EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016L0970

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/970 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' prodotti relatati mad-difiża (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

C/2016/3099

OJ L 163, 21.6.2016, p. 1–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/970/oj

21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/1


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/970

tas-27 ta’ Mejju 2016

li temenda d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' prodotti relatati mad-difiża

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 13 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/43/KE tkopri l-prodotti kollha relatati mad-difiża li jikkorrispondu ma' dawk elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea, adottata mill-Kunsill fid-19 ta' Marzu 2007.

(2)

Fid-9 ta' Frar 2015, il-Kunsill adotta Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (2) aġġornata.

(3)

Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (3), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri tat-traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew iżjed li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti ta' strumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali.

(4)

Għaldaqstant id-Direttiva 2009/43/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

(5)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Trasferimenti fl-UE ta' Prodotti Relatati mad-Difiża,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 2009/43/KE jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-21 ta’ Settembru 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-testi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mit-28 ta’ Settembru 2016.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU C 129, 21.4.2015, p. 1.

(3)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


ANNESS

Lista ta' prodotti relatati mad-difiża

Nota 1:

It-termini fil-"virgoletti" huma termini definiti. Irreferi għal 'Definizzjonijiet ta' Termini użati f'din il-Lista' annessa ma' din il-Lista.

Nota 2:

F'xi każijiet il-kimiki huma elenkati bl-isem u n-numru CAS. Il-lista tapplika għal kimiki tal-istess formula strutturali (inklużi l-idrati) irrispettivament mill-isem jew min-numru CAS. In-numri CAS huma murija sabiex jassistu fl-identifikazzjoni ta' kimika jew taħlita partikolari, irrispettivament min-nomenklatura. In-numri CAS ma jistgħux jintużaw bħala identifikaturi uniċi minħabba li xi forom tal-kimika elenkata għandhom numri CAS differenti, u taħlitiet li jkollhom kimika elenkata jista' jkollhom ukoll numri CAS differenti.

ML1
Armi b'kanna lixxa b'kalibru ta' inqas minn 20 mm, armamenti oħra u armi awtomatiċi b'kalibru ta' 12,7 mm (kalibru 0,50 pulzier) jew inqas u aċċessorji, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

Nota

ML1. ma japplikax għal:

a.

Armi tan-nar iddisinjati apposta għal munizzjon inerti u li mhumiex kapaċi jirrilaxxaw projettili;

b.

Armi tan-nar iddisinjati apposta biex iwaddbu projettili marbuta mingħajr karga qawwija jew kollegament ta' komunikazzjoni, għal distanza mhux inqas minn jew ekwivalenti għal 500 m.;

c.

Armi li jużaw munizzjon tan-nar fil-qoxra mhux taċ-ċentru u li mhumiex tat-tip ta' sparar kompletament awtomatiku;

d.

"Armi tan-nar diżattivati".

a.

Rajfils u pistoli kkumbinati, pistoli tal-idejn, machine guns, sub-machine guns u volley guns;

Nota

ML1.a. ma japplikax għal dan li ġej:

a.

Rajfils u pistoli kkumbinati, manifatturati qabel l-1938;

b.

Riproduzzjonijiet ta' rajfils u pistoli kkumbinati, li l-oriġinali tagħhom kienu manifatturati qabel l-1890;

c.

Pistoli tal-idejn, volley guns u machine guns manifatturati qabel l-1890, u r-riproduzzjonijiet tagħhom;

d.

Rajfils jew pistoli tal-idejn, iddisinjati apposta biex jirrilaxxaw projettili inerti permezz ta' arja kkumpressata jew CO2.

b.

Armi b'kanna lixxa kif ġej:

1.

Armi b'kanna lixxa ddisinjati apposta għall-użu militari;

2.

Armi b'kanna lixxa oħrajn kif ġej:

a.

Armi tat-tip awtomatiku;

b.

Armi tat-tip semi-awtomatiku jew b'azzjoni-pompa;

Nota

ML1.b.2. ma japplikax għal armi ddisinjati apposta biex jirrilaxxaw projettili inerti permezz ta' arja kkumpressata jew CO2.

Nota

ML1.b. ma japplikax għal dawn li ġejjin:

a.

Armi b'kanna lixxa manifatturati qabel l-1938;

b.

Riproduzzjonijiet ta' armi b'kanna lixxa, li l-oriġinali tagħhom kienu manifatturati qabel l-1890;

c.

Armi b'kanna lixxa użati għal skopijiet ta' kaċċa jew sport. Dawn l-armi ma jridux ikunu ddisinjati apposta għall-użu militari jew tat-tip ta' sparar kompletament awtomatiku;

d.

Armi b'kanna lixxa ddisinjati apposta għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Qtil ta' annimali domestiċi;

2.

Biex jiġu trankwilizzati l-annimali;

3.

Testijiet sismiċi;

4.

Sparar ta' projettili industrijali; jew

5.

Strumenti Splussivi Improvizzati (IEDs) ta' Tfixkil.

N.B.

Għal strumenti ta' tfixkil, ara ML4. u l-entrata 1A006 dwar il-Lista tal-UE ta' Użu Doppju.

c.

Armi li jużaw munizzjon bla qoxra (caseless ammunition);

d.

Kompartimenti għall-munizzjon li jinqalgħu minn mal-arma, suppressuri jew moderaturi tal-ħoss, muntaturi speċjali tal-ixkubetti, weapons sights ottiċi u suppressuri tal-flash, għal armamenti speċifikati minn ML1.a., ML1.b. jew ML1.c.

Nota

ML1.d. ma japplikax għal apparat ta' mira ottiku mingħajr ipproċessar tal-immaġni elettroniku, b'manjetizzazzjoni ta' 9 darbiet jew inqas, dment li ma jkunx imfassal jew modifikat apposta għall-użu militari, u li ma jkun jinkorpora ebda retikoli ddisinjati apposta għall-użu militari.

ML2
Armi b'kanna lixxa b'kalibru ta' inqas minn 20 mm jew aktar, armi jew armament oħra b'kalibru akbar minn 12.7 mm (0.50 pulzier), projetturi u aċċessorji, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

a.

Xkubetti, howitzers, kanun, kanuni li jisparaw balal f'angolu għoli (mortars), armi ta' kontra t-tankijiet tal-gwerra, armi li jisparaw projettili, armi li jwaddbu l-fjamma, xkubetti, xkubetti mingħajr imbuttatura wara l-isparatura, armi biċ-ċilindru lixx u tagħmir tagħhom għat-trażżin tal-fulminata;

Nota 1

ML2.a. jinkludi injetturi, apparati tal-metering, tankijiet tal-ħażna u komponenti oħra ddisinjati apposta għall-użu b'ċarġis likwidi tal-imbuttar 'il quddiem għal kwalunkwe mit-tagħmir speċifikat minn ML2.a.

Nota 2

ML2.a. ma japplikax għal armi kif ġej:

a.

Rajfils, armi b'kanna lixxa u pistoli kkumbinati, manifatturati qabel l-1938;

b.

Riproduzzjonijiet ta' rajfils, armi b'kanna lixxa u pistoli kkumbinati, li l-oriġinali tagħhom kienu manifatturati qabel l-1890;

c.

Xkubetti, howitzers, kanuni u kanuni li jisparaw balal f’angolu għoli (mortars), manifatturati qabel l-1890;

d.

Armi b'kanna lixxa użati għal skopijiet ta' kaċċa jew sport. Dawn l-armi ma jridux ikunu ddisinjati apposta għall-użu militari jew tat-tip ta' sparar kompletament awtomatiku;

e.

Armi b'kanna lixxa ddisinjati apposta għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Qtil ta' annimali domestiċi;

2.

Biex jiġu trankwilizzati l-annimali;

3.

Testijiet sismiċi;

4.

Sparar ta' projettili industrijali; jew

5.

Strumenti Splussivi Improvizzati (IEDs) ta' Tfixkil;

N.B.

Għal strumenti ta' tfixkil, ara ML4. u l-entrata 1A006 dwar il-Lista tal-UE ta' Użu Doppju.

f.

Lanċaturi manwali ta' projettili speċjalment ddisinjati apposta biex iwaddbu projettili marbuta mingħajr karga qawwija jew kollegament ta' komunikazzjoni, fuq distanza ta' inqas minn jew ekwivalenti għal 500 m.

b.

Duħħan, gass u projetturi jew ġeneraturi pirotekniċi, iddisinjati jew immodifikati apposta għall-użu militari;

Nota

ML2.b. ma japplikax għal pistoli tas-sinjal. c.

c.

Apparat ta' mira u muntaturi għall-apparat ta' mira, li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Iddisinjat apposta għall-użu militari; u

2.

Iddisinjat apposta għal armi speċifikati fi ML2.a.;

d.

Muntaturi u kompartimenti għall-munizzjon li jinqalgħu minn mal-arma, iddisinjati apposta għall-armi speċifikati fi ML2.a.

ML3
Munizzjon u apparati tal-issettjar tal-fjus, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

a.

Munizzjon għall-armi speċifikati minn ML1, ML2 jew ML12;

b.

Apparati tal-issettjar tal-fjus iddisinjati apposta għal munizzjon speċifikati minn ML3.a.

Nota 1

Komponenti ddisinjati apposta speċifikati minn ML3 jinkludu:

a.

Fabbrikazzjonijiet tal-metall jew tal-plastik bħal inkwini tal-kapsa, cups tal-bullits, links tal-kartriġis, bands li jduru u partijiet tal-metall tal-munizzjoni;

b.

Apparati tas-safing u l-armar, fużijiet, sensuri uapparat ta' inizjazzjoni;

c.

Provvisti tal-enerġija b'output operattiv ta' darba waħda għoli;

d.

Każijiet kombustibbli għaċ-ċarġis;

e.

Submunizzjonijiet inklużi bomblets, minelets u projettili ggwidati terminalment.

Nota 2

ML3.a. ma japplikax għall-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Munizzjon irbattut mingħajr projettili (blank star);

b.

Munizzjon inerti ta' istruzzjoni b'kaxxetta mtaqba;

c.

Munizzjon ieħor in bjank u inerti, li ma jinkludix komponenti ddisinjati għal munizzjon attiv; jew

d.

Komponenti ddisinjati apposta għal munizzjon in bjank jew inerti, speċifikati f'din in-Nota 2.a., b. jew c.

Nota 3

ML3.a. ma japplikax għal kartriġis imfassla apposta għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet li ġejjin:

a.

Sinjalar;

b.

Tbeżżigħ tal-għasafar; jew

c.

Xegħla ta' flares tal-gass f'bjar taż-żejt.

ML4
Bombi, torpidows, rokits, missili, apparati u ċarġis splussivi oħra u tagħmir u aċċessorji relatati, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

N.B.1:

Għal tagħmir ta' gwida u ta' nagivazzjoni, ara ML11.

N.B.2:

Għal Sistemi ta' Protezzjoni tal-Missili tal-Inġenji tal-Ajru (AMPS), ara ML4.c.

a.

Bombi, torpidows, granati, kanisters tad-duħħan, rokits, mini, missili, ċarġis tal-fond, ċarġis tad-dimolizzjoni, apparati tad-dimolizzjoni, kits tad-dimolizzjoni, apparati "pirotekniċi", kartriġis u simulaturi (jiġifieri, tagħmir li jimita l-karatteristiċi ta' kwalunkwe wieħed minn dawn l-oġġetti), iddisinjat apposta għal użu militari;

Nota

ML4.a. jinkludi:

a.

Grenadi tad-duħħan, bombi tan-nar, bombi inċendjarji u apparati splussivi;

b.

Nozzles tar-rokits tal-missili u nosetips ta' vettura ta' dħul mill-ġdid.

b.

Tagħmir li għandu dan kollu li ġej:

1.

Iddisinjat apposta għall-użu militari; u

2.

Iddisinjat apposta għal 'attivitajiet' relatati ma' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

a.

Oġġetti speċifikati minn ML4.a; jew

b.

Strumenti Splussivi Improvizzati (IEDs).

Nota Teknika:

Għall-fini ta' ML4.b.2. 'attivitajiet' japplikaw għall-ġestjoni, it-tnedija, il-pożizzjonament, il-kontroll, id-diżinneskament, id-detonazzjoni, l-attivazzjoni, il-motorizzazzjoni b'output operattiv ta' darba waħda, l-ingann, l-imblukkar, il-ġbid, is-sejbien, it-tfixkil jew l-użu.

Nota 1

ML4.b. jinkludi:

a.

Tagħmir ta' likwifikazzjoni tal-gass mobbli li kapaċi jipproduċi 1 000 kg jew aktar ta' gass kuljum f'forma likwida;

b.

Kejbil ta' konduzzjoni elettriku li jżomm fil-wiċċ adatt għall-ġbid ta' mini manjetiċi.

Nota 2

ML4.b. ma japplikax għal apparti li jinżammu fl-idejn, illimitati mid-disinn unikament għad-detezzjoni ta' oġġetti tal-metall u li mhumiex kapaċi jiddisingwu bejn mini u oġġetti tal-metall oħrajn.

c.

Sistemi ta' Protezzjoni tal-Missili tal-Inġenji tal-Ajru (AMPS).

Nota

ML4.c. ma japplikax għal AMPS li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Kwalunkwe wieħed mis-sensuri tal-avviż tal-missili:

1.

Sensuri passivi li jkollhom bl-ogħla rispons bejn 100-400 nm; jew

2.

Sensuri tal-avviż tal-missili Doppler bl-impuls attivi;

b.

Sistemi li joħorġu l-kontromiżuri;

c.

Flares, li juru kemm firma viżibbli kif ukoll firma infrared, biex jiddisturbaw missili mill-wiċċ għas-sema; u

d.

Installat fuq "inġenju tal-ajru ċivili" u li għandu dan kollu li ġej:

1.

L-AMPS huma operabbli biss f'"inġenju tal-ajru ċivili" speċifiku li fih ikunu installati l-AMPS speċifiċi u li għalih inħareġ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

a.

Ċertifikat tat-Tip ċivili maħruġ mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta' Wassenaar; jew

b.

Dokument ekwivalenti rikonoxxut mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO);

2.

L-AMPS jużaw protezzjoni biex jipprevjenu aċċess mhux awtorizzat għal "software"; u

3.

L-AMPS jinkorporaw mekkaniżmu attiv li jġiegħel lis-sistema ma tiffunzjonax meta hu jitneħħa mill-"inġenju tal-ajru ċivili" li fih ikun ġie installat.

ML5
Il-kontroll tan-nar, u tagħmir ta' allert u avviż relatat, u sistemi relatati, tagħmir ta' ittestjar u allinjament u kontramiżura, kif ġej, iddisinjat apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalihom:

a.

Apparat ta' mira, kompjuters għall-ibbumbardjar, tagħmir ta' puntament u sistemi għall-kontroll tal-armi;

b.

Sistemi ta’ akkwist, desinjazzjoni, telemetrija, sorveljanza jew insegwiment tal-bersall; tagħmir ta’ kxif, ta’ fużjoni tad-data, ta’ rikonoxximent jew ta’ identifikazzjoni; u tagħmir għall-integrazzjoni tas-sensur;

c.

Tagħmir ta' kontramiżura għall-oġġetti speċifikati minn ML5.a. jew ML5.b.;

Nota

Għall-finijiet ta' ML5.c., it-tagħmir ta' kontromiżura jinkludi t-tagħmir għall-iżvelar.

d.

Tagħmir ta' test fuq il-post jew ta' allinjament, iddisinjat apposta għall-oġġetti speċifikati minn ML5.a., ML5.b. jew ML5.c.

ML6
Vetturi tal-art u komponenti, kif ġej:

N.B.

Għal tagħmir ta' gwida u ta' nagivazzjoni, ara ML11.

a.

Vetturi terrestri u komponenti għalihom, iddisinjati jew modifikati apposta għal użu militari;

Nota Teknika

Għall-finijiet ta' ML6.a. it-terminu vetturi tal-art jinkludi t-trejlers.

b.

Vetturi oħra tal-art u komponenti, kif ġej:

1.

Vetturi li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Manifatturati jew mgħammra b'materjali jew komponenti li jipprovdu protezzjoni ballistika sal-livell III (NIJ 0108.01, Settembru 1985, jew standard nazzjonali komparabbli) jew aħjar;

b.

Trażmissjoni biex tiġi pprovduta enerġija kemm għar-roti ta' quddiem kif ukoll ta' wara fl-istess ħin, inklużi dawk il-vetturi li jkollhom roti addizzjonali għal skopijiet ta' ġarr ta' tagħbija kemm jekk misjuqa kif ukoll jekk mhux misjuqa;

c.

Klassi tal-Piż Gross tal-Vettura (Gross Vehicle Weight Rating - GVWR) ta' aktar minn 4 500 kg; u

d.

Iddisinjati jew modifikati għal użu off-road;

2.

Komponenti li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Iddisinjati apposta għal vetturi speċifikati fi ML6.b.1.; u

b.

Li jipprovdu protezzjoni ballistika sal-livell III (NIJ 0108.01, Settembru 1985, jew standard nazzjonali komparabbli) jew aħjar.

N.B.

Ara wkoll ML13.a.

Nota 1

ML6.a. jinkludi:

a.

Tankijiet u vetturi armati militari oħra u vetturi militari mgħammra b'muntaturi għall-armamenti jew it-tagħmir għat-tqegħid ta' mini jew it-tnedija ta' munizzjon speċifikati minn ML4;

b.

Vetturi blindati;

c.

Vetturi amfibi u vetturi tajbin għal ġo l-ilma;

d.

Vetturi tal-irkupru jew vetturi għall-irmunkar jew għat-trasportazzjoni ta' munizzjon jew sistemi ta' armi u tagħmir assoċjat ta' maniġġar tat-tagħbija.

Nota 2

Modifika ta' vettura tal-art għall-użu militari speċifikat minn ML6.a. teħtieġ bidla strutturali, elettrika jew mekkanika li tkun tinvolvi komponent wieħed jew aktar iddisinjati apposta għal użu militari. Tali komponenti jinkludu:

a.

Koperturi ta' tajers pnewmatiċi ta' għamla ddisinjati apposta biex ikunu tajbin kontra l-bullits;

b.

Protezzjoni blindata ta' partijiet vitali (per eżempju, it- tankijiet tal- karburant jew il-kabini tal-vetturi);

c.

Rinforzi jew muntaturi speċjali għall-armi;

d.

Dawl tal-black-out.

Nota 3

ML6 ma japplikax għal vetturi ċivili mfassla jew modifikati biex jiġu trasportati flus jew oġġetti ta' valur.

Nota 4

ML6. ma japplikax għal vetturi li jissodisfaw dan kollu li ġej;

a.

Ġew immanifatturati qabel l-1946;

b.

Ma għandhomx l-oġġetti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE u manifatturati wara l-1945, minbarra riproduzzjonijiet ta' komponenti oriġinali jew aċċessorji għall-vettura; u

c.

Ma jinkorporawx armi speċifikati f' ML1., ML2. jew ML4. sakemm ma jkunux inoperabbli u ma jkunux jistgħu jisparaw xi projettili.

ML7
Aġenti tossiċi kimiċi jew bijoloġiċi, "aġenti ta' kontroll ta' rvellijiet", materjali radjuattivi, tagħmir, komponenti u materjali relatati, kif ġej:

a.

Aġenti bijoloġiċi jew materjali radjoattivi "adattati għall-użu fi gwerra" biex idarrbu l-bnedmin jew l-annimali, jiddegradaw it-tagħmir jew jagħmlu ħsara lill-uċuħ tar-raba' jew l-ambjent;

b.

Aġenti kimiċi tal-gwerra (CW) inklużi:

1.

Aġenti li jattakkaw is-sistema nervuża:

a.

O-Alkil (daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) alkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) - fosfonofluworidati, bħal:

Sarin (GB):O-Isopropil metilfosfonofluworidat (CAS 107-44-8); u

Soman (GD):O-Pinakolil metilfosfonofluworidat (CAS 96-64-0);

b.

O-Alkil (daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) N,N-dialkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) fosforamidosanidati bħal:

Tabun (GA):O-Etil N,N-dimetilfosforamidoċjanidat (CAS 77-81-6); c. c.

c.

O-Alkil (H jew daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) S-2-dialkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil)-amminoetil alkil (Metil, Etil, n-Propil or Isopropil) fosfonotiolati u mluħa alkilati u protonati korrispondenti, bħal:

VX: O-Etil S-2-diisopropilamminoetil metil fosfonotiolat (CAS 50782-69-9);

2.

Aġenti viżikanti għal gwerra kimika:

a.

Mustardi tas-sulfat, bħal:

1.

2-Kloroetilklorometilsulfid (CAS 2625-76-5);

2.

Bis(2-kloroetil) sulfid (CAS 505-60-2);

3.

Bis(2-kloroetiltijo) metan (CAS 63869-13-6);

4.

1,2-bis (2-kloroetiltijo) etan (CAS 3563-36-8);

5.

1,3-bis (2-kloroetiltijo) -n-propan (CAS 63905-10-2);

6.

1,4-bis (2-kloroetiltijo) -n-butan (CAS 142868-93-7);

7.

1,5-bis (2-kloroetiltijo) -n-pentan (CAS 142868-94-8);

8.

Bis (2-kloroetiltijometil) eter (CAS 63918-90-1);

9.

Bis (2-kloroetiltijoetil) eter (CAS 63918-89-8);

b.

Lewisiti, bħal:

1.

2-klorovinildikloroarsina (CAS 541-25-3);

2.

Tris (2-klorovinil) arsina (CAS 40334-70-1);

3.

Bis (2-klorovinil) kloroarsina (CAS 40334-69-8); c.

c.

Mustardi tas-sulfat, bħal:

1.

HN1: bis (2-kloroetil) etilammina (CAS 538-07-8);

2.

HN2: bis (2-kloroetil) metilammina (CAS 51-75-2);

3.

HN3: tris (2-kloroetil) ammina (CAS 555-77-1);

3.

Aġenti inkapaċitanti għal gwerra kimika, bħalma huma:

a.

3-Kwinuklidinil benżilat (BZ) (CAS 6581-06-2);

4.

Aġenti defoljanti għal gwerra kimika, bħalma huma:

a.

Butil 2-kloro-4-fluworofenoksijaċetat (LNF);

b.

aċidu 2,4,5-triklorofenossiaċetiku (CAS 93-76-5) imħallat ma' aċidu 2,4-diklorofenossiaċetiku (CAS 94-75-7) (Agent Orange (CAS 39277-47-9));

c.

Prekursuri binarji u prekursuri prinċipali tas-CW, kif ġej:

1.

Alkil (Metil, Etil, n-Propi jew Isopropil) Difluworuri tal-Fosfonil, bħalma huma:

DF: Fosfonildifluworur tal-Metil (CAS 676-99-3);

2.

O-Alkil (H jew daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) O-2-dialkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) amminuetil alkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) fosfoniti u mluħa alkilati u protonati korrispondenti, bħal:

QL: O-Etil O-2-di-isopropilamminoetil metilfosfonit (CAS 57856-11-8);

3.

Klorosarin: O-Isopropil metilfosfonokloridat (CAS 1445-76-7);

4.

Klorosoman: O-Pinakolil metilfosfonokloridat (CAS 7040-57-5);

d.

"Aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet", kimiki kostitwenti attivi u taħlitiet tagħhom, inklużi:

1.

α-Bromobenżeneaċetonitril, (Ċjanur tal-bromobenżil) (CA) (CAS 5798-79-8);

2.

[(2-klorofenil) metilen] propanedinitril, (o-Klorobenżilidenemalononitril (CS) (CAS 2698-41-1);

3.

2-Kloro-1-feniletanon, Klorur tal-Fenilaċil (ω-kloroaċetofenon) (CN) (CAS 532-27-4);

4.

Dibenż(b,f)-1,4-ossażefina, (CR) (CAS 257-07-8);

5.

10-Kloro-5,10-diidrofenarsażina, (Klorur tal-Fenarsażina), (Adamsit), (DM) (CAS 578-94-9);

6.

N-Nonanoilmorfolina, (MPA) (CAS 5299-64-9);

Nota 1

ML7.d ma japplikax għal "aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet" ippakkjati b'mod individwali għal finijiet ta' difiża personali.

Nota 2

ML7.d. ma japplikax għal kimiki kostitwenti attivi, u taħlitiet tagħhom, identifikati u ppakkjati għall-produzzjoni tal-ikel jew finijiet mediċi.

e.

Tagħmir maħsub jew modifikat apposta għall-użu militari, maħsub jew modifikat għad-disseminazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin, u komponenti maħsuba apposta għalihom:

1.

Materjali jew aġenti speċifikati minn ML7.a., ML7.b. jew ML 7d.; jew

2.

Aġenti CW magħmula minn prekursuri speċifikati minn ML7.c.

f.

Tagħmir protettiv u ta' dekontaminazzjoni, maħsuba jew modifikati apposta għal użu militari, komponenti u taħlitiet ta' kimiki kif ġej:

1.

Tagħmir, iddisinjat jew modifikat għad-difiża kontra materjali speċifikati minn ML7.a., ML7.b. jew ML7.d., u komponenti ddisinjati apposta għal dan;

2.

Tagħmir, iddisinjat jew modifikat għad-dekontaminazzjoni ta' oġġetti kkontaminati b'materjali speċifikati minn ML7.a. jew ML7.b. u komponenti ddisinjati apposta għal dan;

3.

Taħlitiet kimiċi żviluppati jew ifformulati apposta għad-dekontaminazzjoni ta' oġġetti kontaminati minn materjali speċifikati minn ML7.a. jew ML7.b.;

Nota

ML7.f.1. jinkludi:

a.

Unitajiet ta' kondizzjonament tal-arja ddisinjati jew modifikati għal filtrazzjoni nukleari, bijoloġika jew kimika;

b.

Ilbies ta' protezzjoni.

N.B.

Għal maskli tal-gass ċivili, tagħmir protettiv u ta' dekontaminazzjoni, ara wkoll l-iskrizzjoni 1A004 fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE. g.

g.

Tagħmir maħsub jew modifikat apposta għall-użu militari, maħsub jew modifikat għall-kxif jew l-identifikazzjoni ta' materjali speċifikati minn ML7.a., ML7.b. jew ML7.d., u komponenti maħsuba apposta għal dan;

Nota

ML7.g. ma japplikax għal dożimetri personali għall-monitoraġġ ta’ radjazzjoni.

N.B.

Ara wkoll l-iskrizzjoni 1A004 fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.

h.

“Bijopolimers” maħsuba jew ipproċessati apposta għall-kxif jew l-identifikazzjoni ta' aġenti tas-CW speċifikati minn ML7.b., u l-kulturi ta' ċelluli speċifiċi użati biex dawn jiġu prodotti;

i.

“Bijokatalizzaturi” għad-dekontaminazzjoni jew id-degradazzjoni ta' aġenti tal-gwerra kimika, u sistemi bijoloġiċi għalihom, kif ġej:

1.

"Bijokatalisti" ddisinjati apposta għad-dekontaminazzjoni jew id-degradazzjoni ta' aġenti tas-CW speċifikati minn ML7.b., u li jirriżultaw mis-selezzjoni laboratorja diretta jew il-manipulazzjoni ġenetika ta' sistemi bijoloġiċi;

2.

Sistemi bijoloġiċi li fihom l-informazzjoni ġenetika speċifika għall-produzzjoni ta’ "bijokatalisti" speċifikati minn ML7.i.1., kif ġej:

a.

"Vektors ta’ espressjoni";

b.

Virusijiet;

c.

Kulturi ta' ċelloli.

Nota 1

ML7.b. u ML7.d. ma japplikawx għal dan li ġej:

a.

Klorur taċ-ċjanoġenu (CAS 506-77-4). Ara l-entrata 1C450.a.5. fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.

b.

Aċidu Idroċjaniku (CAS 74-90-8);

c.

Kloru (CAS 7782-50-5);

d.

Klorur tal-karbonil(fosġenu) (CAS 75-44-5). Ara l-entrata 1C450.a.4. fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE;

e.

Difosġen (triklorometil-kloroformat) (CAS 503-38-8);

f.

Ma jintużax mill-2004;

g.

Bromur tax-xilil, orto: (CAS 89-92-9), meta: (CAS 620-13-3), para: (CAS 104-81-4); h. h.

h.

Bromur tal-benżil (CAS 100-39-0);

i.

Jodur tal-benżil (CAS 620-05-3);

j.

Bromo aċeton (CAS 598-31-2);

k.

Ċjanoġen tal-bromur(CAS 506-68-3);

l.

Bromo metiletilketon (CAS 816-40-0);

m.

Kloro aċeton (CAS 78-95-5);

n.

Jodoaċetat etil (CAS 623-48-3);

o.

Jodo aċeton (CAS 3019-04-3);

p.

Kloropiċrin (CAS 76-06-2). Ara l-entrata 1C450.a.7. fuq il-Lista ta' Użu-Doppju tal-UE.

Nota 2

Il-kulturi taċ-ċelluli u s-sistemi bijoloġiċi speċifikati minn ML7.h. u ML7.i.2. huma esklussivi u dawn is-sub-punti ma japplikawx għal ċelluli jew sistemi bijoloġiċi għal finijiet ċivili, bħal dawk agrikoli, farmaċewtiċi,mediċinali,veterinarji, ambjentali, ġestjoni tal-iskart, jew fl-industrija tal-ikel.

ML8
"Materjali enerġetiċi", u sustanzi relatati, kif ġej:

N.B.1.

Ara wkoll l-entrata 1C011 fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.

N.B.2.

Għal ċarġis u tagħmir, ara ML4 u l-entrata 1A008 dwar il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.

Noti Tekniċi

1.

Għall-finijiet ta' ML8, taħlita tirreferi għal kompożizzjoni ta' żewġ sustanzi jew aktar b'minn tal-inqas sustanza waħda elenkata fis-sub-punti ML8.

2.

Kwalunkwe sustanza elenkata fis-sub-punti ta' ML8 hija soġġetta għal din il-lista, anki meta użata f'applikazzjoni minbarra dik indikata. (pereżempju, TAGN hija fil-biċċa l-kbira użata bħala splussiv iżda tista' tintuża wkoll bħala karburant jew bħala ossidizzant.)

3.

Għall-finijiet ta' ML8., id-daqs tal-partiċella huwa d-dijametru medju tal-partiċella fuq bażi ta' piż jew volum. Standards internazzjonali jew nazzjonali ekwivalenti ser jintużaw fit-teħid ta' kampjuni u fid-determinazzjoni tad-daqs tal-partiċella.

a.

"Splussivi", kif ġej, u taħlitiet tagħhom:

1.

ADNBF (amminodinitrobenżofurossan jew 7-ammino-4,6-dinitrobenżofurażan-1-ossidu) (CAS 97096-78-1);

2.

BNCP (ċis-bis (5-nitrotetrażolato) tetra ammina-kobalt (III) perklorat) (CAS 117412-28-9);

3.

CL-14 (diammino dinitrubenżofuroksan jew 5,7-dijammino-4,6-dinitrubenżofurażan-1-ossidu) (CAS 117907-74-1);

4.

CL-20 (HNIW jew Eżanitrueżaażaisowurtżitan) (CAS 135285-90-4); klatrati ta' CL-20 (ara wkoll ML8.g.3. u g.4. għall-"prekursuri" tiegħu);

5.

CP (2-(5-ċjanotetrażolato) penta ammina-kobalt (III) perklorat) (CAS 70247-32-4);

6.

DADE (1,1-dijammino-2,2-dinitroetilen, FOX7) (CAS 145250-81-3);

7.

DATB (dijamminutrinitrubenżen) (CAS 1630-08-6);

8.

DDFP (1,4-dinitrudifurażanopiperażina);

9.

DDPO (2,6-dijammino-3,5-dinitrupirażina-1-ossidu, PZO) (CAS 194486-77-6);

10.

DIPAM (3,3'-dijammino-2,2',4,4',6,6'-eżanitrubifenil jew dipikrammid) (CAS 17215-44-0);

11.

DNGU (DINGU jew dinitruglikoluril) (CAS 55510-04-8);

12.

Furażani kif ġej:

a.

DAAOF (DAAF, DAAFox, jew dijamminoażoksifurażan);

b.

DAAzF (dijamminoażofurażan) (CAS 78644-90-3);

13.

HMX u derivativi (ara wkoll ML8.g.5. għall-"prekursuri" tiegħu), kif ġej:

a.

HMX (Ċiklotetrametilenetetranitrammina, oktaidro-1,3,5,7-tetranitro-1,3,5,7-tetrażina, 1,3,5,7-tetranitro-1,3,5,7-tetraża-ċikloottan, ottoġen jew ottoġenu) (CAS 2691-41-0);

b.

analogi ta' difluworoamminati ta' HMX;

c.

K-55 (2,4,6,8-tetranitro-2,4,6,8-tetraażabiċiklo [3,3,0]-ottanon-3, tetranitrosemiglikuril jew keto-biċikliko HMX) (CAS 130256-72-3);

14.

HNAD (eżanitroadamantan) (CAS 143850-71-9);

15.

HNS (eżanitrostilben) (CAS 20062-22-0);

16.

Imidażoli kif ġej:

a.

BNNII (Oktaidru-2,5-bis(nitruimmino)imidażo [4,5-d]imidażol);

b.

DNI (2,4-dinitroimidażol) (CAS 5213-49-0);

c.

FDIA (1-fluworo-2,4-dinitroimidażol);

d.

NTDNIA (N-(2-nitrotrijażolo)-2,4-dinitroimidażol);

e.

PTIA (1-pikril-2,4,5-trinitroimidażol);

17.

NTNMH (1-(2-nitruotrijażolo)-2-dinitrumetilin idrażina);

18.

NTO (ONTA jew 3-nitro-1,2,4-trijażol-5-wieħed) (CAS 932-64-9);

19.

Polinitroikubani b'aktar minn erba' gruppi ta' nitro;

20.

PYX (2,6-Bis(pikrilammino)-3,5-dinitropiridin) (CAS 38082-89-2);

21.

RDX u derivativi, kif ġej:

a.

RDX (ċiklotrimetilenetrinitrammina, ċiklonit, T4, eżaidro-1,3,5-trinitro-1,3,5-triażina, 1,3,5-trinitro-1,3,5-triaża-ċikloeżan, eżoġen jew eżogenu) (CAS 121-82-4);

b.

Keto-RDX (K-6 jew 2,4,6-trinitro-2,4,6-triażaċikloeżanon) (CAS 115029-35-1);

22.

TAGN (trijamminogwanidinenitrat) (CAS 4000-16-2);

23.

TATB (trijamminotrinitrubenżen) (CAS 3058-38-6) (ara wkoll ML8.g.7 għall-"prekursuri" tiegħu);

24.

TEDDZ (3,3,7,7-tetrabis(difluworoammina) oktaidro-1,5-dinitru-1,5-diażoċina);

25.

Tetrażoli kif ġej:

a.

NTAT (nitrutriażol amminotetrażol);

b.

NTNT (1-N-(2-nitrotriażolu)-4-nitrutetrażol);

26.

Tetril (trinitrofenilmetilnitrammina) (CAS 479-45-8);

27.

TNAD (1,4,5,8-tetranitro-1,4,5,8-tetraażadekalin) (CAS 135877-16-6) (ara wkoll ML8.g.6. għall-"prekursuri" tiegħu);

28.

TNAZ (1,3,3-trinitroażetidina) (CAS 97645-24-4) (ara wkoll ML8.g.2. għall-"prekursuri" tiegħu);

29.

TNGU (SORGUYL jew tetranitruglikoluril) (CAS 55510-03-7);

30.

TNP (1,4,5,8-tetranitro-piridażinu[4,5-d]piridażina) (CAS 229176-04-9);

31.

Trijażini kif ġej:

a.

DNAM (2-oxi-4,6-dinitroammino-s-triażina) (CAS 19899-80-0);

b.

NNHT (2-nitroimmino-5-nitro-eżaidru-1,3,5-triażina) (CAS 130400-13-4);

32.

Triażoli kif ġej:

a.

5-ażido-2-nitrotriażol;

b.

ADHTDN (4-ammino-3,5-diidrażinu-1,2,4-triażol dinitrammid) (CAS 1614-08-0);

c.

ADNT (1-ammino-3,5-dinitro-1,2,4-triażol);

d.

BDNTA ([bis-dinitrotriażol]ammina);

e.

DBT (3,3'-dinitro-5,5-bi-1,2,4-triażol) (CAS 30003-46-4);

f.

DNBT (dinitrobistriażol) (CAS 70890-46-9);

g.

Ilu ma jintuża mill-2010;

h.

NTDNT (1-N-(2-nitrotriażolu) 3.5-dinitrotriażol);

i.

PDNT (1-pikril-3,5-dinitrotriażol);

j.

TACOT (tetranitrubenżotriażolobenżotriażol) (CAS 25243-36-1);

33.

Splussivi mhux elenkati xi mkien ieħor f'ML8.a. u li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Veloċità ta' detonazzjoni li taqbeż it-8 700 m/s, b'densità massima, jew

b.

Pressjoni ta’ detonazzjoni li taqbeż 34 GPa (340 kbar);

34.

Ma ntużax mill-2013;

35.

DNAN (2,4-dinitroanisol) (CAS 119-27-7);

36.

TEX (4,10-Dinitro-2,6,8,12-tetraossa-4,10-diażasowurtżitan)

37.

GUDN (Gwanilurea dinitrammid) FOX-12 (CAS 217464-38-5)

38.

Tetrażoli, kif ġej:

a.

BTAT (Bis(2,2,2-trinitroetil)-3,6-diamminotetrażina);

b

LAX-112 (3,6-diammino-1,2,4,5-tetrażina-1,4-diossidu);

39.

Materjali joniċi enerġetiċi bejn 343 K (70 °C) u 373 K (100 °C) u b'veloċità ta' detonazzjoni li taqbeż is-6 800 m/s jew pressjoni ta' detonazzjoni li taqbeż it-18 GPa (180 kbar);

b.

"Teknoloġija", kif ġej:

1.

Kwalunkwe "propellant" solidu b'impuls speċifiku teoretiku (taħt kondizzjonijiet standard) ta' aktar minn:

a.

240 sekonda għal "propellant" mhux metallizzat, mhux alloġenizzat;

b.

250 sekonda għal "propellant" mhux metallizzat, alloġenizzat; jew

c.

260 sekonda għal "propellant" metallizzat;

2.

Ma ntużax mill-2013;

3.

"Propellanti" b’forza kostanti ta’ aktar minn 1 200 kJ/kg;

4.

"Propellanti” li kapaċi jżommu rata ta' ħruq lineari bi stat stabbli ta' aktar minn 38 mm/s taħt kondizzjonijiet standard (kif imkejjel fil-forma ta' strand singola inibita) ta' pressjoni ta' 68,9 MPa (68,9 bar) u u 294 K (21 °C);

5.

"Propellanti" bbażati fuq Elastomer Modifikat fuq Fużjoni Doppja (EMCDB) b’estensibbiltà bi stress massimu ta’ aktar minn 5 % b’233 K (- 40 °C);

6.

Kwalunkwe "propellant" li fih sustanzi speċifikati minn ML8.a.

7.

"Propellanti", mhux speċifikati xi mkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE, imfassla b’mod speċjali għall-użu militari;

c.

"Pirotekniċi", fjuwils u sustanzi relatati, kif ġej, u taħlitiet tagħhom:

1.

Fjuwils tal-inġenji tal-ajru fformulati apposta għal finijiet militari;

Nota

Karburanti tal-inġenji tal-ajru speċifikati minn ML8.c.1. huma prodotti mitmuma, mhux il-kostitwenti tagħhom.

2.

(idrur tal-aluminju) (CAS 7784-21-6);

3.

Karborani; dekaboran (CAS 17702-41-9); pentaborani (CAS 19624-22-7 u 18433-84-6) u derivativi tagħhom;

4.

Idrażin u derivativi, kif ġej (ara wkoll ML8.d.8. u d.9. għal derivativi tal-idrażin ossidizzanti):

a.

Idrażina (CAS 302-01-2) f'konċentrazzjonijiet ta' 70 % jew aktar;

b.

Idrażina tal-monometil (CAS 60-34-4);

c.

Idrażina tad-dimetil simmetrika (CAS 540-73-8);

d.

Idrażina tad-dimetil mhux simmetrika (CAS 57-14-7);

Nota

ML8.c.4.a. ma japplikax għal taħlitiet idrażini fformulati apposta għall-kontroll tal-korrużjoni.

5.

Karburanti tal-metall, taħlitiet tal-karburanti jew taħlitiet "pirotekniċi”, b'forma ta' partiċelli kemm jekk sferiċi, atomizzati, sferojdali, ifflejkjati jew mitħuna, immanifatturati minn materjal li jikkonsisti f'99 % jew aktar minn kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Metalli kif ġej u taħlitiet tagħhom:

1.

Berillju (CAS 7440-41-7) f’daqsijiet ta’ partiċelli ta’ anqas minn 60 μm;

2.

Trab tal-ħadid (CAS 7439-89-6) b’daqs ta’ partiċelli ta’ 3 μm jew anqas prodott bit-tnaqqis ta’ ossidu tal-ħadid mal-idroġenu;

b.

Taħlitiet li fihom kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Zirkonju (CAS 7440-67-7), manjeżju (CAS 7439-95-4) jew ligi ta' dawn f'daqsijiet ta' partiċelli ta' anqas minn 60 μm; jew

2.

Karburanti minn boron (CAS 7440-42-8) jew karbur tal-boron (CAS 12069-32-8) ta’ purezza ta’ 85 % jew ogħla u daqsijiet ta’ partiċelli ta’ anqas minn 60 μm;

Nota 1

ML8.c.5 japplika għal splussivi u karburanti, kemm jekk il-metalli jew il-ligi huma maqbuda f’kapsula tal-aluminju, tal-manjeżju, taż-żirkonju, jew tal-berillju, kif ukoll jekk le.

Nota 2

ML8.c.5.b. japplika biss għall-karburanti tal-metall f’forma ta’ partiċelli meta jkunu mħallta ma’ sustanzi oħra biex jifformaw taħlita fformolata għall-iskopijiet militari bħal sospensjoni magħquda ta’ propellant likwidu, propellant solidu, jew taħlitiet pirotekniċi.

Nota 3

ML8.c.5.b.2. ma japplikax għal boron u karbur boron magħmul aktar sinjur b'boron-10 (20 % jew aktar ta' kontenut totali ta' boron-10).

6.

Materjali militari, li fihom ħaxxiena għal karburanti idrokarburi fformulati apposta għall-użu f'teffieħa tal-fjamma jew munizzjonijiet inċendjarji, bħal stearates jew palmitates tal-metall (pereżempju, oktal (CAS 637-12-7));

7.

Perklorati, klorati u kromati, kkompositati b'metall fi trab jew komponenti oħra għolja fil-karburant tal-enerġija;

8.

Trab tal-aluminju sferiku jew sferojdali (CAS 7429-90-5) b'daqs ta' partiċelli ta' 60 μm jew anqas u manifatturat minn materjal b'kontenut ta' aluminju ta' 99 % jew aktar;

9.

Subidridu tat-titanju (TiHn) ta' stojkjometrija ekwivalenti għal n = 0,65 – 1,68;

10.

Karburanti likwidi b'densità ta' enerġija għolja mhux speċifikati f'ML8.c.1., kif ġej:

a.

Karburanti imħallta, li jinkludu karburanti kemm solidi kif ukoll likwidi, (pereżempju suspensjoni tal-boron), b'densità ta' enerġija bbażata fuq il-massa ta' 40 MJ/kg jew iktar;

b.

Karburanti u addittivi ta' karburanti oħrajn b'densità ta' enerġija għolja (pereżempju, kuban, soluzzjonijiet joniċi, JP-7, JP-10) li għandhom densità ta' enerġija bbażata fuq il-volum ta' 37,5 GJ kull metru kubu jew iktar, b'temperatura ta' 293 K (20 °C) u pressjoni tal-atmosfera (101,325 kPa);

Nota

ML8.c.10.b. ma japplikax għal JP-4, JP-8, karburanti fossili raffinati jew bijokarburanti, jew karburanti għal magni ċċertifikati għall-użu fl-avjazzjoni ċivili.

11.

Materjali "pirotekniċi" u piroforiċi, kif ġej:

a.

Materjali "pirotekniċi" jew piroforiċi fformolati speċifikament sabiex itejbu jew jikkontrollaw il-produzzjoni ta' enerġija radjata fi kwalunkwe parti tal-ispettru IR; b.

b.

b. Taħlitiet tal-manjeżju, politetrafluworoetilen (PTFE) u kopolimer viniliden difluworidu-eżafluworopropilen (pereżempju, MTV);

12.

Taħlitiet tal-karburanti, taħlitiet "pirotekniċi" jew "materjali enerġetiċi", mhux speċifikati mkien ieħor f'ML8, li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Li fihom aktar minn 0,5 % ta' partiċelli ta' kwalunkwe minn dan li ġej:

1.

Aluminju;

2.

Berillju;

3.

Boron;

4.

Żirkonju;

5.

Manjeżju; jew

6.

Titanju;

b.

Partiċelli speċifikati minn ML8.c.12.a. b'daqs anqas minn 200 nm fi kwalunkwe direzzjoni; u

c.

Partiċelli speċifikati minn ML8.c.12.a. b'kontenut tal-metall ta' 60% jew aktar; d.

d.

Ossidanti, kif ġej, u taħlitiet tagħhom:

1.

ADN (ammonju dinitrammid jew SR 12) (CAS 140456-78-6);

2.

AP (perklorat tal-ammonju) (CAS 7790-98-9);

3.

Komposti magħmula minn fluworin u kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Aloġeni oħra;

b.

Ossiġenu; jew

c.

Nitroġenu;

Nota 1

ML8.d.3 ma japplikax għat-trifluworid tal-kloru (CAS 7790-91-2).

Nota 2

ML8.d.3 ma japplikax għat-trifluworid tan-nitroġenu (CAS 7783-54-2) fl-istat gassuż tiegħu.

4.

DNAD (1,3-dinitro-1,3-diażetidina) (CAS 78246-06-7);

5.

HAN (idrossilammonju nitrat) (CAS 13465-08-2);

6.

HAP (idroksilammonju perklorat) (CAS 15588-62-2);

7.

HNF (idrażinjum nitroformat) (CAS 20773-28-8);

8.

Idrażina nitrat (CAS 37836-27-4);

9.

Idrażina perklorat (CAS 27978-54-7);

10.

Ossidanti likwidi magħmula minn jew li fihom aċidu nitriku fumanti aħmar inibit (IRFNA) (CAS 8007-58-7);

Nota

ML8.d.10 ma japplikax għal aċidu nitriku fumanti mhux inibit.

e.

Bajnders, plastikizzaturi, monomers u polimers, kif ġej:

1.

AMMO (ażidometilmetilossetan u l-polimeri tiegħu) (CAS 90683-29-7) (ara wkoll ML8.g.1. għall-"prekursuri" tiegħu);

2.

BAMO (3,3-bis(ażidometil)ossetan u l-polimers tiegħu) (CAS 17607-20-4) (ara wkoll ML8.g.1. għall-"prekursuri" tiegħu);

3.

BDNPA (bis (2,2-dinitropropil)aċetal) (CAS 5108-69-0);

4.

BDNPF (bis (2,2-dinitropropil)formali) (CAS 5917-61-3);

5.

BTTN (butanetrioltrinitrat) (CAS 6659-60-5) (ara wkoll ML8.g.8. għall-"prekursuri" tiegħu);

6.

Monomers enerġetiċi, plastikizzaturi jew polimeri, ifformultai b'mod speċjali għall-użu militari u li fihom kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Gruppi ta' nitro;

b.

Gruppi ta' ażido;

c.

Gruppi ta' nitrat;

d.

Gruppi ta' nitraża; jew

e.

Gruppi ta' difluworoammino;

7.

FAMAO (3-difluworoamminometil-3-ażidometil ossetan) u l-polimeri tiegħu;

8.

FEFO (bis-(2-fluworo-2,2-dinitruetil) formal) (CAS 17003-79-1);

9.

FPF-1 (poli-2,2,3,3,4,4-eżafluworopentan-1,5-diol formal) (CAS 376-90-9);

10.

FPF-3 (poli-2,4,4,5,5,6,6-ettafluworu-2-tri-fluworometil-3-ossaeptan-1,7-diol formal);

11.

GAP (gliċidilażid polimer) (CAS 143178-24-9) u d-derivativi tiegħu;

12.

HTPB (idrossil polibutadien terminat) b'funzjonalità idrossil daqs jew akbar minn 2,2 u inqas minn jew daqs 2,4, valur idrossil ta' anqas minn 0,77 meq/g, u viskosità fi 30 °C ta' anqas minn 47 poise (CAS 69102-90-5);

13.

Alkoħol funzjonalizzat, poli(epikloroidrin) b'piż molekolari ta' anqas minn 10 000, kif ġej:

a.

Poli(epikloroidrindjol);

b.

Poli(epikloroidrintriol)

14.

NENAs (komposti nitratoetilnitrammina) (CAS 17096-47-8, 85068-73-1, 82486-83-7, 82486-82-6 u 85954-06-9);

15.

PGN (poli-GLYN, poligliċidilnitrat jew poli(nitratometil ossiran) (CAS 27814-48-8);

16.

Poli-NIMMO (poli nitratometilmetilossetan), poli-NMMO jew poli(3-Nitratometil-3-metilossetan) (CAS 84051-81-0);

17.

Polinitruortokarbonati;

18.

TVOPA (1,2,3-tris[1,2-bis(difluworoammino)etossi] propan jew tris vinossi propan addott) (CAS 53159-39-0);

19.

4,5 diażidometil-2-metil-1,2,3-triażol (iso- DAMTR);

20.

PNO (Poli(3-nitrato ossetan));

f.

"Additivi", kif ġej:

1.

Ram saliċilat bażiku (CAS 62320-94-9);

2.

BHEGA (bis-(2-idrossietil) glikolammid) (CAS 17409-41-5);

3.

BNO (butadienenitrilossidu);

4.

Derivativi tal-ferroċen kif ġej:

a.

Butasin (CAS 125856-62-4);

b.

Katosin (2,2-bis-etilferrosenil propan) (CAS 37206-42-1);

c.

Aċidi karbossiliċi tal-ferroċen u esteri tal-aċidi karbossiliċi tal-ferroċen;

d.

n-butil-ferroċen (CAS 31904-29-7);

e.

Derivativi tal-polimer tal-ferroċen addotti oħra mhux speċifikati mkien ieħor f'ML8.f.4. ;

f.

Etil-ferroċen (CAS 1273-89-8);

g.

Propil-ferroċen;

h.

Pentil-ferroċen (CAS 1274-00-6);

i.

Diċiklopentil-ferroċen;

j.

Diċikloessil-ferroċen;

k.

Dietil ferroċen (CAS 1273-97-8);

l.

Dipropil ferroċen;

m.

Dibutil-ferroċen (CAS 1274-08-4);

n.

Diessil-ferroċen (CAS 93894-59-8);

o.

Aċetil ferroċen (CAS 1271-55-2)/1,1’- diaċetil ferroċen (CAS 1273-94-5);

5.

Beta-resorċilat taċ-ċomb (CAS 20936-32-7);

6.

Ċitrat taċ-ċomb (CAS 14450-60-3);

7.

Ċelati taċ-ċomb-ram ta' beta-resorċilat jew saliċilati (CAS 68411-07-4);

8.

Maleat taċ-ċomb (CAS 19136-34-6);

9.

Saliċilat taċ-ċomb (CAS 15748-73-9);

10.

Stannat taċ-ċomb (CAS 12036-31-6);

11.

MAPO (tris-1-(2-metil)ażiridinil fosfina ossidu) (CAS 57-39-6); BOBBA 8 (bis(2-metil ażiridinil) 2-(2-idrossipropanossi) propilammino fosfin ossidu); u derivativi MAPO oħra;

12.

Metil BAPO (bis(2-metil ażiridinil) metilammino fosfin ossidu) (CAS 85068-72-0);

13.

N-metil-p-nitroanilina (CAS 100-15-2);

14.

3-Nitraża-1,5-pentan diisoċjanat (CAS 7406-61-9);

15.

Aġenti ta' igganċjar organo-metalliċi kif ġej:

a.

Neopentil[diallil]ossi, tri[dioktil]fosfat-titanat (CAS 103850-22-2); magħruf ukoll bħala titanju IV, 2,2[bis 2-propenolato-metil, butanolato, tris (dioktil) fosfato] (CAS 110438-25-0); jew LICA 12 (CAS 103850-22-2);

b.

Titanju IV, [(2-propenolato-1) metil, n-propanolatometil] butanolato-1, tris[dioktil] pirofosfat jew KR3538;

c.

Titanju IV, [(2-propenolato-1) metil, n-propanolatometil] butanolato-1, tris(dijoktil) fosfat;

16.

Poliċijanodifluworoamminoetileneossidu;

17.

Aġenti li jgħaqqdu kif ġej:

a.

1,1R,1S-trimesol-tris(2-etilażiridin) (HX-868, BITA) (CAS 7722-73-8);

b.

Ammidi ażirdina polifunzjonali bi strutturi ta' rinforz isoftaliċi, trimesiċi, isoċjanuriċi jew trimetiladipiċi u li għandhom ukoll grupp ażiridiniku ta' 2-metil jew 2-etil;

Nota

Il-punt ML.8.f.17.b. jinkludi:

a.

1,1H- Isoftalolil-bis(2-metilażiridina)(HX-752) (CAS 7652-64-4);

b.

2,4,6-tris(2-etil-1-ażiridinil)-1,3,5-triażina (HX-874) (CAS 18924-91-9);

c.

1,1′–trimetiladipoil-bis(2-etilażiridina) (HX-877) (CAS 71463-62-2).

18.

Propilenejmina (2-metilażiridina) (CAS 75-55-8);

19.

Ossidu tal-ħadid fin ħafna ħafna (Fe2O3) (CAS 1317-60-8) b'żona tal-wiċċ speċifika aktar minn 250 m2/g u daqs medju tal-partikula ta' 3,0 nm jew anqas;

20.

TEPAN (tetraetilinpentaamminakrilonitril) (CAS 68412-45-3); poliammini ċianoetilati u l-imluħa tagħhom;

21.

TEPANOL (tetraetilenepentaamminaakrilonitrilegliċidol) (CAS 68412-46-4); poliammini ċianoetilati addotti bi gliċidol u l-imluħa tagħhom;

22.

TPB (trifenil bismut) (CAS 603-33-8);

23.

TEPB (Tris (etossifenil) bismut) (CAS 90591-48-3);

g.

"Prekursuri" kif ġej:

N.B.

F'ML8.g. ir-referenzi huma għal "Materjali Enerġetiċi” speċifikati manifatturati minn dawn is-sustanzi.

1.

BCMO (3,3-bis(klorometil)ossetan) (CAS 78-71-7) (ara wkoll ML 8.e. 1. u e. 2.);

2.

Melħ dinitroażetidina-t-butil (CAS 125735-38-8) (ara wkoll ML8.a.28.);

3.

Derivati tal-eżaażaisowurtżitan inkluż HBIW HBIW (eżabenżileżaażaisowurtżitan) (CAS 124782-15-6) (ara wkoll ML8.a.4.) u TAIW (tetraaċetildibenżileżaażaisowurtżitan) (CAS 182763-60-6) (ara wkoll ML8.a.4.);

4.

Ma ntużax mill-2013;

5.

TAT (1,3,5,7 tetraaċetil-1,3,5,7,-tetraaża ċiklo-ottan) (CAS 41378-98-7) (ara wkoll ML8.a.13.);

6.

1,4,5,8-tetraażadekalin (CAS 5409-42-7) (ara wkoll ML8.a.27.);

7.

1,3,5-triklorobenżen (CAS 108-70-3) (ara wkoll ML8.a.23.);

8.

1,2,4-triidrossibutan (1,2,4-butanetriol) (CAS 3068-00-6) (ara wkoll ML8.e.5.);

9.

DADN (1,5-diaċetil-3,7-dinitro-1, 3, 5, 7-tetraaża-ċiklottan) (ara wkoll ML8.a.13).

Nota 1

ML8 ma japplikax għas-sustanzi li ġejjin ħlief jekk huma komposti jew imħallta bil-"materjal enerġetiku" imsemmi f'ML8.a. jew b’metalli fil-forma ta’ trab speċifikati f’ML8.c.:

a.

Pikrat tal-ammonju (CAS 131-74-8);

b.

Trab iswed;

c.

Eżanitrudifenilammina (CAS 131-73-7);

d.

Difluworoammina (CAS 10405-27-3);

e.

Nitrustarċ (CAS9056-38-6);

f.

Nitrat tal-potassju (CAS 7757-79-1);

g.

Tetranitrunaftalen;

h.

Trinitruaniżol;

i.

Trinitrunaftalen;

j.

Trinitrossilen;

k.

N-pirrolidinon; 1-metil-2-pirrolidinon (CAS 872-50-4);

l.

Dioktilmaleat (CAS 142-16-5);

m.

Etileżilakrilat (CAS 103-11-7);

n.

Trijetilaluminju (TEA) (CAS 97-93-8), trimetilaluminju (TMA) (CAS 75-24-1), u alkili tal-metall piroforiċi oħra u arili tal-litju, sodju, manjesju, żingu jew boron;

o.

Nitroċelluloża (CAS 9004-70-0);

p.

Nitrogliċerin (jew gliċeroltrinitrat, trinitrogliċerina) (NG) (CAS 55-63-0);

q.

2,4,6-trinitrotoluen (TNT) (CAS 118-96-7);

r.

Etilindiamminadinitrat (EDDN) (CAS 20829-66-7);

s.

Pentaeritritoltetranitrat (PETN) (CAS 78-11-5);

t.

Ażid taċ-ċomb (CAS 13424-46-9), stifnat taċ-ċomb normali(CAS 15245-44-0) u stifnat taċ-ċomb bażiku (CAS 12403-82-6) u splussivi primarji jew komposizzjonijiet ta' innesk li fihom ażidi jew kumplessi ta' ażid;

u.

Trietilinglikoldinitrat (TEGDN) (CAS 111-22-8);

v.

2,4,6-trinitroresorċinol (aċidu stifniku) (CAS 82-71-3);

w.

Dietildifenilurea (CAS 85-98-3); dimetildifenilurea (CAS 611-92-7); metiletildifenil urea [Ċentraliti];

x.

N,N-difenilurea (difenilurea mhux simettrika) (CAS 603-54-3);

y.

Metil-N,N-difenilurea (difenilurea mhux simettrika) (CAS 13114-72-2);

z.

Etil-N,N-difenilurea (etil difenilurea mhux simettrika) (CAS 64544-71-4);

aa.

2-Nitrudifenilammina (2-NDPA) (CAS 119-75-5);

bb.

4-Nitrudifenilammina (4-NDPA) (CAS 836-30-6);

cc.

2,2-dinitropropanol (CAS 918-52-5);

dd.

Nitrugwanidina (CAS 556-88-7)(ara l-entrata 1C011.d. fuq il-lista ta' Użu Doppju tal-UE).

Nota 2

ML8. ma japplikax għall-perklorat tal-ammonju (ML8.d.2.), NTO (ML8.a.18.) jew katoċen (ML8.f.4.b.), u għandu jisssodisfa dan kollu:

a.

Magħmulin u fformulati b'mod speċjali għal apparat li jiġġenera l-gass għal użu ċivili;

b.

Komposti jew imħalltin, permezz ta' bajnders jew plastifikanti ffurmati bis-sħana u mhux attivi, u li għandhom massa ta' anqas minn 250 g;

c.

B'mhux aktar minn 80 % ta' ammonju perklorat (ML8.d.2.) f'massa ta' materjal attiv;

d.

B'4 g jew anqas ta' NTO (ML8.a.18.); u

e.

B'1 g jew anqas ta' katoċen (ML8.f.4.b.).

ML9
Bastimenti tal-gwerra (fil-wiċċ jew ta' taħt l-ilma), tagħmir navali speċjali, aċċessorji, komponenti u bastimenti tal-wiċċ oħra, kif ġej:

N.B.

Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ nagivazzjoni, ara ML11.

a.

Bastimenti u komponenti, kif ġej:

1.

Bastimenti (tal-wiċċ jew ta' taħt l-ilma) iddisinjati jew modifikati apposta għal użu militari, irrispettivament mill-istat attwali ta' tiswija jew kondizzjoni ta' ħidma, u kemm jekk fihom sistemi jew armaturi ta' fornitura ta' armi kif ukoll jekk le, u bwieq jew partijiet mill-bwieq għal tali bastimenti, u komponenti ddisinjati apposta għalihom għal użu militari;

2.

bastimenti tal-wiċċ, għajr dawk speċifikati f'ML9.a.1., li għandhom kwalunkwe element minn dawn, installati jew integrati fil-bastiment:

a.

Armi awtomatiċi b'kalibru ta' 12.7 mm jew aktar speċifikati f'ML1., jew armi speċifikati f'ML2., ML4., ML12. jew ML19., jew b' 'muntaturi' jew punti ta' konnessjoni (hard points) għal tali armi;

Nota Teknika

'Muntaturi' tirreferi għal muntaturi tal-armi jew tisħiħ strutturali għall-fini li jiġu installati l-armi.

b.

Sistemi għall-kontroll tan-nar speċifikati f'ML5.;

c.

Għandhom dan kollu li ġej:

1.

"Protezzjoni Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (CBRN)"; u

2.

"Sistema pre-wet jew wash down" maħsuba għal finijiet ta' dekontaminazzjoni; jew

Noti Tekniċi

1.

’Portezzjoni CBRN’ hija spazju intern imqalfat li fih karatteristiċi bħal pressjoni eċċessiva, iżolament tas-sistemi ta' ventilazzjoni, numru limitat ta' fetħiet għall-ventilazzjoni li jkunu mgħammra b'filtri CBRN u punti ta' aċċess għall-persunal limitati li jkunu mgħammra b'air-locks.

2.

’Sistema pre-wet jew wash down’ hija sistema li tisprejja l-ilma baħar li tista' xxarrab fl-istess waqt is-superstruttura esterna u l-gverti ta' bastiment.

d.

Sistemi attivi ta' kontramiżuri għal armi speċifikati f'ML4.b., ML5.c. jew ML11.a. u li għandhom kwalunkwe element minn dawn li ġejjin:

1.

"Protezzjoni CBRN";

2.

Buq u superstruttura ddisinjati apposta biex inaqqsu l-kejl tal-wiċċ ekwivalenti bir-radar;

3.

Tagħmir għat-tnaqqis tal-marka termali, (pereżempju sistema għat-tkessiħ tal-gassijiet tal-egżost), għajr dak iddisinjat apposta biex ikabbar l-effiċjenza ġenerali tal-impjant tal-enerġija jew biex jitnaqqas l-impatt ambjentali; jew

4.

Sistema ta' degaussing iddisinjati biex tnaqqas il-marka manjetika tal-bastiment kollu;

b.

Magni u sistemi ta' propulsjoni, kif ġej, maħsuba apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji tagħhom maħsuba apposta għall-użu militari:

1.

Magni diżil iddisinjati apposta għas-sottomarini u li għandhom l-elementi kollha li ġejjin:

a.

Output ta' enerġija ta' 1,12 MW (1 500 hp) jew aktar; u

b.

Veloċità rotarja ta' 700 rpm jew aktar;

2.

Magni jaħdmu bl-elettriku ddisinjati apposta għas-sottomarini u li għandhom l-elementi kollha li ġejjin:

a.

Output ta' enerġija ta' aktar minn 0,75 MW (1 000 hp);

b.

Irriversjar rapidu;

c.

Imkessħa bil-likwidu; u

d.

Kompletament magħluqa;

3.

Magni diżil mhux manjetiċi li għandhom l-elementi kollha li ġejjin:

a.

Output ta' enerġija ta' 37,3 kW (50 hp) jew aktar; u

b.

Kontenut mhux manjetiku li jaqbeż il-75 % tal-massa totali;

4.

Sistemi ta' ’Propulsjoni Indipendenti mill-Arja’ (AIP) iddisinjati apposta għas-sottomarini;

Nota Teknika

"Propulsjoni Indipendenti mill-Arja" (AIP) tippermetti lil sottomarin taħt l-ilma jopera s-sistema ta' propulsjoni tiegħu mingħajr aċċess għal ossiġenu atmosferiku, għal żmien itwal minn dak li kien ikun possibbli mill-batteriji. Għall-finijiet ta' ML9.b.4, AIP ma jinkludix enerġija nukleari.

c.

Apparat ta' kxif ta' taħt l-ilma, maħsub apposta għall-użu militari, u l-kontrolli u l-komponenti tiegħu maħsuba apposta għall-użu militari;

d.

Xbieki kontra s-sottomarini u xbieki kontra t-torpedos, maħsuba apposta għall-użu militari;

e.

Ma ntużax mill-2003;

f.

Penetraturi u konnetturi tal-buq, maħsuba apposta għall-użu militari, li jippermettu l-interazzjoni ma' tagħmir estern għal bastiment, u l-komponenti tagħhom maħsuba apposta għall-użu militari;

Nota

ML9.f. jinkludi konnetturi għal bastimenti li huma tat-tip tal-konduttur uniku, ta' diversi kondutturi, koassjali jew waveguide, u penetraturi tal-buq għall-bastimenti, li t-tnejn li huma kapaċi jibqgħu jirreżistu d-dħul tal-ilma minn barra u li jżommu l-karatteristiċi meħtieġa fi profonditajiet marini li jaqbżu l-100 m; u konnetturi tal-fibre-optic u penetraturi ottiċi tal-buq, imfassla apposta għat-trasmissjoni ta' raġġi "laser”, irrispettivament mill-profondità. ML9.f. ma japplikax għal penetraturi tal-buq control-rod bix-xaft propulsiv u idrodinamiċi.

g.

Bearings silenzjużi li għandhom kwalunkwe wieħed mill-komponenti tagħhom li ġejjin, maħsuba apposta għall-użu militari:

1.

Sospensjoni bil-gass jew manjetika;

2.

Kontrolli tal-marka attiva; jew

3.

Kontrolli għas-soppressjoni tal-vibrazzjonijiet.

ML10
"Ajruplani", "vetturi eħfef mill-arja", Vetturi tal-Ajru Mingħajr Ekwipaġġ ("UAVs"), aero-magni u tagħmir għall-"ajruplani", tagħmir u komponenti relatati, maħsuba jew modifikati apposta għall-użu militari, kif ġej:

N.B.

Għal tagħmir ta' gwida u ta' nagivazzjoni, ara ML11.

a.

"Ajruplani" bl-ekwipaġġ u "vetturi eħfef mill-arja", u l-komponenti mfasslin speċifikatament għalihom;

b.

Ma ntużawx mill-2011;

c.

Ajruplani mingħajr ekwipaġġ u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti mfassla apposta għalihom:

1.

"UAVs”, Vetturi tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod (RPVs), vetturi programmabbli awtonomi u "vetturi eħfef mill-arja” mingħajr ekwipaġġ;

2.

Lanċaturi, tagħmir ta' rkupru u tagħmir għall-appoġġ fuq l-art;

3.

Tagħmir iddisinjat għall-kmand jew il-kontroll;

d.

Magni aeronawtiċi ta' propulsjoni u komponenti mfasslin apposta għalihom;

e.

Tagħmir għall-għoti tal-karburant fl-ajru ddisinjat jew modifikat apposta għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalih:

1.

"Inġenji tal-ajru" speċifikati minn ML10.a.; jew

2.

Inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ speċifikati minn ML10.c.;

f.

'Tagħmir tal-art' iddisinjat apposta għall-inġenji tal-ajru speċifikati minn ML10.a. jew għall-magni tal-ajru speċifikati minn ML10.d.;

Nota Teknika

It-’tagħmir tal-art’ jinkludi tagħmir għall-għoti tal-karburant bi pressjoni u tagħmir imfassal biex jiffaċilita operazzjonijiet f'żoni ristretti.

g.

Tagħmir għas-salvataġġ tal-ekwipaġġ tal-ajru, tagħmir għas-sikurezza tal-ekwipaġġ tal-ajru u apparat ieħor għat-tluq ta' emerġenza, mhux speċifikati f'ML10.a., imfassla għall-"inġenji tal-ajru” speċifikati minn ML10.a.;

Nota

ML10.a. ma japplikax għal "inġenji tal-ajru" u "vetturi eħfef mill-arja" jew varjanti ta' dawk "l-inġenji tal-ajru" ddisinjati apposta għall-użu militari, u li jkunu dan kollu li ġej:

N.B.

Għall-elmi ara wkoll ML13.c.

h.

Paraxutijiet, paragliders u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti mfassla apposta għalihom:

1.

Paraxutijiet li mhumiex speċifikati x'imkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE;

2.

Paragliders

3.

Tagħmir maħsub apposta għal paraxutisti ta' altitudni għolja (pereżempju, ilbies, elmi speċjali, sistemi għat-teħid tan-nifs, tagħmir tan-navigazzjoni);

i.

Tagħmir bi ftuħ ikkontrollat jew sistemi ta' pilotaġġ awtomatiku, iddisinjati għal tagħbijiet mitfugħa bil-paraxut.

Nota 1

ML.10a. ma japplikax għal "ajruplani" u "vetturi eħfef mill-arja" jew varjanti ta' dawn "l-ajruplani" maħsuba apposta għall-użu militari, u li jkunu dan kollu li ġej:

a.

Li ma jkunux inġenji tal-ajru tal-ġlied

b.

Li ma jkunux ikkonfigurati għall-użu militari u mhumiex mgħammra b'tagħmir jew aċċessorji ddisinjati jew modifikati apposta għall-użu militari; ul

c.

Ikunu ċċertifikati għall-użu ċivili mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili fi Stat Membru jew fi Stat Parteċipanti għall-Arranġament ta’ Wassenaar.

Nota 2

ML10.d. ma japplikax għal:

a.

Aeromagni maħsuba jew modifikati għall-użu militari li ġew iċċertifikati mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta' Stat Membru wieħed jew aktar tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta' Wassenaar għall-użu fl-"inġenji tal-ajru ċivili", jew komponenti ddisinjati apposta għalihom;

b.

Magni reċiprokanti jew komponenti ddisinjati apposta għalihom, ħlief dawk iddisinjati apposta għal "UAVs”.

Nota 3

Għall-finijiet ta' ML10.a. u ML10.d., komponenti ddisinjati apposta u tagħmir relatat għal "inġenji tal-ajru" mhux militari jew aeromagni mmodifikati għall-użu militari, japplika biss għal dawk il-komponenti militari u għal tagħmir militari relatat meħtieġ għall-modifika għal użu militari.

Nota 4

Għall-finijiet ta' ML10.a., l-użu militari jinkludi: ġlied, tkixxif militari, attakk, taħriġ militari, appoġġ loġistiku, u trasport u tfigħ mill-ajru ta' truppi jew tagħmir militari.

Nota 5

ML10.a. ma japplikax għal "inġenji tal-ajru" li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Ġew immanifatturati għall-ewwel darba qabel l-1946;

b.

Ma jinkludux oġġetti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE, dment li l-oġġetti ma jkunux meħtieġa biex jiġu sodisfatti standards ta' sikurezza u ajrunavigabbiltà ta' xi Stat Membru tal-UE jew ta' Stat Parteċipanti għall-Arranġament ta' Wassenaar; u

c.

Ma jinkorporawx armi speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE, ħlief jekk dawn ma jistgħux jitħaddmu jew jitreġġgħu lura għall-operazzjoni.

ML11
Tagħmir elettroniku, "inġenji spazjali" u komponenti, mhux speċifikati xi mkien ieħor fuq il-Lista Militari Komuni tal-UE, kif ġej:

a.

Tagħmir elettroniku ddisinjat apposta għall-użu militari u komponenti ddisinjati apposta għalih;

Nota

ML11.a. jinkludi:

a.

Tagħmir ta' kontramiżura elettroniku u tagħmir ta' kontra-kontramiżura elettroniku (jiġifieri, tagħmir iddisinjat sabiex jintroduċi sinjali estranji jew erronji f'riċevituri tal-komunikazzjoni bir-radar jew bir-radju jew inkella jfixkel ir-riċeviment, l-operat jew l-effettività ta' riċevituri elettroniċi avversarji inkluż it-tagħmir ta' kontramiżura tagħhom), inkluż tagħmir ta' bblukkar jew kontra-ibblukkar;

b.

Tubi b'aġilità ta' frekwenza;

c.

Sistemi jew tagħmir elettroniċi, iddisinjati għas-sorveljanza jew għall-monitoraġġ tal-ispettru elettro-manjetiku għal finijiet ta' tagħrif sigriet militari jew ta' sigurtà jew b'kontra-azzjoni għal tali sorveljanza u monitoraġġ;

d.

Tagħmir ta' kontramiżuri ta' taħt l-ilma, inklużi ingannaturi e disturbaturi akustiċi u manjetiċi, iddisinjati biex jintroduċu sinjali estranji jew erronji f'riċevituri sonarji;

e.

Tagħmir ta' sigurtà għall-ipproċessar tad-data, tagħmir għas-sigurtà tad-data u tagħmir ta' sigurtà għal linji ta' trasmissjoni u ta' senjalazzjoni, bl-użu ta' proċessi ta' ċifraġġ;

f.

Tagħmir għall-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni u t-tagħbija ta' ċwievet krittografiċi u tagħmir għall-ġestjoni, il-manifatturazzjoni u d-distribuzzjoni ta' ċwievet krittografiċi;

g.

Tagħmir ta' gwida u navigazzjoni;

h.

Tagħmir ta' trasmissjoni ta' komunikazzjonijiet bir-radju troposcatter diġitiali;

i.

Demodulaturi diġitali ddisinjati apposta għal intelligence ta' sinjali;

j.

"Sistemi awtomatizzati ta' kmand u kontroll".

N.B.

Għal "software” assoċjat mar-Radju militari Definit permezz ta' "Software” (SDR) ara ML21.

b.

Tagħmir ta' bblukkar ta' Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) u komponenti mfassla apposta għalih;

c.

"Inġenji spazjali" mfassla jew modifikati apposta għall-użu militari, u komponenti tal-"inġenji spazjali" mfassla apposta għall-użu militari.

ML12
Sistemi ta' armi b'enerġija kinetika b'veloċità għolja u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

a.

Sistemi ta' armi b'enerġija kinetika mfassla apposta għall-qerda jew l-abbort ta' xi bersall;

b.

Faċilitajiet ta' ttestjar u evalwazzjoni u mudelli ta' ttestjar maħsuba apposta, inklużi strumentazzjoni u miri dijagnostiċi, għall-ittestjar dinamiku ta' projetturi u sistemi tal-enerġija kinetika.

N.B.

Għal sistemi tal-armi li jużaw munizzjon sub-kalibru jew li jagħmlu użu biss minn propulsjoni kimika u munizzjoni għalihom, ara ML1 sa ML4.

Nota 1

ML12 jinkludi li ġej meta mfassla apposta għal sistemi ta' armi b'enerġija kinetika:

a.

Sistemi ta' propulsjoni għat-tnedija kapaċi jaċċeleraw masses akbar minn 0,1 g għal veloċitajiet li jaqbżu l-1.6 km/s, f'modi ta' tluq uniċi jew rapidi;

b.

Tagħmir ta' ġenerazzjoni tal-enerġija prima, ta' armatura elettrika, ta' ħażna tal-enerġija, ta' amministrazzjoni termali, ta' kondizzjonament, ta' sswiċċjar jew ta' trattament tal-karburant; u interfaces elettriċi bejn il-provvista tal-enerġija, il-kanun u l-funzjonijiet l-oħra ta' kmand elettriku tat-turretta; ċ.

N.B.

Ara wkoll 3A001.e.2. dwar il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE għall-kapasiters li jaħżnu kwantità kbira ta' enerġija.

c.

Sistemi ta' akkwist tal-bersall, ittrekkjar, kontroll tan-nar jew valutazzjoni tad-dannu;

d.

Sistemi awtogwidati ta' riċerka, ta' gwida jew ta' propulsjoni devjata (aċċelerazzjoni laterali) għal-projettili.

Nota 2

ML12 japplika għal sistema ta’ armi bl-użu ta’ kwalunkwe wieħed mill-metodi li ġejjin ta’ propulsjoni:

a.

Elettromanjetika;

b.

Elettrotermali;

c.

Plasma;

d.

Gass ħafif; jew

e.

Kimika (meta użata flimkien ma' kwalunkwe wieħed minn dawn ta' hawn fuq).

ML13
Tagħmir blindat jew protettiv, kostruzzjonijiet u komponenti, kif ġej:

a.

Pjanċa blindata, li għandha xi wieħed minn dan li ġej:

1.

Manifatturata sabiex tikkonforma ma' standard jew speċifikazzjoni militari; jew

2.

Adatta għall-użu militari;

N.B.

Għall-korazzi tal-ġisem, ara ML13.d.2. b.

b.

Kostruzzjonijiet ta' materjali metalliċi jew non-metalliċi, jew taħlitiet tagħhom, maħsuba apposta biex jipprovdu protezzjoni ballistika għal sistemi militari, u komponenti maħsuba apposta għalihom;

c.

Elmi manifatturati skont standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew standards nazzjonali komparabbli, u komponenti tagħhom iddisinjati apposta, jiġifieri qafas tal-elmu, inforra u kuxxinett ta’ rinforz;

d.

Korazzi jew ħwejjeġ protettivi, u komponenti għalihom, kif ġej:

1.

Korazza tal-ġisem u indumenti protettivi, manifatturati f'konformità ma' standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew l-ekwivalenti, u komponenti maħsuba apposta għalihom;

Nota

Għall-finijiet ta' ML13.d.1., l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet militari jinkludu, bħala minimu, speċifikazzjonijiet għal protezzjoni minn frammentazzjoni.

2.

Korazza iebsa tal-ġisem li tipprovdi protezzjoni ballistika sal-livell III jew aktar (NIJ 0101.06, Lulju 2008) jew l-ekwivalenti nazzjonali.

Nota 1

ML13.b. jinkludi materjali mfassla apposta sabiex jiffurmaw armatura reattiva għall-isplussivi jew sabiex jiġu mibnija xelters militari.

Nota 2

ML13.c. ma japplikax għal elmi tal-azzar konvenzjonali, la mmodifikati u lanqas maħsuba biex jaċċettaw, u lanqas mgħammra bi kwalunkwe tip ta’ apparat aċċessorju.

Nota 3

ML13.c. u d. ma japplikax għal elmi, korazzatura tal-ġisem jew indumenti protettivi meta jkunu qed jakkumpanjaw l-utent tagħhom għall-protezzjoni personali tal-utent stess.

Nota 4

L-uniċi elmi ddisinjati apposta għal persunal responsabbli għar-rimi tal-bombi li huma speċifikati mill-ML13. huma dawk iddisinjati apposta għall-użu militari.

N.B. 1

Ara wkoll l-iskrizzjoni 1A005 fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.

N.B. 2

Għal "materjali fibrużi jew filamentari" użati fil-manifattura ta' korazza tal-ġisem u elmi, ara l-iskrizzjoni 1C010 fil-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.

ML14
"Tagħmir speċjalizzat għal taħriġ militari", jew għas-simulazzjoni ta' xenarji militari, simulaturi ddisinjati apposta għal taħriġ fl-użu ta' kwalunkwe arma tan-nar jew arma kkontrollata minn ML1 jew ML2, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalihom.

Nota Teknika

It-terminu ’"agħmir speċjalizzat għat-taħriġ militari" jinkludi tipi militari ta' trejners ta' attakk, ta' trejners ta' titjir operattiv, ta' trejners għall-bersall radar, ta' ġeneraturi ta' bersall radar, ta' apparati ta' taħriġ fl-isparar, ta' trejners għall-gwerra anti-sottomarini, ta' simulaturi tat-titjir (inklużi ċ-ċentrifuġi previsti għall-bniedem, iddestinati għat-taħriġ ta' piloti/astronawti), ta' trejners radar, ta' simulaturi ta' titjir strumentali, ta' simulaturi ta' navigazzjoni, ta' simulaturi ta' tfiegħ ta' missili, ta' tagħmir għall-bersall, ta' "inġenji tal-ajru” telegwidati, ta' trejners tal-armamenti, ta' trejners għall-gwida ta' "inġenji tal-ajru” mingħajr pilota, ta' unitajiet ta' taħriġ mobbli u ta' tagħmir tat-taħriġ għal operazzjonijiet militari tal-art.

Nota 1

ML14 jinkludi sistemi ta’ ġenerazzjoni tal-immaġni u ta’ ambjent interattiv għas-simulaturi, meta mfassla jew immodifikati apposta għall-użu militari.

Nota 2

ML14 ma japplikax għal tagħmir imfassal apposta għal taħriġ fl-użu ta’ armi tal-kaċċa jew għall-isports.

ML15
Tagħmir ta' immaġni jew kontramiżura, kif ġej, iddisinjat apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalihom:

a.

Reġistraturi u tagħmir ta’ pproċessar tal-immaġni;

b.

Kameras, tagħmir fotografiku u tagħmir għall-ipproċessar tal-films;

c.

Tagħmir għall-intensifikazzjoni tal-immaġni;

d.

Tagħmir għall-viżjoni bl-infra-aħmar jew termali;

e.

Tagħmir għall-elaborazzjoni tal-immaġni radar;

f.

Tagħmir ta' kontramiżura jew ta' kontra-kontramiżura, għat-tagħmir speċifikat minn ML15.a. sa ML15.e.

Nota

ML15.f. jinkludi tagħmir imfassal sabiex jiddegrada l-operat jew l-effettività tas-sistemi militari ta' viżjoni jew sabiex inaqqas l-effetti ta' tali degradazzjoni.

Nota 1

F'ML15, it-terminu komponenti mfassla apposta jinkludi dan li ġej meta mfassla apposta għall-użu militari:

a.

Tubi konvertituri tal-immaġni bid-dawl infra-aħmar;

b.

Tubi intensifikaturi tal-immaġni (minbarra l-ewwel ġenerazzjoni);

c.

Pjanċi mikrokanal;

d.

Tubi ta' kamera tat-televixin b'livell baxx ta' dawl;

e.

Detector arrays (inklużi sistemi ta' interkonnessjoni elettronika jew read out);

f.

Tubi tal-kameras tat-televixin piroelettriċi;

g.

Sistemi tat-tkessiħ għal sistemi ta' viżjoni;

h.

Xatters imħarrka elettrikament tat-tip fotokromiku jew elektro-ottiku b'veloċità tax-xatter ta' anqas minn 100 μs, ħlief fil-każ ta' xatters li huma parti essenzjali ta' kamera b'veloċità għolja;

i.

Invertituri tal-immaġni b'fibra ottika;

j.

Fotokatodi b'semikondutturi komposti

Nota 2

ML15 ma japplikax għal "tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni" jew tagħmir imfassal apposta biex jinkorpora "tubu intensifikatur tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni".

N.B.

Għall-klassifikazzjoni ta' weapon sights li jinkorporaw "tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni" ara ML1., ML2. u ML5.a.

N.B.

Ara wkoll l-entrati 6A002.a.2. u 6A002.b. fuq il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.

ML16
Foroġ, forom u prodotti oħra mhux kompluti, iddisinjati apposta għal oġġetti speċifikat minn ML1 sa ML4, ML6, ML9, ML10, ML12 jew ML19.

Nota

ML16. japplika għal prodotti mhux kompluti meta jkunu identifikabbli mill-kompożizzjoni tal-materjal, il-ġeometrija jew il-funzjoni.

ML17
Tagħmir, materjali u "libreriji" mixxellanji, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:

a.

Apparat għall-għadis u għall-għawm taħt l-ilma, maħsuba jew modifikati apposta għall-użu militari, kif ġej:

1.

Awtorespiraturi għall-għadis, b’ċirkwit magħluq jew nofsu magħluq;

2.

Apparat għall-għawm taħt l-ilma ddisinjat apposta għall-użu mal-apparat tal-għadis speċifikat f’ML 17.a.1.;

N.B.

Ara wkoll 8A002.q. dwar il-Lista ta' Użu Doppju tal-UE.

b.

Tagħmir tal-kostruzzjoni mfassal apposta għall-użu militari;

c.

Aċċessorji, passati u trattamenti għat-trażżin tal-fulminata, iddisinjati apposta għal użu militari;

d.

Tagħmir għall-assistenza teknika fuq il-post imfassal apposta għall-użu f'żona ta' ġlied;

e.

"Robots", kontrulluri tar-"robot" u "effetturi tat-tarf" ("end-effectors") tar-"robot", li jkollhom kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Iddisinjati apposta għall-użu militari;

2.

Jinkorporaw mezzi għall-protezzjoni ta’ linji idrawliċi kontra panċers ikkawżati minn frammenti ballistiċi (pereżempju, li jinkorporaw linji li awto-siġillanti) u maħsuba sabiex jużaw fluwidi idrawliċi b’punti ta’ flaxx ogħla minn 839 K (566°C); jew

3.

Iddisinjati jew predisposti apposta biex joperaw f'ambjent sottopost għal impulsi elettromanjetiċi (EMP);

Nota Teknika

Impuls elettromanjetiku ma jirreferix għall-interferenza mhux intenzjonata kkawżata mir-radjazzjoni elettromanjetika minn tagħmir (pereżempju makkinarju, elettrodomestiċi jew tagħmir ta' elettronika) jew minn sajjetti li jinsabu fil-viċinanza.

f.

"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"iżvilupp", "produzzjoni" jew "użu" ta' tagħmir, materjali jew "software", speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE;

g.

Enerġija nukleari li tiġġenera tagħmir jew tagħmir ta' propulsjoni, inklużi “reatturi nukleari”, maħsuba apposta għall-użu militari u komponenti għalihom maħsuba jew “modifikati” apposta għall-użu militari;

h.

Tagħmir jew materjal, mogħti passata jew ittrattat għas-soppressjoni tas-senjatura, maħsub apposta għall-użu militari, minbarra dawk speċifikati x'imkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE;

i.

Simulaturi mfassla apposta għal "reatturi nukleari" militari;

j.

Ħwienet tat-tiswija mobbli maħsuba jew “modifikati” apposta għall-manutenzjoni ta' tagħmir militari;

k.

Ġeneraturi ta' fuq il-post maħsuba jew “modifikati” apposta għall-użu militari;

l.

Containers maħsuba jew “modifikati” apposta għall-użu militari;

m.

Laneċ, minbarra dawk speċifikati x'imkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE, pontijiet u puntuni, maħsuba apposta għall-użu militari;

n.

Mudelli ta' ttestjar maħsuba apposta għall-“iżvilupp” ta' oġġetti speċifikati minn ML4, ML6, ML9 jew ML10;

o.

Tagħmir ta' protezzjoni mil-laser (pereżempju, protezzjoni tal-għajnejn u protezzjoni sensorjali) maħsub apposta għall-użu militari.

p.

"Ċelloli tal-karburant" minbarra dawk speċifikati x'imkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE ddisinjati apposta jew “immodifikati” għall-użu militari.

Noti Tekniċi

1.

Ma jintużax mill-2014;

2.

Għall-fini ta' ML17, ’immodifikat’ tfisser kwalunkwe bidla strutturali, elettrika, mekkanika jew ta' tip ieħor li tipprovdi oġġett mhux militari b'kapaċitajiet ekwivalenti għal oġġett li huwa mfassal apposta għall-użu militari.

ML18
Tagħmir u komponenti 'ta' produzzjoni', kif ġej:

a.

Tagħmir ta' 'produzzjoni' maħsub jew modifikat apposta għall-'produzzjoni' ta' prodotti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE, u komponenti maħsuba apposta għalih;

b.

Faċilitajiet ta' ttestjar ambjentali maħsuba apposta jew tagħmir maħsub apposta għalihom, għaċ-ċertifikazzjoni, il-kwalifikazzjoni jew l-ittestjar ta' prodotti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

Nota Teknika

Għall-finijiet ta' ML18, it-terminu 'produzzjoni' jinkludi tfassil, eżaminazzjoni, manifattura, ittestjar u verifika.

Nota

ML18.a. u ML18.b. jinkludu t-tagħmir li ġej:

a.

Nitraturi kontinwi;

b.

Apparat jew tagħmir tal-ittestjar ċentrifugali li għandu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

1.

Misjuq b’mutur jew muturi li għandu/hom potenza nominali totali ta’ aktar minn 298 kW (400 hp);

2.

Kapaċi jġorr payload ta' 113 kg jew aktar; jew

3.

Kapaċi jeżerċita aċċelerazzjoni ċentrifugali ta’ 8 g jew aktar fuq payload ta’ 91 kg jew aktar;

c.

Pressaturi għad-deidratazzjoni;

d.

Ekstruders tal-viti ddisinjati jew immodifikati apposta għal estrużjoni militari splussiva;

e.

Magni li jaqtgħu għad-daqs ta' propellanti estrużi;

f.

Sweetie barrels (tumblers) ta' dijametru ta' 1,85 m jew aktar u li għandhom kapaċità tal-prodott 'il fuq minn 227 kg;

g.

Miksers kontinwi għal propellanti solidi;

h.

Imtieħen idrawliċi għat-tfarrik jew it-tħin tal-ingridjenti ta' splussivi militari;

i.

Tagħmir biex jinkisbu kemm l-isferiċità kif ukoll l-uniformità tal-partiċelli tat-trab metalliku elenkat f'ML8.c.8.;

j.

Konvertituri tal-kurrent ta' konvezzjoni għall-konverżjoni tal-materjali elenkati f'ML8.c.3.

ML19
Sistemi ta’ armi b’enerġija diretta (DEW), tagħmir relatat jew ta’ kontromiżura u mudelli ta’ ttestjar, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:

a.

Sistemi “laser” maħsuba apposta għall-qerda jew biex jeffettwaw l-missjoni-abort ta' mira;

b.

Sistemi b'raġġi tal-partiċelli kapaċi li jeqirdu jew li jeffettwaw l-missjoni-abort ta' mira;

c.

Sistemi b'qawwa għolja ta' frekwenza-radju (RF) kapaċi li jeqirdu jew li jeffettwaw l-missjoni-abort ta' mira;

d.

Tagħmir maħsub apposta biex isib jew jidentifika lil, jew biex jiddefendi minn, sistemi speċifikati minn ML19.a. sa ML19.c.;

e.

Mudelli għal test fiżiku għas-sistemi, tagħmir u komponenti speċifikati minn dan ML19.

f.

Sistemi "lejżer" iddisinjati apposta biex jikkawżaw agħma permanenti għal viżjoni mhux modifikata, jiġifieri lill-għajn mikxufa jew lill-għajn b'tagħmir li jikkoreġi l-vista.

Nota 1

Sistemi DEW speċifikati minn ML19 jinkludu sistemi li l-kapaċità tagħhom ġejja mill-applikazzjoni kontrollata ta':

a.

"Lasers” ta' qawwa suffiċjenti biex teffetwa distruzzjoni simili għall-mod ta' munizzjon konvenzjonali;

b.

Aċċelleraturi ta' partiċelli li jipproġettaw raġġ ta' partiċelli iċċarġjati jew newtrali b'qawwa distruttiva;

c.

Trasmettituri ta' raġġ ta' frekwenza radju b'qawwa ta' pulsazzjoni għolja jew qawwa ta' medja għolja li jipproduċu għelieqi suffiċjentament intensili jwaqqfu l-ħidma ta' ċirkwiti elettroniċi f'mira distanti.

Nota 2

ML 19 jinkludi li ġej meta mfassal apposta għal sistemi DEW:

a.

Ġenerazzjoni ta' qawwa primarja, ħażna ta' enerġija, iswiċċjar, kundizzjonar tal-qawwa jew tagħmir għall-maniġġ tal-fjuwil;

b.

Akwiżizzjoni tal-mira jew sistemi ta' itrekkjar;

c.

Sistemi li jakapċi jeżaminaw ħsara, distruzzjoni jew l-missjoni-abort lill-mira;

d.

Tagħmir għal maniġġar tar-raġġi, propogazzjoni jew ippuntar;

e.

Tagħmir b'kapaċità ta' tidwir malajr tar-raġġ għal operazzjonijiet b'miri multipli rapidi;

f.

Ottiċi adattivi u konjugaturi tal-fażi;

g.

Injetturi tal-kurrent għal raggi tal-jioni negattivi tal-idroġenu;

h.

Komponenti ta' aċċeleratur ta' "spazju kwalifikat";

i.

Tagħmir biex jillenbuta raġġ negattiv ta' joni;

j.

Tagħmir biex jikkontrolla u jdawwar malajr raġġ ta' joni ta' enerġija għolja;

k.

Fuljetti "kwalifikati għall-ispazju” biex jinnewtralizzaw raġġi ta' isotopi tal-idroġenu negattivi.

ML20
Tagħmir krijoġeniku u "superkonduttiv", kif ġej, u komponenti u aċċessorji iddisinjati apposta għalih:

a.

Tagħmir imfassal apposta jew konfigurat biex ikun installat f'vettura għal applikazzjonijiet militari fuq l-art, fuq il-baħar, fl-ajru jew fl-ispazju, kapaċi li joperaw waqt li jkunu f'ċaqliq jew li jipproduċu jew iżommu temperaturi taħt il-103 K (- 170 °C);

Nota

ML20.a. jinkludi sistemi mobbli li jinkorporaw jew jużaw aċċessorji jew komponenti manifatturati minn materjali konduttivi non-metalliċi jew non-elettriċi, bħal plastiks jew materjali mimlijin bl-eposside.

b.

Tagħmir elettriku "superkonduttiv" (makkinarju rotanti u trasformaturi) maħsub apposta jew konfigurat biex ikun installat f'vettura għal applikazzjonijiet militari fuq l-art, fuq il-baħar, fl-ajru jew fl-ispazju, u kapaċi li jopera waqt li jkunu f'ċaqliq.

Nota

ML20.b. ma japplikax għal ġeneraturi omopolari ibridi ta’ kurrent dirett li għandhom armaturi tal-metall normali b’lasta waħda li jirrotaw f’għalqa manjetika prodotta b’tidwiriet superkonduttivi, jekk dawk it-tidwiriet huma l-uniċi komponenti superkonduttivi fil-ġeneratur.

ML21
"Software" kif ġej:

a.

“Software” iddisinjat apposta jew modifikat għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

“Żvilupp”, “produzzjoni”, operazzjoni jew manutenzjoni ta’ tagħmir speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE;

2.

“Żvilupp” jew “produzzjoni” ta’ materjal speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE; jew

3.

“Żvilupp”, “produzzjoni”, operazzjoni jew -manutenzjoni ta’ “software” speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

b.

"Software" speċifiku, minbarra dak speċifikat minn ML21.a., kif ġej:

1.

"Software" ddisinjat apposta għal użu militari u ddisinjat apposta għall-immudellar, l-istimulazzjoni u l-evalwazzjoni tas-sistemi tal-armi militari;

2.

"Software" ddisinjat apposta għal użu militari u ddisinjat apposta għall-immudellar jew l-istimulazzjoni tax-xenarji operazzjonali militari;

3.

"Software" għad-determinazzjoni tal-effetti ta' armi konvenzjonali, nukleari, kimiċi jew bijoloġiċi;

4.

"Software" iddisinjat apposta għall-użu militari u ddisinjat apposta għal Kmand, għall-Komunikazzjonijiet, għall-Kontroll u t-Tagħrif Sigriet Militari (C3I) jew applikazzjonijiet ta' Kmand, Komunikazzjonijiet, Kontroll, Kompjuter u Tagħrif Sigriet Militari (C4I);

c.

"Software", mhux speċifikat minn ML21.a., jew ML21.b., iddisinjat apposta jew modifikat biex jippermetti li tagħmir mhux speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE biex jaqdi l-funzjonijiet militari ta' tagħmir speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

ML22
"Teknoloġija" kif ġej:

a.

"Teknoloġija" barra minn dik speċifikata f'ML22.b., li hija "meħtieġa" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni", l-operazzjoni, l-installazzjoni, il-manutenzjoni (verifika), it-tiswija, it-tiġdid maġġuri jew l-arranġament mill-ġdid ta' oġġetti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE;.

b.

"Teknoloġija" kif ġej:

1.

"Teknoloġija" "meħtieġa" għad-disinn ta', l-għaqda ta' komponenti fi, u l-operazzjoni, żamma fl-ordni u tiswija ta' installazzjonijiet ta' produzzjoni kompluti għal oġġetti speċifikati ilitari Komuni tal-Unjoni Ewropea, anke jekk il-komponenti ta' dawn l-installazzjonijiet ta' produzzjoni ma jkunux speċifikati

2.

"Teknoloġija” "meħtieġa” għall-"iżvilupp” u l-"produzzjoni” ta' armamenti żgħar anke jekk użati biex jipproduċu riproduzzjonijiet ta' armamenti żgħar ta' antikità;

3.

Ma ntużax mill-2013;

N.B.

Ara ML22.a. għal "teknoloġija" preċedentement speċifikata minn ML22.b.3.

4.

Ma ntużax mill-2013;

N.B.

Ara ML22.a. għal "teknoloġija" preċedentement speċifikata minn ML22.b.4.

5.

"Teknoloġija" "meħtieġa" esklussivament għall-inkorporazzjoni ta' "bijokatalisti", speċifikata minn ML7.i.1., f'sustanzi ta' ġarr militari jew materjal militari.

Nota 1

"Teknoloġija" "meħtieġa" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-operazzjoni, l-installazzjoni, il-manutenzjoni (verifika), it-tiswija, it-tiġdid maġġuri jew l-arranġament mill-ġdid ta' oġġetti speċifikati fil-Lista Militari Komuni tal-UE tibqa' taħt kontroll anke meta applikabbli għal kwalunkwe oġġett mhux speċifikat mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

Nota 2

ML22 ma japplikax għal:

a.

"Teknoloġija" li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, operazzjoni, żamma fl-ordni (iċċekkjar) jew tiswija ta' dawk l-oġġetti li ma humiex ikkontrollati jew li l-esportazzjoni tagħhom kienet awtorizzata;

b.

"Teknoloġija" li hija "fl-isfera pubblika", "riċerka xjentifika bażika" jew l-informazzjoni minima meħtieġa għal applikazzjonijiet ta' brevett;

c.

"Teknoloġija" għal induzzjoni manjetika għal propulsjoni kontinwa ta' tagħmir ta' trasport ċivili.

DEFINIZZJONIJIET TA' TERMINI UŻATI F'DIN IL-LISTA

Dawn li ġejjin huma definizzjonijiet ta' termini użati f'din il-Lista, f'ordni alfabetiku.

Nota 1

Id-definizzjonijiet japplikaw matul il-Lista kollha. Ir-referenzi huma biss konsultattivi u ma għandhom l-ebda effett fuq l-applikazzjoni universali ta' termini definiti matul il-Lista kollha.

Nota 2

Il-kliem u t-termini li jinsabu f'din il-Lista ta' Definizzjonijiet jieħdu biss it-tifsira definita fejn din hija indikata billi jkunu "bejn virgoletti doppji". Definizzjonijiet ta' termini bejn 'virgoletti uniċi' huma mogħtija f'nota Teknika għall-punt rilevanti. F'istanzi oħrajn, il-kliem u t-termini jieħdu t-tifsiriet aċċettati komunement (dizzjunarju).

ML7

"Adattat għall-użu fi gwerra"

Kull modifika jew selezzjoni (bħal alterazzjoni fil-purità, ħajja fuq l-ixkaffa, virulenza, karatteristiċi disseminattivi, jew reżistenza għal radjazzjoni UV) iddisinjati biex iżidu l-effettività fil-produzzjoni ta' bnedmin jew annimali mweġġgħin jew maqtulin, tagħmir degradanti jew li jagħmel ħsara lil għelejjel jew lill-ambjent.

ML8

"Addittivi"

Sustanzi użati f'formulazzjonijiet esplussivi biex itejbu l-proprjetajiet tagħhom.

ML8, 10, 14

"Inġenji tal-ajru"

Ġewnaħ fiss, ġewnaħ b'ġometrija varjabbli, ġewnaħ rotanti (ħelikopter), rotor li jista' jinklina jew vettura għat-tajran b'ġewnaħ li jista' jinklina.

ML11

"Sistemi Awtomatizzati ta' Kmand u Kontroll"

Sistemi elettroniċi, li permezz tagħhom informazzjoni li hija essenzjali għall-operat effettiv tar-raggruppament, il-formazzjoni maġġuri, il-formazzjoni tattika, l-unità, il-bastiment, is-sotto-unità jew l-armi kkmandati tiddaħħal, tiġi pproċessata jew tiġi trasmessa. Dan jinkiseb permezz tal-użu ta’ hardware tal-kompjuter u hardware ieħor iddisinjat biex jappoġġa l-funzjonijiet ta’ organizzazzjoni militari ta’ kmand u kontroll. Il-funzjonijiet ewlenin ta' sistema awtomatizzata ta' kmand u kontroll huma: il-ġbir awtomatizzat, il-kumulazzjoni, il-ħażna u l-ipproċessar effiċjenti ta' informazzjoni; il-preżentazzjoni tas-sitwazzjoni u ċ-ċirkostanzi li jaffettwaw it-tħejjija u t-twettiq tal-operazzjonijiet ta' ġlied; kalkoli operazzjonali u tattiċi għall-allokazzjoni ta' riżorsi fost ir-raggruppamenti tal-forza jew l-elementi tal-ordni operazzjonali tal-battalja jew l-iskjerament fil-battalja skont il-missjoni jew il-fażi tal-operazzjoni; it-tħejjija ta' data għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet fi kwalunkwe stadju matul l-operazzjoni jew il-battalja; is-simulazzjoni ta' operazzjonijiet permezz tal-kompjuter.

ML22

"Riċerka xjentifika bażika"

Xogħol sperimentali jew teoriku magħmul prinċipalment biex jintlaħaq tagħrif ġdid tal-prinċipji fundamentali ta' fenomeni jew fatti osservabbli, mhux primarjament dirett lejn skop prattiku jew objettiv speċifiku.

ML7, 22

"Bijokatalizzaturi"

"Enzimi" għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi jew komposti bijoloġiċi oħrajn li jingħaqdu ma' u jaċċelleraw id-degradazzjoni ta' aġenti CW.

Nota Teknika

"Enzimi" tfisser "bijokatalisti" għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi.

ML7, 22

"Bijopolimeri"

Makromolekuli bijoloġiċi kif ġej:

a.

Enzimi għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi;

b.

"Antikorpi" "anti-idjotipiċi", "monoklonali" jew "poliklonali";

c.

"Riċetturi" ddisinjati apposta jew speċjalment ipproċessati;

Noti Tekniċi

1.

'Antikorpi anti-idjotipiċi' tfisser antikorpi li jingħaqdu mas-siti ta' għaqda ta' antiġen speċifiku ta' antikorpi oħrajn;

2.

'Antikorpi monoklonali' tfisser proteini li jingħaqdu ma' sit antiġeniku wieħed u huma prodotti minn klonu singolu ta' ċelloli;

3.

'Antikorpi poliklonali' tfisser taħlita ta' proteini li jingħaqdu ma' sit antiġeniku speċifiku u huma prodotti minn aktar minn klonu wieħed ta' ċelloli;

4.

'Riċetturi' tfisser strutturi makromolekulari bijoloġiċi kapaċi li jgħaqqdu l-ligands, u din l-għaqda taffetwa funzjonijiet fiżjoloġiċi.

ML4, 10

"Inġenji tal-ajru ċivili"

Dawk l-"inġenji tal-ajru" elenkati skont id-deżinjazzjoni fil-listi ta' ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà minn awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta' Stat Membru wieħed jew aktar jew l-Istati Parteċipanti tal-Ftehim ta' Wassenaar biex itiru fuq rotot kummerċjali ċivili interni u esterni jew għal użu leġittimu ċivili, privat jew għal negozju.

ML 1

"Arma tan-nar deattivata"

Arma tan-nar li għamluha inkapaċi li tispara kwalunkwe projettili permezz ta' proċessi definiti mill-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru tal-UE jew ta’ Stat Parteċipanti fil-Ftehim ta’ Wassenaar. Dawn il-proċessi jimmodifikaw b'mod permanenti l-elementi essenzjali tal-arma tan-nar. Skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, id-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar tista’ tiġi attestata b'ċertifikat maħruġ minn awtorità kompetenti u jista' jiġi mmarkat permezz ta’ timbru fuq parti essenzjali tal-arma tan-nar.

ML21, 22

"Żvilupp"

Huwa relatat tal-istadji kollha qabel il-produzzjoni serjali, bħal: disinn, riċerka dwar disinn, analiżi tad-disinn, kunċetti tad-disinn, l-immontar u l-ittestjar ta' prototipi, skemi ta' produzzjoni ta' piloti, data tad-disinn, il-proċess tat-trasformazzjoni ta' data tad-disinn fi prodott, disinn ta' konfigurazzjoni, disinn ta' integrazzjoni, l-arranġamenti skont pjan.

ML17

"Effetturi tat-tarf" ("end-effectors")

Ħattafa, "unitajiet attivi ta’ għodda" u kull għodda oħra li hija magħquda ma’ baseplate fit-tarf ta’ driegħ manipulatur "robot".

Nota Teknika

“Unitajiet attivi ta' għodda” huma apparat biex tkun applikata qawwa motiva, enerġija ta' proċess jew issensjar lil entità li qiegħed isir xogħol fuqha.

ML 8

"Materjali enerġetiċi"

Sustanzi jew taħlit li jirreaġixxu kimikament biex joħorġu enerġija rikjesta għall-applikazzjoni intenzjonata tagħhom. "Splussivi", "pirotekniċi" u "propellanti" huma subklassijiet ta’ materjali enerġetiċi.

ML8, 18

"Splussivi"

Sustanzi solidi, likwidi jew bħala gass jew taħlit ta' sustanzi li, fl-applikazzjoni tagħhom primarjament bħala booster jew iċċarġjar ewlieni f'applikazzjoni ta' testata, f'applikazzjoni għat-twaqqigħ jew applikazzjonijiet oħrajn, huma rikjesti li jiddetonaw.

ML7

"Vektors ta’ espressjoni"

Ġarriera (eż. plasmid jew virus) użati biex ikun introdott materjal ġenetiku f'ċelloli li jilqgħu.

ML13

"Materjali fibrużi jew filamentari"

Jinkludu:

a.

Monofilamenti kontinwi;

b.

Nisġiet u rovings kontinwi;

c.

Tapes, tessuti, tapiti żgħar random u malji;

d.

Fibri mqattgħin, fibri staple u kutri koerenti tal-fibra;

e.

Whiskers, jew monokristallini jew polikristallini, ta' kwalunkwe tul;

f.

Polpa poliamide aromatika.

ML15

"Tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni"

Tubi ffokati elettrostatikament, li jużaw plates għad-dħul u l-ħruġ tal-fibre optic jew b'wiċċ tal-ħġieġ, fotokatodi multialkalini (S-20 jew S-25), imma mhux amplifikaturi ta' plate mikrokanal.

ML 17

"Ċellula tal-fjuwil"

Tagħmir elettrokimiku li jikkonverti l-enerġija kimika direttament f'Elettriku ta' Kurrent Dirett (DC), bil-konsum tal-karburant minn sors estern.

ML22

"Fl-isfera pubblika"

Din tfisser "teknoloġija" jew "software" li huma disponibbli mingħajr restrizzjonijiet għal aktar disseminazzjoni.

Nota:

Restrizzjonijiet tal-copyright ma jneħħux lit-"teknoloġija" jew "software" milli jibqgħu "fl-isfera pubblika".

ML9, 19

"Lejżer"

Għaqda ta' komponenti li jipproduċu kemm spazjalment u temporanjament dawl koerenti li huwa amplifikat b'emissjoni stimolata ta' radjazzjoni.

ML 17

"Librerija" (database teknika parametrika)

Ġabra ta’ informazzjoni teknika, li referenza għaliha tista’ ttejjeb il-prestazzjoni ta’ sistemi, tagħmir jew komponenti rilevanti.

ML10

"Veikoli eħfef mill-arja"

Bżieżaq volanti u ajruplani ("airships”) li jiddependu fuq arja sħuna jew gassijiet eħfef-mill-arja bħal elju jew idroġenu biex jitilgħu.

ML17

"Reatturi Nukleari"

Jinkludi l-oġġetti fi jew imwaħħlin direttament ma' reċipjent reattur, it-tagħmir li jikkontrolla l-livell ta' qawwa fil-qalba, u l-komponenti li normalment fihom jew jiġu f'kuntatt dirett ma' jew jikkontrollaw il-likwidu għat-tkessiħ primarju tal-qalba tar-reattur.

ML8

"Prekursuri"

Kimiċi ta' speċjalità użati fil-manifattura ta' splussivi.

ML18, 21, 22

"Produzzjoni"

Tfisser l-istadji kollha tal-produzzjoni, bħal: l-inġinerija, il-manifattura, l-integrazzjoni, l-immuntar, l-ispezzjoni, l-ittestjar, l-iżgurar tal-kwalità ta' prodott.

ML8

"Propellanti"

Tfisser l-istadji kollha tal-produzzjoni, bħal: l-inġinerija, il-manifattura, l-integrazzjoni, l-immuntar, l-ispezzjoni, l-ittestjar, l-iżgurar tal-kwalità ta' prodott.

ML4, 8

"Pirotekniku(iċi)"

Taħlit ta' karburants solidi jew likwidi u ossidaturi li, meta jitqabbdu, jgħaddu minn reazzjoni enerġetika qawwija b'rata kontrollata intenzjonati biex jipproduċu dewmien speċifiċi fil-ħin, jew kwantitajiet ta' sħana, storbju, duħħan, dawl viżibbli jew radjazzjoni infra-ħamra. Il-piroforiċi huma subklassi tal-pirotekniċi, li ma jinkludux issidanti iżda jaqbdu spontanjament mal-kuntatt mal-arja.

ML22

"Rikjest"

Kif applikata għal "teknoloġija", tirreferi biss għal dak il-porzjon ta’ "teknoloġija" li huwa pekuljarment responsabbli biex jilħaq jew jeċċedi l-livelli kontrollati ta’ eżekuzzjoni, karatteristiċi jew funzjonijiet. "Teknoloġija" "rikjesta" bħal din tista' tkun kondiviża bejn prodotti differenti.

ML7

"Aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet"

Sustanzi li, taħt il-kondizzjonijiet mistennijin tal-użu għal finijiet ta' kontroll tal-irvellijiet, jipproduċu rapidament fil-bnedmin irritazzjoni tas-sensi jew effetti fiżiċi li jiddiżabilitaw li jitilqu fi żmien qasir wara t-terminazzzjoni tal-espożizzjoni. (Il-gassijiet tad-dmugħ huma subsett ta' "aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet”.)

ML17

"Robot"

Mekkaniżmu għal manipulazzjoni, li jista' jkun tal-varjetà mogħdija kontinwa ("continuous path") jew punt-għal-punt, jista' juża sensorijiet, u għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Huwa multifunzjonali;

b.

Huwa kapaċi li jippożizzjona jew jorjenta materjal, partijiet, għodod jew tagħmir speċjali permezz ta' movimenti varjabbli fi spazju tridimensjonali;

c.

Jinkorpora tliet magħluqa jew miftuħa, jew iktar, li jistgħu jinkludu stepping motors; u

d.

Għandu "programmabbiltà aċċessibbli għall-utent” permezz tal-metodu għallem/irrepeti jew permezz ta' kompjuter elettroniku li jista' jkun kontrollur tal-loġika programmabbli, jiġifieri mingħajr intervent mekkaniku.

Nota

Id-definizzjoni ta' hawn fuq ma' tinkludix it-tagħmir li ġej:

1.

Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni li huma kontrollabbli biss manwalment jew permezz ta' teleoperatur;

2.

Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni b'sekwenza fissa li huma tagħmir li jiċċaqlaq awtomatizzat, li jaħdmu skont movimenti programmati ffissati mekkanikament. Il-programm huwa limitat mekkanikament b'waqfiet delimitati, bħal pinnijiet jew kammijiet. Is-sekwenza ta’ ċaqliq u s-selezzjoni tal-mogħdijiet jew angoli ma humiex varjabbli jew li jistgħu jinbidlu b’mezzi mekkaniċi, elettroniċi jew elettriċi;

3.

Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni ta' sekwenza varjabbli mekkanikament ikkontrollata li huma tagħmir awtomatizzat li jiċċaqlaq, li joperaw skont movimenti programmati li huma ffissati mekkanikament. Il-programm huwa mekkanikament limitat b’waqfiet fissi iżda aġġustabbli, bħal pinnijiet jew kammijiet. Is-sekwenza tal-movimenti u l-għażla tal-mogħdijiet jew l-angoli huma varjabbli fil-limiti tad-disinn tal-programm fiss. Varjazzjonijiet jew modifiki tad-disinn tal-programm (eż., bidliet tal-pinnijiet jew skambji ta' kammijiet) f'waħda mill-assi taċ-ċaqliq jew aktar jitwettqu biss permezz ta' operazzjonijiet mekkaniċi;

4.

Mekkaniżmi ta’ manipulazzjoni ta’ sekwenza varjabbli ikkontrollati-non-servo li huma tagħmir awtomat li jiċċaqlaq, li joperaw skont movimenti programmati mekkanikament delimitati. Il-programm huwa varjabbli iżda s-sekwenza tipproċedi biss bis-sinjal binarju minn tagħmir binarju elettriku ffissat mekkanikament jew b'waqfiet aġġustabbli;

5.

Krejnijiet stacker definiti bħala sistemi għall-manipulazzjoni tal-koordinati Kartesjani manifatturati bħala parti integrali ta' firxa vertikali ta' tankijiet għall-ħażna u ddisinjati biex jaċċessaw il-kontenuti ta' dawn it-tankijiet għal ħażna jew ġbir.

ML21

"Software"

Kollezzjoni ta’ wieħed jew aktar "programmi" jew "mikroprogrammi" delimitati fi kwalunkwe medju tanġibbli ta’ espressjoni.

ML 11

"Inġenji spazjali"

Satelliti u inġenji spazjali fuq missjoni ta' tiftix attivi u passivi

ML19

"Spazju kwalifikat"

Imfassal, manifatturat, jew kwalifikat permezz ta’ testijiet b’suċċess, għall-operazzjoni f’għoli ta’ aktar minn 100 km ’il fuq mill-wiċċ tad-dinja.

Nota

Deċiżjoni li oġġett speċifiku jkun "kwalifikat għall-ispazju” permezz ta' testijiet ma tfissirx li oġġetti oħra fl-istess linja ta' produzzjoni jew sensiela ta' mudelli jkunu "kwalifikati għall-ispazju” jekk ma jkunux ġew ittestjati individwalment.

ML20

Superkonduttiv

Jirreferi għal materjali (jiġifieri metalli, liġi jew komposti) li jistgħu jitilfu r-reżistenza elettrika kollha (jiġifieri li jistgħu jilħqu konduttività elettrika infinita u jġorru kurrenti elettriċi kbar ħafna mingħajr sħana Joule).

"Temperatura kritika”(xi kultant nirreferu għaliha bħala t-temperatura ta' transizzjoni) ta' materjal "superkonduttiv” speċifiku tfisser it-temperatura li fiha l-materjal jitlef ir-reżistenza kollha għall-fluss ta' kurrent elettriku dirett.

Nota Teknika

L-istat "superkonduttiv" ta’ materjal huwa karatterizzat individwalment b’"temperatura kritika", għalqa manjetika kritika, li hija funzjoni ta’ temperatura, u densità ta’ kurrent kritika li hija, madankollu, funzjoni kemm ta’ għalqa manjetika kif ukoll ta’ temperatura.

ML22

"Teknoloġija"

Informazzjoni speċifika meħtieġa għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta’ prodott. L-informazzjoni tieħu l-għamla ta' ’data teknika’ jew ’assistenza teknika’. “Teknoloġija” kkontrollata għal-Lista Militari Komuni tal-UE hija speċifikata f’ML 22.

Noti Tekniċi

1.

"Data teknika" tista' tieħu forom bħal blueprints, pjanijiet, dijagrammi, mudelli, formuli, tabelli, disinni u speċifikazzjonijiet tal-inġinerija, manwali u istruzzjonijiet miktuba jew irrekordjati fuq mejdi oħra jew mezzi bħal diska, tejp, memorji li jaqraw biss.

2.

"Assistenza teknika" tista' tieħu l-forom bħal istruzzjoni, ħiliet, taħriġ, tagħrif tax-xogħol, servizzi ta' konsulenza. "Assistenza teknika" tista' tinvolvi t-ttrasferiment ta' "data teknika".

ML10

"Vettura tal-ajru mingħajr ekwipaġġ" ("UAV")

Kwalunkwe "inġenju tal-ajru” li jista' jibda titjira u jsostni t-titjira u n-navigazzjoni taħt kontroll mingħajr l-ebda preżenza umana abbord.

ML21, 22

"Użu"

Operazzjoni, installazzjoni (inkluża installazzjoni fuq is-sit), manutenzjoni (iċċekkjar), tiswija, eżami bir-reqqa qabel tiswija u arranġament mill-ġdid.


Top