EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0318

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

OJ L 60, 5.3.2016, p. 76–77 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/318/oj

5.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/76


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/318

tal-4 ta' Marzu 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK (1).

(2)

Fil-5 ta' Marzu 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/364 (2), li stipulat li l-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/119/PESK għandhom japplikaw sas-6 ta' Marzu 2016 fir-rigward ta' erbatax-il persuna u sas-6 ta' Ġunju 2015 fir-rigward ta' erba' persuni.

(3)

Fil-5 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/876 (3), li fost l-oħrajn stipulat li, fir-rigward ta' żewġ persuni minn dawk l-erbgħa, l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi għandha tiġi estiża sas-6 ta' Marzu 2016, u għal persuna minnhom sas-6 ta' Ottubru 2015. Fil-5 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1781 (4), li stipulat fir-rigward ta' dik il-persuna li l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi għandha tiġi estiża sas-6 ta' Marzu 2016.

(4)

Il-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/119/CFSP japplikaw sas-6 ta' Marzu 2016 fir-rigward tal-persuni kollha. Fuq il-bażi ta' reviżjoni ta' dik id-Deċiżjoni, l-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri restrittivi għandha tiġi estiża sas-6 ta' Marzu 2017 fir-rigward ta' 16-il persuna, l-entrata rigward persuna waħda għandha titħassar u d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet li jirrigwardaw tliet persuni għandhom jiġu aġġornati.

(5)

Id-Deċiżjoni 2014/119/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/119/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-6 ta' Marzu 2017.”;

(2)

l-Anness huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

S.A.M. DIJKSMA


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 tal-5 ta' Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 62, 6.3.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/876 tal-5 ta' Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 142, 6.6.2015, p. 30).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1781 tal-5 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 259, 6.10.2015, p. 23).


ANNESS

I.

L-entrata rigward il-persuna li ġejja titħassar mill-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/119/PESK:

“14.

Raisa Vasylivna Bohatyriova”

II.

L-entrati rigward il-persuni li ġejjin li jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/119/PESK huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

“2.

Vitalii Yuriyovych Zakharchenko

(Вiталiй Юрiйович Захарченко),

Vitaliy Yurievich Zakharchenko

(Виталий Юрьевич Захарченко)

Imwieled fl-20 ta' Jannar 1963, f'Kostiantynivka (Donetsk oblast) eks-Ministru tal-Affarijiet Interni.

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u b'rabta mal-abbuż tal-kariga minn uffiċjal b'kariga pubblika biex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih stess jew għal terza parti, u b'hekk ikkawżat telf għall-baġit jew l-assi pubbliċi Ukreni.

6.3.2014

4.

Olena Leonidivna Lukash

(Олена Леонiдiвна Лукаш),

Elena Leonidovna Lukash

(Елена Леонидовна Лукаш)

Imwielda fit-12 ta' Novembru 1976 f'Rîbnița (Moldova), eks-Ministru tal-Ġustizzja.

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għal involviment fil-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u b'rabta mal-abbuż tal-kariga minn uffiċjal b'kariga pubblika biex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għaliha nnifisha jew għal terza parti, u b'hekk ikkawżat telf għall-baġit jew l-assi pubbliċi Ukreni.

6.3.2014

13.

Dmytro Volodymyrovych Tabachnyk

(Дмитро Володимирович Табачник)

Imwieled fit-28 ta' Novembru 1963 f'Kiev, eks-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xjenza.

Persuna soġġetta għal proċedimenti kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għal involviment fil-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi.

6.3.2014”


Top