruppi ta' kumpaniji li ġejjin mill-Malasja u mit-Tajwan bagħtu tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarji u sussegwentement saru żjarat ta' verifika fil-bini tagħhom.

 

Produtturi esportaturi fil-Malasja:

AUO — SunPower Sdn. Bhd.

Eco Future Manufacturer Industry (M) Sdn. Bhd.

Flextronics Shah Alam Sdn. Bhd. (Flextronics manifattur b'kuntratt, il-Kummissjoni vverifikat ukoll il-kumpanija OEM SunEdison Products Singapore Pte Ltd)

Hanwha Q CELLS Malaysia Sdn. Bhd.

Panasonic Energy Malaysia Sdn. Bhd.

Promelight Technology (Malasja) Sdn. Bhd.

Sun M Energy Sdn. Bhd.

TS Solartech Sdn. Bhd.

 

Produtturi esportaturi fit-Tajwan:

AblyTek Co., Ltd.

ANJI Technology Co., Ltd.

AU Optronics Corporation

Big Sun Energy Technology Inc.

EEPV Corp.

E-TON Solar Tech. Co., Ltd. (il-verifika ta' din il-kumpanija nkludiet ukoll Gloria Solar)

Gintech Energy Corporation

Gintung Energy Corporation

Inventec Energy Corporation

Inventec Solar Energy Corporation

LOF Solar Corp.

Ming Hwei Energy Co., Ltd.

Motech Industries, Inc.

Neo Solar Power Corporation

Perfect Source Technology Corp.

Ritek Corporation

Sino-American Silicon Products Inc.

Solartech Energy Corp.

Sunengine Corporation Ltd.

Topcell Solar International Co., Ltd.

TSEC Corporation

Universal Hardware Corporation

Win Win Precision Technology Co., Ltd.

1.4.   Il-perjodu tal-investigazzjoni

(13)

Il-perjodu ta' investigazzjoni kopra l-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-31 ta' Marzu 2015 (il-Perjodu tal-investigazzjoni — PI). Matul il-PI inġabret dejta biex tkun investigata, fost l-oħrajn, il-bidla fit-tendenza tal-kummerċ. Għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' April 2014 u l-31 ta' Marzu 2015 (il-perjodu ta' rapportar jew “il-PR”) inġabret dejta aktar dettaljata sabiex tiġi eżaminata l-possibbiltà ta' mminar tal-effett rimedjali tal-miżuri fis-seħħ u l-eżistenza ta' sussidjar.

2.   IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

2.1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

(14)

Skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta' ċirkomvenzjoni saret billi ġie analizzat b'mod suċċessiv jekk kienx hemm tibdil fit-tendenza tal-kummerċ bejn dik tal-pajjiżi terzi u dik tal-Unjoni; jekk din il-bidla nibtitx minn xi prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma kienx hemm raġuni jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju; jekk kienx hemm evidenza ta' dannu jew jekk l-effetti rimedjali tad-dazju kinux qed jiġu mhedda f'termini ta' prezzijiet u/jew ta' kwantitajiet tal-prodott simili u jekk il-prodott simili importat u/jew il-partijiet tiegħu għadhomx jibbenefikaw mis-sussidju.

2.2.   Il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili

(15)

Il-prodott ikkonċernat miċ-ċirkomvenzjoni possibbli huwa l-moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ċelloli tat-tip użat f'moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin (iċ-ċelloli għandhom ħxuna li ma taqbiżx l-400 mikrometru), li bħalissa jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 8501 31 00, ex 8501 32 00, ex 8501 33 00, ex 8501 34 00, ex 8501 61 20, ex 8501 61 80, ex 8501 62 00, ex 8501 63 00, ex 8501 64 00 u ex 8541 40 90 u li joriġinaw fi jew li huma kkunsenjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, sakemm ma jkunux fi transitu fis-sens tal-Artikolu V tal-GATT (“il-prodott ikkonċernat”).

(16)

It-tipi ta' prodotti li ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat:

ċarġers solari li jikkonsistu f'inqas minn sitt ċelloli, huma portabbli u jfornu elettriku lil apparati jew jiċċarġjaw batteriji,

prodotti fotovoltajċi b'rita rqiqa,

prodotti fotovoltajċi tas-siliċju kristallin li huma integrati b'mod permanenti fi prodotti elettriċi, fejn il-funzjoni tal-prodotti elettriċi hija differenti mill-ġenerazzjoni tal-enerġija, u fejn dawn il-prodotti elettriċi jikkunsmaw l-elettriku ġġenerat miċ-ċellola/i fotovoltajka/ċi integrata/i tas-siliċju kristallin,

moduli jew pannelli b'output ta' vultaġġ li ma jaqbiżx 50 V DC u output ta' potenza li ma jaqbiżx 50 W unikament għal użu dirett bħala ċarġers tal-batteriji f'sistemi bl-istess karatteristiċi ta' vultaġġ u potenza.

(17)

Il-prodott li qed jiġi investigat huwa l-istess bħall-“prodott konċernat” definit fil-premessi preċedenti, iżda kkunsinjat mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarat bħala li joriġina fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le.

(18)

L-investigazzjoni wriet li l-moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ċelloli tat-tip użat fil-moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin, kif definiti hawn fuq, esportati lejn l-Unjoni mir-RPĊ u dawk ikkonsenjati lill-Unjoni mill-Malasja u t-Tajwan għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użu, u għalhekk għandhom jitqiesu bħala prodotti simili skont l-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

(19)

It-termini pannelli solari u moduli solari jintużaw b'mod interkambjabbli mill-industrija u għandhom l-istess tifsira, jiġifieri sett ta' ċelloli solari laminati flimkien (ħafna drabi 60 u 72) imfassla sabiex jassorbu d-dawl tax-xemx bħala sors ta' enerġija għall-ġenerazzjoni tal-elettriku. It-terminu solari u fotovoltajku jintużaw ukoll b'mod interkambjabbli mill-industrija u b'referenza għal ċelloli u moduli solari għandhom l-istess tifsira, jiġifieri konverżjoni tal-enerġija solari f'elettriku. Moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ċelloli tat-tip użat f'moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin minn issa 'l quddiem jissejħu “ċelloli u moduli solari”.

2.3.   Ir-riżultati tal-investigazzjoni li tikkonċerna r-RPĊ

(20)

Kien hemm livell baxx ta' kooperazzjoni mill-produtturi/esportaturi fir-RPĊ: b'sitt esportaturi/produtturi biss li wieġbu għall-kwestjonarju. Għalhekk, abbażi tal-informazzjoni mressqa mill-partijiet li kkoperaw, xejn ma seta' jiġi stabbilit b'mod ċar fir-rigward tal-volumi ta' esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ.

(21)

Minħabba dan t'hawn fuq, is-sejbiet fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta' ċelloli u moduli solari mir-RPĊ lejn l-Unjoni, il-Malasja u t-Tajwan kellhom isiru wkoll fuq il-bażi tad-dejta COMEXT (4); id-dejta rrappurtata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar il-kummerċ tal-importazzjoni ta' prodotti soġġetti għal investigazzjoni u għal miżuri skont l-Artikolu 24(6) tar-Regolament bażiku (“il-bażi tad-dejta tal-Artikolu 24(6)”); l-istatistika nazzjonali u l-informazzjoni Ċiniża, Malasjana u Tajwaniża sottomessi fit-talba (5).

(22)

Il-volum ta' importazzjonijiet rreġistrati fl-istatistika Malasjana, Tajwaniża u Ċiniża kopra grupp akbar ta' prodotti mill-prodott ikkonċernat jew il-prodott investigat (6). Madankollu, fuq il-bażi tad-dejta tal-COMEXT u tad-dejta verifikata dwar il-produtturi Ċiniżi u dawk Malasjani u Tajwaniżi ta' ċelloli u moduli solari u t-talba, seta' jiġi stabbilit li parti sinifikanti minn dan il-volum tal-importazzjoni kopra l-prodott ikkonċernat (7). Għaldaqstant, din id-dejta setgħet tintuża biex tiġi stabbilita kwalunkwe bidla fit-tendenza tal-kummerċ u setgħet tiġi kontroverifikata ma' dejta oħra bħal dik ipprovduta mill-produtturi esportaturi u importaturi li kkooperaw.

2.3.1.   Bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn ir-RPĊ u l-UE

(23)

It-tabella 1 turi l-volum ta' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lejn l-Unjoni minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ:

Tabella 1

L-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta'investigazzjoni; unità: megawatt (MW)

 

2012

2013

2014

Perjodu tar-Rappurtar (PR)

Ir-Rata tat-Tkabbir 2012 — PR

Importazzjonijiet mir-RPĊ

11 119

5 584

3 443

3 801

– 66 %

Sehem tal-importazzjonijiet totali

71 %

54 %

43 %

46 %

– 35 %

Importazzjonijiet Totali

15 740

10 300

8 067

8 325

– 47 %

Sors: COMEXT

(24)

L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lejn l-Unjoni naqsu b'mod sinifikanti b'66 %. Billi t-tnaqqis fl-importazzjonijiet mir-RPĊ kien ogħla mit-tnaqqis fl-importazzjonijiet totali tal-Unjoni, is-sehem tal-importazzjonijiet Ċiniżi waqa' b'35 %.

2.4.   Ir-riżultati tal-investigazzjoni f'Malasja

2.4.1.   Grad ta' kooperazzjoni u determinazzjoni tal-volumi tal-kummerċ f'Malasja

(25)

Kif intqal fil-premessa (9), tmien produtturi esportaturi fil-Malasja kkooperaw billi ppreżentaw tweġibiet bi kwestjonarju mimli. Fil-każ ta' tliet kumpaniji Malasjani li kkoperaw, instab li l-applikazzjoni tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku kienet ġustifikata għar-raġunijiet spjegati hawn isfel fil-premessi minn (84) u ta' wara.

(26)

Il-produtturi esportaturi Malasjani li kkooperaw koprew 57 % tal-esportazzjonijiet totali fil-Malasja lejn l-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat fil-PR, kif irrappurtat fil-COMEXT.

2.4.2.   Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ fil-Malasja

L-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni mill-Malasja lejn l-Unjoni

(27)

It-Tabella 2 turi l-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-Malasja lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni:

It-Tabella 2

L-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-Malasja lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni; unità: megawatt (MW)

 

2012

2013

2014

Perjodu tar-Rappurtar (PR)

Ir-Rata tat-Tkabbir 2012 — PR

Importazzjonijiet mill-Malasja

466

495

1 561

1 610

245 %

Sehem tal-importazzjonijiet totali

3 %

5 %

19 %

19 %

553 %

Importazzjonijiet Totali

15 740

10 300

8 067

8 325

– 47 %

Sors: COMEXT u t-talba

(28)

Filwaqt li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lejn l-Unjoni naqsu kif muri fil-premessa (24), it-total tal-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-Malasja lejn l-Unjoni żdiedu b'mod sinifikanti bi + 245 %. Iż-żieda kienet partikolarment qawwija wara l-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ fl-2013. Peress li l-importazzjonijiet totali naqsu b'mod sostanzjali minħabba tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, is-sehem tal-importazzjonijiet Malasjani mit-totali ta' importazzjonijiet lejn l-Unjoni żdied saħansitra aktar (+ 553 %) meta mqabbel maż-żieda ta' importazzjonijiet.

(29)

Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn il-Malasja u l-Unjoni saret aktar sinifikanti għal moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin (“moduli”) jekk ikunu analizzati separatament miċ-ċelloli tat-tip użat fil-moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin (“ċelloli”).

(30)

Il-volum tal-importazzjonijiet tal-moduli mill-Malasja żdied minn 108 MW fl-2012 għal 1 036 MW fil-PR (+ 860 %). Minħabba tnaqqis fl-importazzjonijiet totali, is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet tal-moduli mill-Malasja lejn l-Unjoni żdied minn 1 % fl-2012 għal 17 % fil-PR (+ 1 793 %).

(31)

L-importazzjonijiet ta' ċelloli mill-Malasja żdiedu ħafna inqas mill-moduli — minn 358 MW fl-2012 għal 573 MW fil-PR (+ 60 %). Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet ta' ċelloli mill-Malasja lejn l-Unjoni żdied minn 10 % fl-2012 għal 27 % fil-PR (+ 165 %).

(32)

Id-dejta ta' hawn fuq turi li, minn mindu saret l-investigazzjoni oriġinali li kienet imnedija fl-2012 u l-miżuri fis-seħħ kienu imposti fl-2013, l-importazzjonijiet ta' ċelloli u moduli solari mill-Malasja sa ċertu punt ħadu post l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lejn l-Unjoni.

L-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn il-Malasja

(33)

Biex tiġi stabbilita x-xejra tal-fluss kummerċjali ta' ċelloli u moduli solari miċ-Ċina lejn il-Malasja, ġiet użata statistika Malasjana u Ċiniża kif ukoll dejta mit-talba (8). Kemm l-istatistika Ċiniża u dik Malasjana, hija disponibbli biss fuq livell ta' grupp ta' prodott ogħla mill-prodott ikkonċernat (9). Madankollu, fuq il-bażi tad-dejta tal-COMEXT u tad-dejta verifikata dwar il-produtturi Ċiniżi u dawk Malasjani ta' ċelloli u moduli solari u t-talba, ġie stabbilit li parti sinifikanti kopriet il-prodott ikkonċernat, biex b'hekk li din id-dejta setgħet tiġi kkunsidrata (10). Hemm differenza bejn il-volumi tal-esportazzjonijiet irrappurtati fl-istatistika Ċiniża u l-volumi ta' importazzjonijiet irrapportati fl-istatistika Malasjana peress il-kodiċijiet doganali rilevanti f'żewġ pajjiżi għandhom ambitu differenti (10). Għalkemm ir-rapport dwar id-dejta ta' importazzjoni Malasjana kellu livelli ferm ogħla mid-dejta tal-esportazzjoni Ċiniża, iż-żewġ settijiet ta' dejta juru l-istess tendenza 'l fuq tal-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-Malasja. Peress li d-dejta ta' importazzjoni Malasjana kienet ferm ogħla mil-livell tad-dejta tal-esportazzjoni Ċiniża, din tal-aħħar hija użata għall-analiżi bħala waħda iktar konservattiva.

(34)

Hemm evidenza li xi uħud mill-importazzjonijiet tal-prodott Ċiniż lejn il-Malasja ġew iddikjarati b'mod ħażin jew b'mod frodulenti bħala prodotti oħra. Pereżempju l-importazzjonijiet ta' moduli solari laminati ġew iddikjarati bħala ħġieġ solari jew ġew iddikjarati bħala ċelloli, minkejja li dawn għandhom jiġu rrapportati bħala moduli kif spjegat fil-premessa 62. Din hija r-raġuni għalfejn l-istatistika Ċiniża tal-esportazzjoni murija fit-Tabella 3 x'aktarx tissottovaluta l-importazzjonijiet ta' moduli u tista' tagħti xi ftit ta' sovrastima lill-importazzjonijiet ta' ċelloli.

Tabella 3

Importazzjonijiet ta' ċelloli u moduli solari mir-RPĊ lejn il-Malasja skont l-istatistika Ċiniża, Unità:megawatt (MW)

Mir-RPĊ lejn il-Malasja

2012

2013

2014

Perjodu tar-Rappurtar (PR)

Ċelloli

6

25

43

53

Moduli

15

127

168

130

Totali

21

152

211

183

Ċelloli tal-Indiċi

100

417

717

883

Moduli tal-Indiċi

100

847

1 120

867

Indiċi Totali

100

724

1 005

871

Sors: Talba, Global Trade Information Services


Tabella 4

Importazzjonijiet ta' ċelloli u moduli solari mir-RPĊ lejn il-Malasja skont l-istatistika Malasjana, Unità:megawatt (MW)

Importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-Malasja

2012

2013

2014

Perjodu tar-Rappurtar (PR)

Ċelloli

137

313

339

405

Moduli

27

65

379

290

Totali

164

378

718

695

Ċelloli tal-Indiċi

100

228

247

296

Moduli tal-Indiċi

100

240

1 397

1 067

Indiċi Totali

100

230

437

423

Sors: Talba, Global Trade Information Services

(35)

Importazzjonijiet ta' ċelloli u moduli solari mir-RPĊ lejn il-Malasja żdiedu b'aktar minn 800 % skont d-dejta tal-esportazzjoni Ċiniża u b'aktar minn 400 % skont id-dejta Malasjana.

(36)

It-Tabella 5 turi l-evoluzzjoni tal-konsum domestiku fil-Malasja fil-perjodu ta' rapportar. Il-konsum ta' moduli fis-suq domestiku Malasjan kien ferm taħt il-livell ta' esportazzjonijiet mir-RPĊ wara li l-miżuri fis-seħħ kienu imposti fl-2013 kif jidher fit-Tabella 5. Għalhekk, l-evoluzzjoni tal-konsum domestiku ma jiġġustifikax tali żieda tal-importazzjonijiet ta' ċelloli u moduli solari mir-RPĊ lejn il-Malasja.

It-Tabella 5

L-evoluzzjoni tal-konsum domestiku ta' moduli solari fil-Malasja fis-snin 2012, 2013 u 2014, unità:megawatt (MW)

Il-Malasja

2012

2013

2014

Perjodu tar-Rappurtar (PR)

Il-Konsum Domestiku ta' Moduli

32

107

87

88

Indiċi

100

338

275

279

Sors: It-talba

Il-konklużjoni dwar il-bidla fix-xejra tal-kummerċ fil-Malasja

(37)

L-investigazzjoni sabet evidenza ta' tnaqqis fl-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni u ż-żieda parallela fl-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-Malasja u tal-esportazzjonijiet mill-Malasja lejn l-Unjoni ta' ċelloli u moduli solari wara l-investigazzjoni oriġinali kienet imnedija fl-2012 u l-miżuri fis-seħħ kienu imposti fl-2013. Dawn il-bidliet fil-flussi tal-kummerċ jikkostitwixxu bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn il-pajjiżi msemmija hawn fuq minn naħa, u l-Unjoni min-naħa l-oħra.

2.4.3.   In-natura tal-prattika ta' ċirkomvenzjoni fil-Malasja

(38)

L-Artikolu 23(1) tar-Regolament bażiku jitlob li l-bidla fix-xejra tal-kummerċ tinbet minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju. Il-prattika, il-proċess u x-xogħol jinkludu, fost l-oħrajn, il-konsenja tal-prodott suġġett għal miżuri permezz ta' pajjiżi terzi.

Trasbord

(39)

L-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni mill-Malasja lejn l-Unjoni kienu jgħoddu għal aktar minn 46 % tal-importazzjonijiet totali mill-Malasja matul il-perjodu ta' rappurtar kif irrappurtat minn COMEXT.

(40)

Il-kooperazzjoni għaċ-ċelloli kienet ta' 100 % u l-produtturi kollha taċ-ċelloli li kkooperaw fl-investigazzjoni nstabu li huma produtturi ġenwini.

(41)

L-importazzjonijiet ta' moduli minn kumpaniji li ma kkooperawx kienu jirrappreżentaw 71 % tal-importazzjonijiet totali ta' moduli mill-Malasja fl-istess perjodu. Il-moduli huma l-prodott finali; Għalhekk dawn jistgħu jiġu importati biss lejn il-Malasja għal konsum domestiku jew trasbord. Il-livell għoli ta' importazzjonijiet ta' moduli mir-RPĊ li jaqbeż il-konsum domestiku kif indikat fil-premessa 36 u l-livell għoli ta' nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa Malasjana turi li proporzjon kbir ta' moduli kkunsinjati mir-RPĊ seta' kien mibgħut mill-Malasja lejn l-Unjoni.

(42)

Barra minn dan, kif stabbilit b'mod dettaljat fil-premessi 84 u dawk segwenti, kien instab li għadd ta' produtturi Malasjani li kkooperaw kienu għaddew informazzjoni qarrieqa, b'mod partikolari dwar ir-rabta mal-manifatturi Ċiniżi, l-importazzjonijiet ta' prodotti lesti miċ-Ċina u l-oriġini tal-esportazzjonijiet, tal-prodott li qed jiġi investigat, lejn l-Unjoni. Instab li wħud minnhom kienu jesportaw ċerti moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin li joriġinaw miċ-Ċina lejn l-Unjoni, xi kumpaniji oħra nstabu li kienu b'mod frodulenti ddikjaraw komponenti ewlenin bħala ħġieġ solari u li falsifikaw il-fatturi.

(43)

Barra minn hekk, fl-2014, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF) beda investigazzjoni dwar l-allegat trasbord ta' ċelloli u moduli solari mill-Malasja. Din l-investigazzjoni għadha għaddejja.

(44)

Għalhekk fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, ġiet ikkonfermata l-eżistenza ta' trasbord tal-prodott investigat mill-Malasja.

2.5.   Ir-riżultati tal-investigazzjoni fit-Tawjan

2.5.1.   Il-grad ta' kooperazzjoni u determinazzjoni tal-volumi tal-kummerċ fit-Tajwan

(45)

Kif iddikjarat fil-premessa (10) 23 grupp ta' kumpaniji jew kumpaniji fit-Tajwan kkooperaw u ssottomettew tweġibiet kompluti għall-kwestjonarju.

(46)

Il-produtturi esportaturi Tajwaniżi li kkooperaw jgħoddu għal 63,3 % tal-esportazzjonijiet totali Tajwaniżi lejn l-Unjoni fil-PI tal-prodott li qed jiġi investigat, kif irrappurtat fil-COMEXT.

2.5.2.   Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ fit-Tajwan

L-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni mit-Tajwan lejn l-Unjoni

(47)

It-Tabella 6 turi l-volum ta' importazzjonijiet tal-prodott investigat mit-Tajwan lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni:

It-Tabella 6

L-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott investigat mit-Tajwan lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta'investigazzjoni, unità: megawatt (MW)

 

2012

2013

2014

Perjodu tar-Rappurtar (PR)

Ir-Rata tat-Tkabbir 2012 — PR

L-importazzjonijiet mit-Tajwan

1 375

1 557

1 752

1 793

30 %

Sehem tal-importazzjonijiet totali

9 %

15 %

22 %

22 %

147 %

Importazzjonijiet totali

15 740

10 300

8 067

8 325

– 47 %

Sors: COMEXT

(48)

L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina lejn l-Unjoni naqsu b'mod sinifikanti wara l-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ f'Diċembru 2013 kif deskritt fil-premessa (24). Min-naħa l-oħra, il-volum ta' importazzjonijiet tal-prodott investigat mit-Tajwan lejn l-Unjoni żdiedu b'mod sinifikanti (+ 30 %) matul l-istess perjodu. Hekk kif it-total tal-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat lejn l-Unjoni naqas, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mit-Tajwan lejn l-Unjoni tal-prodott investigat żdied minn 9 % fl-2012 għal 22 % fil-PR (żieda ta' + 147 %).

(49)

Id-dejta ta' hawn fuq turi li, minn mindu tnediet l-investigazzjoni oriġinali fl-2012 u l-miżuri fis-seħħ kienu imposti fl-2013, l-importazzjonijiet ta' ċelloli u moduli solari mit-Tajwan sa ċertu punt ħadu post l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ.

L-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn it-Tajwan

(50)

L-awtoritajiet Tajwaniżi pprovdew rappurtar tal-istatistika dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' ċelloli u moduli solari minn żoni ta' kummerċ ħieles u d-deposti (minn issa 'l quddiem “FTZs”). It-Tajwan jimpedixxi l-importazzjoni ta' ċelloli u moduli solari mir-RPĊ. Għal din ir-raġuni ċelloli u moduli solari Ċiniżi u komponenti ewlenin oħra jistgħu jidħlu biss fi FTZs, li iktar 'il quddiem jiġu esportati mill-ġdid jew jiġu użati bħala materja prima fi prodott ieħor li jiġi esportat mill-ġdid. Il-Kummissjoni tinnota li kważi l-importazzjonijiet kollha ta' ċelloli u moduli fi FTZs ġew miċ-Ċina. Id-dejta ġiet ipprovduta għas-snin 2012, 2013 u 2014. Il-perjodu ta' rappurtar ikopri tliet kwarti tal-2014 u kwart tal-2015, u għalhekk huwa improbabbli li din it-tendenza tkun differenti b'mod sinifikanti bejn is-sena 2014 u l-PR.

(51)

It-Tabella 7 turi l-volum tal-importazzjonijiet ta' ċelloli u moduli solari mir-RPĊ f'żoni ta' kummerċ ħieles Tajwaniżi u d-deposti fil-perjodu ta' investigazzjoni:

It-Tabella 7

Importazzjonijiet ta' ċelloli u moduli solari mir-RPĊ f'FTZs Tajwaniżi, unità: megawatt (MW)

 

2012

2013

2014

Mir-RPĊ lejn FTZs fit-Tajwan

0

49

284

Indiċi

100

243 150

1 421 000

Sors: Bureau of Foreign Trade (BOFT).

(52)

It-Tabella 8 turi l-volum ta' esportazzjonijiet ta' ċelloli u moduli solari mill-FTZs Tajwaniżi lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni:

It-Tabella 8

Esportazzjonijiet ta' ċelloli u moduli solari mill-FTZs Tajwaniżi lejn l-Unjoni, unità: megawatt (MW)

 

2012

2013

2014

Mill-FTZs tat-Tajwan lejn l-Unjoni

2

48

223

Indiċi

100

242 300

1 112 750

Sors: Bureau of Foreign Trade (BOFT).

(53)

It-Tabella 7 turi żieda qawwija tal-importazzjonijiet ta' ċelloli u moduli solari fit-Tajwan wara li tnediet l-investigazzjoni oriġinali fl-2012 u l-miżuri fis-seħħ kienu imposti fl-2013. It-Tabella 8 turi b'mod ċar li l-biċċa l-kbira tal-prodott Ċiniż ikkonċernat kien esportat mill-ġdid lejn l-Unjoni.

(54)

Il-bidla fix-xejra tan-negozju bejn it-Tajwan u r-RPĊ issir saħansitra aktar sinifikanti għall-moduli, jekk dawn jiġu analizzati separatament miċ-ċelloli.

(55)

L-importazzjonijiet ta' moduli miċ-Ċina f'FTZs Tajwaniżi żdiedu minn kważi 0 MW fl-2012 għal 213 MW fl-2014. Kważi l-importazzjonijiet kollha fl-FTZs ġew miċ-Ċina. Minn dawk il-213 MW importati 202 MW ġew esportati lejn l-UE. Għaldaqstant, esportazzjonijiet ta' moduli, li oriġinarjament kienu ta' oriġini Ċiniża minn FTZs Tajwaniżi jammontaw għal mill-inqas 24 % tal-esportazzjonijiet Tajwaniżi totali tal-moduli għall-UE fl-2014 kif irrappurtat minn COMEXT.

(56)

L-importazzjonijiet ta' ċelloli miċ-Ċina f'FTZs Tajwaniżi żdiedu minn madwar 0 MW fl-2012 għal 71 MW fl-2014. 20 MW kien rapportat bħala esportat lejn l-UE. Għalhekk, l-esportazzjonijiet ta' ċelloli ta' oriġini Ċiniża mill-FTZs Tajwaniżi kienu jammontaw għal 2 % tal-esportazzjonijiet Tajwaniżi totali ta' ċelloli lejn l-UE fl-2014 kif irrappurtat minn COMEXT.

(57)

Hekk kif il-prodott Ċiniż ikkonċernat ma jistax jinbiegħ fit-Tajwan, m'hemm l-ebda ġustifikazzjoni oħra għall-importazzjoni tagħhom miċ-Ċina lejn it-Tajwan għajr għall-iskop ta' trasbord jew assemblaġġ/tlestija ta' operazzjonijiet ta' esportazzjoni mill-ġdid tal-komponenti ewlenin Ċiniżi 'l barra mit-Tajwan.

Il-konklużjoni dwar il-bidla fix-xejra tal-kummerċ fit-Tajwan

(58)

It-tnaqqis tal-esportazzjonijiet Ċiniżi ta' ċelloli u moduli solari u ż-żieda parallela tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn it-Tajwan u tal-esportazzjonijiet mit-Tajwan lejn l-Unjoni wara li tnediet l-investigazzjoni oriġinali fl-2012 u l-miżuri fis-seħħ kienu imposti fl-2013 jikkostitwixxu bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn il-pajjiżi msemmija hawn fuq minn naħa, u l-Unjoni min-naħa l-oħra.

2.5.3.   In-natura tal-prattika ta' ċirkomvenzjoni fit-Tajwan

(59)

L-Artikolu 23(3) tar-Regolament bażiku jitlob li l-bidla fix-xejra tal-kummerċ tinbet minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr għall-impożizzjoni tad-dazju. Il-prattika, il-proċess u x-xogħol jinkludu, fost l-oħrajn, il-konsenja tal-prodott suġġett għal miżuri permezz ta' pajjiżi terzi.

Trasbord

(60)

L-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat lejn l-Unjoni ammontaw għal aktar minn 38 % tal-volum totali tal-importazzjonijiet mit-Tajwan fil-perjodu investigattiv kif irrappurtat minn COMEXT. L-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċelloli minn kumpaniji li ma kkooperawx kienu jirrappreżentaw 11 % tal-importazzjonijiet totali ta' ċelloli mit-Tajwan fl-istess perjodu. L-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' moduli minn kumpaniji li ma kkooperawx kienu jirrappreżentaw 64 % tat-total tal-importazzjonijiet mit-Tajwan tal-moduli kif irrappurtat minn COMEXT.

(61)

Il-produtturi taċ-ċelloli kollha li kkooperaw fl-investigazzjoni nstabu li kienu ġenwini. Fl-istess ħin, kif indikat fil-premessa (56), l-esportazzjonijiet ta' ċelloli ta' oriġini Ċiniża mill-FTZs Tajwaniżi lejn l-Unjoni ammontaw għal 2 % biss tal-importazzjonijiet Tajwaniżi taċ-ċelloli fl-Unjoni kif irrappurtat minn COMEXT fl-2014.

(62)

Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (81) xi kumpaniji fit-Tajwan nstabu li jimportaw moduli solari laminati (magħrufa wkoll bħala pannelli solari laminati) fid-deposti tagħhom u mill-inqas xi wħud minn dawk il-pannelli solari laminati kienu ddikjarati bħala ċelloli solari. Modulu solari laminat huwa modulu kważi lest, li fih 60 jew 72 ċellola. Ikun jonqos biss operazzjoni ta' assemblaġġ bażika ħafna biex modulu laminat isir modulu solari, jiġifieri kemm jitwaħħal miegħu frejm tal-aluminju u tiżdied junction box. Din hija r-raġuni għaliex modulu solari laminat għandu jiġi ddikjarat bħala modulu solari. Dan ifisser li mill-inqas parti taċ-ċelloli Ċiniżi importati fiż-żoni ta' kummerċ ħielsa Tajwaniżi u d-depożiti kienu fil-fatt moduli solari laminati u għandhom jiġu ddikjarati bħala moduli.

(63)

Kif imsemmi fil-premessa (55) ta' esportazzjonijiet ta' moduli, li oriġinarjament kienu ta' oriġini Ċiniża mill-FTZs tat-Tajwan jikkostitwixxu mill-inqas 24 % tal-importazzjonijiet Tajwaniżi tal-moduli fl-UE. Il-moduli huma l-prodott finali u l-moduli Ċiniżi ma jistgħux jinbiegħu fit-Tajwan; għaldaqstant l-uniku skop probabbli għall-importazzjoni tagħhom lejn it-Tajwan kellu jkun it-trasbord. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li proporzjon kbir ta' moduli kkunsinjati mir-RPĊ ġew trasbordati via t-Tajwan lejn l-Unjoni.

(64)

Barra minn hekk, fl-2014 l-OLAF bdiet investigazzjoni dwar l-allegat trasbord ta' ċelloli u moduli solari permezz tat-Tajwan. Din l-investigazzjoni għadha għaddejja.

(65)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet tat-Tajwan wettqu investigazzjonijiet fil-prattiki allegati ta' ċirkomvenzjoni fl-istess żmien u kkonkludew li diversi kumpaniji, prinċipalment negozjanti, kkommettew frodi billi ffalsifikaw l-oriġini ta' moduli solari.

(66)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, l-eżistenza ta' trasbord tal-prodott investigat mit-Tajwan għalhekk ġiet ikkonfermata.

2.6.   Ma hemmx raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju kompensatorju

(67)

L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika oħra għall-operazzjonijiet ta' trasbord ħlief l-evitar tal-miżuri fis-seħħ fuq ċelloli u moduli solari li joriġinaw mir-RPĊ. Ma nstab l-ebda element, għajr għad-dazju, li seta' jitqies bħala kumpens għall-ispejjeż tat-trasbord jew l-importazzjoni u l-esportazzjoni mill-ġdid ta' ċelloli jew moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin, partikolarment fir-rigward tat-trasport u t-tagħbija mill-ġdid, mir-RPĊ permezz tal-Malasja u t-Tajwan.

2.7.   Evidenza tas-sussidjar

(68)

Kif stipulat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, il-produtturi esportaturi Ċiniżi nstabu li kienu qed jibbenefikaw minn numru ta' skemi ta' sussidju mogħtija mill-Gvern tar-RPĊ, kif ukoll minn gvernijiet reġjonali u lokali fir-RPĊ. Sussegwentement, l-evidenza prima facie turi li l-produtturi tal-prodott ikkonċernat fir-RPĊ x'aktarx se jkomplu jibbenefikaw minn għadd ta' sussidji. Għalhekk, fil-5 ta' Diċembru 2015, inbeda rieżami tal-iskadenza (11). L-ebda produttur esportatur mir-RPĊ, jew kwalunkwe parti interessata oħra, ma pprovdew evidenza li turi l-kuntrarju. Huwa għalhekk konkluż li l-prodott importat li qed jiġi investigat għadu qiegħed jibbenefika mill-iskemi ta' sussidju.

2.8.   Imminar tal-effett ta' rimedju tad-dazju kompensatorju

(69)

Biex jiġi vvalutat jekk il-prodotti importati, f'termini ta' kwantitajiet u prezzijiet, imminax l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ċelloli tat-tip użat f'moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin li joriġinaw fir-RPĊ, intużat id-dejta vverifikata mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-COMEXT u l-bażi tad-dejta tal-Artikolu 24(6) bħala l-aħjar dejta disponibbli dwar il-kwantitajiet u l-prezzijiet ta' esportazzjonijiet minn kumpaniji li ma kkoperawx. Il-prezzijiet kif stabbiliti tqabblu mal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu stabbilit għall-produtturi tal-Unjoni fil-premessa (415) tar-Regolament oriġinali.

(70)

Iż-żieda tal-importazzjonijiet mill-Malasja u t-Tajwan tqieset sinifikanti f'termini ta' kwantitajiet. Il-konsum stmat tal-Unjoni fil-PI jagħti indikazzjoni simili dwar il-volum sinifikanti ta' dawn l-importazzjonijiet. F'termini ta' sehem mis-suq, il-moduli importati fl-Unjoni minn kumpaniji li ma kkooperawx u l-kumpaniji li nstabu li kienu qed iwettqu ċirkumvenzjoni fil-Malasja, jammontaw għal 9 % tal-konsum tal-Unjoni ta' moduli. Il-moduli importati fl-Unjoni minn kumpaniji li ma kkooperawx u l-kumpaniji li nstabu li kienu qed jevadu fit-Tajwan jirrappreżentaw 7 % tal-konsum tal-UE. Iċ-ċelloli li ġew importati fl-Unjoni minn kumpaniji li ma kkoperawx fit-Tajwan jirrappreżentaw 3 % tal-konsum tal-UE.

(71)

It-tqabbil tal-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu kif stabbilit fir-Regolament oriġinali u l-prezz medju ponderat ta' esportazzjoni wera twaqqigħ sinifikanti tal-prezz.

(72)

Għaldaqstant ġie konkluż li l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ qed jiġu mhedda f'termini kemm ta' kwantità kif ukoll ta' prezz.

3.   MIŻURI

(73)

Minħabba dan ta' hawn fuq, ġie konkluż li d-dazju antidumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta' moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ċelloli tat-tip użat f'moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin li joriġinaw mir-RPĊ kien evitat permezz tat-trasbord mill-Malasja u t-Tajwan.

(74)

Skont l-Artikolu 23(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-RPĊ għandhom jiġu estiżi għall-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinjat mill-Malasja, sew jekk iddikjarat li joriġina mill-Malasja u mit-Tajwan u sew jekk le.

(75)

Il-miżuri li għandhom jiġu estiżi għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, għall-“Kumpaniji l-oħra kollha”, jiġifieri dazju antidumping definittiv ta' 11,5 % applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju.

(76)

Skont l-Artikoli 23(3) u 24(5) tar-Regolament bażiku, li jistipula li kull miżura estiża għandha tapplika għall-importazzjonijiet li jkunu daħlu fl-Unjoni skont ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament li jagħti bidu, għandhom jinġabru dazji fuq dawk l-importazzjonijiet irreġistrati ta' ċerti moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin ikkunsinjati mill-Malasja u mit-Tajwan.

4.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI

(77)

Erbatax-il kumpanija ppreżentaw lilhom infushom, li minnhom disa' bagħtu tweġiba għall-kwestjonarju u talbu eżenzjoni possibbli mill-miżuri estiżi skont l-Artikolu 23(6) tar-Regolament bażiku. Kumpanija waħda pprovdiet tweġiba defiċitarja ħafna u ma weġbitx fi żmien xieraq għall-ittra ta' defiċenza, biex b'hekk il-Kummissjoni ċaħdet it-talba tagħha. B'hekk, il-Kummissjoni wettqet żjajjar ta' verifika fil-bini ta' tmien kumpaniji.

(78)

28 grupp ta' kumpaniji jew kumpaniji fit-Tajwan għamlu lilhom infushom magħrufa, fejn kumpanija waħda minnhom infurmat lill-Kummissjoni li kienet waqqfet l-attivitajiet tagħha. Kumpanija minnhom infurmat lill-Kummissjoni li hija ma kellha l-ebda bejgħ lejn l-Unjoni u għalhekk ma kinitx eliġibbli għal eżenzjoni. Is-26 kumpanija li wieġbu għall-kwestjonarju talbu eżenzjoni mill-possibbiltà ta' miżuri estiżi skont l-Artikolu 23(6) tar-Regolament bażiku. Kif spjegat fil-premessa (10) ta' hawn fuq, tlieta mill-kumpaniji Tajwaniżi li ppreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju nstabu li ma kellhomx assi tal-produzzjoni, u għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet it-talba tagħhom. Għalhekk il-Kummissjoni għamlet żjajjar ta' verifika fil-bini tat-23 grupp ta' kumpaniji jew kumpaniji.

(79)

It-tliet kumpaniji fil-Malasja u tliet kumpaniji fit-Tajwan li ġew verifikati nstabu li kienu fornew informazzjoni falza jew qarrieqa. Skont l-Artikolu 28(4) tar-Regolament bażiku, dawn il-kumpaniji kienu infurmati bl-intenzjoni li l-informazzjoni mressqa minnhom kienet se tiġi injorata u li se jiġu applikati “il-fatti disponibbli”, u ngħataw skadenza ta' żmien sabiex jipprovdu spjegazzjonijiet ulterjuri (“ittra skont l-Artikolu 28”). Dawn l-ittri jinkludu informazzjoni preċiża dwar liema partijiet tal-informazzjoni ppreżentata minn dawn il-kumpaniji, il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li tinjora. Żewġ kumpaniji Tajwaniżi ma wiġbux l-ittra tal-Artikolu 28. Għalhekk, il-Kummissjoni injorat l-informazzjoni kif kienet ħabbret. It-tliet kumpaniji fil-Malasja wieġbu, iżda ma neħħewx id-dubji tal-Kummissjoni għar-raġunijiet stabbiliti hawn taħt. Anki għal dawk il-kumpaniji, il-Kummissjoni injorat l-informazzjoni kif imħabbar. Kumpanija Tajwaniża wieġbet u pprovdiet informazzjoni addizzjonali, li l-Kummissjoni aċċettat, kif stabbilit fil-premessa (107).

(80)

Awtoritajiet investigattivi oħra fl-Unjoni, bħall-OLAF u l-awtoritajiet doganali nazzjonali, attwalment qed jinvestigaw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' dawn il-ħames kumpaniji ukoll. Sabiex jipproteġu dawn l-investigazzjonijiet li għaddejjin, huwa importanti li ma tiġi żvelata l-ebda informazzjoni li tippermetti partijiet terzi jorbtu s-sejbiet fil-premessi li ġejjin ma' xi kumpanija speċifika. Għalhekk, il-Kummissjoni ma speċifikatx liema kumpanija hi kkonċernata u b'liema sejbiet. L-importaturi li jkunu xtraw il-prodott li qed jiġi investigat minn dawk il-kumpaniji u jixtiequ jkunu jafu x'inhi eżattament is-sitwazzjoni tal-fornituri tagħhom jistgħu jikkuntattjaw direttament lill-fornitur tagħhom, jew il-Kummissjoni, biex jiksbu aktar informazzjoni dettaljata.

(81)

Għall-iskop ta' din l-investigazzjoni, ġew stabbiliti d-dettalji li ġejjin: Tnejn minn dawn it-tliet kumpaniji fit-Tajwan instabu li jimportaw moduli solari laminati mir-RPĊ, li huma ma żvelawx fit-tweġiba tagħhom għall-kwestjonarju. Waħda minn dawn il-kumpaniji ammettiet matul iż-żjara ta' verifika li huma rrappurtaw dawn l-importazzjonijiet fit-tweġiba tagħhom għall-kwestjonarju bħala importazzjonijiet ta' ċelloli solari mir-RPĊ. Din il-kumpanija kienet ukoll rrappurtat dawn l-importazzjonijiet bħala ċelloli solari, fid-dikjarazzjoni doganali tagħha. Fil-każ ta' dawn iż-żewġ kumpaniji Tajwaniżi, id-dokumenti nstabu li juru b'mod ċar li huma esportaw mill-ġdid moduli solari laminati mir-RPĊ lejn l-Unjoni.

(82)

Dawn iż-żewġ kumpaniji fit-Tajwan ma pprovdewx l-ebda kjarifika addizzjonali bi tweġiba għall-ittra tal-Artikolu 28(4), minħabba li wiġbux (ara l-premessa (81) hawn fuq).

(83)

Għar-raġunijiet stipulati hawn fuq fil-premessa (81) u (82) u fid-dawl tas-sejbiet fir-rigward tal-bidla fix-xejra kummerċjali u fil-prattiki tat-trasbord, kif stabbilit fit-taqsima 2 ta' dan ir-Regolament attwali, li kull waħda minnhom hija biżżejjed weħidha, dawn il-kumpaniji nstabu li kienu involuti fi prattiki ta' ċirkomvenzjoni u ma setgħetx tingħata eżenzjoni skont l-Artikolu 23(6) tar-Regolament bażiku.

(84)

Għal dawn it-tliet kumpaniji Malasjani, kif spjegat hawn taħt, intużaw il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku minħabba r-raġunijiet li ġejjin.

(85)

Kumpanija Malasjana rrapportat fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju li huma xtraw ċelloli solari fir-RPĊ, u hi speċifikat li l-moduli b'ċelloli Ċiniżi kienu mibgħuta għal swieq oħra barra l-Unjoni. Madankollu, din il-kumpanija ma setgħetx tipprova li hi xtrat kwantitajiet suffiċjenti ta' ċelloli barra r-RPĊ li jippermettilha tipproduċi l-ammont ta' moduli solari li huma esportati lejn l-Unjoni. Matul iż-żjara ta' verifika, din il-kumpanija nstabet li kienet qed timporta moduli solari laminati mir-RPĊ, fejn b'mod frodulenti ddikjarat li huma importazzjonijiet ta' ħġieġ solari. Din il-kumpanija nstabet ukoll li m'għandhiex kapaċità produttiva suffiċjenti biex tipproduċi l-volumi tal-prodott li qed jiġi investigat li esportat. Din il-kumpanija nstabet ukoll li għandha rabtiet ma' kumpanija Ċiniża attiva fin-negozju fotovoltajku.

(86)

Fit-tweġiba tagħha għall-ittra tal-Artikolu 28(4), il-kumpanija Malasjana ċaħdet li hi esportat moduli u ċelloli Ċiniżi lejn l-Unjoni. Huma sostnew li huma esportaw lejn l-Unjoni moduli u ċelloli tal-Korea t'Isfel li kienu, madankollu, laminati fiċ-Ċina. Il-kumpanija wieġbet ukoll li kienu ordnaw dan il-“ħġieġ laminat” minħabba li kien hemm kwistjoni ta' kwalità mal-laminatur tagħhom. Madankollu, kif iddikjarat hawn fuq, dan kien iddikjarat b'mod frodulenti bħala ħġieġ solari. Barra minn hekk, il-kumpanija ma setgħetx turi li kienet xtrat biżżejjed ċelloli fil-Korea t'Isfel għall-moduli kollha li hi esportat lejn l-Unjoni.

(87)

Il-kumpanija argumentat ukoll li kien hemm bidla fis-sjieda minn April 2014. Din il-bidla fis-sjieda, madankollu, ma tbiddilx il-fatt li jeżistu rabtiet bejn kumpaniji Ċiniżi u Malasjani fis-sens li l-fornitur ewlieni tal-kumpanija Malasjana tal-materja prima kompla jkun il-manifattur tal-modulu Ċiniż.

(88)

Għaldaqstant, l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-kumpanija bi tweġiba għall-ittra tal-Artikolu 28(4) ma kinux tali li jbiddlu l-konstatazzjoni li hi esportat mill-ġdid lejn l-Unjoni, il-moduli solari laminati Ċiniżi u li mill-inqas xi ftit mill-moduli esportati lejn l-UE użaw ċelloli Ċiniżi.

(89)

Fid-dawl tas-sejbiet fir-rigward tal-bidla fix-xejra kummerċjali u fil-prattiki tat-trasbord, kif stabbilit fit-taqsima 2, u s-sejbiet kif stabbiliti fil-premessi (85) sa (88) hawn fuq, li kull waħda minnhom hija biżżejjed weħidha, l-eżenzjoni kif mitluba minn din il-kumpanija Malasjana ma setgħetx tingħata f'konformità mal-Artikolu 23(6) tar-Regolament bażiku.

(90)

Kumpanija oħra fil-Malasja nstabet li ma għandhiex kapaċità ta' produzzjoni suffiċjenti biex tipproduċi l-volumi tal-prodott li qed jiġi investigat li hi esportat. L-istess kumpanija ma kinetx f'qagħda li tagħti xi kuntratti tax-xogħol għall-impjegati tagħha; għalhekk hija ma kinitx kapaċi tipprova li hija kellha impjegati matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Din il-kumpanija ma kinetx f'qagħda li tagħti kuntratti ta' xiri għal magni tal-produzzjoni għall-moduli solari. Din il-kumpanija naqset ukoll milli tiżvela r-relazzjoni tagħha ma' produttur esportatur Ċiniż u x-xiri tal-prodott investigat mill-kumpanija relatata. Barra minn hekk, din il-kumpanija pprovdiet dokumenti li jindikaw dati ta' stabbiliment differenti. L-investigazzjoni wriet li din il-kumpanija ġiet stabbilita fl-2013, jiġifieri, wara t-tnedija ta' investigazzjonijiet tal-AD u AS oriġinali u ssospendiet il-produzzjoni ftit wara Mejju 2015, jiġifieri wara l-impożizzjoni ta' reġistrazzjoni fuq moduli Malasjani.

(91)

Din il-kumpanija sostniet, fit-tweġiba tagħha għall-ittra tal-Artikolu 28(4), li l-maġġoranza ta' kumpaniji fil-Malasja ma għandhomx kuntratti tax-xogħol għall-impjegati tagħhom. Barra minn hekk, huma sostnew li kellhom biżżejjed kapaċità li jipproduċu l-ammonti ddikjarati. Il-kumpanija argumentat ukoll li huma impjegaw persuni nkarigati mill-bejgħ minn kumpanija Ċiniża iżda ma kellhiex rabtiet formali ma' din il-kumpanija Ċiniża. Dawn l-ispjegazzjonijiet addizzjonali ma kinux tali li jwasslu għal bidla fil-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq. B'mod partikolari, il-kumpanija ma wrietx li kienet kapaċi tipproduċi l-kwantitajiet esportati. Barra minn hekk, teżisti diskrepanza sinifikanti bejn il-kwantità ta' ċelloli importati kif irrappurtat mill-kumpanija u l-kwantità ta' ċelloli rappurtata mill-fornitur tagħha. Barra minn hekk, il-fatt li dawn jimpjegaw persunal minn kumpaniji Ċiniżi tikkonferma r-rabtiet li nstabu mal-kumpanija Ċiniża.

(92)

Fid-dawl tas-sejbiet fir-rigward tal-bidla fix-xejra kummerċjali u fil-prattiki tat-trasbord, kif stabbilit fit-taqsima 2, u s-sejbiet kif stabbiliti fil-premessi (90) u (91) hawn fuq, kull waħda minnhom hija biżżejjed weħidha, l-eżenzjoni kif mitlub minn din il-kumpanija Malasjana ma setgħetx tingħata f'konformità mal-Artikolu 23(6) tar-Regolament bażiku.

(93)

Kumpanija oħra fil-Malasja li ġiet stabbilita f'Ġunju 2013, jiġifieri, wara t-tnedija ta' investigazzjonijiet tal-AD u AS oriġinali, bdiet tbigħ moduli minn Diċembru 2013 'il quddiem, jiġifieri eżatt wara l-impożizzjoni tad-dazji definittivi ta' antidumping u kompensatorji mir-Regolament oriġinali. Il-kumpanija produċiet moduli fotovoltajċi polikristallini matul il-Perjodu ta' Rappurtar minn ċelloli, li prinċipalment kienu importati mit-Tajwan. Din il-kumpanija tidher li għandha rabtiet mill-qrib ma' kumpanija Ċiniża, li mingħandha ġie aċċettat impenn u sussegwentement ġie irtirat minħabba ksur (12). L-ewwel nett, il-Maniġer Ġenerali tal-kumpanija Malasjana kien jokkupa pożizzjoni maniġerjali fil-kumpanija Ċiniża. It-tieni, iċ-ċelloli inizjalment kienu nxtraw f'bosta okkażjonijiet permezz tal-kumpanija Ċiniża u/jew kumpanija Ċiniża oħra fejn iċ-ċelloli kienu fiżikament ittrasportati minn pajjiż terz (prinċipalment it-Tajwan) lejn ir-RPĊ, qabel ma jidher li ġew trasportati ulterjorment lejn il-kumpanija li tinsab fil-Malasja. It-tielet nett, l-iktar moduli mibjugħa lil pajjiżi terzi matul il-Perjodu ta' Rappurtar ġew mibjugħa lil kumpanija fl-Istati Uniti tal-Amerika, li hi relatata mal-kumpanija Ċiniża. Ir-raba' nett, ir-rappreżentant legali tal-kumpanija Ċiniża kien preżenti matul l-investigazzjoni fuq il-post ta' din il-kumpanija Malasjana. Il-ħames nett, il-mudelli tal-kuntratti ta' bejgħ kemm tal-kumpaniji Ċiniżi u Tajwaniżi jidhru li huma l-istess, kemm f'termini ta' armar u ta' sustanza. Is-sitt nett, rappreżentant tal-kumpanija Ċiniża ddikjara f'filmat fuq l-Internet li l-kumpanija Ċiniża qed tipprovdi pariri tekniċi u superviżjoni lill-kumpanija Malasjana.

(94)

Elementi oħra li ma ġewx żvelati minn din il-kumpanija Malasjana matul l-investigazzjoni fuq il-post, iżda kienu rċevuti mill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru huma dawn li ġejjin: Din il-kumpanija Malasjana kienet ikkonkludiet ftehim ta' awtorizzazzjoni ta' użu ta' marka mal-istess kumpanija Ċiniża li minnha ġie aċċettat impenn, li permezz tiegħu din il-kumpanija Malasjana kienet awtorizzata li tuża l-isem tal-kumpanija Ċiniża, jekk hekk mitlub mill-klijenti. Barra minn hekk, wieħed mill-ewwel klijenti fl-Unjoni ġie introdott lill-kumpanija Malasjana permezz ta' rappreżentant tal-bejgħ tal-kumpanija Ċiniża. Fl-aħħar nett, l-ewwel esportazzjoni lejn l-Unjoni minn din il-kumpanija Malasjana kienet suġġetta għal investigazzjoni mill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru hekk kif il-moduli kienu mmarkati “Made in China”, flimkien ma' marka kummerċjali ta' kumpanija Ċiniża fuqhom.

(95)

Din il-kumpanija Malasjana wieġbet għall-ittra tal-Artikolu 28(4) b'ittra ddatata l-14 ta' Diċembru 2015, li tgħid li hija ma kellhiex l-intenzjoni li taħbi r-rabtiet kummerċjali mal-kumpanija Ċiniża u li huma wieġbu f'bona fede għall-formola ta' eżenzjoni. Huma ddikjaraw ukoll li l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru aċċettaw wara l-investigazzjoni li l-moduli ttikkettati b'mod ħażin kienu attwalment maħduma mill-kumpanija fil-Malasja. Madankollu, l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru kkonfermaw lill-Kummissjoni li dawn il-moduli ma kinux joriġinaw mill-Malasja.

(96)

Wara l-iżvelar, il-kumpanija Malasjana allegat li l-Kummissjoni bbażat id-deċiżjoni tagħha fuq preżunzjonijiet, ilmenti u allegazzjonijiet foloz, fejn il-bażi u l-prova tagħhom, jekk disponibbli, qatt ma kienu ġew żvelati lilhom bħala tali, u b'hekk imminaw id-drittijiet tad-difiża tal-kumpanija. B'mod partikolari, hija kkritikat lill-Kummissjoni talli ma żvelatx il-filmat tal-Internet msemmi fil-premessa (93) u l-informazzjoni riċevuta mill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru msemmija fil-premessa (94). Il-kumpanija argumentat ukoll li ma kinetx marbuta mal-kumpanija Ċiniża u li hija ma kinitx ħbiet il-kuntratt ta' awtorizzazzjoni għall-użu tal-marka tagħhom ma' din il-kumpanija Ċiniża matul iż-żjara ta' verifika. Fir-rigward l-investigazzjoni tal-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru, il-kumpanija argumentat li finalment il-prodotti kollha kienu rilaxxati bħala moduli li joriġinaw fil-Malasja. Finalment hija argumentat li d-data tal-istabbiliment tagħha u l-fatt li l-kumpanija kienet tbigħ lil kumpanija fl-Istati Uniti, li hi relatata mal-kumpanija Ċiniża, mhumiex argumenti validi li abbażi tagħhom l-eżenzjoni tista' tiġi miċħuda. Il-kumpanija Malasjana talbet ukoll li ssir seduta mal-Uffiċjal ta' Smigħ fil-Proċeduri Kummerċjali, li saret fit-12 ta' Jannar 2016. Qabel din is-seduta, il-filmat tal-Internet kien żvelat lill-kumpanija, li kkonfermat l-eżattezza tiegħu waqt is-seduta.

(97)

L-ispjegazzjonijiet addizzjonali li pprovdiet il-kumpanija ma kinux tali li jwasslu għal bidla fil-konklużjoni kif stabbilit hawn fuq, għar-raġunijiet stabbiliti hawn taħt.

(98)

L-elementi msemmija fil-premessa (93) hawn fuq mhumiex sempliċi preżunzjonijiet u allegazzjonijiet, iżda fatti li bħala tali ma ġewx iddubitati mill-kumpanija. Barra minn hekk, dawn il-fatti kienu ppreżentati mill-kumpanija fl-ittra tal-Artikolu 28 tas-3 ta' Diċembru 2015, li fiha l-kumpanija kienet mistiedna biex tikkummenta. Sussegwentement, is-sejbiet ġew żvelati lill-kumpanija fit-22 ta' Diċembru 2015, li fiha l-kumpanija għal darb'oħra ġiet mistiedna biex tikkummenta. Għaldaqstant, id-drittijiet tad-difiża tal-kumpanija kienu rrispettati bis-sħiħ. Jibqa' l-fatt li l-kumpanija mill-inqas ppruvat timminimizza, jekk mhux taħbi, ir-rabtiet kummerċjali tagħha, inkluża l-eżistenza tal-ftehim ta' awtorizzazzjoni ta' użu tal-marka tagħha, mal-kumpanija Ċiniża matul iż-żjara ta' verifika. Tabilħaqq, il-kumpanija Malasjana li għaliha saret referenza waqt il-verifika fuq il-post għall-użu ta' marka ta' kumpanija Ċiniża, madankollu semmiet espliċitament “għal żmien limitat”. Il-kuntratt tal-użu tal-marka la kien provdut u lanqas kien żvelat fuq il-post li dan il-ftehim kien imġedded għal perjodu ieħor ta' erba' snin. L-ebda wieħed mill-elementi msemmija hawn fuq fil-premessa (93), li wrew ir-rabtiet kummerċjali qawwija bejn iż-żewġ kumpaniji, ma ġew spjegati fid-dettall jew murija lis-servizzi tal-Kummissjoni matul iż-żjara ta' verifika. Barra minn hekk, l-eżattezza ta' dawn l-elementi ma ġietx ikkontestata mill-kumpanija.

(99)

L-Artikolu 23(6) tar-Regolament bażiku jipprovdi li, sabiex jikseb eżenzjoni, il-produttur esportatur għandu juri li ma huwa relatat mal-ebda produttur soġġett għall-miżuri u li mhumiex involuti fi prattiki ta' ċirkomvenzjoni.

(100)

Fir-rigward tal-ewwel kriterju (l-ebda relazzjoni ma' xi produttur li hu suġġett għall-miżura), il-produttur esportatur ppruva jimminimizza, jekk mhux biex jaħbi diversi rabtiet mal-produttur esportatur Ċiniż kif stipulat fil-premessa (93). Madankollu, l-oneru tal-prova dwar in-nuqqas ta' tali rabta hu fuq il-produttur esportatur. Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni dwar dan il-punt u l-impossibilità li tivverifika kull informazzjoni ġdida sottomessa b'risposta għall-iżvelar, il-Kummissjoni kellha toqgħod fuq il-fatti disponibbli biex jiġi vvalutat jekk il-produttur esportatur ċaħadx l-impressjoni prima facie, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, li huwa marbut mal-kumpanija Ċiniża. Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-produttur esportatur naqas milli jagħmel dan, minħabba li hemm diversi indikazzjonijiet ta' rabta mill-qrib bejn il-kumpanija Ċiniża u l-produttur esportatur.

(101)

F'kwalunkwe każ, u anke jekk jiġi ssodisfat l-ewwel kriterju, quod non, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni li t-tieni kriterju ma kienx issodisfat. Il-produttur esportatur kien involut f'ċirkomvenzjoni b'żewġ modi differenti, li kull wieħed minnhom hu biżżejjed waħdu biex tiġi rifjutata eżenzjoni. Indikazzjoni importanti li hi involuta f'attivitajiet ta' ċirkomvenzjoni, li hija komuni għaż-żewġ modi u li mhijiex ikkontestata, hija li l-produttur esportatur beda l-attivitajiet tiegħu wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali.

(102)

L-ewwel nett, id-dikjarazzjoni tal-kumpanija li l-prodotti kollha msemmija fil-premessa (96) kienu rilaxxati bħala moduli li joriġinaw fil-Malasja hija fattwalment inkorretta. L-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru pprovdew informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li dawn il-moduli huma kkunsidrati li huma ta' oriġini Ċiniża, b'hekk isem il-kumpanija Ċiniża kien ittikkettjat fuq il-palits tal-moduli solari inkwistjoni. Sabiex tiġi protetta l-investigazzjoni li għaddejja minn din l-amministrazzjoni doganali nazzjonali, din l-informazzjoni ma setgħetx tiġi żvelata lil din il-kumpanija Malasjana. Madankollu, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni tal-kumpanija dwar il-possibbiltà li l-Uffiċjal tas-Seduta fil-Proċeduri Kummerċjali jista' jivverifika l-preċiżjoni tal-informazzjoni, fuq il-bażi tal-Artikoli 12, 13 u 15 ta' dawn it-termini ta' referenza.

(103)

L-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet doganali tikkostitwixxi prova ta' trasbord mill-produttur esportatur, u għalhekk prova li l-produttur esportatur hu involut f'prattiki ta' ċirkomvenzjoni.

(104)

It-tieni nett, il-ftehim għall-użu tal-marka mal-produttur esportatur Ċiniż ġie konkluż u estiż f'mument meta l-produttur esportatur Ċiniż kien qed jesporta lejn l-Unjoni skont it-termini ta' impenn. Dan l-impenn ipprojbixxa fost l-oħrajn il-bejgħ lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat manifatturat f'pajjiż terz, minħabba li dan kien jagħmel is-superviżjoni tal-impenn, u b'mod partikolari d-dispożizzjoni tiegħu dwar bejgħ trasversali, impossibbli, jew għall-inqas mhux prattiku. It-termini tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-impenn kienu magħrufa sew fl-industrija u kienu disponibbli, fuq talba, mis-servizzi tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, minħabba r-rabtiet kummerċjali tagħha mill-qrib mal-produttur Ċiniż, kienu wkoll disponibbli lill-produttur esportatur. Billi jidħlu fi ftehim għall-użu ta' marka, il-produttur esportatur evita t-termini tal-impenn, u involva ruħu wkoll b'dan il-mod fi prattiki ta' ċirkomvenzjoni. Matul is-seduta tat-12 ta' Jannar 2016, il-kumpanija Malasjana ddikjarat li hija ma kinitx tat informazzjoni falza jew qarrieqa u li hija l-manifattur ġenwin Malasjan ta' moduli solari. Rigward l-evidenza miġbura mill-amministrazzjoni doganali nazzjonali, li ma setgħetx tiġi żvelata lill-kumpanija Malasjana għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq, il-kumpanija talbet lill-Uffiċċju tas-Smigħ biex tivverifika l-eżattezza tagħha. L-Uffiċjal tas-Seduta fil-Proċeduri Kummerċjali sussegwentement informa lill-kumpanija li hu vverifika l-eżattezza tal-informazzjoni mill-amministrazzjoni doganali nazzjonali u li fuq din il-bażi, l-awtoritajiet doganali nazzjonali kkonkludew li volum sinifikanti ta' moduli ta' dik il-konsenja kien ta' oriġini Ċiniża.

(105)

Għaldaqstant, skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku, il-konklużjonjiet rigward din il-kumpanija kienu abbażi tal-fatti disponibbli.

(106)

Fid-dawl tas-sejbiet fir-rigward tal-bidla fix-xejra kummerċjali u fil-prattiki tat-trasbord, kif stabbilit fit-taqsima 2, u s-sejbiet kif stabbiliti fil-premessi (93) sa (105) hawn fuq, dwar is-sejba tal-kumpanija Malasjana li għandha rabtiet mill-qrib mal-kumpanija Ċiniża, b'involviment fit-trasbord u fi ksur tal-impenn, u kull waħda minnhom hija biżżejjed waħidha, l-eżenzjoni kif mitluba minn din il-kumpanija Malasjana ma setgħetx tingħata f'konformità mal-Artikolu 23(6) tar-Regolament bażiku.

(107)

Kumpanija waħda fit-Tajwan naqset milli tiżvela fi żmien xieraq l-informazzjoni dettaljata dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' ċelloli tal-kumpanija relatata tagħhom fiċ-Ċina li kienu ġew ippreżentati bħala wafer slicer, id-dejta tal-importazzjoni, ir-rispett ta' restrizzjonijiet Tajwaniżi u l-flussi preċiżi ta' xiri. L-ispjegazzjonijiet ulterjuri li waslu minn din il-kumpanija, wara talba skont l-Artikolu 28(1), kienu madankollu biżżejjed biex din il-kumpanija tingħata eżenzjoni, peress li hija pprovdiet l-informazzjoni mitluba li setgħet tiġi vverifikata mill-Kummissjoni.

(108)

Il-ħames kumpaniji Malasjani u l-21 produttur Tajwaniżi li jesportaw li għad fadal, inklużi l-kumpanija msemmija fil-premessa (107), nstabu li ma kinux involuti f'prattiki ta' ċirkomvenzjoni u b'hekk jistgħu jingħataw eżenzjonijiet għall-moduli u ċ-ċelloli li huma produċew f'konformità mal-Artikolu 23(6) tar-Regolament bażiku.

(109)

B'mod partikolari, il-biċċa l-kbira ta' dawn il-kumpaniji kienu stabbiliti qabel l-impożizzjoni ta' miżuri kontra r-RPĊ. Fuq il-bażi tat-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju, ġew spezzjonati l-faċilitajiet ta' produzzjoni ta' dawn il-kumpaniji kollha. Il-verifika, tal-produzzjoni u l-istatistika ta' kapaċità, l-ispejjeż ta' produzzjoni, ix-xiri ta' materja prima, il-prodotti nofshom lesti u l-prodotti lesti u l-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, ikkonfermat li dawn il-kumpaniji kienu produtturi ġenwini li għalihom ma nstabet l-ebda evidenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni.

(110)

Produtturi oħrajn li ma ppreżentawx ruħhom f'dan il-proċediment u li ma esportawx il-prodott li qed jiġi investigat tul il-Perjodu ta' Investigazzjoni, u li beħsiebhom iressqu talba għal eżenzjoni mid-dazju estiż b'rabta mal-antidumping skont l-Artikoli 20 u 23(6) tar-Regolament bażiku, se jkunu mitluba jimlew formola ta' eżenzjoni sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta din it-talba.

(111)

Wara l-iżvelar, bosta kumpaniji ppreżentaw ruħhom u laqgħu tajjeb id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li jiġu eżentati. Dawn il-kumpaniji madankollu, enfasizzaw ukoll il-fatt li l-arranġamenti (spiss imsejħa arranġamenti OEM) bejn kumpaniji differenti li jintużaw ħafna fl-industrija tal-pannelli solari, fejn il-produtturi taċ-ċelloli/il-manifatturi tal-moduli (ħafna drabi msemmija bħala s-sidien tal-marka) xi drabi jgħaddu parti taċ-ċelloli tagħhom għall-assemblaġġ f'moduli minn manifatturi oħra (spiss imsejħa manifatturi OEM). Dawn il-kumpaniji talbu kjarifika li dawn se jkomplu jibbenefikaw minn eżenzjoni meta daħlu f'arranġament bħal dan. Il-Kummissjoni tikkonferma li dawn l-arranġamenti, li huma riferuti b'mod aktar korrett bħala arranġamenti ta' sottokuntrattar, jeżistu fl-industrija tal-pannelli solari u jaqgħu fl-ambitu tal-estensjoni mogħtija. Taħt arranġamenti bħal dawn, il-fornituri u l-oriġini tal-materja prima huma kkontrollati mis-sidien ta' marka; is-sottokuntrattur qed juża l-mudell tad-disinn mogħti mis-sid tal-marka, fejn dan tal-aħħar jissorvelja l-proċess ta' produzzjoni. Madankollu, anke taħt arranġamenti bħal dawn, iċ-ċelloli għandhom jiġu mmanifatturati minn kumpanijieżentati, kif stabbilit fl-Artikolu 1(2) hawn taħt.

(112)

Meta eżenzjoni hija ġġustifikata, il-miżuri estiżi fis-seħħ jiġu emendati skont dan. Sussegwentement, kull eżenzjoni mogħtija tkun immonitorjata biex tkun assigurata l-osservanza tal-kondizzjonijiet stabbiliti fiha.

(113)

Huwa meqjus li huma meħtieġa miżuri speċjali f'dan il-każ sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta ta' dawn l-eżenzjonijiet. Dawn il-miżuri speċjali għandhom ir-rekwiżit li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri, li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(2). L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b'fattura tali għandhom jkunu soġġetti għad-dazju kompensatorju estiż.

5.   DIVULGAZZJONI

(114)

Il-partijiet kollha interessati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li wasslu għall-konklużjonijiet imsemmija u ġew mistiedna biex jikkummentaw. Ġew ikkunsidrati l-kummenti orali u miktuba li tressqu, L-ebda wieħed mill-argumenti ppreżentati ma ta lok biex is-sejbiet definittivi jiġu mmodifikati,

(115)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” impost permezz tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, sakemm mhumiex fi transitu skont it-tifsira tal-Artikolu V GATT, huwa b'dan estiż għal importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8501 31 00, ex 8501 32 00, ex 8501 33 00, ex 8501 34 00, ex 8501 61 20, ex 8501 61 80, ex 8501 62 00, ex 8501 63 00, ex 8501 64 00 u ex 8541 40 90 (kodiċijiet TARIC 8501310082, 8501310083, 8501320042, 8501320043, 8501330062, 8501330063, 8501340042, 8501340043, 8501612042, 8501612043, 8501618042, 8501618043, 8501620062, 8501620063, 8501630042, 8501630043, 8501640042, 8501640043, 8541409022, 8541409023, 8541409032, 8541409033) bl-eċċezzjoni ta' dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:

Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Il-Malasja

AUO — SunPower Sdn. Bhd.

Flextronics Shah Alam Sdn. Bhd.

Hanwha Q CELLS Malaysia Sdn. Bhd.

Panasonic Energy Malaysia Sdn. Bhd.

TS Solartech Sdn. Bhd.

C073

C074

C075

C076

C077

It-Tajwan

ANJI Technology Co., Ltd.

AU Optronics Corporation

Big Sun Energy Technology Inc.

EEPV Corp.

E-TON Solar Tech. Co., Ltd.

Gintech Energy Corporation

Gintung Energy Corporation

Inventec Energy Corporation

Inventec Solar Energy Corporation

LOF Solar Corp.

Ming Hwei Energy Co., Ltd.

Motech Industries, Inc.

Neo Solar Power Corporation

Perfect Source Technology Corp.

Ritek Corporation

Sino-American Silicon Products Inc.

Solartech Energy Corp.

Sunengine Corporation Ltd.

Topcell Solar International Co., Ltd.

TSEC Corporation

Win Win Precision Technology Co., Ltd.

C058

C059

C078

C079

C080

C081

C082

C083

C084

C085

C086

C087

C088

C089

C090

C091

C092

C093

C094

C095

C096

2.   L-applikazzjoni ta' eżenzjonijiet mogħtija lill-kumpaniji speċifikament imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew awtorizzati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(2) se tkun tiddependi fuq il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri, ta' fattura kummerċjali valida maħruġa mill-produttur jew l-ispeditur, li fuqha se tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li qed joħroġ tali fattura, identifikati minn ismu/isimha u l-funzjoni. Fil-każ ta' ċellola fotovoltajka tas-siliċju kristallin, din id-dikjarazzjoni għandha titfassal kif ġej:

“Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fil-(pajjiż ikkonċernat); Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.”

Fil-każ ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin, din id-dikjarazzjoni għandha titfassal kif ġej:

“Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat

(i)

minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fil-(pajjiż ikkonċernat); JEW

(ii)

minn parti terzi sottokuntrattata għal (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fil-(pajjiż ikkonċernat)

(neħħi kif xieraq waħda miż-żewġ għażliet ta' hawn fuq)

bil-ċelloli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin immanifatturati minn (isem u indirizz il-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC [li għandha tkun miżjuda jekk il-pajjiż ikkonċernat hu suġġett għal miżuri ta' kontra ċirkomvenzjoni fis-seħħ]) fil-(pajjiż ikkonċernat).

Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.”

Jekk l-ebda tali fattura ma tiġi ppreżentata u/jew waħda jew iż-żewġ kodiċijiet addizzjonali TARIC mhijiex/mhumiex ipprovduta/i fid-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq, ir-rata ta' dazju applikabbli lill-“kumpaniji l-oħra kollha” se tapplika u se teħtieġ id-dikjarazzjoni tal-kodiċi addizzjonali TARIC B999 fid-dikjarazzjoni tad-dwana.

3.   Id-dazju estiż mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jinġabar fuq l-importazzjonijiet ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le, irreġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2015/832 u l-Artikoli 23(4) u 24(5) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009, bl-eċċezzjoni ta' dawk il-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 1.

4.   Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   It-talbiet għall-eżenzjoni mid-dazju, estiżi permezz tal-Artikolu 1, isiru bil-miktub f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jkunu ffirmati minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta lill-entità li qed titlob l-eżenzjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: CHAR 04/39

1049 Brussels

Belgium

2.   F'konformità mal-Artikolu 23(6) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009, il-Kummissjoni tista' tawtorizza, b'deċiżjoni, l-eżenzjoni ta' importazzjonijiet mill-kumpaniji li ma jevadux il-miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, mid-dazju estiż permezz tal-Artikolu 1.

Artikolu 3

L-awtoritajiet doganali huma b'dan ordnati li ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2015/832.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-11 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66).

(3)  ĠU L 132, 29.5.2015, p. 53.

(4)  Comext hija bażi tad-dejta ġestita mill-Eurostat li tħaddan statistika dwar il-kummerċ barrani.

(5)  Ara l-paġni 9-16 tat-talba tal-verżjoni tal-14 ta' April 2015 miftuħa għall-spezzjoni kif ukoll l-annessi miftuħa għall-ispezzjoni 9 u 10

(6)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 17 tat-talba tal-verżjoni tal-14 ta' April 2015 miftuħa għall-ispezzjoni

(7)  Idem.

(8)  Ara l-paġni 9-14 tat-talba tal-verżjoni tal-14 ta' April 2015 miftuħa għall-spezzjoni kif ukoll l-annessi miftuħa għall-ispezzjoni 9 u 10

(9)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 17 tat-talba tal-verżjoni tal-14 ta' April 2015 miftuħa għall-ispezzjoni

(10)  idem

(11)  ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66.

(12)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/866 tal-4 ta' Ġunju 2015 li rrevokat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE (ĠU L 139, 5.6.2015, p. 30). Wieħed minn dawn it-tliet produtturi esportaturi hu l-kumpanija Ċiniża msemmija hawn fuq.


Top