EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0640

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/640 tal-21 ta' April 2016 li taħtar ħames membri tal-Qorti tal-Awdituri

OJ L 108, 23.4.2016, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/05/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/640/oj

23.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/32


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2016/640

tal-21 ta' April 2016

li taħtar ħames membri tal-Qorti tal-Awdituri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti mir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka,

Wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-mandati tas-Sur Jan KINŠT, is-Sur Igors LUDBORŽS, is-Sur Augustyn KUBIK, is-Sur Milan Martin CVIKL u s-Sur Ladislav BALKO ser jiskadu fis-6 ta' Mejju 2016.

(2)

Għaldaqstant għandhom isiru ħatriet ġodda,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin bħala membri tal-Qorti tal-Awdituri għall-perijodu mis-7 ta' Mejju 2016 sas-6 ta' Mejju 2022:

Is-Sur Jan GREGOR,

Is-Sur Mihails KOZLOVS,

Is-Sur Janusz WOJCIECHOWSKI,

Is-Sur Samo JEREB,

Is-Sur Ladislav BALKO.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta' April 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G.A. VAN DER STEUR


(1)  Opinjonijiet tat-13 ta' April 2016 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


Top