EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R2245

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2245 tat-3 ta' Diċembru 2015 li jemenda għall-239 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

OJ L 318, 4.12.2015, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2245/oj

4.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/26


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2245

tat-3 ta' Diċembru 2015

li jemenda għall-239 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), l-Artikolu 7a(1) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fl-14 ta' Ottubru 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) ddeċieda jemenda annotazzjoni mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. Fis-26 ta' Ottubru, fit-12 ta' Novembru u fil-25 ta' Novembru 2015, il-UNSC ddeċieda li jħassar total ta' erba' entrati f'dik il-lista. Barraminnhekk, fit-30 ta' Novembru 2015, il-UNSC approva ż-żieda ta' entrata fil-lista msemmija. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan,

(3)

Biex ikun żgurat li l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

“Emrah Erdogan (alias (a) Imraan Al-Kurdy, (b) Imraan, (c) Imran, (d) Imran ibn Hassan, (e) Salahaddin El Kurdy, (f) Salahaddin Al Kudy, (g) Salahaddin Al-Kurdy, (h) Salah Aldin, (i) Sulaiman, (j) Ismatollah, (k) Ismatullah, (l) Ismatullah Al Kurdy). Data tat-twelid: 2.2.1988. Post tat-twelid: Karliova, it-Turkija. Indirizz: Il-ħabs ta' Werl, il-Ġermanja (minn Mejju 2015). Nazzjonalità: Ġermaniża. Nru tal-passaport BPA C700RKL8R4 (identifikazzjoni nazzjonali Ġermaniża maħruġa fit-18 ta' Frar 2010, tiskadi fis-17 ta' Frar 2016). Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn kannella, kulur tax-xagħar kannella, binja: b'saħħitha, piż: 92 kg, tul: 176 ċm, għazza fuq id-dahar fuq il-lemin (b) Isem l-omm: Emine Erdogan. (c) Isem il-missier: Sait Erdogan.”

(2)

L-entrata “Abu Bakar Ba'asyir (alias (a) Baasyir, Abu Bakar, (b) Bashir, Abu Bakar, (c) Abdus Samad, (d) Abdus Somad). Data tat-twelid: 17.8.1938. Post tat-twelid: Jombang, Java tal-Lvant, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana.”, fl-intestatura “Persuni fiżiċi”, għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Abu Bakar Ba'asyir (alias (a) Abu Bakar Baasyir, (b) Abu Bakar Bashir, (c) Abdus Samad, (d) Abdus Somad). Data tat-twelid: 17.8.1938. Post tat-twelid: Jombang, Java tal-Lvant, l-Indoneżja. Indirizz: L-Indoneżja (ħabs) Nazzjonalità: Indoneżjana.”

(3)

L-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” huma mħassra:

(a)

“Mohammed Ahmed Shawki Al Islambolly (alias (a) Abu Khalid, (b) Abu Ja'far, (c) Mohamed El Islambouli). Indirizz: (A) Il-Pakistan, (b) L-Afganistan. Data tat-twelid: 21.1.1957. Post tat-twelid: El-Minya, Qena l-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana. Informazzjoni oħra: (a) Isem il-missier huwa Shawki al-Islambolly; (b) Membru tal-Ġiħad Islamika Eġizzjana. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 29.9.2005.”

(b)

“Mohamed Amine Akli (alias (a) Akli Amine Mohamed, (b) Killech Shamir, (c) Kali Sami, (d) Elias). Indirizz: l-Alġerija. Post tat-twelid: Bordj el Kiffane, l-Alġerija. Data tat-twelid: 30.3.1972. Nazzjonalità: Alġerina. Informazzjoni oħra: (a) Isem il-missier huwa Lounes; (b) Isem l-omm hu Kadidja; (c) Inammissibbli fiż-żona Schengen; (d) Iddeprotat minn Spanja lejn l-Alġerija f'Awwissu 2009. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.”

(c)

“Chiheb Ben Mohamed Ben Mokhtar Al-Ayari (alias (a) Hichem Abu Hchem, (b) Ayari Chihbe, (c) Ayari Chied, (d) Adam Hussainy, (e) Hichem, (f) Abu Hichem, (g) Moktar). Indirizz: Via Bardo, Tuneż, it-Tuneżija. Data tat-twelid: 19.12.1965. Post tat-twelid: (a) Tuneż, it-Tuneżija; (b) Il-Greċja. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: L246084 (passaport Tuneżin maħruġ fl-10.6.1996, li skada fid- 9.6.2001). Informazzjoni oħra: (a) Estradit mill-Italja lejn it-Tuneżija fit-13 ta' April 2006; (b) Isem l-Omm huwa Fatima al-Tumi, (c) Inammissibbli fiż-żona Schengen. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.”

(d)

“Nazih Abdul Hamed Nabih Al-Ruqai'i (magħruf ukoll bħala (a) Anas Al-Liby, (b) Anas Al-Sibai (c) Nazih Abdul Hamed Al-Raghie). Indirizz: Al Nawafaliyyin, Jarraba Street, Taqsim Al Zuruq, Tripli, il-Ġamaħirija Għarbija Libjana. Data tat-twelid: (a) 30.3.1964 (b) 14.5.1964. Post tat-twelid: Tripli, il-Ġamaħirija Għarbija Libjana. Nazzjonalità: Libjana. Numru tal-Passaport: 621570 Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 200310/I. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.10.2001.”


Top