EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0043
Decision (EU) 2016/2164 of the European Central Bank of 30 November 2016 on the approval of the volume of coin issuance in 2017 (ECB/2016/43)
Deċiżjoni (UE) 2016/2164 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta' Novembru 2016 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2017 (BĊE/2016/43)
Deċiżjoni (UE) 2016/2164 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta' Novembru 2016 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2017 (BĊE/2016/43)
OJ L 333, 8.12.2016, p. 73–74
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 23/12/2017
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/73 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/2164 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-30 ta' Novembru 2016
dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2017 (BĊE/2016/43)
Il-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,
Wara li ra d-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2015 dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti tal-euro (BĊE/2015/43) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,
Billi:
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta' Jannar 1999 biex japprova l-volum ta' muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. |
(2) |
Id-19-il Stat Membru li l-munita tagħhom hija l-euro ppreżentaw lill-BĊE t-talbiet tagħhom għall-approvazzjoni tal-volum ta' muniti li għandhom jinħarġu fl-2017, flimkien ma' noti spjegattivi dwar il-metodoloġija tat-tbassir. Uħud min dawn l-Istati Membri pprovdew ukoll informazzjoni addizzjonali dwar muniti fiċ-ċirkolazzjoni, fejn din l-informazzjoni hija disponibbli u kkunsidrata importanti mill-Istati Membri kkonċernati biex tiġi ssostanzjata t-talba għall-approvazzjoni. |
(3) |
Peress li d-dritt tal-Istati Membri li joħorġu muniti tal-euro huwa suġġett għall-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum tal-ħarġa, il-volumi approvati mill-BĊE m'għandhomx jinqabżu mill-Istati Membri mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-BĊE, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Approvazzjoni tal-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2017
Il-BĊE b'dan japprova l-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fl-2017, kif stabbilit fit-tabella li ġejja:
(EUR miljun) |
|||
|
Volum ta' muniti euro approvati għall-ħruġ fl-2017 |
||
|
Muniti fiċ-ċirkolazzjoni |
Muniti għall-kollezzjonisti (mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni) |
Volum ta' ħruġ ta' muniti |
Il-Belġju |
51,0 |
1,0 |
52,0 |
Il-Ġermanja |
419,0 |
219,0 |
638,0 |
L-Estonja |
9,7 |
0,3 |
10,0 |
L-Irlanda |
30,7 |
0,8 |
31,5 |
Il-Greċja |
106,3 |
0,6 |
106,9 |
Spanja |
359,3 |
30,0 |
389,3 |
Franza |
224,3 |
51,0 |
275,3 |
L-Italja |
94,2 |
1,8 |
96,0 |
Ċipru |
14,0 |
0,1 |
14,1 |
Il-Latvja |
16,3 |
0,3 |
16,6 |
Il-Litwanja |
30,0 |
0,3 |
30,3 |
Il-Lussemburgu |
17,7 |
0,2 |
17,9 |
Malta |
10,2 |
0,2 |
10,4 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
25,0 |
4,0 |
29,0 |
L-Awstrija |
87,2 |
181,8 |
269,0 |
Il-Portugall |
62,0 |
3,0 |
65,0 |
Is-Slovenja |
24,0 |
2,0 |
26,0 |
Is-Slovakkja |
15,6 |
1,4 |
17,0 |
Il-Finlandja |
35,0 |
10,0 |
45,0 |
Total |
1 631,5 |
507,8 |
2 139,3 |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċìżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lid-destinatarji.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Magħmula fi Frankfurt am Main, it-30 ta' Novembru 2016.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 328, 12.12.2015, p. 123.